EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri ta’ nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi

L-att jappoġġa l-azzjoni internazzjonali kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/913/PESK tal-15 ta’ Diċembru 2014 b’appoġġ għall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva.

SOMMARJU

L-att jappoġġa l-azzjoni internazzjonali kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi.

X’TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Din tipprovdi appoġġ tal-UE:

Id-deċiżjoni timplimenta miżuri fl-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva tal-UE, li għandha l-għan li tindirizza l-proliferazzjoni tal-AQM billi taħdem flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi ewlenin.

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjoni tipprovdi EUR 990 000 bħala finanzjament għall-proġetti mill-Fondazzjoni għar-Riċerka Strateġika sabiex:

  • tissensibilizza dwar it-theddida tal-proliferazzjoni
  • iżżid il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jindirizzaw din it-theddida;
  • tħeġġeġ lill-pajjiżi kollha b’kapaċitajiet ta’ missili ballistiċi sabiex jissottoskrivu għall-Kodiċi tal-Aja;
  • tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Kodiċi u tippromwovi l-aderenza għal-linji gwida tal-MTCR.

Speċifikament, il-proġetti se jipproduċu jew jorganizzaw:

  • attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni:
    • erba’ seminars fil-marġini tal-laqgħat tal-Kodiċi tal-Aja u avvenimenti rilevanti tan-NU;
    • seminars fi tliet reġjuni ewlenin, speċjalment fil-Lvant Nofsani, fl-Asja tal-Grigal u fl-Asja tax-Xlokk;
    • missjonijiet ta’ esperti f’10 pajjiżi ewlenin, immirati lejn l-industrija, xjentisti, esperti tal-kontroll tal-esportazzjoni, il-militar.
  • materjal promozzjonali għall-Kodiċi tal-Aja (1 000 ktejjeb, 1 500 fuljett, websajt).
  • erba’ dokumenti esperti (pereżempju li jeżaminaw il-miżuri tal-bini ta’ fiduċja, il-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet, it-trasferiment tal-għarfien).

SFOND

  • MTCR - assoċjazzjoni volontarja ta’ pajjiżi bl-għan li tiġi ristretta l-proliferazzjoni ta’ sistemi li kapaċi jġorru AQM.
  • Kodiċi tal-Aja - regoli ta’ kondotta għal missili ballistiċi, eż. rekwiżiti għal pajjiżi ssottoskritti li jiddikjaraw il-politiki tal-missili ballistiċi tagħhom u li joħorġu notifiki qabel l-ittestjar.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni 2014/913/PESK

15.12.2014

-

ĠU L 360, 17.12.2014, p. 44-52

l-aħħar aġġornament 20.08.2015

Top