EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0726(03)

Avviż ta' l-iskadenza viċina ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' friex tas-sodda li joriġina mill-Indja

ĠU C 189, 26.7.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 189/12


Avviż ta' l-iskadenza viċina ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' friex tas-sodda li joriġina mill-Indja

(2008/C 189/06)

1.

Kif stipulat fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm issir reviżjoni skond il-proċedura segwenti, il-miżuri ta' kontrobilanċ imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt (1).

2.   Il-Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tkun se twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta' sussidji u ta' ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi Komunitarji mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imfissra fit-talba għal reviżjoni.

3.   Limitu taż-żmien

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi ta' dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), J-79 4/23, B-1049 Brussell (2), wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skond l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97.

Il-prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Id-data ta' l-iskadenza

Friex tas-sodda (tip ta' qoton)

L-Indja

Dazju ta' kontrobilanċ

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 (ĠU L 12, 17.1.2004, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1840/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 4)

18.1.2009


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  Fax (32-2) 295 65 05


Top