Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi u jistipula l-objettivi u qafas ta’ implimentazzjoni għal:
    • Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)
    • garanzija tal-Unjoni Ewropea u Fond ta’ Garanzija tal-UE
    • ċentru Ewropew ta’ konsulenza għall-investimenti u
    • portal Ewropew ta’ proġetti ta’ investiment.

PUNTI EWLENIN

L-FEIS għandu l-għan li jappoġġja investimenti strateġiċi f’oqsma ewlenin, bħall-infrastruttura, l-effiċjenza fl-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u jżid l-aċċess għall-finanzjament għal entitajiet li għandhom sa 3,000 impjegat, b’enfasi partikolari fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja*. Huwa jikseb dan billi jipprovdi kapaċità li ġġorr ir-riskju permezz tal-garanzija tal-UE tiegħu lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) (li flimkien jiffurmaw il-Grupp tal-BEI). B’mod ġenerali, l-FEIS kellu mira li jimmobilizza EUR 500 biljun f’investimenti addizzjonali sa tmiem l-2020.

Il-governanza tal-FEIS tikkonsisti minn:

  • Bord ta’ Tmexxija
  • Kumitat ta’ Investiment u
  • Direttur Maniġerjali.

Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà

Sabiex ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS, il-proġetti jridu:

  • ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli;
  • jimmassimizzaw, fejn possibbli, l-investiment mis-settur privat;
  • ikunu konsistenti mal-politiki tal-UE; u
  • jipprovdu addizzjonalità* billi jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet tal-investiment subottimi.

Il-garanzija u l-Fond ta’ Garanzija tal-UE

Il-garanzija tal-UE hija garanzija irrevokabbli, mingħajr kondizzjonijiet u bl-ewwel talba favur il-BEI u l-FEI, li għandha l-għan li żżid il-volum ta’ proġetti b’riskju ogħla jew tappoġġja proġetti addizzjonali b’mod ieħor. Il-garanzija massima tal-UE tammonta għal EUR 26 biljun.

Il-Fond ta’ Garanzija tal-UE huwa riżerva ta’ likwidità li minnu għandu jitħallas il-Grupp tal-BEI f’każ ta’ inadempjenza ta’ operazzjoni appoġġjata tal-FEIS. Dan huwa ffinanzjat mill-baġit tal-UE u d-dħul li joriġina minn operazzjonijiet garantiti mill-FEIS.

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment

  • Iċ-ċentru jipprovdi appoġġ għall-konsulenza biex jidentifika, jipprepara u jiżviluppa proġetti ta’ investiment.
  • Dan jaġixxi bħala punt uniku ta’ dħul għal firxa wiesgħa ta’ programmi u inizjattivi ta’ għajnuna u konsulenza teknika.
  • L-UE kkontribwiet sa EUR 20 miljun fis-sena għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment sa tmiem l-2020.

Il-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment

Dan huwa bażi tad-data aċċessibbli għall-pubbliku, faċli għall-utent li fih dettalji ta’ proġetti ta’ investiment attwali u futuri fl-UE.

Estensjoni tal-FEIS

L-FEIS inħoloq fl-2015 għal perjodu inizjali ta’ 3 snin. Ir-Regolament (UE) 2015/1017 inizjali ġie emendat f’Diċembru 2017 mir-Regolament (UE) 2017/2396, li:

Il-Programm InvestEU — is-suċċessur tal-FEIS

  • Il-Programm InvestEU (Regolament (UE) 2021/523 — ara s-sommarju) jibni fuq il-mudell ta’ suċċess tal-FEIS. Huwa jiġbor flimkien, taħt saqaf wieħed, l-FEIS u 13-il strument finanzjarju ieħor tal-UE. Dan jikkonsisti fil-Fond InvestEU, iċ-Ċentru ta’ Konsulenza u Portal tal-InvestEU.
  • Il-Fond InvestEU għandu l-għan li jimmobilizza iktar minn EUR 372 biljun ta’ investiment pubbliku u privat permezz ta’ garanzija tal-baġit tal-UE ta’ EUR 26.2 biljun li tappoġġja l-investiment ta’ msieħba ta’ implimentazzjoni bħall-Grupp tal-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
  • Iċ-Ċentru Konsultattiv ta’ InvestEU jipprovdi sostenn u assistenza teknika biex jgħin fil-preparazzjoni, l-iżvilupp, l-istrutturar u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment, inkluż il-bini tal-kapaċità.
  • Il-Portal InvestEU jiġbor flimkien investituri u promoturi ta’ proġetti fuq pjattaforma waħda madwar l-UE kollha, billi jipprovdi bażi ta’ data aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent ta’ opportunitajiet ta’ investiment disponibbli fl-UE.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

  • Ir-Regolament (UE) 2015/1017 ilu japplika mill-4 ta’ Lulju 2015.
  • Ir-Regolament (UE) 2017/2396 ilu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2017.
  • Ir-Regolament (UE) 2021/523 ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja: għalkemm m’hemmx definizzjoni komuni tal-UE, dawn il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja b’mod ġenerali huma magħrufa li għandhom bejn 250 u 3,000 impjegat.
Addizzjonalità: taħt l-FEIS, dan it-terminu jfisser is-sostenn ta’ operazzjonijiet li jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta’ investiment, u li ma setgħux jitwettqu fil-perjodu li matulu tista’ tintuża l-garanzija tal-UE, jew mhux sal-istess punt, mill-Grupp tal-BEI jew taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-UE mingħajr is-sostenn tal-FEIS.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU 169, 1.7.2015, pp. 1-38)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2015/1017 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjonil lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment — Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa: analiżi u l-passi li jmiss (COM(2018) 771 final)

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti, u tal-Portal tal-Proġett ta’ Investiment Ewropew — Jakkumpanja d-dokument “Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm InvestEU” (SWD(2018) 316 final)

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni — Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument “Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm InvestEU” (SWD(2018) 314 final)

l-aħħar aġġornament 20.07.2021

Top