EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0129

Kawża C-129/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belgju) fil- 31 ta' Marzu 2008 — C. Cloet u J. Cloet vs Westvlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand CVBA (WVI)

ĠU C 142, 7.6.2008, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/17


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belgju) fil-31 ta' Marzu 2008 — C. Cloet u J. Cloet vs Westvlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand CVBA (WVI)

(Kawża C-129/08)

(2008/C 142/27)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C. Cloet u J. Cloet.

Konvenuta: Westvlaamse Intercommunale voor Economische Expansie, Huisvestingsbeleid en Technische Bijstand CVBA (WVI).

Domandi preliminari

1)

Il-vantaġġ finanzjarju li r-Reġjun/Komunità tal-Flanders ta lil NV. Metafox permezz ta' korp amministrattiv deċentralizzat, il-W.V.I., fil-forma ta' prezz preferenzjali għax-xiri ta' art industrijali ta' 18,274 m2, prezz li ntalab u li l-W.V.I. ta fl-ammont ta' EUR 294 394,14 u li fl-att ta' bejgħ jingħad li hu “pro fisco” meta mqabbel mal-prezz preferenzjali effettivament imħallas ta' EUR 91 720,60, filwaqt li, abbażi tal-valur medju ta' l-artijiet industrijali li jinsabu f'din il-lokalità, il-prezz reali ta' art industrijali bħal din normalment ikun ta' EUR 1 007 926,40, għandu jiġi kkunsidrat bħala kompatibbli mas-suq komuni?

2)

Billi adotta tali miżura ta' esproprjazzjoni segwita minn bejgħ lil NV. Metafox (speċifikament bl-għoti ta' prezz preferenzjali ta' EUR 91 720,60 lil NV. Metafox), ir-Reġjun/Komunità tal-Flanders qed jagħti vantaġġ, b'mod indirett, lill-impriża favorizzata, NV. Metafox, meta jagħtiha, direttament, vantaġġ finanzjarju (jiġifieri d-differenza bejn il-prezz imħallas u l-prezz ta' bejgħ iddikjarat bħala “pro fisco” fl-att ta' bejgħ) billi din l-impriża ma kinitx tkun tista' takkwista din l-art taħt il-kundizzjonijiet normali tas-suq (EUR 1 007 926,40) jew bil-prezz ta' bejgħ iddikjarat “pro fisco” (EUR 294 394,14)?

Għaldaqstant, din il-miżura tal-W.V.I. (speċifikament il-bejgħ ta' art industrijali bil-prezz preferenzjali effettivament imħallas) tista' tiġi kklassifikata bħala vantaġġ finanzjarju li hu inkompatibbli ma' l-Artikolu 87(1) KE?

3)

Miżura bħal din u l-vantaġġ finanzjarju mogtħi mir-Reġjun/Komunità tal-Flanders għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) KE?


Top