This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-pjan ta’ ħidma tal-UE għall-Kultura (2015–2018)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Konklużjonijiet dwar Pjan ta’ Ħidma għall-kultura (2015–2018)
SOMMARJU
X’JAGĦMLU DAWN IL-KONKLUŻJONIJIET?
Jistabbilixxu l-prijoritajiet ewlenin għal kooperazzjoni Ewropea dwar il-politika kulturali u jistabbilixxu azzjonijiet speċifiċi biex jintlaħqu.
PUNTI EWLENIN
Prijoritajiet
Il-Pjan ta’ Ħidma jistabbilixxi 4 prijoritajiet ewlenin:
1. | Kultura aċċessibbli u inklussiva— eż. manwal tal-aħjar prattika dwar l-użu ta’ teknoloġiji diġitali għall-istituzzjonijiet kulturali prodotti mill-pajjiżi tal-UE. |
2. | Wirt kulturali— eż. studju tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji li l-għan tiegħu huwa li jitħares il-wirt kulturali mill-effetti ta’ diżastri naturali u theddid ikkawżat minn azzjoni tal-bniedem. |
3. | Setturi kulturali u kreattivi: ekonomija kreattiva u l-innovazzjoni eż.— rakkomandazzjonijiet mill-pajjiżi tal-UE lill-awtoritajiet pubbliċi dwar l-aċċess għall-finanzi |
4. | Promozzjoni tad-diversità kulturali, tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u tal-mobilità— eż. manwal dwar l-aħjar prattika dwar titjib fiċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej li jiġu prodotti minn pajjiżi tal-UE. |
Prijorità oħra li ġiet stabbilita fl-oqsma kollha tal-politika kulturali hija d-disponibbiltà ta’ statistika komparabbli u ta’ kwalità.
Metodi ta' ħidma
Il-Pjan jipprevedi metodi ta’ ħidma differenti li jiddependu fuq l-għan u t-tema:
— |
il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (MMK), li għandu jibqa' l-metodu ta’ ħidma ewlieni ta’ kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE
|
— |
laqgħat informali ta’ uffiċjali minn Ministeri tal-Kultura, inkluż ma’ uffiċjali minn Ministeri oħra
|
— |
gruppi esperti ad-hoc jew seminars dwar politiki speċifiċi ospitati mill-Kummissjoni biex ikomplu jeżaminaw kwistjonijiet relatati mas-suġġetti tal-Pjan ta’ Ħidma (ibbażati fuq l-4 prijoritajiet) u biex jinteraġixxu ma’ strumenti oħrajn tal-Pjan ta’ Ħidma bħalma huma studji u konklużjonijiet tal-Kunsill.
|
— |
laqgħat ta’ valutazzjoni organizzati mill-Kummissjoni Ewropea fl-oqsma ta’ politika li ġew trattati b’mod estensiv mill-pjanijiet ta’ ħidma preċedenti bħall-industriji kulturali u kreattivi u l-wirt kulturali
|
— |
konferenzi, studji u inizjattivi ta’ tagħlim bejn il-pari.
|
Azzjoni konkreta
Il-Pjan jistabbilixxi 20 azzjoni li għandhom isiru mill-pajjiżi tal-UE, mill-Presidenzi tal-Kunsill u mill-Kummissjoni.
Il-pajjiżi tal-UE huma mitlubin:
— |
iqisu, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, ir-riżultati li jkunu nkisbu mill-Pjan ta’ Ħidma meta jkunu qed jiżviluppaw il-politika nazzjonali
|
— |
jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżultat tal-Pjan ta’ Ħidma lill-partijiet interessati kollha.
|
Il-Presidenzi tal-Kunsill huma mistiedna jieħdu għadd ta’ miżuri fosthom:
— |
iqisu l-Pjan ta’ Ħidma meta jkunu qed jippjanaw il-programm ta’ 18-il xahar tagħhom
|
— |
jorganizzaw laqgħat informali dwar suġġett kulturali wieħed jew aktar biex jiddiskutu, jadottaw u jaqsmu r-riżultati miksuba permezz tal-Pjan ta’ Ħidma.
|
Il-Kummissjoni hija mitluba taġixxi f’għadd ta’ modi fosthom:
— |
tinkoraġġixxi l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli ta’ pajjiżi tal-UE, ta’ esperti u ta’ partijiet interessati fl-istrutturi ta’ ħidma stabbiliti fl-annessi tal-Konklużjonijiet
|
— |
tiżgura l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni fost il-gruppi tal-MMK fil-qasam tal-kultura u bejn dawk il-gruppi u gruppi rilevanti oħrajn tal-MMK li jaħdmu f’setturi relatati
|
— |
tippubblika, bl-għajnuna ta’ kontribuzzjonijiet volontarji minn pajjiżi tal-UE, rapport dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma qabel it-tmiem tal-ewwel nofs tal-2018.
|
Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE huma mitlubin ukoll jieħdu azzjoni fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom, fosthom:
— |
jippromwovu kontribuzzjoni aħjar tal-kultura għall-għanijiet ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020
|
— |
iqisu l-kultura meta jkunu qed joħolqu, jimplimentaw u jivvalutaw politiki u azzjonijiet f’oqsma oħra ta’ politika
|
— |
irawmu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari ma’ pajjiżi kandidati, ma’ pajjiżi kandidati potenzjali u ma’ pajjiżi tal-politika Ewropea tal-Viċinat flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Kunsill tal-Ewropa.
|
SFOND
Qafas strateġiku— Aġenda Ewropea għall-Kultura
ATT
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura (2015–2018) (ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4–14)
ATTI RELATATI
Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1–4)
l-aħħar aġġornament 15.10.2015