EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-Att Uniku Ewropew

 

SOMMARJU TA’:

L-Att Uniku Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAL-ATT?

  • L-Att Uniku Ewropew (SEA) fittex li jirrevedi t-Trattati ta’ Ruma li jistabbilixxu l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
  • Dan seħħ sabiex jiżdied momentum ġdid għall-integrazzjoni Ewropea u biex jitlesta s-suq intern (żona mingħajr fruntieri interni u fejn hemm moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital) sal-1 ta’ Jannar 1993.
  • Is-SEA emenda r-regoli li jirregolaw l-operat tal-istituzzjonijiet Ewropej u espanda s-setgħat ta’ dik li kienet il-Komunità Ewropea f’numru ta’ oqsma ta’ politika.
  • Permezz tal-ħolqien ta’ kompetenzi Komunitarji ġodda u r-riforma tal-istituzzjonijiet, is-SEA fetaħ it-triq għal iktar integrazzjoni politika u unjoni ekonomika u monetarja li kienet tidher fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-Trattat ta’ Maastricht).

PUNTI EWLENIN

Objettivi

  • In-negozjati intergovernattivi li wasslu għas-SEA kellhom mandat doppju biex jikkonkludu:

Struttura

  • Is-SEA jikkonsisti minn preambolu u 4 titoli u jinkludi serje ta’ dikjarazzjonijiet adottati mill-konferenza.
  • Il-preambolu jiddikjara l-miri fundamentali tat-trattat u jesprimi d-determinazzjoni tal-firmatarji biex jittrasformaw ir-relazzjonijiet tagħhom b’mod ġenerali bil-għan li tinħoloq Unjoni Ewropea. Il-preambolu jistabbilixxi wkoll il-karattru uniku tal-att, li jiġbor flimkien ir-regoli komuni fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika barranija u l-Komunitajiet Ewropej. Fl-aħħar nett, jiffoka fuq iż-żewġ objettivi tar-reviżjoni tat-trattati, jiġifieri “li tittejjeb is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali billi testendi politiki komuni u ssegwi għanijiet ġodda” u “li jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-Komunitajiet”.
    • Titolu I fih regoli komuni għall-kooperazzjoni politika u l-Komunità Ewropea.
    • Titolu II huwa ddedikat għall-emendi tat-trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.
    • Titolu III jikkonċerna l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-politika barranija.
    • Titolu IV jikkonċerna r-regoli ġenerali u finali.

Bidliet istituzzjonali

  • Sabiex jippermetti l-ħolqien tas-suq uniku sal-1993, is-SEA introduċa numru akbar ta’ każijiet fejn il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza kwalifikata aktar milli b’unanimità. Dan it-teħid ta’ deċiżjonijiet issimplifikat ifisser li d-dewmien frekwenti inerenti għat-tfittxija għal ftehim unanimu fost it-12-il pajjiż membru f’dak iż-żmien jista’ jiġi evitat. L-unanimità ma tkunx aktar meħtieġa għal liġijiet maħsuba biex jistabbilixxu s-suq uniku, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jikkonċernaw it-tassazzjoni, il-moviment liberu tal-persuni u d-drittijiet u l-interessi tal-persuni impjegati.
  • Is-SEA stabbilixxa l-Kunsill Ewropew, li fformalizza l-konferenzi jew summits tal-Kapijiet ta’ Stat jew Gvern, għalkemm il-kompetenzi ta’ dan il-korp ma ġewx speċifikati sa aktar tard fl-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).
  • Is-setgħat tal-Parlament ġew imsaħħa billi inkludew ir-rekwiżit għall-kunsens tiegħu meta ġew konklużi ftehimiet ta’ tkabbir u assoċjazzjoni. Is-SEA introduċa l-proċedura ta’ kooperazzjoni, li saħħet il-pożizzjoni tal-Parlament fid-djalogu interistituzzjonali u tatha l-possibbiltà ta’ żewġ qari ta’ abbozzi ta’ liġijiet proposti taħt għadd limitat ta’ bażijiet legali — b’hekk twittiet it-triq lejn ir-rwol futur tal-Parlament bħala koleġiżlatur mal-Kunsill.
  • Is-SEA ċċara ċerti regoli dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni. L-Artikolu 10 ppermetta lill-Kunsill, bħala regola ġenerali, li jagħti lill-Kummissjoni poteri ta’ implimentazzjoni għar-regoli li l-Kunsill stabbilixxa. Il-Kunsill jista’ jirriżerva biss id-dritt li jeżerċita setgħat ta’ implimentazzjoni diretta f’każijiet speċifiċi. Is-SEA ħoloq ukoll il-pedamenti għall-Qorti tal-Prim’Istanza (QPI) — issa l-Qorti Ġenerali.

Oqsma ta’ politika

  • Taħt is-SEA, il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata saret in-norma l-ġdida f’erba’ oqsma eżistenti koperti mit-trattati:
  • Is-SEA introduċa diversi oqsma ta’ politika ġodda fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata. Dawn jinkludu:

MINN META JAPPLIKA L-ATT?

Is-SEA applika fl-1 ta’ Lulju 1987.

SFOND

L-istorja tal-Unjoni Ewropea — 1980-1989 (Europa).

DOKUMENT PRINĊIPALI

Att Uniku Ewropew (ĠU L 169, 29.6.1987, pp. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT))

DOKUMENTI RELATATI

Tlestija tas-Suq Intern — White Paper mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew (Milan 28-29 ta’ Ġunju 1985) (COM(85) 310 finali, 14.6.1985)

l-aħħar aġġornament 04.04.2018

Top