Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0858

    2014/858/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta' Diċembru 2014 dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jixtieq jieħu sehem f'atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen

    ĠU L 345, 1.12.2014, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/858/oj

    1.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 345/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-1 ta' Diċembru 2014

    dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jixtieq jieħu sehem f'atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen

    (2014/858/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li qieset il-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 10(4) tal-Protokoll Nru 36 jippermetti lir-Renju Unit jinnotifika lill-Kunsill, mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 10(3) tal-Protokoll Nru 36, li ma jaċċettax, fir-rigward ta' atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali li kienu ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, is-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36.

    (2)

    B'ittra lill-President tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2013, ir-Renju Unit uża din il-possibilità billi nnotifika li ma aċċettax is-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja kif imsemmi hawn fuq, bil-konsegwenza li l-atti rilevanti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali waqqfu japplikaw għar-Renju Unit fl-1 ta' Diċembru 2014.

    (3)

    L-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 jippermetti lir-Renju Unit jinnotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-atti li ma baqgħux japplikaw għalih.

    (4)

    B'ittra lill-President tal-Kunsill b'effett mill-1 ta' Diċembru 2014, ir-Renju Unit uża din il-possibilità billi nnotifika xewqtu li jieħu sehem f'xi wħud mill-atti ta' hawn fuq.

    (5)

    Għall-atti kkonċernati li mhumiex parti mill-acquis ta' Schengen, l-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 jirreferi għall-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li l-Artikolu 4 tiegħu jirreferi għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 331(1) TFUE. Din l-aħħar dispożizzjoni tistipula l-konferma mill-Kummissjoni tal-parteċipazzjoni tal-Istat Membru li jixtieq jieħu sehem u jinnota fejn xieraq li l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ġew issodisfati.

    (6)

    Skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis tal-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.

    (7)

    Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 huma ssodisfati għall-atti notifikati mir-Renju Unit, li huma elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

    (8)

    Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-atti elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tkun kkonfermata,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-atti elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni hija kkonfermata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Hija tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    ANNESS

    1.

    L-Azzjoni Konġunta 97/827/ĠAI tal-5 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta' obbligi internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 344, 15.12.1997, p. 7)

    2.

    L-Att tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 1)

    3.

    L-Azzjoni konġunta 98/700/ĠAI tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Arkivjar ta' Immaġini (FADO) (ĠU L 333, 9.12.1998, p. 4)

    4.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/375/ĠAI tad-29 ta' Mejju 2000 sabiex tkun miġġielda l-pornografija tat-tfal fuq l-Internet (ĠU L 138, 9.6.2000, p. 1)

    5.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/641/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi segretarjat għall-korpi konġunti tas-sorveljanza tal-protezzjoni tad-data stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-Istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Pulizija Ewropea (Konvenzjoni Europol), il-Konvenzjoni dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni għall-Għanijiet ta' Dwana u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen dwar l-abolizzjoni gradwali ta' investigazzjoni fil-fruntieri komuni (Konvenzjoni ta' Schengen) (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 1)

    6.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4)

    7.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1)

    8.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1)

    9.

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunti (ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1)

    10.

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1)

    11.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/ĠAI tat-18 ta' Ġunju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/JHA li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tirrinforza l-ġlieda kontra d-delitti serji (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44)

    12.

    Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16)

    13.

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59)

    14.

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89)

    15.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/412/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/348/ĠAI dwar is-sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (ĠU L 155, 15.6.2007, p. 76)

    16.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103)

    17.

    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32)

    18.

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta' kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27)

    19.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130)

    20.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14)

    21.

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b'hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta' persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta' deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU L 81, 27.3.2009, p. 24)

    22.

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23)

    23.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33)

    24.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37)

    25.

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja (ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20)

    26.

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20)

    27.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6)

    28.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/936/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi għar-reġistri ta' ħidma ta' analiżi tal-Europol (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 14)

    29.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/968/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli dwar il-konfidenzjalità tal-informazzjoni tal-Europol (ĠU L 332, 17.12.2009, p. 17)


    Top