EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/190/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4760 — Amadeus/Sabre/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 190, 15.8.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 190/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4760 — Amadeus/Sabre/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 190/06)

1.

Fis-7 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Amadeus IT Group, S.A. (“Amadeus”, ta' Spanja) u Sabre Inc. (“Sabre”, ta' l-Istati Uniti) jakkwistaw, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Moneydirect (li għandha tkun imwaqqfa fl-Irlanda) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija mwaqqfa ġdida li tikkostitwixxi negozju bi sħab.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-Amadeus: Id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' servizzi ta' l-ivvjaġġar permezz ta' Sistema Globali ta' Distribuzzjoni (“GDS”), servizzi ta' IT lill-industrija tat-trasport bl-ajru;

għal Sabre: id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' servizzi ta' l-ivvjaġġar permezz ta' GDS, aġenzija ta' l-ivvjaġġar fuq l-internet, servizzi ta' ġestjoni, prodotti ta' software u servizzi ta' konsultazzjoni lill-industrija tat-trasport bl-ajru;

Għal Moneydirect: il-forniment ta' servizzi ta' ipproċessar ta' pagamenti u ta' clearing għall-industrija ta' l-ivvjaġġar.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-konċentrazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skond il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks Nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4760 — Amadeus/Sabre/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top