EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62014TJ0219

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ April 2017.
Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Kumpens ta’ servizz pubbliku – Żieda tal-kapital – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Stralċ tal-impriża benefiċjarja – Żamma tal-interess ġuridiku – Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni – Kunċett ta’ għajnuna – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Kriterju ta’ investitur privat – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Żball ta’ liġi – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Deċiżjoni 2011/21/UE – Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku – Sentenza Altmark.
Kawża T-219/14.

Rapporti tal-qorti - ġenerali

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2017:266

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)

6 ta’ April 2017 ( *1 )

“Għajnuna mill-Istat — Trasport marittimu — Kumpens ta’ servizz pubbliku — Żieda tal-kapital — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Stralċ tal-impriża benefiċjarja — Żamma tal-interess ġuridiku — Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni — Kunċett ta’ għajnuna — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kriterju ta’ investitur privat — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żball ta’ liġi — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Deċiżjoni 2011/21/UE — Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku — Sentenza Altmark”

Fil-Kawża T-219/14,

Regione autonoma della Sardegna (l-Italja), irrappreżentata minn T. Ledda, S. Sau, G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati,

rikorrenti,

vs

Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn G. Conte, D. Grespan u A. Bouchagiar, bħala aġenti,

konvenuta,

sostnuta minn

Compagnia Italiana di Navigazione SpA, stabbilita f’Napoli (l-Italja), inizjalment irrappreżentata minn F. Sciaudone, R. Sciaudone, D. Fioretti u A. Neri, sussegwentement minn M. Merola, B. Carnevale u M. Toniolo, avukati,

intervenjenti,

li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9101 finali, tat-22 ta’ Jannar 2014, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-reġjun awtonomu ta’ Sardegna favur Saremar, sa fejn din id-deċiżjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u żieda tal-kapital, iddikjarat dawn il-miżuri inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru tagħhom,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),

komposta minn D. Gratsias (Relatur), President, M. Kancheva u N. Półtorak, Imħallfin,

Reġistratur: M. J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,

wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-20 ta’ Lulju 2016,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Il-fatti li wasslu għall-kawża

1. Kuntest fattwali

1

Saremar – Sardegna Regionale Marittima SpA (iktar ’il quddiem “Saremar”) hija kumpannija, attwalment fi stralċ, li kienet tipprovdi, sa mill-istabbiliment tagħha, servizz pubbliku ta’ navigazzjoni marittima, minn naħa, bejn Sardegna (l-Italja) u l-gżejjer żgħar ta’ Sardegna u, min-naħa l-oħra, bejn Sardegna u Corsica (Franza). Il-missjoni ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar kienet inizjalment irregolata minn ftehim għal għoxrin sena konkluż fis-17 ta’ Ottubru 1991 mal-Istat Taljan, li daħal fis-seħħ retroattivament fl-1 ta’ Jannar 1989 u li kien jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2008. Il-privatizzazzjoni ta’ Saremar kienet prevista mill-Artikolu 19b tad-decreto-legge 25 settembre 2009, n. 135, Disposizioni urgenti per l’attuazione di obblighi comunitari e per l’esecuzione di sentenze della Corte di giustizia delle Comunita’ europee, convertito in legge, con modifiche, dalla legge 20 novembre 2009 (Digriet-Liġi Nru 135, tal-25 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti bil-għan li jiġu implementati l-obbligi Komunitarji u li jiġu eżegwiti d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li ġie kkonvertit f’liġi, flimkien ma’ emendi, bil-Liġi Nru 166/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, iktar ’il quddiem il-“liġi tal-2009”) (GURI Nru 223, tal-25 ta’ Settembru 2009 u GURI Nru 274 tal-24 ta’ Novembru 2009, suppliment ordinarju Nru 215).

2

Inizjalment, Saremar kienet tifforma parti mill-grupp Tirrenia. Fl-oriġini tiegħu, dan il-grupp kien jinkludi wkoll ħames kumpanniji oħra, jiġifieri Tirrenia di Navigazione SpA (iktar ’il quddiem “Tirrenia”), kumpannija ta’ navigazzjoni marittima kostali għal skopijiet nazzjonali li kienet tiżgura, b’mod partikolari, il-konnessjonijiet bejn Sardegna u l-kontinent, Adriatica, Caremar u Siremar, ilkoll kumpanniji ta’ navigazzjoni marittima kostali għal skopijiet reġjonali, u, fl-aħħar, Fintecna – Finanziaria per i Settori Industriale e dei Servizi SpA. Din l-aħħar imsemmija kumpannija kellha 100 % tal-kapital ta’ Tirrenia, li min-naħa tagħha kellha l-kapital kollu tal-kumpanniji reġjonali msemmija iktar ’il fuq u ta’ Saremar. Il-kapital ta’ Fintecna kien, min-naħa tiegħu, proprjetà tal-Istat Taljan.

3

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19b tal-liġi tal-2009, il-kapital de Saremar ġie ttrasferit, mingħajr ħlas, lir-Regione autonoma della Sardegna (iktar ’il quddiem ir-“rikorrent” jew ir-“RAS”), bil-ħsieb li din il-kumpannija tiġi pprivatizzata. L-istess dispożizzjonijiet kienu jipprevedu wkoll il-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid ta’ servizz pubbliku bejn Saremar u r-RAS, li kellu jidħol fis-seħħ waqt din il-privatizzazzjoni. Madankollu, fid-data tal-fatti kontenzjużi, il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Saremar kien għadu pendenti u l-kapital tagħha kien għadu proprjetà sħiħa ta’ RAS. B’hekk, sal-31 ta’ Lulju 2012, l-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar marbuta mal-konnessjonijiet imsemmija fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq kienu rregolati fil-kuntest tal-prorogi suċċessivi tal-ftehim ta’ kull għoxrin inizjali konkluż mal-Istat Taljan. Mill-1 ta’ Awwissu 2012, dawn l-obbligi ġew miżmuma fil-kuntest ta’ ftehim konkluż bejn Saremar u r-RAS u li kellu jipproduċi l-effetti tiegħu effetti sar-realizzazzjoni tal-imsemmi proċess ta’ privatizzazzjoni, skont il-legge regionale n. 15 del 7 agosto 2012, Disposizioni urgenti in materia di transporti (Liġi Reġjonali Nru 15, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam tat-trasporti), tas-7 ta’ Awwissu 2012 (Bollettino ufficiale della Regione autonoma della Sardegna Nru 35, tad-9 ta’ Awwissu 2012, p. 5).

4

B’mod parallel, Tirrenia ġiet mibjugħa fl-2010. Matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ din il-kumpannija, li kienet tpoġġiet taħt proċedura ta’ amministrazzjoni straordinarja bid-digriet presidenzjali tal-5 ta’ Awwissu 2010, hija kompliet tiżgura l-konnessjonijiet bejn Sardegna u l-kontinent. Dan il-proċess intemm f’Lulju 2012 bl-akkwistat tagħha mill-intervenjenti, Compagnia Italiana di Navigazione SpA (iktar ’il quddiem “CIN”), li tikkostitwixxi konsorzju ta’ proprjetarji privati ta’ bastimenti li joperaw fl-istess konnessjonijiet marittimi. Għaldaqstant ġie konkluż ftehim ġdid bejn dan il-konsorzju u l-Istat Taljan. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi speċifikat li, fl-2011, dawn il-konnessjonijiet kienu żgurati minn erba’ operaturi privati: Moby, Forship, SNAV u Grandi Navi Veloci.

5

L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-Autorità Garante della Concurrenza e del Mercato (L-Italja, iktar ’il quddiem l’“AGCM”) fetħet proċedura ta’ investigazzjoni wara diversi ilmenti marbuta maż-żieda tat-tariffi tal-operaturi privati inkwistjoni fil-perijodu estiv tal-2011. Fid-deċiżjoni tagħha tal-11 ta’ Ġunju 2013, l-AGCM qieset li din iż-żieda tat-tariffi kienet tikkostitwixxi prattika ta’ konċentrazzjoni li tikser l-Artikolu 101 TFUE. Din id-deċiżjoni ġiet annullata bis-sentenza tad-29 ta’ Jannar 2014 tat-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (qorti amministrattiva reġjonali ta’ Lazio, l-Italja).

6

F’dawn iċ-ċirkustanzi, fis-26 ta’ April 2011, ir-RAS adottat id-delibera n. 20/57 (deċiżjoni reġjonali Nru 20/57), li fiha talbet lil Saremar teżamina l-possibbiltà li twettaq, bħala esperiment, fil-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Settembru, tal-inqas żewġ konnessjonijiet bejn Sardegna u l-kontinent. F’dan ir-rigward, ir-RAS invokat l-effetti negattivi taż-żieda tat-tariffi mill-operaturi privati inkwistjoni fuq is-sistema ekonomika u soċjali ta’ Sardegna u n-neċessità li jiġu adottati miżuri urġenti f’dan ir-rigward. F’din id-deċiżjoni reġjonali, ir-RAS speċifikat li dawn il-konnessjonijiet kellhom ikunu mħallta (trasport ta’ passiġġieri u merkanzija) u kellhom jitwettqu tal-inqas darbtejn kuljum, u li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura tenibbli tal-attività fil-livell ekonomiku u finanzjarju. Sussegwentement, ir-RAS, permezz tad-delibera n. 25/69 (deċiżjoni reġjonali Nru 25/69), tad-19 ta’ Mejju 2011, u d-delibera n. 27/4 (deċiżjoni reġjonali Nru 27/4), tal-1 ta’ Ġunju 2011, essenzjalment approvat it-tariffi proposti minn Saremar, minn naħa, fir-rigward tal-konnessjoni Golfo Aranci-Civitavecchia għall-perijodu ta’ bejn il-15 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Settembru 2011 u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-konnessjoni Vado Ligure-Porto Torres għall-perijodu ta’ bejn it-22 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Settembru 2011. Dawn l-aħħar żewġ deċiżjonijiet reġjonali awtorizzaw lil Saremar tintroduċi varjazzjonijiet fis-sistema tariffarja adottata bil-għan li jiġi kkonċiljat il-bilanċ baġitarju u s-sodisfazzjon massimu tal-konsumaturi.

7

Fl-1 ta’ Settembru 2011, ir-RAS adottat id-delibera n. 36/6 (deċiżjoni reġjonali Nru 36/6). F’din id-deċiżjoni reġjonali, billi kkunsidrat li l-interruzzjoni tas-servizz ta’ navigazzjoni marittima mwettqa minn Saremar fuq il-konnessjonijiet mal-kontinent ikollha l-effett li ġġedded sitwazzjoni ta’ monopolju fuq dawn il-konnessjonijiet, ir-RAS talbet lil din il-kumpannija teżamina, abbażi ta’ pjan kummerċjali, il-vijabbiltà ta’ servizz ta’ navigazzjoni marittima, bħala esperiment, għall-perijodu ta’ bejn it-30 ta’ Settembru 2011 u t-30 ta’ Settembru 2012 fuq tal-inqas waħda mis-segwenti tliet konnessjonijiet: il-konnessjoni Olbia-Livourne, il-konnessjoni Porto Torres-Livourne u l-konnessjoni Cagliari-Piombino. Din id-deċiżjoni reġjonali speċifikat li, fil-kuntest ta’ dan l-eżami, Saremar kellha tieħu inkunsiderazzjoni d-domanda għat-trasport kif ukoll in-natura tenibbli fuq il-livell ekonomiku u finanzjarju tas-servizz ta’ navigazzjoni.

8

Barra minn hekk, fl-istess deċiżjoni reġjonali, ir-RAS iddefinixxiet il-miżuri li għandhom jiġu adottati bil-għan li jiġi kkumpensat it-telf subit minn Saremar fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment ta’ Tirrenia. Fil-fatt, kellha twettaq żvaluta li tekwivali għal 50 % tal-krediti tagħha fuq Tirrenia, li kienu jammontaw għal EUR 11546403.59, u kellha, minħabba dan, tirreġistra fl-2010 żbilanċ ta’ EUR 5253530.05. Għaldaqstant, ir-RAS iddeċidiet, minn naħa, li tkopri dan it-telf billi tnaqqas il-kapital ta’ Saremar għall-ammont ta’ EUR 4890950.36, ladarba ġew użati r-riżerva legali u l-benefiċċji tas-snin preċedenti. Min-naħa l-oħra, filwaqt li rrilevat li l-azzjonisti ta’ kumpannija li l-kapital tagħha ġie ridott b’iktar minn terz huma obbligati, skont l-Artikolu 2446 tal-kodiċi ċivili Taljan, li jikkapitalizzaw mill-ġdid dik il-kumpannija, ir-RAS iddeċidiet li żżid il-kapital ta’ Saremar, wara t-tnaqqis imsemmi iktar ’il fuq u fl-istess ammont. Fit-28 ta’ Marzu 2012, l-assemblea tal-azzjonist ta’ Saremar adottat l-imsemmi tnaqqis tal-kapital u, fil-15 ta’ Ġunju 2012, iż-żieda tal-kapital suċċessiv (iktar ’il quddiem iż-“żieda tal-kapital kontenzjuża”). Fil-11 ta’ Lulju 2012, l-istess assemblea tal-azzjonisti pproċediet bil-ħlas ta’ parti minn din iż-żieda tal-kapital fl-ammont ta’ EUR 824309.69.

9

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, ir-RAS adottat id-delibera n. 48/65 (deċiżjoni reġjonali Nru 48/65), li permezz tagħha hija tat id-direttiva lil Saremar sabiex tattiva immedjatament il-konnessjoni mħallta Olbia-Civitavecchia bl-użu tal-ferries użati għall-istaġun tas-sajf tal-2011, abbażi ta’ vjaġġ kuljum u tat-tariffa tal-istaġun il-baxx applikat fl-2011, permezz tal-fakultà li tbiddel din it-tariffa skont id-domanda u l-għan tal-bilanċ baġitarju. Fil-fatt, ir-RAS ikkunsidrat, fid-dawl tal-analiżi pprovduta minn Saremar, li din il-konnessjoni biss kienet tippermetti li jintlaħaq il-bilanċ finanzjarju. Barra minn hekk, fl-istess deċiżjoni reġjonali, ir-RAS pprevediet il-kiri ta’ tliet ferries b’kapaċità kbira bil-għan li jitwettqu l-konnessjonijiet Olbia-Civitavecchia u Porto Torres-Vado Ligure (jew Porto Torres-Gênes) fil-perijodu ta’ bejn Mejju u Settembru 2012. Barra minn hekk, hija pprovdiet għad-determinazzjoni minn Saremar ta’ tariffa standard għall-konnessjonijiet kollha, irrispettivament mill-istaġun, li tkun tippermettilha li tikkonċilja bilanċ finanzjarju u sodisfazzjon massimu tal-konsumaturi. Sussegwentement, ir-RAS adottat id-delibera n. 12/28 (deċiżjoni reġjonali Nru 12/28), tal-20 ta’ Marzu 2012, u d-delibera n. 22/14 (deċiżjoni reġjonali Nru 22/14), tat-22 ta’ Mejju 2012, li permezz tagħhom hija tat lil Saremar l-opportunità li tiddetermina, fost it-tariffi li din il-kumpannija kienet ippreżentatilha għall-istaġun tas-sajf tal-2012, dawk li jippermettu li jiġi kkonċiljat bl-aħjar mod il-bilanċ baġitarju u s-sodisfazzjon tal-għanijiet ta’ interess pubbliku fuq il-konnessjonijiet Olbia-Civitavecchia u Porto Torres-Vado Ligure.

10

L-Artikolu 1(3) tal-Liġi Reġjonali Nru 15 tal-2012 pprevediet l-awtorizzazzjoni ta’ nefqa ta’ EUR 10 miljuni, bil-għan li jiġi kopert l-“iżbilanċ eventwali” ta’ Saremar naxxenti minn konnessjonijiet żgurati minn dik il-kumpannija bejn Sardegna u l-kontinent (iktar ’il quddiem il-“miżura ta’ kumpens kontenzjuża”). Din l-aħħar imsemmija dispożizzjoni ġiet implementata mir-RAS fil-forma ta’ żewġ pagamenti mwettqa, minn naħa, fis-6 ta’ Novembru 2012 u, min-naħa l-oħra, fit-3 ta’ Diċembru 2012.

2. Il-proċedura amministrattiva

11

Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea nnotifikat lir-Repubblika Taljana bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet Taljani favur kumpanniji tal-ex grupp Tirrenia u permezz tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (ĠU 2012, C 28, p. 18). Din id-deċiżjoni kienet tikkonċerna biss il-kumpensi ta’ servizz pubbliku mħallsa mill-Istat Taljan bejn l-2009 u l-2011 u għajnuna potenzjali fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Saremar.

12

Wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rreġistrat ilmenti ġodda marbuta, b’mod partikolari, ma’ ċerti miżuri adottati mir-RAS favur Saremar. Fit-12 ta’ Ottubru 2012, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali.

13

Fid-19 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Taljani bid-deċiżjoni tagħha li testendi il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tat-22 ta’ Marzu 2013 (ĠU 2013, C 84, p. 58). Fil-fatt, il-Kummissjoni qieset li d-dubji li hija kienet ifformulat fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha kienu japplikaw ukoll għall-kumpens imħallas lill-kumpanniji tal-ex grupp Tirrenia sa minn Jannar tal-2012, u b’mod partikolari, fir-rigward ta’ Saremar, għall-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kif ukoll għal miżuri oħra ta’ finanzjament pubbliku li kienu ngħataw lil din il-kumpannija sa minn dik id-data.

14

Ir-RAS ippreżentat osservazzjonijiet fuq il-miżuri li hija kienet adottat favur Saremar permezz tal-ittri tat-13 ta’ Diċembru 2012, tas-26 ta’ Frar, tat-3 ta’ Settembru, tal-24 ta’ Ottubru, tat-13 ta’ Novembru u tal-21 ta’ Novembru 2013. Saremar u l-kompetituri tagħha wkoll ippreżentaw osservazzjonijiet. Bl-istess mod, l-awtoritajiet Taljani wieġbu għat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali tal-Kummissjoni permezz tal-ittri tas-26 ta’ Settembru u tal-25 ta’ Ottubru 2013. Fl-aħħar, il-miżuri inkwistjoni ġew diskussi f’diversi laqgħat bejn il-Kummissjoni, ir-RAS u Saremar (l-24 ta’ April 2012, it-2 ta’ Mejju, l-10 ta’ Lulju u l-10 ta’ Ottubru 2013) kif ukoll bejn il-Kummissjoni u l-lanjanti (is-27 ta’ Lulju u l-20 ta’ Novembru 2012 kif ukoll it-8 ta’ Awwissu 2013).

15

Permezz tal-ittra tal-14 ta’ Marzu 2013, ir-RAS talbet lill-Kummissjoni tissepara l-eżami tas-serje ta’ miżuri li hija kienet adottat favur Saremar minn dak tal-miżuri l-oħra kkonċernati mill-proċedura ta’ investigazzjoni formali u li tipproċessa dik is-serje ta’ miżuri b’mod prijoritarju, b’mod partikolari fid-dawl tal-privatizzazzjoni imminenti ta’ Saremar. Wara din it-talba, il-Kummissjoni adottat, fit-22 ta’ Jannar 2014, id-Deċiżjoni C(2013) 9101 finali, dwar il-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-RAS favur Saremar (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

3. Id-deċiżjoni kkontestata

16

Kif jirriżulta mill-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda biss il-miżuri adottati mir-RAS favur Saremar.

17

Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni eżaminat ħames miżuri: fl-ewwel lok, il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, fit-tieni lok, il-finanzjament tal-attivitajiet promozzjonali ta’ Saremar, jiġifieri l-għoti mir-RAS ta’ EUR 3 miljuni għall-benefiċċju ta’ Saremar bil-għan li jiġi promoss it-turiżmu f’Sardegna, fit-tielet lok, l-awtorizzazzjoni mogħtija lil Saremar sabiex tinnegozja self ta’ EUR 3 miljuni kif ukoll ittra ta’ intenzjoni maħruġa mir-RAS favur l-istabbiliment bankarju kkonċernat, fir-raba’ lok, it-tieni ittra ta’ intenzjoni favur Saremar bil-għan li tippermettilha tikseb awtorizzazzjoni ta’ self bankarju kurrenti ta’ EUR 5 miljuni, u, fil-ħames u l-aħħar lok, iż-żieda tal-kapital kontenzjuż.

18

Fir-rigward tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, l-analiżi tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata kien jinvolvi erba’ stadji.

19

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni eżaminat il-punt dwar jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kinitx tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. F’dan ir-rigward, wara li kkonstatat, min-naħa, li l-imsemmija miżura kienet tinkludi trasferiment ta’ riżorsi statali (punti 161 sa 165) u, min-naħa l-oħra, li kienet selettiva (punt 166), il-Kummissjoni vverifikat jekk din il-miżura kinitx tinkludi vantaġġ ekonomiku għal Saremar billi eżaminat il-konformità tagħha mal-kundizzjonijiet stabbiliti permezz tas-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415) (iktar ’il quddiem il-“kundizzjonijiet Altmark”) (punti 167 sa 225). Qabel xejn, il-Kummissjoni eżaminat il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża mill-perspettiva tat-tieni kundizzjoni Altmark u kkonkludiet li din il-kundizzjoni ma kinitx issodisfatta u li konsegwentement, din il-miżura kienet tagħti vantaġġ ekonomiku lil Saremar (punti 173 s 179). Madankollu, hija eżaminat il-miżura inkwistjoni wkoll mill-perspettiva tal-ewwel u t-tielet kundizzjoni Altmark u kkonkludiet li dawn il-kundizzjonijiet lanqas ma kienu ssodisfatti (punti 180 sa 219 u 220 sa 224). Fl-aħħar, il-Kummissjoni rrilevat li l-miżura inkwistjoni kienet taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u setgħet toħloq distorzjoni tal-kompetizzjoni u li, konsegwentement, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (punti 246 u 247).

20

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża setgħetx titqies bħal għajnuna meqjusa kompatibbli u eżentata mill-obbligu ta’ notifika previst mill-Artikolu 108(3) TFUE fid-dawl tal-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2012/21/UE tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, p. 3, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni SGEI tal-2011”), li timplementa d-deroga prevista fl-Artikolu 106(2) TFUE. Minn dan hija kkonkludiet li dan ma kienx il-każ (punti 255 sa 260 tad-deċiżjoni kkontestata).

21

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni kkunsidrat li Saremar kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà fis-sens tal-avviż tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2004, intitolat “Linji gwida Komunitarji li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà” (ĠU C 244, p. 2, iktar ’il quddiem il-“linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni”). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li, skont il-punt 9 tal-avviż tagħha tal-11 ta’ Jannar 2012 intitolat “Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku” (ĠU C 8, p. 15, iktar ’il quddiem il-“qafas SGEI tal-2011”), il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kellha tiġi evalwata fid-dawl tal-istess linji gwida u tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni rrilevat li l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawn il-linji gwida ma kinux issodisfatti f’dan il-każ. Minn dan hija kkonkludiet li l-imsemmija miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli (punti 261 sa 280 tad-deċiżjoni kkontestata).

22

Fir-raba’ lok, sussidjarjament, il-Kummissjoni madankollu eżaminat, f’każ li Saremar ma kinitx tikkostitwixxi impriża f’diffikultà, jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża setgħetx titqies bħala għajnuna kompatibbli fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-qafas SGEI. Fid-dawl, b’mod partikolari, tal-konstatazzjonijiet li hija kienet wettqet fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark u tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, hija kkonkludiet li dan ma kienx il-każ (punti 282 sa 296 tad-deċiżjoni kkontestata).

23

Fir-rigward taż-żieda tal-kapital kontenzjuża, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjonijiet sabiex tiġi din il-miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat kienu ssodisfatti (punti 161 sa 166 u 235 sa 247). B’mod partikolari, hija kkonstatat li, fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, din iż-żieda tal-kapital ma kinitx tosserva il-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq (punti 235 sa 245). Sussegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-imsemmija żieda tal-kapital ma kinitx tosserva l-kriterji previsti mil-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni u għalhekk ma setgħetx tikkostitwixxi għajnuna kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE (punti 297 sa 299).

24

Skont l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil Saremar, minn naħa, fil-forma tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, u, min-naħa l-oħra, fil-forma taż-żieda tal-kapital kontenzjuża hija inkompatibbli mas-suq intern u ġiet eżegwita b’mod illegali mill-awtoritajiet Taljani, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni, il-finanzjament tal-attivitajiet promozzjonali u l-ħruġ ta’ ittri ta’ intenzjoni, imsemmija fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat mogħtija lil Saremar. L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija deċiżjoni jordna l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli msemmija fl-Artikolu 1(1) tagħha.

25

Hija biss il-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna l-miżura ta’ kumpens u ż-żieda tal-kapital kontenzjużi li hija suġġetta għal din il-kawża. Barra minn hekk, din l-istess parti tal-imsemmija deċiżjoni hija suġġetta wkoll għal kawża da parti ta’ Saremar, li fuqha tinċidi s-sentenza odjerna, Saremar vs Il-Kummissjoni (T-220/14).

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

26

Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-2 ta’ April 2014, ir-RAS ippreżentat dan ir-rikors.

27

Fit-8 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha.

28

Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-21 ta’ Lulju 2014, CIN talbet li tintervjeni insostenn tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Permezz tal-10 ta’ Settembru 2014, ir-RAS u il-Kummissjoni ppreżentaw, kull waħda minnhom sa fejn hija kkonċernata, talba għal trattament kunfidenzjali fir-rigward ta’ CIN u pproduċew, għal dan l-għan, verżjoni mhux kunfidenzjali tal-atti kkonċernati. Permezz ta’ digriet tal-President tat-Tmien Awla, tal-10 ta’ Ottubru 2014, l-intervent ta’ CIN ġie aċċettat. Fin-nuqqas ta’ kontestazzjoni, it-talbiet għal trattament kunfidenzjali tar-RAS u tal-Kummissjoni ġew aċċettati.

29

Ir-replika u l-kontroreplika ġew ippreżentati fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali, rispettivament, fis-17 ta’ Settembru 2014 u fit-12 ta’ Novembru 2014.

30

In-nota ta’ intervent ta’ CIN ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni u r-RAS ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din in-nota fit-12 ta’ Frar u fit-2 ta’ Marzu 2015 rispettivament.

31

Permezz ta’ ittra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ April 2016, il-partijiet ġew informati bid-deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali li tinnomina, minħabba l-impediment ta’ wieħed mill-Imħallfin tal-kulleġġ ġudikanti, Imħallef ieħor li jissostitwixxi l-Imħallef impedit, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

32

Permezz ta’ ittra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, tal-21 ta’ April 2016, il-partijiet prinċipali ġew mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-possibbiltà li l-kawża odjerna tingħaqad mal-Kawża T-220/14, Saremar vs Il-Kummissjoni (ara l-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq) għall-finijiet tas-seduta u, jekk ikun il-każ, għall-finijiet tad-deċiżjoni li tagħlaq din l-istanza. Permezz tal-ittri rispettivi tat-28 ta’ April u tal-10 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni, minn naħa, u r-RAS, min-naħa l-oħra, fissru li ma kellhom l-ebda osservazzjoni fir-rigward ta’ din l-għaqda. Il-Kummissjoni talbet li, f’każ ta’ tali għaqda, hija biss il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-atti tal-proċedura fil-kawża odjerna li għandha tiġi kkomunikata lill-intervenjenti fil-Kawża T-220/14. Min-naħa tagħha, ir-RAS talbet li, f’tali ipoteżi, għandha tiġi kkomunikata lill-intervenjenti fil-Kawża T-220/14 verżjoni mhux kunfidenzjali tal-annessi tar-rikors li tkun identika għal dik ippreżentata, fil-11 ta’ Ġunju 2015, minn Saremar fil-Kawża T-220/14, wara d-digriet tas-7 ta’ Mejju 2015, Saremar vs Il-Kummissjoni (T-220/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:320).

33

Permezz ta’ digriet tal-President tat-Tmien Awla tat-22 ta’ Ġunju 2016, il-kawża odjerna u l-Kawża T-220/14 ingħaqdu għall-finijiet tal-fażi orali. Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, stieden, b’mod partikolari, lil RAS u lil Saremar jipprovdu lill-Qorti Ġenerali, bil-miktub, informazzjoni aġġornata li tikkonċerna s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ Saremar u, b’mod partikolari, jindikawlha jekk Saremar ġietx ammessa fil-proċedura ta’ ftehim mal-kredituri kif ukoll, jekk applikabbli, l-iżviluppi ta’ din il-proċedura. Ir-RAS u Saremar bagħtu r-risposta rispettiva tagħhom fil-11 ta’ Lulju 2016.

34

Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Ġunju 2016, Grandi Navi Veloci, parti intervenjenti fil-Kawża T-220/14, informat lill-Qorti Ġenerali li hija kienet qiegħda tirrinunzja għall-intervent tagħha. Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Lulju 2016, din il-parti intervenjenti tħassret mill-Kawżi magħquda T-219/14 u T-220/14.

35

It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-20 ta’ Lulju 2016. Matul din is-seduta, id-diskussjoni bejn il-partijiet kienu jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kwistjoni tal-persistenza tal-interess ġuridiku, minn naħa, tar-RAS u, min-naħa l-oħra, ta’ Saremar fil-kuntest tal-istralċ ta’ din tal-aħħar. Il-Qorti Ġenerali stiednet lill-partijiet jippreżentaw bil-miktub il-pożizzjoni tagħhom dwar din il-kwistjoni u pprovdiet numru ta’ dokumenti relatati. Fid-29 ta’ Lulju 2016, il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u pproduċew id-dokumenti mitluba mill-Qorti Ġenerali. Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Settembru 2016.

36

Ir-RAS titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, “totalment jew parzjalment”, id-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat il-miżura ta’ kumpens u ż-żieda tal-kapital kontenzjuża bħala għajnuna mill-Istat u sa fejn din tal-aħħar qieset li dawn il-miżuri kienu inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru tagħhom;

tiddikjara l-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u l-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 illegali u inapplikabbli skont l-Artikolu 277 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

37

Barra minn hekk, ir-RAS talbet lill-Qorti Ġenerali tordna miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u miżuri istruttorji, fis-sens tal-Artikoli 64 sa 66 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991, maħsuba sabiex tinterroga lill-Kummissjoni u titlobha tipproduċi ċerti dokumenti dwar kwistjonijiet mqajjma fil-kuntest tal-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel motiv.

38

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lil RAS għall-ispejjeż.

39

CIN titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż inklużi dawk marbuta mal-intervent tagħha.

Id-dritt

1. Fuq il-locus standi u l-interess ġuridiku

40

Fis-seduta u fil-kuntest tal-ittra tagħha tad-29 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni sostniet li l-interess ġuridiku ta’ RAS intilef fil-pendenzi tal-kawża minħabba l-istralċ pendenti ta’ Saremar. F’dan ir-rigward, hija ssostni li r-RAS ma għandha l-ebda intenzjoni li tkompli l-attività ekonomika ta’ Saremar. F’dan ir-rigward, hija tibbaża ruħha fuq l-osservazzjonijiet tar-RAS ippreżentati fil-kuntest tal-Kawża T-506/14, Grandi Navi Veloci vs Il-Kummissjoni, li fihom RAS ammettiet impliċitament li, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ma setgħax jinġieb fi tmiemu l-istralċ ta’ Saremar u l-attività ekonomika ta’ din l-impriża ma setgħetx tirpilja. Il-Kummissjoni tipprevalixxi ruħha wkoll mid-dikjarazzjonijiet tal-president tar-RAS, riprodotti fil-motivi tad-delibera n. 24/23 (deċiżjoni reġjonali Nru 24/23), tat-22 ta’ April 2016, mehmuża mal-osservazzjonijiet tagħha tad-29 ta’ Lulju 2016, li jiddikjaraw li “l-interess tal-amministrazzjoni reġjonali fiż-żamma ta’ Saremar ma għadux jeżisti”. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, bħala kreditur ta’ Saremar abbażi tal-ħlas tal-għajnuna, ir-RAS ma għandhiex interess li l-ammont ta’ din tal-aħħar jiġi eskluż mill-passiv tal-impriża. Fl-aħħar, l-interess tar-RAS li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikkonstata li f’dan il-każ hija ma tatx għajnuna mill-Istat inkompatibbli, huwa ta’ natura astratta u ipotetika, fl-assenza ta’ effett konkret ta’ tali konstatazzjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ssostni li, fid-dawl tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Lulju 2013 tal-Corte costituzionale (qorti kostituzzjonali, l-Italja), ir-RAS ma tista’ tislet l-ebda benefiċċju “politiku” mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, minħabba li ma kinitx kompetenti tadotta l-miżuri kontenzjużi. Fil-konklużjoni, il-Kummissjoni tindika li tali karenza ta’ interess ġuridiku kellha twassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni f’dan il-każ.

41

Min-naħa tagħha, b’risposta għal dawk l-argumenti, ir-RAS issostni li l-interess ġuridiku tagħha għadu jeżisti, minħabba, minn naħa, il-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika u, min-naħa l-oħra, il-kwalità tagħha ta’ azzjonista unika ta’ Saremar. Skont ir-RAS, l-għażliet li hija għamlet, fil-vesti tagħha ta’ awtorità pubblika, bil-għan li tiżgura l-kontinwità territorjali bejn Sardegna u l-kontinent ġew ikkontestati fid-deċiżjoni kkontestata, li fiha l-Kummissjoni tikkontesta l-eżistenza ta’ bżonn ta’ servizz pubbliku u n-neċessità ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Minħabba dan, ir-RAS tqis li hija għandha interess konkret u attwali li l-legalità tad-deċiżjonijiet tagħha jiġu kkonfermati permezz tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, hija ssostni li, kieku din id-deċiżjoni tiġi annullata, il-passiv suġġett għall-ftehim mal-kredituri jonqos b’mod sinjifikattiv, fatt li jkun jippermetti li jiġu ssodisfatti il-kredituri kollha u li hija tirċievi r-rikavat rimanenti mill-istralċ.

42

Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-Kummissjoni tikkontesta espressament il-fatt li hemm lok li l-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni fuq dan ir-rikors, minħabba t-telf pendente lite tal-interess ġuridiku tar-rikorrenti, iżda ma tikkontestax l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors. Madankollu l-argument tagħha bbażat fuq il-fatt li r-RAS ma kinitx kompetenti, skont id-dritt nazzjonali, sabiex tadotta l-miżuri kontenzjużi, iqajjem kemm il-kwistjoni tal-eżistenza tal-locus standi tar-rikorrenti kif ukoll il-kwistjoni tal-interess ġuridiku tagħha għall-preżentata ta’ dan ir-rikors. Issa hemm żewġ kundizzjonijiet kumulattivi ta’ ammissibbiltà għan dan ir-rikors (ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata) li għandhom, fi kwalunkwe każ, jiġu eżaminati mill-Qorti Ġenerali ex officio (ara d-digrieti tal-24 ta’ Marzu 2011, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, T-36/10, EU:T:2011:124, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-4 ta’ Mejju 2012, UPS Europe u United Parcel Servizz Deutschland vs Il-Kummissjoni, T-344/10, mhux ippubblikata, EU:T:2012:216, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).

43

F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li teżisti distinzjoni ċara bejn id-dritt għal azzjoni għal annullament tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, ikkontemplata fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, u dak tal-persuni fiżiċi jew legali, ikkontemplata fir-raba’ paragrafu tiegħu. B’hekk, skont il-ġurisprudenza, l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għal azzjoni, sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri, huwa kkundizzjonat biss min-natura kontestabbli tal-att li jintalab l-annullament tiegħu u mhux mill-ġustifikazzjoni tal-locus standi ta’ dawn l-awtoritajiet jew mill-interess ġuridiku tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-8 ta’ Settembru 2011, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, C-279/08 P, EU:C:2011:551, punti 35 sa 42, u tal-20 ta’ Settembru 2012, Franza vs Il-Kummissjoni, T-154/10, EU:T:2012:452, punti 3738).

44

Għall-kuntrarju, minn naħa, id-dritt għal azzjoni tal-persuni fiżiċi u legali previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE huwa ssubordinat għall-kundizzjoni li jiġi rikonoxxut li dawn il-persuni għandhom interess ġuridiku, jiġifieri, skont il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, għall-kundizzjoni li r-rikors tagħhom ikun jikkonċerna att li huma d-destinatarji tiegħu jew att li jikkonċernahom direttament u individwalment jew li tali rikors ikun jikkonċerna att regolatorju li jirrigwardahom direttament u li ma jinvolvix miżura ta’ implementazzjoni (ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata).

45

Min-naħa l-oħra, dan id-dritt għal azzjoni tal-persuni fiżiċi u legali huwa ssubordinat għall-eżistenza ta’ interess ġuridiku fl-istadju tal-preżentata tar-rikors, fatt li jikkostitwixxi kundizzjoni ta’ ammissibbiltà distinta mill-locus standi. Bl-istess mod bħas-suġġett tar-rikors, dan l-interess ġuridiku għandu jissussisti sal-prolazzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja, u fin-nuqqas ta’ dan, ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni (ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punti 5762 u l-ġurisprudenza ċċitata). Tali interess ġuridiku jissupponi li l-annullament li l-att ikkontestat jista’, fih innifsu, ikollu konsegwenzi legali u li r-rikors b’hekk jista’, bir-riżultat tiegħu jagħti vantaġġ lill-persuna li tkun ippreżentatu (sentenzi tas-7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il-Kummissjoni, C-362/05 P, EU:C:2007:322, punt 42, u tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punt 55). Barra minn hekk, l-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandu jkun reali u attwali u ma jistax ikun jikkonċerna sitwazzjoni futura u ipotetika (ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).

46

B’mod partikolari, il-kundizzjonijiet imfakkra fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. japplikaw għal rikors għal annullament ta’ entità infra-statali ta’ Stat Membru, li jista’ jiġi ppreżentat abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE dment li d-dritt intern tal-Istat Membru kkonċernat jirrikonoxxi li din l-entità għandha personalità ġuridika (ara f’dan is-sens, is-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Il-Kummissjoni vs Ente per le Ville Vesuviane u Ente per le Ville Vesuviane vs Il-Kummissjoni, C-445/07 P u C-455/07 P, EU:C:2009:529, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).

47

Fir-rigward, qabel xejn, tal-interess ġuridiku, mill-ġurisprudenza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, jirriżulta li entità infra-statali ta’ Stat Membru destinatarju ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiddeċiedi fuq il-kompatibbiltà u l-legalità ta’ għajnuna mogħtija minn dak tal-Istat, tista’ titqies bħala ikkonċernata direttament u individwalment f’ċerti ċirkustanzi. Minn naħa, din l-entità għandha titqies bħala kkonċernata direttament, meta d-deċiżjoni kkontestata tkun tista’ tinċidi direttament fuq l-atti li jagħtu l-għajnuna kontenzjuża li hija tkun adottat kif ukoll fuq l-obbligi tagħha fil-qasam tal-irkupru ta’ din l-għajnuna, u l-awtoritajiet nazzjonali li lilhom tkun ġiet innotifikata d-deċiżjoni kkontestata ma jkollhom l-ebda setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, din l-entità għandha titqies bħala kkonċernata individwalment, dment li hija tkun l-awtur tal-att jew atti previsti mid-deċiżjoni kkontestata u dment li din tal-aħħar tkun timpediha milli teżerċita kif trid hi, il-kompetenzi tagħha b’tali mod li l-interess tagħha li tikkontesta din id-deċiżjoni huwa għalhekk distint minn dak tal-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-15 ta’ Ġunju 1999, Regione Autonoma Friuli-Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni, T-288/97, EU:T:1999:125, punti 30 sa 34, u tad-9 ta’ Settembru 2014, Hansestadt Lübeck vs Il-Kummissjoni, T-461/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:758, punt 34).

48

F’dan il-każ, minn naħa, fir-rigward tal-effett dirett fuq l-interessi tar-RAS, minn ebda att tal-proċess ma’ jirriżulta li l-Istat Taljan, li lilu ġiet innotifikata d-deċiżjoni kkontestata, eżerċita s-setgħat diskrezzjonali tiegħu waqt il-komunikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni lir-rikorrent. Huwa għalhekk li din id-deċiżjoni hija ta’ natura li tinċidi direttament fuq id-drittijiet u l-obbligi tar-RAS, fir-rigward tal-għajnuna kontenzjuża. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-effett individwali fuq dawn l-interessi, hemm lok li jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mid-deċiżjonijiet reġjonali u mil-Liġi Reġjonali Nru 15 tal-2012 imsemmija fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, l-għajnuna kontenzjuża ngħatat mir-RAS fuq inizjattiva tagħha u fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, kemm fil-kwalità tagħha ta’ awtorità reġjonali inkarigata mill-protezzjoni tal-interessi soċjo-ekonomiċi fit-territorju ta’ Sardegna kif ukoll fil-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika inkarigata mill-ġestjoni ekonomika u finanzjarja ta’ Saremar, bil-ħsieb b’mod partikolari tal-privatizzazzjoni tagħha. Barra minn hekk, ma jirriżultax mill-atti tal-proċess li l-Istat Taljan intervjena fil-kuntest tal-għoti ta’ din l-għajnuna jew li għandu s-setgħa li jiddetermina l-interessi tar-RAS f’dan ir-rigward. Konsegwentement, jidher li r-RAS hija kkonċernata direttament u individwalment mid-deċiżjoni kkontestata u għaldaqstant għandha l-locus standi fir-rigward ta’ din id-deċiżjoni.

49

Madankollu, kif jirriżulta mill-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, dawn iċ-ċirkustanzi, għalkemm huma suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit il-locus standi tar-RAS, ma jurux neċessarjament l-interess ġuridiku tagħha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C-33/14 P, EU:C:2015:609, punt 62). Fil-fatt, barra minn dan, huwa neċessarju li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jkun jista’, fih innifsu, ikollu konsegwenzi legali fuq ir-RAS u li dan ir-rikors ikun jista’, bir-riżultat tiegħu, jagħtiha benefiċċju.

50

F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, fid-data tal-preżentata tar-rikors, id-deċiżjoni kkontestata kienet tippreġudika lir-RAS, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat l-għajnuna kontenzjuża inkompatibbli u illegali u ordnat l-irkupru tagħha. Għalhekk, f’din id-data, ir-RAS setgħet tikseb benefiċċju mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, sempliċiment b’dan l-annullament, il-konsegwenzi legali ta’ din id-deċiżjoni fuq il-validità tal-atti tar-RAS li jagħtu l-għajnuna kontenzjuża u l-obbligi tagħha naxxenti minnha, jiġifieri il-projbizzjoni tal-implementazzjoni ta’ dawn l-atti u l-obbligu tal-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni, kienu jieqfu awtomatikament li japplikaw għaliha u s-sitwazzjoni legali tagħha kienet neċessarjament tinbidel (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009, Tirrenia di Navigazione et vs Il-Kummissjoni, T-265/04, T-292/04 u T-504/04, mhux ippubblikata, EU:T:2009:48, punti 6970).

51

Ċertament, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, il-Kummissjoni tqis li r-RAS ma tista’ tikseb l-ebda benefiċċju “politiku” mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija ma kinitx kompetenti sabiex tadotta l-miżuri suġġetti għal din id-deċiżjoni. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2013 tal-Corte costituzionale tat raġun lill-Istat Taljan fuq il-kwistjoni dwar liema kienet l-awtorità kompetenti sabiex tiddetermina l-obbligi ta’ servizz pubbliku fuq il-konnessjonijiet bejn Sardegna u l-kontinent. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni għaldaqstant hija, essenzjalment, li, fid-dawl ta’ dik id-deċiżjoni tal-Corte costituzionale, kien biss l-Istat Taljan li kien kompetenti sabiex jipprovdi s-servizz pubbliku ta’ navigazzjoni stabbilit mir-RAS fl-2011 u fl-2012 u sabiex jadotta l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża relatata miegħu.

52

Madankollu, minn naħa, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma huwiex kompitu tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-qrati tal-Unjoni, li jiddeċiedu fuq it-tqassim tal-kompetenzi li jsir mir-regoli istituzzjonali tad-dritt intern bejn l-entitajiet differenti nazzjonali u fuq l-obbligi imposti fuqhom rispettivament (digriet tal-21 ta’ Marzu 1997, Région wallonne vs Il-Kummissjoni, C-95/97, EU:C:1997:184, punt 7, u s-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 1999, Regione Autonoma Friuli-Venezia Giulia vs Il-Kummissjoni, T-288/97, EU:T:1999:125, punt 48).

53

Min-naħa l-oħra u fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tal-Kummissjoni bl-ebda mod ma jikkontesta l-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, marbuta mal-locus standi u mal-interess ġuridiku tar-rikorrent. Fir-rigward tal-interess ġuridiku, kif ġie espost fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tista’ biss tikkonstata li l-għajnuna kontenzjuża tħallset mir-RAS fuq inizjattiva tagħha stess u bil-ħsieb li teżerċita l-kompetenzi tagħha u li l-Istat Taljan ma intervjeniex f’dan ir-rigward, b’tali mod li l-interess tar-RAS li tikkontesta d-deċiżjoni kkontestata huwa distint mill-interess ta’ din tal-aħħar. Konsegwentement, ma huwiex neċessarju, li l-Qorti Ġenerali, tinterpreta s-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2013 tal-Corte costituzionale sabiex tivverifika jekk, fir-rigward tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, ir-RAS kellhiex effettivament, kif issostni hija stess, il-kompetenza li tistabbilixxi, abbażi tal-kontinwità territorjali, is-servizz ta’ navigazzjoni marittima proprju tagħha bejn Sardegna u l-peninsula Taljana. Fir-rigward tal-interess ġuridiku, mill-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata tippreġudika lir-rikorrenti u li għalhekk hija tista’ tikseb benefiċċju legali mill-annullament tagħha. Għaldaqstant, iċ-ċirkustanza li hija ma tistax tislet benefiċċju “politiku” għar-raġunijiet esposti mill-Kummissjoni hija rrilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ssostnix li d-deċiżjoni tal-Corte costituzionale imsemmija iktar ’il fuq tikkontesta l-kompetenza tar-RAS sabiex tagħti ż-żieda tal-kapital kontenzjuża.

54

Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk, kif issostni l-Kummissjoni, l-interess ġuridiku tar-RAS spiċċax pendente lite minħabba l-istralċ ta’ Saremar.

55

F’dan ir-rigward, mill-ispjegazzjonijiet u mid-dokumenti pprovduti lill-Qorti Ġenerali mill-partijiet fil-11 u fid-29 ta’ Lulju 2016 jirriżulta li, fl-impossibbiltà li tirrestitwixxi l-parti tal-għajnuna kontenzjuża diġà mħallsa, Saremar talbet li tiġi ammessa fil-proċedura ta’ ftehim mal-kredituri fl-isfond tal-istralċ tagħha, liema ftehim mal-kredituri ġie approvat mit-Tribunale di Cagliari (qorti ta’ Cagliari, l-Italja) fit-22 ta’ Lulju 2015. Dan il-ftehim mal-kredituri kien jipprevedi li jissodisfa l-kredituri ta’ Saremar permezz tal-bejgħ u l-istralċ tal-beni kollha tagħha. Il-flotta ta’ Saremar ġiet ċeduta fit-30 ta’ Diċembru 2015 u din il-kumpannija temmet kull attività fil-31 ta’ Marzu 2016, filwaqt li r-RAS, fit-18 ta’ Marzu 2016 tat il-konċessjoni tal-konnessjoni bejn Sardegna u l-gżejjer iż-żgħar li jagħmlu magħha lil kumpannija oħra. Barra minn hekk, fir-risposta tagħha tal-11 ta’ Lulju 2016, ir-RAS indikat li Saremar kienet tinsab fi stadju avvanzat tal-fażi ta’ likwidazzjoni tal-proċedura ta’ ftehim mal-kredituri, sa fejn il-kredituri pprivileġġjati kollha kienu ġew issodisfatti u sa fejn kien previst, fix-xhur suċċessivi, li jsir l-ewwel tqassim sostanzjali bejn il-kredituri ordinarji.

56

Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja l-istralċ ta’ Saremar, ma kienx spiċċa l-interess ġuridiku tar-RAS.

57

Fil-fatt, minn naħa, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-deċiżjoni kkontestata ma tħassritx jew ġiet irtirata, b’tali mod li r-rikors odjern għandu l-iskop tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il-Kummissjoni, C-362/05 P, EU:C:2007:322, punt 48).

58

Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni kkontestata tkompli tipproduċi effetti legali fir-rigward tar-RAS, liema effetti ma sarux nulli u bla effett sempliċiment minħabba l-istralċ ta’ Saremar. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma tikkontestax li, kif ġie espost fis-seduta mir-RAS u minn Saremar, l-istralċ ta’ din tal-aħħar ma kellux l-effett li jisparixxi lil din tal-aħħar, li setgħet tintervjeni biss fi tmiem dan il-proċess ta’ stralċ. Issa, anki jekk jiġi preżunt li, wara li sparixxiet Saremar, l-obbligi naxxenti mid-deċiżjoni kkontestata jieqfu jkollhom effett konkret fuq ir-RAS, fi kwalunkwe każ, dan ma kienx minnu fl-istadju tal-istralċ tagħha. Jeħtieġ li jiżdied li l-Qorti Ġenerali, sa dakinhar, ma ġietx informata li l-proċedura ta’ stralċ ta’ Saremar kienet intemmet.

59

Għalhekk, minħabba din id-deċiżjoni, ir-RAS ma għadx għandha dritt tħallas lil Saremar il-parti taż-żieda tal-kapital kontenzjuża li, kif jirriżulta mill-verbal tal-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Saremar tal-11 ta’ Lulju 2012 anness mar-rikors, peress li din l-awtorità pubblika ma kinitx għadha ħallset minħabba n-notifika ta’ din it-tranżazzjoni lill-Kummissjoni.

60

Barra minn hekk, fir-rigward tal-parti mill-għajnuna kontenzjuża li kienet diġà tħallset mir-RAS lil Saremar, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li s-sempliċi ċirkustanza li l-impriża tkun suġġetta għal proċedura ta’ falliment, b’mod partikolari meta din il-proċedura twassal għall-istralċ tal-impriża, ma tikkontestax il-prinċipju tal-irkupru tal-għajnuna. Fil-fatt, f’tali każ, l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti u l-eliminazzjoni tad-distorzjoni tal-kompetizzjoni naxxenti mill-għajnuna mħallsa illegalment jistgħu, bħala prinċipju, jitwettqu bir-reġistrazzjoni fil-passiv tal-impriża fi stralċ ta’ obbligazzjoni marbuta mal-ħlas lura tal-għajnuna kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2009, KG Holding et vs Il-Kummissjoni, T-81/07 sa T-83/07, EU:T:2009:237, punti 192193 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, ir-RAS tibqa’, tal-inqas, obbligata li tiżgura li l-krediti li hija għandha fir-rigward ta’ Saremar abbażi tal-parti diġà mħallsa tal-għajnuna kontenzjuża jiġu rreġistrati fil-passiv ta’ din il-kumpannija.

61

F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr il-bżonn li jiġu eżaminati l-argumenti tar-RAS, hemm lok li jiġi rrilevat li l-istralċ ta’ Saremar ma tikkontestax il-konstatazzjoni magħmula fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq li skontha l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata tista’ tagħti benefiċċju lir-rikorrenti, peress li l-obbligi naxxenti minn din id-deċiżjoni jieqfu awtomatikament li jinkombu lilha u li s-sitwazzjoni legali tagħha neċessarjament tinbidel b’din l-okkorrenza.

62

L-argumenti tal-Kummissjoni ma jistgħux jikkontestaw dawn il-kunsiderazzjonijiet.

63

Minn naħa, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta b’mod ċar li l-kwistjoni dwar jekk Saremar setgħetx tkompli l-attività ekonomika tagħha u, konsegwentement, il-kwistjoni dwar jekk ir-RAS għandhiex interess fit-tkomplija ta’ din l-attività ma jinċidux fuq il-persistenza tal-interess ġuridiku tar-rikorrenti. Fil-fatt, mill-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq jirriżulta f’dan ir-rigward li, dak li huwa rilevanti huwa, minn naħa, li d-deċiżjoni kkontestata għandha skop u, min-naħa l-oħra, li hija għadha tipproduċi effetti legali fir-rigward tar-RAS u d-deċiżjonijiet li hija adottat bħala awtorità pubblika. Huwa proprju għalhekk li d-dikjarazzjonijiet tar-RAS fil-kuntest tal-Kawża T-506/14, Grandi Navi Veloci vs Il-Kummissjoni u dawk tal-president tar-RAS, riprodotti fil-motivi tad-deċiżjoni reġjonali Nru 24/23 (ara l-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq), li huma invokati mill-Kummissjoni, ma humiex rilevanti f’dan il-każ. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, biż-żamma, minkejja dawn id-dikjarazzjonijiet, tar-rikors odjern, ir-RAS ma tmurx kontra l-prinċipju li skontu xejn ma jista’ jikkontesta dak li ġie rrikonoxxut preċedentement (nemo potest venire contra factum proprium).

64

Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, ir-RAS għandha dritt tippreżenta r-rikors odjern mhux fil-kwalità tagħha ta’ kreditur ta’ Saremar, iżda fil-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika dispensatriċi tal-għajnuna kontenzjuża. Konsegwentement, ma għandha l-ebda effett iċ-ċirkustanza li hija ma għandhiex interess fl-annullament tad-deċiżjoni kkontestata bħala kreditur ta’ Saremar, minħabba l-istralċ ta’ din tal-aħħar.

65

Fl-aħħar, għar-raġunijiet esposti fil-punti Error! Reference source not found. u Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, l-argument tal-Kummissjoni ibbażat fuq l-inkompetenza allegata tar-RAS sabiex tagħti l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma jistax jintlaqa’.

66

Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li r-RAS għad għandha interess ġuridiku fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u li konsegwentement, hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2. Fuq il-mertu

67

Ir-rikors jinkludi żewġ partijiet, l-ewwel parti hija intiża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża inkompatibbli mas-suq intern u implementata illegalment, u t-tieni parti hija intiża għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat iż-żieda tal-kapital kontenzjuża inkompatibbli u illegali.

Fir-rigward tal-ewwel parti tar-rikors, marbut mal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna l-miżura ta ’ kumpens kontenzjuża

68

Fir-rigward tal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, ir-rikorrenti tinvoka formalment ħames motivi bbażati, essenzjalment fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. L-ewwel motiv jirrigwarda l-identifikazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku impost fuq Saremar, it-tieni wieħed, jirrigwarda l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark, it-tielet wieħed jirrigwarda l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2005/842/KE tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Novembru 2005, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu [106(2)TFUE] rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, p. 67, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni SGEI tal-2005”) u tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, ir-raba’ motiv jirrigwarda il-klassifikazzjoni ta’ Saremar bħala impriża f’diffikultà, u l-ħames motiv jirrigwarda l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-qafas SGEI tal-2011.

69

F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li dawn il-motivi jirrigwardaw essenzjalment il-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata. Madankollu, fil-kuntest ta’ dawn il-motivi, ir-RAS issostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni. Bl-istess mod, fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-RAS tinvoka ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha naxxenti miċ-ċirkustanza li l-kwistjoni dwar jekk Saremar kinitx impriża f’diffikultà ma ġietx diskussa matul il-proċedura amministrattiva. Konsegwentement, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li, fil-verità, ir-RAS tqajjem, f’dan ir-rigward, is-sitt motiv li huwa separat mill-motivi fuq il-mertu msemmija iktar ’il fuq, liema motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u jinkludi żewġ partijiet marbuta, minn naħa, ma’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, min-naħa l-oħra, ma’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Dan il-motiv għandu jiġi eżaminat apparti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2013, Il-Kummissjoni vs Edison, C-446/11 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:798, punt 20, u l-ġurisprudenza ċċitata).

70

Il-Qorti Ġenerali tqis opportun li teżamina, fl-ewwel lok, is-sitt motiv u sussegwentement, fit-tieni lok, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames motiv, u, fit-tielet lok, l-ewwel motiv.

Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

– Fuq l-ewwelparti, ibbażata fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

71

Insostenn tal-ewwel parti tas-sitt motiv, ir-RAS tinvoka essenzjalment ħames ilmenti. Qabel xejn, jeħtieġ li jiġu eżaminati l-ewwel żewġ ilmenti.

72

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-identifikazzjoni mid-deċiżjoni kkontestata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku impost fuq Saremar fid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata b’mod suffiċjenti. It-tieni ilment huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha li ma tiħux inkunsiderazzjoni il-provi prodotti mir-RAS sabiex turi n-neċessità tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Saremar u n-natura suffiċjentement ċara tad-definizzjoni tagħhom.

73

F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li dawn l-ilmenti huma relatati mal-motivazzjoni tal-parti tad-deċiżjoni kkontestata marbuta mal-eżami tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża fid-dawl tal-ewwel kundizzjoni Altmark. Issa, kif ser jiġi espost fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, din il-parti tad-deċiżjoni kkontestata ma kinitx indispensabbli sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tikkonstata li l-imsemmija miżura ta’ kumpens ma kinitx tosserva l-kundizzjonijiet Altmark, peress li hija setgħet, ġustament, tikkonstata li t-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma kinitx issodisfatta. Konsegwentement, l-iżbalji allegati tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark ma jinċidux fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, mingħajr il-bżonn li jiġi vverifikat jekk l-ewwel ilment jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ddefiniti fl-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991, applikabbli fid-data tal-preżentata tar-rikors, hemm lok li jiġi kkunsidrat li ż-żewġ ilmenti inkwistjoni huma ineffettivi u għandhom jinċaħdu.

74

It-tielet ilment huwa relatat ma’ nuqqas ta’ motivazzjoni tal-punti 255 sa 260 tad-deċiżjoni kkontestata, li fihom il-Kummissjoni eżaminat il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża fid-dawl tal-kundizzjonijiet previsti mid-deċiżjoni SGEI tal-2011 u mid-deċiżjoni SGEI tal-2005.

75

L-ewwel lok, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rekwiżit msemmi fl-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991, li jistabbilixxi li r-rikors għandu jinkludi, minbarra l-indikazzjoni tas-suġġett tal-kawża, il-motivi u l-argumenti invokati kif ukoll sinteżi sommarju tal-imsemmija motivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ma timmaterjalizzax l-inammissibbiltà tal-imsemmija motivi, ir-rikors għandu jispjega fiex jikkonsistu, b’tali mod li s-sempliċi tħabbir astratt tagħhom ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dawn ir-regoli. Rekwiżiti analogi huma rikjesti fir-rigward tal-ilment invokat insostenn ta’ motiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-14 ta’ Frar 2012, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T-267/06, mhux ippubblikata, EU:T:2012:69, punt 35, u tat-12 ta’ Settembru 2013, Besselink vs Il-Kunsill, T-331/11, mhux ippubblikata, EU:T:2013:419, punti 37 sa 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).

76

Issa, f’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tispeċifikax il-kontenut tat-tielet ilment. Fil-fatt, hija sempliċiment tinvoka fil-kuntest tat-tielet motiv tagħha li jirrigwarda żbalji mwettqa mill-Kummissjoni fil-punti 255 sa 260 tad-deċiżjoni kkontestata “ksur tal-Artikolu 296 TFUE”, mingħajr ma tispeċifika fiex jikkonsisti dan il-ksur. Konsegwentement, skont l-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991, dan l-ilment huwa inammissibbli.

77

Ir-raba’ ilment huwa bbażat, essenzjalment, fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma speċifikatx, fil-punt 269 tad-deċiżjoni kkontestata, jekk hija kinitx tikkunsidra li l-għoti ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku lil impriża f’diffikultà kienx eskluż bħala prinċipju.

78

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’tali mod li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u b’tali mod li l-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari rigward il-kontenut tal-att, in-natura tal-motivi invokati u l-interess li d-destinatarji jew persuni oħra direttament jew individwalment ikkonċernati bl-att jista’ jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Il-motivazzjoni ma għandhiex bilfors tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-kliem tiegħu, iżda wkoll mill-kuntest tiegħu u mir-regoli kollha tad-dritt li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat (ara s-sentenza tat-28 ta’ Jannar 2016, Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni, T-507/12, mhux ippubblikata, EU:T:2016:35, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).

79

Barra minn hekk, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-korrelazzjoni neċessarja bejn il-motivi invokati mill-persuni kkonċernati matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u l-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tistax tobbliga lil din tal-aħħar li tinjora kull wieħed mill-argumenti invokati insostenn ta’ dawk il-motivi. Ikun suffiċjenti li hija tesponi l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li huma ta’ natura essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni (ara s-sentenza tat-28 ta’ Jannar 2016, Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni, T-507/12, mhux ippubblikata, EU:T:2016:35, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).

80

F’dan il-każ, ma kienx indispensabbli li l-Kummissjoni tispeċifika, fil-punt 269 tad-deċiżjoni kkontestata, jekk hija kinitx tikkunsidra li l-għoti ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku lil impriża f’diffikultà kienx eskluż bħala prinċipju. Fil-fatt, kien suffiċjenti li, kif huwa l-każ barra minn hekk f’dan il-punt tad-deċiżjoni kkontestata, hija tindika li, skont il-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 u fid-dawl tal-fatt li ma ġewx issodisfatti l-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 f’dan il-każ, il-kompatibbiltà tal-imsemmi kumpens kellha tiġi evalwata fid-dawl tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni. Għalhekk, din l-indikazzjoni turi b’mod ċar l-elementi legali determinanti li wasslu lill-Kummissjoni tikkunsidra bħala neċessarja, f’dan il-każ, l-applikazzjoni tal-imsemmija linji gwida. Konsegwentement, ma kienx hemm il-bżonn li l-Kummissjoni tipprovdi iktar fid-dettall il-postulati teoretiċi li fuqhom kien ibbażat ir-raġunament tagħha, peress li l-punt 269 tad-deċiżjoni kkontestata kien jippermetti, minn naħa, lil RAS li tifhem dan ir-raġunament u li tiddiskuti l-imsemmija postulati fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, b’mod partikolari fil-kuntest tar-raba’ motiv, u, min-naħa l-oħra, lill-Qorti Ġenerali li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Għaldaqstant ir-raba’ ilment għandu jiġi miċħud.

81

Il-ħames ilment huwa bbażat, essenzjalment, fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni għall-applikazzjoni f’dan il-każ tal-prinċipji previsti fil-punti 14, 19, 20, 39 u 60 tal-qafas SGEI tal-2011, filwaqt li, skont il-punt 61 tal-istess qafas, dawn il-prinċipji ma humiex applikabbli għall-miżura ta’ kumpens kontenzjuża.

82

F’dan ir-rigward, ikun suffiċjenti li jiġi rrilevat, bħal ma għamlet il-Kummissjoni fir-risposta tagħha, li dan l-ilment huwa bbażat fuq il-premessa li l-kumpens ta’ servizz pubbliku kontenzjuża jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 u li, minħabba dan, skont il-punt 61 tal-qafas SGEI tal-2011, il-punti 14, 19, 20, 39 u 60 ta’ dan il-qafas ma kinux applikabbli għall-imsemmi kumpens. Issa, f’parti preċedenti tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri fil-punti 255 sa 260 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni esponiet ir-raġunijiet li abbażi tagħhom hija kienet tikkunsidra li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma kinux issodisfatti f’dan il-każ. Konsegwentement, hija ma kinitx obbligata tiġġustifika ulterjorment għaliex hija eżaminat il-kumpens kontenzjuż fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 14, 19, 20, 39 u 60 tal-qafas SGEI tal-2011.

83

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ħames ilment għandu jitwarrab u għaldaqstant jeħtieġ li tiġi miċħuda fl-intier tagħha l-ewwel parti tas-sitt motiv.

– Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

84

Ir-RAS issostni li l-Kummissjoni kklassifikat lil Saremar bħala impriża f’diffikultà għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kkontestata. Fl-opinjoni tagħha, din il-kwistjoni qatt ma kienet is-suġġett ta’ diskussjoni kontradittorja matul il-proċedura amministrattiva.

85

Il-Kummissjoni ttenni li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva ma jistgħux jiġu invokati f’dan il-każ.

86

F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-partijiet interessati, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, għandhom biss, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, il-fakultà li jgħaddu lill-Kummissjoni kull informazzjoni maħsuba sabiex tiggwida lil din tal-aħħar fl-azzjoni futura tagħha u ma tistax tippretendi diskussjoni kontradittorja mal-Kummissjoni bħal dik miftuħa favur l-Istat Membru kkonċernat. Fost il-persuni interessati, fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE, hemm inklużi mhux biss il-benefiċjarji tal-għajnuna jew, fejn applikabbli, il-kompetituri tagħhom, iżda wkoll l-entitajiet territorjali infra-statali li jkunu taw l-għajnuna, bħar-RAS f’dan il-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-15 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni u Spanja vs Government of Gibraltar u r-Renju Unit, C-106/09 P u C-107/09 P, EU:C:2011:732, punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-12 ta’ Mejju 2011, Région Nord-Pas-de-Calais u Communauté d’Agglomération du Douaisis vs Il-Kummissjoni, T-267/08 u T-279/08, EU:T:2011:209, punt 87 u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, f’dan il-każ, iċ-ċirkustanza li ma kien hemm l-ebda diskussjoni kontradittorja bejn ir-RAS u l-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq il-kwistjoni dwar jekk Saremar kellhiex tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà ma tistax tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Fi kwalunkwe każ, kif enfasizzat ġustament il-Kummissjoni, id-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ eżami formali, fil-premessi tagħha 260 u 261, kienet tagħmel riferiment espressament għall-ipoteżi li Saremar kienet impriża f’diffikultà, filwaqt li indikat li l-Kummissjoni ma kellhiex f’dak il-mument indikazzjonijiet dwar dan is-suġġett. Għaldaqstant kienet ir-RAS li kellha, matul din il-proċedura, tagħmel użu mill-fakultà offruta lilha li tippreżenta osservazzjonijiet u informazzjoni fuq din il-kwistjoni, f’każ li kienet tqis li dan huwa neċessarju.

87

Għaldaqstant, hemm lok li t-tieni parti tas-sitt motiv tiġi miċħuda, u, għalhekk, li s-sitt motiv jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE, kif ukoll fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark

88

It-tieni motiv jirrigwarda l-applikazzjoni tal-ewwel tliet kundizzjonijiet Altmark mwettqa mill-Kummissjoni fil-punti 167 sa 224 tad-deċiżjoni kkontestata. Dan il-motiv jinkludi ħames partijiet. L-ewwel tliet partijiet huma marbuta mal-ewwel kundizzjoni Altmark, filwaqt li r-raba’ u l-ħames partijiet jirrigwardaw rispettivament it-tieni u t-tielet waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. Ir-RAS tqis, essenzjalment, li l-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE.

89

Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li hija l-Qorti Ġenerali li għandha teżamina l-mertu tal-argument tar-RAS insostenn tal-partijiet differenti tat-tieni motiv unikament mill-perspettiva tal-ksur allegat tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux mill-perspettiva ta’ ksur allegat tal-Artikolu 106(2) TFUE. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet Altmark għandhom l-għan ewlieni li jikklassifikaw il-miżura inkwistjoni ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ obbligu ta’ notifika ta’ din il-miżura lill-Kummissjoni, f’każ ta’ għajnuna ġdida, jew ta’ kooperazzjoni ma’ dik l-istituzzjoni, f’każ ta’ għajnuna eżistenti (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni, T-568/08 u T-573/08, EU:T:2010:272, punti 128129 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għall-kuntrarju, dawn il-kundizzjonijiet ma humiex marbuta mad-determinazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mill-perspettiva tal-Artikolu 106(2) TFUE, liema determinazzjoni timplika, mid-definizzjoni tagħha, li l-miżura kienet ġiet, preliminarjament, ikklassifikata bħala għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, sa fejn huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, dan il-motiv huwa ineffettiv.

90

Barra minn hekk, jeħtieġ jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat tirrikjedi li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha previsti mill-Artikolu 107(1) TFUE. Dawn il-kundizzjonijiet huma s-segwenti: l-ewwel nett, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew għall-inqas permezz tar-riżorsi tal-Istat, it-tieni nett, dan l-intervent għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet nett, huwa għandu jagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tiegħu u r-raba’ nett, huwa għandu jagħmel distorsjoni jew jhedded b’distorsjoni lill-kompetizzjoni (ara s-sentenza tat-22 ta’ Ottubru 2015, EasyPay u Finance Engineering, C-185/14, EU:C:2015:716, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).

91

B’hekk, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, l-Artikolu 107(1) TFUE jissupponi b’mod partikolari l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lil impriża. Issa, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 87 tas-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415), ma jaqax taħt l-Artikolu 107(1) TFUE intervent statali meqjus bħala kumpens rappreżentanti korrispettiv għall-provvisti mwettqa mill-impriżi benefiċjarji sabiex jiġu eżegwiti l-obbligi ta’ servizz pubbliku, b’tali mod li dawn l-impriżi ma jiksbux, fil-verità, vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent għaldaqstant ma għandux l-effett li jpoġġi lil dawn l-impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli meta mqabbla mal-impriżi f’kompetizzjoni magħhom (ara s-sentenzi tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415, punt 87, u tat-22 ta’ Ottubru 2015, EasyPay u Finance Engineering, C-185/14, EU:C:2015:716, punt 45).

92

Madankollu, sabiex, f’każ konkret, tali kumpens ma jaqax fil-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat f’każ partikolari, għandhom jiġu ssodisfatti għadd ta’ kundizzjonijiet. L-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja fil-fatt tkun meħtieġa teżegwixxi obbligi ta’ servizz pubbliku u dawk l-obbligi ġew definiti b’mod ċar. It-tieni, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens iridu jiġu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti, sabiex jiġi evitat li dan jagħti vantaġġ ekonomiku li jista’ jiffavorixxi lill-impriża benefiċjarja fuq impriżi li jikkompetu magħha. It-tielet, il-kumpens ma jeċċedix l-ammont meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, imġarrba fit-twettiq ta’ obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi. Ir-raba’ nett, meta l-għażla tal-impriża inkarigata bl-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku ma ssirx fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, il-livell ta’ kumpens neċessarju għandu jkun ġie ddeterminat abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża ta’ daqs medju, immexxija tajjeb u adegwatament attrezzata kienet iġġarrab sabiex teżegwixxi l-obbligi tagħha, filwaqt li jittieħed kont tad-dħul marbut magħhom kif ukoll tal-benefiċċju raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta’ dawn l-obbligi (sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415, punti 88 sa 93, u tal-11 ta’ Marzu 2009, TF1 vs Il-Kummissjoni, T-354/05, EU:T:2009:66, punt 128).

93

Konsegwentement, intervent statali li ma jkunx jissodisfa waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet Altmark jista’ jitqies bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE dment li jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra rikjesti għall-klassifikazzjoni ta’ għajnuna previsti f’dan l-artikolu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415, punt 94, u tal-11 ta’ Marzu 2009, TF1 vs Il-Kummissjoni, T-354/05, EU:T:2009:66, punt 129).

94

Minn dak li ntqal jirriżulta li l-kundizzjonijiet Altmark, li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex intervent statali fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku jkun jista’ jevita l-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, huma ta’ natura kumulattiva. Barra minn hekk, dawn il-kundizzjonijiet huma distinti minn xulxin u kull waħda minnhom issegwi l-għan proprju tagħha (sentenza tat-18 ta’ Frar 2016,Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C-446/14 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:97, punt 31). Għalhekk, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata teżamina dawn il-kundizzjonijiet kollha jekk hija tikkonstata li kundizzjoni waħda jew iktar minnhom ma ġietx issodisfatta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-11 ta’ Marzu 2009, TF1 vs Il-Kummissjoni, T-354/05, EU:T:2009:66, punti 142, 143146). Bl-istess mod, in-natura żbaljata tal-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma hijiex issodisfatta ma tistax twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jekk, barra minn dan, il-Kummissjoni tipprovdi konstatazzjoni analoga fir-rigward ta’ waħda oħra minn dawn il-kundizzjonijiet li ma tkunx ivvizzjata minn żball. Fil-fatt, din l-aħħar imsemmija konstatazzjoni hija waħda suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li l-miżura kontenzjuża tagħti vantaġġ ekonomiku li jista’ jwassal għall-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni, T-541/13, mhux ippubblikata, taħt appell, EU:T:2015:898, punti 64112).

95

F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li huwa xieraq, f’dan il-każ, li jiġu eżaminati id-diversi partijiet differenti ta’ dan il-motiv. Fil-fatt, kull waħda minn dawn il-partijiet hija marbuta ma’ waħda mill-kundizzjonijiet Altmark u, konsegwentement, l-ebda waħda minnhom ma tista’ twassal, fiha nnifisha, għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

96

Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 173 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li, għal raġunijiet ta’ ċertezza, kien iktar xieraq li tibda l-eżami tal-osservanza tal-kundizzjonijiet Altmark fir-rigward tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża billi tanalizza lil din tal-aħħar fid-dawl tat-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. Barra minn hekk, fil-punt 179 tal-imsemmija deċiżjoni, hija kkonkludiet dan l-analiżi billi ddeċidiet li din il-kundizzjoni ma kinitx issodisfatta u li, konsegwentement, il-kumpens ta’ servizz pubbliku kien jagħti vantaġġ lil Saremar fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Kien biss wara din l-analiżi li l-Kummissjoni eżaminat suċċessivament l-ewwel (punti 180 sa 219 tad-deċiżjoni kkontestata) u t-tielet kundizzjoni Altmark (punti 220 sa 223 tad-deċiżjoni kkontestata). Għalhekk, jeħtieġ li jiġu eżaminati, fl-ewwel lok, l-argumenti tar-RAS marbuta mal-iżbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-tieni kundizzjoni Altmark, li ġew invokati insostenn tar-raba’ parti ta’ dan il-motiv.

97

Ir-RAS issostni, essenzjalment, li t-tieni kundizzjoni Altmark ma tirrikjedix li d-deċiżjonijiet li jikkonċedu mandat ta’ servizz pubbliku għandhom ikunu jipprevedu espliċitament il-miżura ta’ kumpens inkwistjoni. B’hekk, ikun suffiċjenti, bħal f’dan il-każ, li jkunu ddefiniti minn qabel, b’mod trasparenti u oġġettiv, peress li l-kriterji kollha ta’ organizzazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ dan is-servizz pubbliku jippermettu li jiġu identifikati l-ispejjeż u d-dħul kollu relatati. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ kontabbiltà separata għall-ġestjoni minn Saremar tal-konnessjonijiet mal-kontinent kien, f’dan il-każ, jevita kull kumpens żejjed u kull finanzjament sovrappost. Barra minn hekk, ir-RAS tikkunsidra li hija ma eskludietx żbilanċ ta’ ġestjoni, sa fejn hija obbligat lil Saremar twettaq il-missjoni tagħha ta’ servizz pubbliku f’kull ipoteżi. Fl-aħħar, skont ir-RAS, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008, dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implementat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) (ĠU L 225, p. 180, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni SNCM”) tikkonferma l-possibbiltà, li l-Kummissjoni tapprova kumpens ta’ servizz pubbliku mħallas a posteriori.

98

B’risposta, il-Kummissjoni tirriproduċi, essenzjalment, il-kunsiderazzjonijiet li hija esponiet fil-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata u li wassluha sabiex tikkonkludi li t-tieni kundizzjoni Altmark ma kinitx issodisfatta f’dan il-każ. Barra minn hekk, hija ssostni li d-deċiżjoni SNCM ma hijiex rilevanti. Bħala intervent, CIN essenzjalment tapprova dan l-argument.

99

Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li, sabiex ikkonkludiet, fil-punt 179 tad-deċiżjoni kkontestata, li t-tieni kundizzjoni Altmark ma kinitx issodisfatta f’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset fil-punti 174 sa 177 ta’ din id-deċiżjoni, lill-parametri tal-kalkolu tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma setgħetx titqies bħala stabbilita minn qabel, b’mod oġġettiv u trasparenti. Fil-fatt, hija tirrileva li, fid-deċiżjonijiet li jiddeterminaw il-missjoni ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar, ma kienx previst l-ebda kumpens, tant li dan tal-aħħar kien anki eskluż. Għalhekk, skont id-deċiżjoni kkontestata, i-deċiżjonijiet tar-RAS imsemmija iktar ’il fuq kienu msejsa fuq il-premessa li l-imsemmija missjoni ta’ servizz pubbliku kellha titwettaq minn Saremar, jekk mhux b’mod profittabbli, tal-inqas billi jinżamm il-bilanċ baġitarju u kien biss wara, u ladarba kien ħareġ l-iżbilanċ naxxenti mill-imsemmija missjoni, li kien ġie implementat mekkaniżmu ta’ kumpens (punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata). Hija żiedet li, kif esponiet sussegwentement, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark, peress li l-obbligi li jikkonċernaw il-livelli tat-tariffi ma kinux iddefiniti b’mod ċar, il-parametri tal-kalkolu tal-kumpens, neċessarjament marbuta ma’ dawn il-livelli tat-tariffi, ma setgħux ikunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti (punt 178 tad-deċiżjoni kkontestata).

100

F’dan ir-rigward, kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, it-tieni kundizzjoni Altmark tirrigwarda n-neċessità li jiġu stabbiliti minn qabel, b’mod oġġettiv u trasparenti, il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkolat il-kumpens, bil-għan li l-kumpens ikun jinkludi vantaġġ ekonomiku li kapaċi jiffavorixxi l-impriża benefiċjarja meta mqabbla ma’ impriżi f’kompetizzjoni magħha.

101

Fil-fatt, kif irrilevat diversi drabi, l-Qorti Ġenerali, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesa’ mhux biss fir-rigward tad-definizzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku, li hija suġġetta għall-ewwel kundizzjoni Altmark, iżda wkoll fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kumpens tal-ispejjeż ta’ dak is-servizz pubbliku. B’hekk fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI), il-Kummissjoni ma hijiex awtorizzata tiddeċiedi fuq il-portata tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li jkunu jinkombu lill-amministratur pubbliku, b’mod partikolari fuq il-livell tal-ispejjeż marbuta ma’ dan is-servizz, u lanqas fuq l-opportunità tal-għażla politika magħmula, f’dan ir-rigward, mill-awtoritajiet nazzjonali, u lanqas fuq l-effiċjenza ekonomika tal-amministratur pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2014, Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni, T-309/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:676, punti 104148 u l-ġurisprudenza ċċitata).

102

B’mod partikolari, huwa proprju minħabba l-fatt li din id-determinazzjoni tal-kumpens tal-ispejjeż ta’ servizz pubbliku ma hija suġġetta biss għall-iskrutinju limitat tal-istituzzjonijiet, li t-tieni kundizzjoni Altmark tirrikjedi li l-istituzzjonijiet ikunu f’pożizzjoni li jivverifikaw l-eżistenza ta’ parametri oġġettivi u trasparenti stabbiliti minn qabel, liema parametri għandhom jiġu speċifikati b’mod li jiġi eskluż kull użu abbużiv mill-Istat Membru mill-kunċett ta’ SGEI li jkollu l-effett li jagħti lill-amministratur pubbliku vantaġġ ekonomiku fil-forma ta’ kumpens (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2014, Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni, T-309/12, mhux ippubblikata, EU:T:2014:676, punt 148 u l-ġurisprudenza ċċitata).

103

B’hekk, din il-kundizzjoni tħalli lill-Istati Membri bil-libertà li jagħżlu huma l-modalitajiet prattiċi sabiex jiżguraw l-osservanza tagħha, dment li l-modalitajiet tal-istabbiliment tal-parametri tal-kalkolu tal-kumpens jkunu oġġettivi u trasparenti. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għal dan l-għan għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-kundizzjonijiet legali u ekonomiċi konkreti li fid-dawl tagħhom jiġu ddeterminati dawn il-parametri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2012, CBI vs Il-Kummissjoni, T-137/10, EU:T:2012:584, punt 192 u l-ġurisprudenza ċċitata).

104

F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-analiżi tal-Kummissjoni fil-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata, li fih hija tirrileva, b’mod partikolari, l-assenza ta’ kull determinazzjoni minn qabel ta’ kumpens, ma huwiex ivvizzjat minn żball.

105

Fil-fatt, mill-atti tal-proċess jirriżulta li l-ebda waħda mid-deċiżjonijiet reġjonali msemmija fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li permezz tagħhom ir-RAS inkarigat lil Saremar sabiex twettaq konnessjonijiet mal-kontinent u speċifikat l-obbligi ta’ servizz pubbliku relatati, ma kienet tipprevedi, b’mod espress jew anki impliċitament, il-ħlas ta’ ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku li jikkorrispondi għall-piżijiet li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni tal-obbligi imsemmija iktar ’il fuq. Għall-kuntrarju, kif enfasizzat il-Kummissjoni fil-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata, dawn id-deċiżjonijiet kollha taw lil Saremar direttivi sabiex tiddetermina l-konnessjonijiet u t-tariffi li għandha timplementa kif ukoll sabiex taġġusta l-imsemmija tariffi bil-għan li tikkonċilja d-domanda għat-trasport mal-għan ta’ bilanċ ekonomiku u finanzjarju. B’hekk, dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq il-premessa li l-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku msemmija iktar ’il fuq għandha ssir fil-kundizzjonijiet tas-suq u għalhekk filwaqt li tiġi ppreżervata l-vijabbiltà tal-attività mingħajr ma jingħata kumpens ta’ servizz pubbliku mir-RAS. B’hekk, kif tirrileva l-Kummissjoni fil-punt 177 tad-deċiżjoni kkontestata, id-deċiżjoni reġjonali Nru 48/65 tiġġustifika espressament l-obbligi li jinżamm bilanċ ekonomiku tal-konnessjonijiet mal-kontinent filwaqt li tagħmel riferiment għall-għan li jiġi evitat il-ħlas ta’ għajnuna inkompatibbli mill-Istat.

106

F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien b’mod ġust li l-Kummissjoni qieset li r-rekwiżit ta’ determinazzjoni minn qabel ta’ parametri oġġettivi u trasparenti għall-kalkolu tal-kumpens ta’ servizz pubbliku ma setgħax jitqies bħala ssodisfatt f’dan il-każ. Fil-fatt, dan ma setax javvera ruħu fl-assenza tal-adozzjoni mir-RAS ta’ dispożizzjonijiet li jipprovdu għall-għoti ta’ tali kumpens u fil-kuntest ta’ modalitajiet ta’ organizzazzjoni tas-servizz pubbliku inkwistjoni, bħal dawk deskritti fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li kienu jeskludu, tal-inqas bħala prinċipju, dak il-kumpens. Ċertament, kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, fil-kuntest tat-tieni kundizzjoni Altmark, il-ġurisprudenza tirrikonoxxi lill-awtoritajiet nazzjonali setgħa diskrezzjonali wiesa’ fid-determinazzjoni tal-modalitajiet tal-kalkolu tal-kumpens ta’ servizz pubbliku inkwistjoni. Madankollu, f’dan il-kuntest, din is-setgħa diskrezzjonali ma teżentax lill-awtoritajiet nazzjonali milli jipprovdu, minn qabel, għal kumpens ta’ servizz pubbliku. B’hekk, id-determinazzjoni, minn qabel minn qabel, tal-modalitajiet tal-kalkolu ta’ dan il-kumpens hija neċessarja sabiex tiġi ssodisfatta t-tieni kundizzjoni Altmark u tippreżumi, mid-definizzjoni tagħha, li tkun ġiet deċiża, ukoll minn qabel l-għoti ta’ tali kumpens.

107

Għaldaqstant, kif irrilevat essenzjalment il-Kummissjoni fil-kontroreplika tagħha, l-awtoritajiet nazzjonali huma liberi, jekk huma jqisu xieraq, li jipprevedu missjoni ta’ servizz pubbliku li l-bilanċ finanzjarju tagħha jkun żgurat b’mod sħiħ mid-dħul ta’ ġestjoni, mingħajr kumpens ta’ servizz pubbliku. Ċertament, l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku jimplika ġeneralment, bħala korrispettiv, l-għoti ta’ kumpens lill-amministratur ikkonċernat. Madankollu, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-SGEI, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix il-previżjoni ta’ tali kumpens ta’ servizz pubbliku. F’dan il-każ, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni fil-punt 174 tad-deċiżjoni kkontestata, is-setgħa diskrezzjonali li r-RAS, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet reġjonali msemmija fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, tat lil Saremar sabiex taġġusta t-tariffi tagħha kellha preċiżament l-għan li tippermetti lil din il-kumpannija li żżomm il-bilanċ finanzjarju u ekonomiku tal-attività tagħha f’kundizzjonijiet tas-suq, mingħajr il-bżonn li tirrikorri għal finanzjament pubbliku.

108

Għalhekk, f’dan il-kuntest, li kien jeskludi l-finanzjament tal-missjoni ta’ Saremar minn riżorsi pubbliċi, il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, li ngħatat ulterjorment fid-dawl tal-iżbilanċi ta’ ġestjoni naxxenti minn din l-attività, ma tistax titqies bħala kumpens ta’ servizz pubbliku fis-sens tas-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415). Fil-fatt, sa fejn tali kumpens ma kienx previst minn qabel, dan ma setgħax jiġi kkalkolat, kif tirrikjedi t-tieni kundizzjoni Altmark, abbażi ta’ parametri oġġettivi u trasparenti ddefiniti minn qabel. B’hekk, kif irrilevat il-Kummissjoni fil-punt 176 tad-deċiżjoni kkontestata, kien biss fil-kuntest tal-Liġi Reġjonali Nru 15 tal-2012 li r-RAS ħadet id-deċiżjoni li tħallas lil Saremar sussidju ta’ EUR 10 miljun sabiex “tkopri l-iżbilanċ eventwali” naxxenti minn konnessjonijiet mal-kontinent imwettqa minn Saremar. Barra minn hekk, din il-liġi reġjonali bl-ebda mod ma tindika fuq liema parametri ġie ddeterminat l-ammont ta’ dan is-sussidju.

109

Minn dak li ntqal jirriżulta li, anki sempliċiment fuq il-bażi tal-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni setgħet ġustament tqis li f’dan il-każ ma kinitx ġiet issodisfatta it-tieni kundizzjoni Altmark.

110

L-argumenti tar-RAS ippreżentati fil-kuntest tar-raba’ parti tat-tieni motiv ma jistgħux jikkonfutaw din il-konklużjoni.

111

Fl-ewwel lok, l-argument tar-RAS, li l-assenza ta’ riferiment espliċitu għal kumpens ta’ servizz pubbliku fid-deċiżjonijiet reġjonali li jikkonċedu l-mandat ta’ servizz pubbliku lil Saremar ma tmurx kontra t-tieni kundizzjoni Altmark huwa infondat.

112

F’dan ir-rigward, minn naħa, la l-qafas SGEI tal-2011 u lanqas il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, p. 4) li fuqhom tibbaża ruħha r-RAS, ma jipprovdu sostenn għal dan l-argument. Fil-fatt, kif tindika r-rikorrenti stess, jirriżulta minn dawn il-komunikazzjonijiet biss li l-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma humiex obbligati li jistabbilixxu minn qabel l-ammont eżatt tal-kumpens jew formula ddeterminata li tippermetti l-kalkolazzjoni ta’ dan l-ammont. Għall-kuntrarju, bl-ebda mod ma jirriżulta minn dawn il-komunikazzjonijiet li l-Kummissjoni kkunsidrat li dawk l-istess awtoritajiet jistgħu, bħar-RAS, jiddeżistu milli jipprevedu minn qabel il-ħlas ta’ kumpens. F’dan ir-rigward, kif indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, is-setgħa diskrezzjonali wiesa’ li jgawdu minnha l-awtoritajiet nazzjonali fid-determinazzjoni tal-parametri tal-kalkolu ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku ma tistax, mid-definizzjoni tagħha, teżenta lil dawn l-awtoritajiet milli jipprevedu, minn qabel, tali kumpens.

113

Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni SNCM ma tistax tiġi invokata insostenn ta’ dan l-argument. Fil-fatt, minn naħa, kif ġustament fakkret il-Kummissjoni, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li huwa biss fil-kuntest tal-Artikolu 107(1) TFUE, kif interpretat mis-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, (C-280/00, EU:C:2003:415), li għandha tiġi evalwata l-legalità ta’ deċiżjoni li tikklassifika kumpens ta’ servizz pubbliku bħala għajnuna mill-Istat u mhux fid-dawl ta’ prassi deċiżjonali preċedenti, anki jekk stabbilita (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-15 ta’ Ġunju 2005, Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni, T-171/02, EU:T:2005:219, punt 177 u l-ġurisprudenza ċċitata). Min-naħa l-oħra u fi kwalunkwe każ, kif irrilevat il-Kummissjoni fil-kontroreplika, id-deċiżjoni SNCM ma tippermettix li jiġi kkonfermat l-argument tar-rikorrenti. B’hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti fir-replika, mill-punt 253 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li l-kumpens ta’ servizz pubbliku mogħti lis-SNCM, b’differenza mill-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, kienet ġiet prevista minn qabel, fil-ftehim li jikkonċedi l-mandat ta’ servizz pubbliku konkluż bejn l-awtoritajiet Franċiżi u dik l-impriża. Għalhekk, f’dik l-istess deċiżjoni SNCM, il-Kummissjoni kkunsidrat lill-imsemmija kumpens kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fid-dawl tal-kundizzjonijiet Altmark.

114

Fit-tieni lok, iċ-ċirkustanza li l-kriterji neċessarji kollha sabiex jiġi identifikati u kkalkolati eżattament l-ispejjeż u d-dħul relatat mas-servizz pubbliku inkwistjoni huma ddefiniti fid-deċiżjonijiet tar-RAS li jikkonċedu l-mandat lil Saremar u ċ-ċirkustanza li d-deċiżjoni reġjonali Nru 20/57 stabbilixxiet sistema ta’ kompatibbiltà separata li tikkonċerna l-imsemmi servizz pubbliku ma humiex ta’ natura li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ żball ta’ liġi jew ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-tieni kundizzjoni Altmark.

115

Minn naħa, il-premessa li fuqha huma bbażat l-ewwel wieħed mill-argumenti msemmija fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq hija żbaljata. Fil-fatt, kif ammettiet ir-RAS stess fir-rikors, il-kriterji kollha neċessarji sabiex jiġu identifikati u kkalkolati l-ispejjeż u d-dħul relatati mas-servizz pubbliku inkwistjoni ma kinux ġew stabbiliti minn qabel, peress li d-deċiżjonijiet reġjonali li jikkonċedu l-mandat lil Saremar ma kinux jieħdu inkunsiderazzjoni l-volum tat-traffiku prevedibbli fil-konnessjonijiet mal-kontinent li din il-kumpannija kellha twettaq. Issa, evidentement, dan huwa varjabbli li għandu rwol essenzjali fit-twettiq jew le tal-bilanċ ekonomiku tal-attività inkwistjoni u għalhekk fil-kalkolu ta’ kumpens possibbli neċessarju għal dan il-bilanċ. Għalhekk, ir-RAS tirrikonoxxi impliċitament iżda neċessarjament, li element determinanti sabiex jiġu stabbiliti l-parametri oġġettivi tal-kalkolu tal-ammont tal-kumpens ma tteħidx inkunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet reġjonali msemmija iktar ’il fuq.

116

Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkustanza li l-imsemmija deċiżjonijiet reġjonali jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ elementi ta’ kontabbiltà neċessarji sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ kumpens possibbli ma hijiex determinanti f’dan il-każ. Fil-fatt, anki jekk tiġi preżunta bħala stabbilita, din iċ-ċirkustanza ma tistax tagħmel tajjeb għall-assenza, f’dawn id-deċiżjonijiet, ta’ dispożizzjonijiet li jipprovdi għall-għoti ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku, u lanqas, konsegwentement, għall-assenza ta’ parametri oġġettivi u trasparenti għall-kalkolu ta’ dan tal-aħħar. B’mod partikolari, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, fl-imsemmija deċiżjonijiet, ma hemm xejn li jindika li l-elementi ta’ kontabbiltà ppreżentati mir-RAS kellhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-kalkolu tal-ammont ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku, peress li dan tal-aħħar kien bħala prinċipju eskluż, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq.

117

Barra minn hekk, kif issostni l-Kummissjoni, mill-kliem stess tad-deċiżjoni reġjonali Nru 20/57 jirriżulta li s-sistema ta’ kontabbiltà separata implementata f’din id-deċiżjoni kellha l-għan li tiżgura il-bilanċ ekonomiku u finanzjarju tas-servizz pubbliku inkwistjoni fil-kundizzjonijiet tas-suq. B’mod partikolari, kif tindika r-RAS stess fir-rikors tagħha, din is-sistema ta’ kontabbiltà separata kienet intiża b’mod partikolari sabiex jiġi evitat li l-piżijiet marbuta ma’ dak is-servizz pubbliku ma jiġux ikkumpensati permezz tad-dħul marbut mal-konnessjonijiet mal-gżejjer iż-żgħar ta’ Sardegna u Corsica, mwettqa minn Saremar fil-kuntest ta’ ftehim ta’ servizz pubbliku u li jinkludi, b’mod partikolari, il-kumpens ta’ servizz pubbliku mħallas fil-kuntest ta’ dan il-ftehim.

118

Fl-aħħar, ir-RAS ma tistax tipprevalixxi ruħha utilment miċ-ċirkustanza li l-identifikazzjoni minn qabel tal-elementi ta’ kontabbiltà rilevanti fis-deċiżjonijiet reġjonali li jikkonċedu mandat ta’ servizz pubbliku u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontabbiltà separata kienu jippermettu li jiġi evitat kumpens żejjed.

119

Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, ir-rekwiżit marbut mal-assenza ta’ kumpens żejjed huwa rilevanti fil-kuntest tal-eżami tat-tielet kundizzjoni Altmark, iżda mhux fil-kuntest tal-eżami tat-tieni kundizzjoni, li għandu jkun limitat għall-verifika tal-eżistenza ta’ determinazzjoni minn qabel tal-parametri tal-kalkolu oġġettivi u trasparenti sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ dan il-kumpens. Għalkemm dawn il-kundizzjonijiet jippreżentaw ċerta interdipendenza, xorta jibqa’ minnu wkoll, kif indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti lkoll b’mod distint sabiex il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża tevita li tiġi kklassifikata bħala għajnuna.

120

F’dan ir-rigward, huwa inutli li r-rikorrenti tagħmel riferiment fil-punt 210 tas-sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni (T-289/03, EU:T:2008:29). Fil-fatt, f’dan il-punt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, fid-deċiżjoni li kienet is-suġġett tal-kawża, il-Kummissjoni kienet ivverifikat l-eżistenza f’dan il-każ ta’ kumpens żejjed, li kienet rilevanti fil-kuntest tal-eżami tat-tielet kundizzjoni Altmark. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, essenzjalment li hija kienet, impliċitament iżda neċessarjament, wettqet, minn qabel, il-verifika dwar l-eżistenza ta’ parametri oġġettivi u trasparenti tal-kalkolu tal-ammont tal-kumpens ta’ servizz pubbliku inkwistjoni, li kienet taqa’ taħt it-tieni kundizzjoni Altmark. Fil-punt 211 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali minn dan ikkonkludiet li hija kellha tivverifika jekk il-Kummissjoni setgħetx validament tikkunsidra li din it-tieni kundizzjoni kienet issodisfatta. B’hekk, filwaqt li ftit li xejn isostni l-argument tar-rikorrenti, il-punt 210 tal-imsemmija sentenza, li ġie ssostitwit fil-kuntest tiegħu, jikkonferma n-neċessità li tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ parametri oġġettivi u trasparenti stabbiliti minn qabel bil-għan li jiġi ddeterminat l-ammont tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża indipendentement mill-assenza ta’ kumpens żejjed (sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, BUPA et vs Il-Kummissjoni, T-289/03, EU:T:2008:29, punti 210211).

121

Fit-tielet u fl-aħħar lok, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tar-RAS, l-obbligu ta’ Saremar li twettaq, fi kwalunkwe każ, il-missjoni ta’ servizz pubbliku li kienet ġiet fdata biha f’dan il-każ, bil-ħsieb li tiżgura l-kontinwità territorjali, inkluż f’każ ta’ żbilanċ ta’ ġestjoni, ma turix li kienet issodisfatta t-tieni kundizzjoni Altmark. Għall-kuntrarju, l-eżistenza ta’ tali obbligu tissuġġerixxi preċiżament li, għall-kuntrarju ta’ dak li jirriżulta mid-deċiżjonijiet reġjonali msemmija fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, ir-RAS ma setgħetx twarrab l-ipoteżi ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u li konsegwentement, hija kellha tipprovdi, f’dawk id-deċiżjonijiet reġjonali, għall-għoti ta’ kumpens u parametri oġġettivi u trasparenti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ dan tal-aħħar.

122

Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-Kummissjoni setgħet tikkunsidra ġustament, waqt li tibbaża ruħha fuq il-kunsiderazzjonijiet espressi fil-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma kinitx tissodisfa t-tieni kundizzjoni Altmark. Iċ-ċirkustanza, invokata mir-RAS, li, fil-punt 178 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq kunsiderazzjonijiet żbaljati marbuta mas-setgħa diskrezzjonali ta’ Saremar sabiex tiddetermina u taġġusta t-tariffi tagħha, mħabbra fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel kundizzjoni Altmark, hija irrilevanti. Fil-fatt, sa fejn, kif indikat iktar ’il fuq, il-kunsiderazzjonijiet mħabbra fil-punti 174 sa 177 tal-imsemmija deċiżjoni huma suffiċjenti sabiex jiġi kkonstatat li t-tieni kundizzjoni Altmark ma kinitx issodisfatta, dawk tal-punt 178 huma neċessarjament eċċessivi. Għalhekk, l-ilment tar-RAS marbut ma’ dan l-aħħar imsemmi punt huwa ineffettiv. Fil-fatt, motiv żbaljat ma jistax jiġġustifika l-annullament tal-att li huwa vvizzjat bih jekk ikun ta’ natura eċċessiva u jekk ikunu jeżistu motivi oħra li fuqhom ikun jista’ jkun fondat (ara s-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2012, Franza vs Il-Kummissjoni, T-154/10, EU:T:2012:452, punt 99 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, ir-raba’ parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda.

123

Fir-rigward tal-partijiet l-oħra tat-tieni motiv, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, minħabba ċ-ċaħda tar-raba’ parti ta’ dan il-motiv għar-raġunijiet esposti fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, dawn huma ineffettivi.

124

Fil-fatt, minn naħa, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, fid-dawl tan-natura kumulattiva u awtonoma tal-kundizzjonijiet Altmark, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata teżamina l-kundizzjonijiet kollha jekk hija tikkonstata li waħda minnhom ma hijiex issodisfatta u li, konsegwentement, il-miżura kontenzjuża għandha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat. Min-naħa l-oħra, għalkemm il-Kummissjoni wettqet ġustament tali konstatazzjoni, in-natura possibbilment żbaljata tal-evalwazzjonijiet tagħha fir-rigward ta’ waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet ma tistax, bħala prinċipju, twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

125

F’dan il-każ, għalkemm il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, eżaminat il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża fid-dawl tal-ewwel tliet kundizzjonijiet Altmark, madankollu hija kkunsidrat, kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li kien jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kellhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat billi l-ewwel jiġi vverifikat jekk kinitx issodisfatta t-tieni waħda mill-imsemmija kundizzjonijiet u eżaminat l-ewwel u t-tielet minn dawn il-kundizzjonijiet biss fi stadju ulterjuri tal-analiżi tagħha. Barra minn hekk, fil-punt 179 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, wara li kkonkludiet li din it-tieni kundizzjoni ma setgħetx titqies bħala ssodisfatta, minn dan iddeduċiet li l-imsemmi kumpens kien jagħti vantaġġ lil Saremar fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. B’hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, hija neċessarjament ikkunsidrat li l-eżami ta’ din it-tieni kundizzjoni kien suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kienet tagħti vantaġġ ekonomiku lil Saremar.

126

Ċertament, ma jistax jiġi eskluż, f’ċerti każijiet, li, fid-dawl ta’ ċerta interdipendenza tal-kundizzjonijiet Altmark, il-fondatezza tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni marbuta ma’ waħda minn dawk il-kundizzjonijiet tista’ tiddependi fuq il-fondatezza ta’ evalwazzjonijiet mwettqa fil-kuntest ta’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet.

127

Madankollu, minn naħa, kif ġie kkonstatat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, f’dan il-każ, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li t-tieni kundizzjoni Altmark ma kinitx issodisfatta setgħet tkun ibbażata biss fuq il-motivi esposti fil-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata.

128

Min-naħa l-oħra, dawn il-motivi bl-ebda mod ma jiddependu fuq evalwazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel u tat-tielet kundizzjoni Altmark.

129

Fil-fatt, qabel xejn, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark, il-Kummissjoni qieset, essenzjalment, fil-punti 181 sa 210 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-obbligi ta’ servizz pubbliku mogħtija lil Saremar ma kinux neċessarji b’mod partikolari peress li ma kinux ta’ natura li jiżguraw l-aċċessibbiltà ekonomika tat-tariffi fuq il-konnessjonijiet bejn Sardegna u l-kontinent. Għandu jiġi kkonstatat li dawn il-kunsiderazzjonijiet ma humiex relatati ma’ dawk esposti fil-punti 174 sa 177 tal-istess deċiżjoni li, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, huma msejsa fuq il-konstatazzjoni li d-deċiżjonijiet tar-RAS li jistabbilixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar ma kinux jipprovdu għall-għoti ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku.

130

Sussegwentement u dejjem fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark, il-Kummissjoni kkunsidrat, fil-punti 211 sa 219 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar ma kinux iddefiniti b’mod daqstant ċar inkonnessjoni mal-livell tat-tariffi li għandhom japplikaw. F’dan ir-rigward, fil-punt 178 ta’ din id-deċiżjoni, hija ċertament, għamlet riferiment għal din l-evalwazzjoni sabiex minnha tiddeduċi li l-parametri tal-kalkolu tal-ammont tal-kumpens ma setgħux jiġu ddeterminati minn qabel b’mod trasparenti u oġġettiv, fid-dawl tar-rabta, f’dan il-każ, bejn id-determinazzjoni ta’ dawn il-parametri u d-definizzjoni tal-livell tal-imsemmija tariffi. Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-tieni kundizzjoni Altmark, il-punt 178 ta’ din id-deċiżjoni huwa ta’ natura eċċessiva fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 174 sa 177 tal-istess deċiżjoni.

131

Fl-aħħar, fil-punti 220 sa 222 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq l-evalwazzjonijiet tagħha marbuta mal-assenza tan-neċessità ta’ servizz pubbliku u mad-definizzjoni insuffiċjentement ċara tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, magħmula fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark, sabiex tikkonkludi li, bħala konsegwenza, it-tielet kundizzjoni Altmark, marbuta mal-assenza ta’ kumpens żejjed, ma setgħetx titqies bħala ssodisfatta.

132

Għaldaqstant, anki jekk jiġi preżunt li, kif issostni ir-RAS essenzjalment fil-kuntest tal-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-ħames parti ta’ dan il-motiv, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat b’mod żbaljat li l-ewwel u t-tielet kundizzjoni Altmark ma kinux issodisfatti, dawn l-iżbalji ma jistgħux jikkonfutaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni fi tmiem l-analiżi tat-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kienet tagħti vantaġġ ekonomiku lil Saremar. Għaldaqstant, dawn il-partijiet ta’ dan il-motiv għandhom jitqiesu bħala ineffettivi, b’tali mod li dan il-motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu mingħajr il-bżonn li jiġu ordnati l-miżuri istruttorji mitluba mir-RAS fil-kuntest tal-ewwel u tat-tieni parti.

Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni marbuta mal-applikazzjoni tad-deċiżjoni SGEI tal-2005 u tad-deċiżjoni SGEI tal-2011

133

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-RAS issostni, essenzjalment, li l-eżami mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża fid-dawl tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, imwettaq fil-punti 249 sa 260 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa vvizzjat bi żbalji ta’ dritt u bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Dan il-motiv huwa magħmul minn tliet partijiet.

134

Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li l-kumpens ta’ servizz pubbliku li ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet Altmark iżda li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE sabiex jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat jista’, madankollu, jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern, b’mod partikolari skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) TFUE (ara s-sentenza tas-7 ta’ Novembru 2012, CBI vs Il-Kummissjoni, T-137/10, EU:T:2012:584, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata).

135

Jeħtieġ li jitfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 106(2) TFUE, l-impriżi inkarigati mill-ġestjoni tas-SGEI huma suġġetti għar-regoli ta’ kompetizzjoni sa fejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tostakolax it-twettiq fil-fatt jew fid-dritt tal-missjoni partikolari li jkunu ġew imposti fuqhom, dment li l-iżvilupp tal-kummerċ ma jiġix affettwat sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni, T-568/08 u T-573/08, EU:T:2010:272, punt 136 u l-ġurisprudenza ċċitata).

136

Kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, skont ġurisprudenza applikabbli kemm fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark kif ukoll f’dak tal-implementazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, il-Kummissjoni, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni armonizzata tal-Unjoni f’dan il-qasam, ma hijiex awtorizzata li tiddeċiedi fuq il-portata tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li jinkombu lill-amministratur pubbliku, b’mod partikolari fuq il-livell tal-ispejjeż relatati ma’ dan is-servizz, lanqas fuq l-opportunità tal-għażla politika adottata, f’dan ir-rigward, mill-awtoritajiet nazzjonali, u lanqas fuq l-effiċjenza ekonomika tal-amministratur pubbliku.

137

Madankollu, kif diġà ġie rrilevat fil-punti Error! Reference source not found. u Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, is-setgħa diskrezzjonali wiesa’ b’hekk rikonoxxuta fir-rigward ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali ma tistax tkun illimitata. B’mod partikolari, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, din is-setgħa diskrezzjonali wiesa’ ma għandhiex twaqqaf lill-Kummissjoni milli tivverifika jekk tistax tingħata d-deroga mill-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat prevista minn dik id-dispożizzjoni.

138

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE sabiex tiddetermina l-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ miżura statali li hija kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, jimplika evalwazzjonijiet kumplessi ta’ natura ekonomika u soċjali. B’hekk, il-qorti tal-Unjoni, billi tistħarreġ il-legalità tal-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni bl-evalwazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-5 ta’ Marzu 2015, Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português, C-667/13, EU:C:2015:151, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata).

139

Fl-aħħar, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, is-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri u dik tal-Kummissjoni tista’ tiġi llimitata bid-direttivi u d-deċiżjonijiet li din l-istituzzjoni hija kompetenti li tadotta abbażi tal-Artikolu 106(3) TFUE. B’hekk, il-Kummissjoni adottat suċċessivament id-deċiżjoni SGEI tal-2005 u d-deċiżjoni SGEI tal-2011 bil-għan li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom kumpens ta’ servizz pubbliku jista’ jitqies li huwa konformi mal-Artikolu 106(2) TFUE u jista’ konsegwentement jiġi eżentat mill-obbligu ta’ notifika tal-għajnuna l-ġdida prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE. Kif jirriżulta mill-Artikoli 11 u 12 tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, din tal-aħħar tħassar id-deċiżjoni SGEI tal-2005 tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Jannar 2012.

– Fuq l-ewwel parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq żball ta’ liġi marbut mal-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-deċiżjoni SGEI tal-2005 u tad-deċiżjoni SGEI tal-2011

140

Permezz tal-ewwel parti tat-tielet motiv, ir-RAS issostni li l-Kummissjoni, b’mod żbaljat, applikat b’mod żbaljat id-deċiżjoni SGEI tal-2011, peress li kienet id-deċiżjoni SGEI tal-2005 li kienet applikabbli ratione temporis għall-fatti tal-każ. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-elementi essenzjali kollha tal-missjoni ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar kienu ġew iddefiniti qabel id-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 u li d-deċiżjonijiet reġjonali li jiddefinixxu l-missjoni ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar jimplikaw il-kumpens ta’ żbilanċ eventwali.

141

Il-Kummissjoni u CIN jtennu, essenzjalment, li l-għajnuna kontenzjuża ma ngħatatx qabel Awwissu tal-2012.

142

F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li għajnuna mill-Istat għandha titqies bħala mogħtija meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu adottaw att legalment vinkolanti li permezz tiegħu jintrabtu li jħallsu l-għajnuna inkwistjoni jew meta d-dritt li tiġi rċevuta dik l-għajnuna jingħata lill-benefiċjarju permezz tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji applikabbli (sentenzi tal-21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke, C-129/12, EU:C:2013:200, punt 40; ara wkoll is-sentenza tat-30 ta’ Novembru 2009, Franza u France Télécom vs Il-Kummissjoni, T-427/04 u T-17/05, EU:T:2009:474, punt 320 u l-ġurisprudenza ċċitata).

143

F’dan il-każ, diġà ġie rrilevat fil-punti Error! Reference source not found. u Error! Reference source not found. iktar ’il fuq li l-ebda waħda mid-deċiżjonijiet reġjonali msemmija fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq ma pprevediet l-għoti lil Saremar ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku korrispondenti mal-obbligi imposti fuqha minn dawk id-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, kien biss fil-kuntest tal-liġi reġjonali Nru 15 tal-2012 li r-RAS iddeċidiet li tħallas lil Saremar il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża. Konsegwentement, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza mfakkra iktar ’il fuq, huwa biss minn dik id-data tal-adozzjoni ta’ din il-liġi reġjonali, li hija tat id-dritt lil Saremar għall-ħlas tal-imsemmi kumpens, li dan tal-aħħar jista’ jitqies li ngħata lilha.

144

Issa, kif tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, skont l-Artikoli 11 u 12 tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, din tal-aħħar, li ħassret id-deċiżjoni SGEI tal-2005, daħlet fis-seħħ fil-31 ta’ Jannar 2012. Konsegwentement, hija biss id-deċiżjoni SGEI tal-2011 li tista’ tapplika ratione temporis għall-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, peress li d-deċiżjoni SGEI tal-2005, fi kwalunkwe każ, ma kinitx għadha fis-seħħ fid-data li fiha dan il-kumpens għandu jitqies li ngħata lil Saremar.

145

L-argumenti tar-RAS ma humiex ta’ natura li jikkontestaw il-konklużjoni mħabbra fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq. Fil-fatt, kif ġie rrilevat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, anki jekk jiġi preżunt li l-elementi essenzjali kollha tal-missjoni ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar kienu ddefiniti fid-deċiżjonijiet reġjonali li jiddefinixxu l-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ din il-kumpannija, din iċ-ċirkustanza, fi kwalunkwe każ, ma tistax tagħmel tajjeb għall-assenza fl-imsemmija deċiżjonijiet reġjonali ta’ dispożizzjonijiet li jipprovdu għall-għoti tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża. Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li dawn id-deċiżjonijiet reġjonali ma kinux jeskludu l-kumpens mir-RAS tal-iżbilanċi ta’ ġestjoni possibbilment sostnuti minn Saremar, xorta jibqa’ minnu li l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tagħhom ma kienet tinkludi impenn tar-RAS, anki jekk impliċitu, li tħallas dan il-kumpens, u lanqas ma kienet tikkonferixxi dritt lil Saremar li tistenna li tirċevih.

146

Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, wara li eżaminat il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża mill-perspettiva tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 fil-punti 256 u 257 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, fil-punt 260 tal-istess deċiżjoni, eżaminat, sussidjarjament, din il-miżura mill-perspettiva tal-Artikolu 4(e) tad-deċiżjoni SGEI tal-2005. Minn dan hija kkonkludiet li l-kundizzjonijiet ta’ din l-aħħar imsemmija deċiżjoni, bl-istess mod bħal dawk tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, ma kinux issodisfatti f’dan il-każ. Konsegwentement, huwa b’mod żbaljat li r-RAS issostni li l-Kummissjoni eżaminat il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża unikament fid-dawl tad-deċiżjoni SGEI tal-2011.

147

Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda.

– Fuq it-tieni parti tat-tielet motiv ibbażata fuq żbalji ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni marbuta mal-applikazzjoni tal-prinċipji u tal-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni SGEI tal-2011

148

Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrent ssostni li l-prinċipji u l-kundizzjonijiet tad-deċiżjonijiet SGEI tal-2005 u tal-2011 ġew osservati. F’dan ir-rigward, hija tibbaża ruħha fuq l-argumenti invokati minnha, fil-kuntest tat-tieni motiv, inkonnessjoni mal-ewwel żewġ kundizzjonijiet Altmark. Hija ssostni wkoll li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkonfutax il-fatt li l-limiti previsti fl-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tad-deċiżjoni SGEI tal-2005 u fl-Artikolu 2(1)(d) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 ġew f’dan il-każ osservati.

149

Il-Kummissjoni u CIN jikkunsidraw li dan l-argument għandu jiġi miċħud.

150

Preliminarjament, jeħtieġ qabel xejn li tiġi miċħuda bħala ineffettiva, il-parti tal-argument tar-RAS marbuta mal-prinċipji u mal-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni SGEI tal-2005, peress li, kif ġie kkonstatat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, din id-deċiżjoni ma kinitx applikabbli ratione temporis għall-miżura ta’ kumpens kontenzjuża.

151

Għar-rimanenti, jeħtieġ li jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, din tal-aħħar tapplika, b’mod partikolari, għall-kumpensi ta’ servizz pubbliku mogħtija għall-konnessjonijiet bl-ajru u bil-baħar mal-gżejjer li t-traffiku annwali tagħhom ma jkunx laħaq it-300 000 passiġġier matul is-sentejn ta’ qabel l-għoti ta’ SGEI.

152

Jeħtieġ li jitfakkar ukoll li l-Artikolu 4(a) kif ukoll (d) sa (f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 kien jipprovdi li l-mandati ta’ servizz pubbliku kellhom jindikaw:

in-natura u t-terminu tal-obbligi ta’ servizz pubbliku [Artikolu 4(a)];

id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u l-parametri għall-kalkolu, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-kumpens [Artikolu 4(d)];

l-arranġamenti għall-irkupru ta’ kumpens żejjed u l-mezzi biex jiġi evitat dan il-kumpens żejjed [Artikolu 4(e)];

riferiment għad-deċiżjoni SGEI tal-2011 [Artikolu 4(a)].

153

Kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikoli 1, 3 u 4 tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, interpretati fid-dawl tal-premessa 9 tagħha, il-kundizzjonijiet msemmija iktar ’il fuq huma ta’ natura kumulattiva. B’hekk sabiex kumpens ta’ servizz pubbliku jkun jista’ jitqies kompatibbli mas-suq intern u ma jkunx suġġett għall-obbligu ta’ notifika, huwa neċessarju li l-mandati ta’ servizz pubbliku kkonċernati jkunu jissodisfaw tal-inqas dawn il-kundizzjonijiet kollha.

154

Fl-aħħar, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, minkejja li d-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma tirrikjedix espressament li s-servizz pubbliku inkwistjoni għandu jkun ta’ interess ekonomiku ġenerali li jippreżenta karatteristiċi speċifiċi meta mqabbel ma’ ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra, din tikkostitwixxi, fi kwalunkwe każ, kundizzjoni preliminari għall-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE li tirriżulta, b’mod partikolari, min-natura mhux illimitata tas-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali għad-definizzjoni tas-servizz pubbliku, imfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq.

155

Sabiex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma kinux issodisfatti, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-motivi li ġejjin. Qabel xejn, fil-punt 255 tad-deċiżjoni kkontestata, hija għamlet riferiment, prinċipalment, għall-premessi 180 sa 218 tal-istess deċiżjoni, li fihom hija kkonkludiet li r-RAS ma kinitx stabbilixxiet l-eżistenza ta’ bżonn veru ta’ servizz pubbliku, u lanqas dik ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku suffiċjentement speċifiċi. Fil-punti 256 u 257 tad-deċiżjoni kkontestata, hija indikat li, fi kwalunkwe każ, kien manifest, f’dan il-każ, li l-mandati ta’ servizz pubbliku inkwistjoni ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet mħabbra fl-Artikolu 4(d) sa (f), tal-imsemmija deċiżjoni.

156

F’dan ir-rigward, minn naħa, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li r-RAS ma tistax tipprevalixxi ruħha utilment miċ-ċirkustanza li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża tosserva il-limiti previsti mill-Artikolu 2(1)(d) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011. Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod ċar mill-kliem ta’ dan l-istess Artikolu u mill-istruttura ta’ din id-deċiżjoni, din id-dispożizzjoni hija intiża sempliċiment sabiex tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għall-osservanza tal-kundizzjonijiet li hija barra minn hekk tiddefinixxi fl-Artikolu 4 tagħha. Konsegwentement, l-uniku effett li seta’ jkollha, f’dan il-każ, iċ-ċirkustanza li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kienet tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kien li l-Kummissjoni kienet obbligata tivverifika jekk hija kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet iddefiniti minn din tal-aħħar, li kien il-każ.

157

Min-naħa l-oħra, kif sostniet il-Kummissjoni fil-punti 256 u 257 tad-deċiżjoni kkontestata u b’mod kuntrarju għad-dikjarazzjonijiet tar-RAS, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(d) u (e) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 huma manifestament mhux issodisfatti f’dan il-każ.

158

Fil-fatt, qabel xejn, kif ġie rrilevat fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, ir-RAS ma rnexxilhiex tistabbilixxi, fil-kuntest tar-raba’ parti tat-tieni motiv tagħha, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi jew żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat, fil-punti 174 sa 177 tad-deċiżjoni kkontestata, li d-deċiżjonijiet reġjonali msemmija fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq ma kinux jipprovdu għall-għoti ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u lanqas, konsegwentement, għad-definizzjoni ta’ parametri oġġettivi u trasparenti għall-kalkolu ta’ dan il-kumpens. B’hekk, abbażi ta’ dan, jeħtieġ minn issa li jiġi kkonstatat li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(d) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma hijiex issodisfatta, li huwa suffiċjenti sabiex jiġi konkluż, fid-dawl tan-natura kumulattiva tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn dik id-deċiżjoni, li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma setgħetx titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u eżentata min-notifika skont dik id-deċiżjoni.

159

Sussegwentement u fi kwalunkwe każ, fl-assenza ta’ kull dispożizzjoni fid-deċiżjonijiet reġjonali inkwistjoni li jipprovdu għall-għoti ta’ kumpens, il-Kummissjoni setgħet minn dan loġikament tiddeduċi mingħajr ma twettaq żball li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(e) tal-istess deċiżjoni SGEI lanqas ma ġiet issodisfatta. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu previsti minn qabel, modalitajiet ta’ rkupru ta’ kumpensi żejda eventwali u l-mezzi sabiex dawn jiġu evitati. Issa, billi ma pprovdietx, fid-deċiżjonijiet reġjonali inkwistjoni, għall-ħlas ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku fil-każ li fih il-bilanċ baġitarju ta’ dan is-servizz ma jkunx intlaħaq, ir-RAS neċessarjament irrinunzjat milli tinkludi fihom l-imsemmija modalitajiet u l-imsemmija mezzi. Barra minn hekk, għall-istess raġunijiet bħal dawk indikati fil-punti Error! Reference source not found. u Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, l-assenza ta’ tali modalitajiet f’dawn id-deċiżjonijiet reġjonali ma tistax tiġi mpaċċija bil-preżenza, fl-istess deċiżjonijiet reġjonali, ta’ elementi li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni tal-postijiet ta’ kontabbiltà rilevanti għad-determinazzjoni ta’ kumpens eventwali kif ukoll ta’ sistema ta’ kontabbiltà separata.

160

Għaldaqstant, indipendentement mill-eżami tal-argumenti tar-RAS marbuta mal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(f), fil-kuntest tat-tielet parti, minn dak li ntqal jirriżulta li t-tieni parti tat-tielet motiv għandha tiġi miċħuda.

– Fuq it-tielet parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 u, sussidjarjament, fuq eċċezzjoni ta’ illegalità ta’ din id-dispożizzjoni

161

It-tielet parti hija bbażata, essenzjalment, fuq żball ta’ liġi, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat, b’mod żbaljat, li l-kundizzjoni prevista mill-Artikolu 4(f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma kinitx purament formali. Sussidjarjament, f’każ li din il-kundizzjoni ma tkunx ta’ natura purament formali, ir-rikorrent tinvoka fir-rigward tal-imsemmija dispożizzjoni eċċezzjoni ta’ illegalità, fis-sens tal-Artikolu 277 TFUE, peress li dik id-dispożizzjoni twassal għal restrizzjoni illegali tal-portata t-Artikolu 106(2) TFUE.

162

Il-Kummissjoni, sostnuta minn CIN, issostni essenzjalment li din il-parti tat-tielet motiv hija ineffettiva u, fi kwalunkwe każ, manifestament infondata.

163

F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat l-argumenti invokati mir-RAS fil-kuntest ta’ din il-parti, kemm prinċipalment kif ukoll sussidjarjament, huma ineffettivi. Fil-fatt, kif ġie kkonstatat fil-punti Error! Reference source not found. u Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, huwa b’mod ġust li l-Kummissjoni kkunsidrat li d-deċiżjonijiet tar-RAS ma kinux josservaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(d) u (e) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011. Konsegwentement, l-assenza allegata tan-natura obbligatorja tal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(f) ta’ din id-deċiżjoni jew l-illegalità allegata tagħha huma irrilevanti.

164

Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat, minn naħa, li la mill-kliem tal-Artikolu 4(f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, u lanqas mill-kuntest jew mill-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni ma jirriżulta li l-kundizzjoni prevista minnha hija nieqsa minn portata obbligatorja.

165

Għall-kuntrarju, fid-dawl tal-premessa 14 tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, l-obbligu ta’ riferiment espressament għal din id-deċiżjoni fil-mandati ta’ servizz pubbliku, previst mill-Artikolu 4(f) tal-imsemmija deċiżjoni jaqdi għan ta’ trasparenza li huwa ta’ importanza partikolari fl-assenza ta’ obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw il-kumpensi ta’ servizz pubbliku li josservaw il-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża Dilly’s Wellnesshotel, C-493/14, EU:C:2016:174, punt 58). Barra minn hekk, huwa irrilevanti l-fatt li, invokat fir-replika, li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ din il-kundizzjoni ma jostakolax l-awtorizzazzjoni tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża abbażi tal-Artikolu 106(2) TFUE. Fil-fatt, kif turi l-premessa 260 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni sempliċiment iddeduċiet mill-eżami tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża fid-dawl tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 li dan il-kumpens ma setgħax jitqies bħala konformi mal-Artikolu 106(2) TFUE, minħabba li ma kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni u li, konsegwentement, ma setgħax jitqies bħala eżentat mill-obbligu ta’ notifika. Għaldaqstant, din il-konklużjoni ma kinitx teżenta lill-Kummissjoni mill-eżami tal-kompatibbiltà tal-imsemmija miżura fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-qafas SGEI tal-2011, liema eżami, barra minn dan, sar fil-punti 282 sa 296 tad-deċiżjoni kkontestata.

166

Min-naħa l-oħra, għar-raġunijiet esposti fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 4(f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, imqajma sussidjarjament mir-RAS, hija, fi kwalunkwe każ, infondata. Fil-fatt, kif ġie kkonstatat, il-Kummissjoni, f’dan il-każ, ma ddeduċietx min-nuqqas ta’ osservanza ta’ din id-dispożizzjoni tal-imsemmija deċiżjoni li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma kinitx konformi mal-Artikolu 106(2) TFUE. Konsegwentement, ma jistax jiġi dedott mill-applikazzjoni mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 4(f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 li din id-dispożizzjoni twassal għal restrizzjoni illegali tal-portata tal-Artikolu 106(2) TFUE.

167

Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi miċħuda t-tielet parti tat-tielet motiv u, konsegwentement, l-imsemmi motiv fl-intier tiegħu.

Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni marbuta mal-klassifikazzjoni ta’ impriża f’diffikultà, fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE kif ukoll fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-punt 9 tal-qafas SGEI

168

Ir-raba’ motiv jinkludi żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-RAS issostni li l-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat, f’dan il-każ, li l-kundizzjonijiet kienu ssodisfatti sabiex Saremar tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà, b’mod partikolari fid-dawl tal-elementi elenkati fil-punti 9 sa 11 tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni. Permezz tal-tieni parti ta’ dan il-motiv, ir-RAS tqajjem fir-rigward tal-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 eċċezzjoni ta’ illegalità fis-sens tal-Artikolu 277 TFUE. F’dan ir-rigward, hija ssostni li fl-ipoteżi li dan il-punt kellu jiġi interpretat fis-sens li impriża f’diffikultà ma tista’ qatt tibbenefika minn kumpens ta’ servizz pubbliku, dan il-punt huwa vvizzjat minn inkompetenza u jikser l-Artikolu 106(2) TFUE.

169

B’risposta, il-Kummissjoni, sostnuta minn CIN, tikkontesta, minn naħa, ir-rilevanza tal-elementi mqajma mir-RAS fil-kuntest tal-ewwel parti, sabiex turi li, fid-data tal-fatti kkunsidrati, Saremar ma kinitx impriża f’diffikultà. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, hija ssostni li l-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 ma jillimitax il-portata tal-Artikolu 106(2) TFUE, iżda jippermetti għall-kuntrarju li tiġi żgurata l-osservanza tal-għanijiet ta’ dan l-artikolu.

170

Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li dan il-motiv jirrigwarda l-punti 261 sa 280 tad-deċiżjoni kkontestata, li fihom il-Kummissjoni eżaminat jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kinitx konformi mal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, li jipprovdi li jistgħu titqies bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern dik l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi, meta din ma tkunx tbiddel il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tkun kontra l-interess komuni. L-eżami tal-Kummissjoni tinvolvi żewġ stadji. Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni eżaminat, fil-punti 262 sa 270 tad-deċiżjoni kkontestata, jekk Saremar setgħetx titqies bħala impriża f’diffikultà, abbażi tal-punti 10 u 11 tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni u kkonkludiet, f’dan ir-rigward, li dan kien il-każ. Fit-tieni lok, fil-punti 271 sa 280 ta’ din id-deċiżjoni, hija eżaminat jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-istess linji gwida li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex għajnuna lil impriża f’diffikultà tkun tista’ titqies bħala għajnuna kompatibbli fis-sens tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. Dan l-eżami wassal għal konklużjoni negattiva (punt 280 tad-deċiżjoni kkontestata).

171

Issa, fil-kuntest taż-żewġ partijiet tar-raba’ motiv, ir-RAS ma tikkontestax, lanqas b’mod sussidjarju, il-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fil-punt 280 tad-deċiżjoni kkontestata dwar in-natura inkompatibbli tal-għajnuna kontenzjuża. Fil-fatt, f’dan il-motiv, ir-RAS tikkontesta biss il-fatt li Saremar tista’ tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà, jiġifieri, impliċitament iżda neċessarjament, il-fatt li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. B’hekk, b’dan il-motiv, ir-RAS għandha titqies bħala li tikkontesta, fil-verità, il-fatt li l-kompatibbiltà tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni u mhux fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE.

172

Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq din il-kwistjoni, hija, fi kwalunkwe każ, eżaminat fil-punti 282 sa 296 tad-deċiżjoni kkontestata, f’każ li Saremar ma kinitx impriża f’diffikultà, jekk il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża setgħetx titqies bħala konformi mal-Artikolu 106(2) TFUE fid-dawl tal-kriterji tal-qafas SGEI tal-2011. Minn dan l-eżami hija siltet konklużjoni negattiva. Konsegwentement, anki li kieku l-Kummissjoni ma kinitx eżaminat il-kompatibbiltà tal-imsemmija miżura fir-rigward tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, fid-dawl tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, hija kienet tikkonkludi, favur l-assenza tagħha ta’ kompatibbiltà fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-RAS ma wrietx x’seta’ kien l-effett tal-iżbalji tal-Kummissjoni msemmija fil-kuntest ta’ dan il-motiv fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, dan il-motiv għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.

173

Fi kwalunkwe każ, għar-raġunijiet esposti fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, l-argumenti invokati mir-RAS insostenn ta’ kull waħda mill-partijiet ta’ dan il-motiv ma jistgħux jintlaqgħu.

174

Fil-fatt, fir-rigward, minn naħa, tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni ir-RAS, il-Kummissjoni ma wettqitx applikazzjoni żbaljata tal-punti 9 sa 11 tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni billi kkunsidrat li l-kundizzjonijiet kienu ssodisfatti sabiex Saremar tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà.

175

Fl-ewwel lok, huwa inutli li r-RAS tallega li t-tnaqqis tal-kapital ta’ Saremar huwa dovut għal fattur estern għall-ġestjoni tal-impriża u imprevedibbli, jiġifieri l-iddeprezzar tal-kreditu miżmum minn Saremar fil-konfront ta’ Tirrenia.

176

Fil-fatt, skont il-punt 10(a) tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, impriża hija, “bħala prinċipju u indipendentement mid-daqs tagħha”, kkunsidrata bħala f’diffikultà, jekk din tkun kumpannija b’responsabbiltà limitata, “meta iktar minn nofs il-kapital azzjonist tagħha jkun sparixxa, fejn kwart minn dan il-kapital ikun intilef matul l-aħħar tnax-il xahar”. Issa r-RAS ma tikkontestax, kif ikkonstatat il-Kummissjoni fil-punt 264 tad-deċiżjoni kkontestata, li Saremar kienet batiet, matul l-aħħar tnax-il xahar ta’ qabel id-data li fiha ġiet adottata l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, tnaqqis fil-kapital tagħha ta’ iktar minn 80 %. Konsegwentement, is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni sabiex tiddeċiedi jekk tikklassifikax jew le lil Saremar bħala impriża f’diffikultà kienet, f’dan il-każ, imnaqqsa ħafna.

177

Ċertament, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni ma tistax, billi tadotta regoli għat-tmexxija bħal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, tirrinunzja għall-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilha sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et, C-526/14, EU:C:2016:570, punt 41). Barra minn hekk, il-frażi “bħala prinċipju”, użata fil-punt 10(a) ta’ dawn il-linji gwida, tindika li jista’ jkun hemm każijiet partikolari fejn, b’mod eċċezzjonali, impriża ma titqiesx bħala f’diffikultà mill-Kummissjoni, meta din tkun batiet tnaqqis tal-kapital fi proporzjonijiet bħal dawk indikati f’dan il-punt.

178

Madankollu, ma hijiex il-Kummissjoni, f’dan il-każ, li għandha tieħu inkunsiderazzjoni il-kawżi tat-tnaqqis tal-kapital ta’ Saremar, invokati mir-RAS. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 9 ta’ dawn l-istess linji gwida, il-kunċett ta’ impriża f’diffikultà huwa kunċett oġġettiv li għandu jiġi evalwat unikament fid-dawl ta’ indizji konkreti tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-impriża inkwistjoni, li jkunu juru li din tal-aħħar hija “[inkapaċi] li twaqqaf telf [li jwassalha], fl-assenza ta’ intervent estern mis-setgħat pubbliċi, għall-mewt ekonomiku kważi ċert fi żmien qasir jew medju”. Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni għandha tqis iċ-ċirkustanzi bħal dawk invokati mir-RAS sabiex twarrab il-klassifikazzjoni ta’ impriża f’diffikultà, l-effett utli tad-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE jista’ jiġi kompromess. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, kif indikat essenzjalment mill-Kummissjoni, l-iddeprezzar tal-krediti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ falliment, b’mod partikolari ta’ dawk miżmuma fuq il-kumpannija parent l-antika tal-impriża, jikkostitwixxi riskju tal-ħajja kummerċjali li ma huwiex eċċezzjonali u li huwa ta’ natura li joħloq diffikultajiet li am jistgħux jingħelbu għall-impriża kkonċernata.

179

Fit-tieni lok, id-dikjarazzjoni tar-RAS, li, mingħajr id-deprezzament tal-krediti tagħha fil-konfront ta’ Tirrenia, Saremar kienet tirreġistra benefiċċju ta’ EUR 134000 lanqas ma hija rilevanti. Fil-fatt, għar-raġunijiet esposti fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, in-natura allegatament esterna għall-ġestjoni ta’ Saremar u straordinarja għad-deprezzament tal-kreditu li wassal għall-iżbilanċ subit minn din l-impriża fl-2010 ma għandha l-ebda effett fuq il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ dan l-iżbilanċ u tal-mandat tagħha.

180

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi, lanqas żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt, allegat mir-RAS, li, fl-2012, Saremar setgħet tingħata linja ta’ kreditu minn stabbiliment bankarju. Fil-fatt, dan il-fatt ma kienx jikkostitwixxi ċirkustanza partikolari li kien iwassal lill-Kummissjoni, b’eċċezzjoni għall-punt 10(a) tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, sabiex twarrab il-klassifikazzjoni ta’ impriża f’diffikultà. Fil-fatt, kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-għoti ta’ dan il-kreditu sar meta r-RAS kienet immanifestat l-intenzjoni tagħha li tintervjeni favur Saremar, b’mod partikolari billi pprovdiet, fil-kuntest tad-deċiżjoni reġjonali Nru 36/6, li kienet ser iżżid il-kapital kontenzjuż. Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-għoti ta’ dan il-kreditu hija ċirkustanza ta’ natura li tirrileva kemm id-diffikultajiet ta’ Saremar sabiex tiffinanzja l-attività tagħha permezz ta’ riżorsi proprji kif ukoll il-fiduċja li din l-impriża setgħet tispira fi ħdan il-kredituri tagħha. Konsegwentement, kien diffiċli li l-Kummissjoni tislet konklużjoni inekwivoka minn din iċ-ċirkustanza.

181

Fir-raba’ lok, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-RAS, il-Kummissjoni, fil-punt 267 tad-deċiżjoni kkontestata, ma kkontestatx li Saremar kienet batiet telf li kien qiegħed jiżdied, iżda li hija kienet batiet telf kontinwu. Issa, huwa minnu li Saremar fl-2011 irreġistrat benefiċċju nett li jammonta għal EUR 2523439, il-Kummissjoni rrilevat li dan il-benefiċċju nett ma kienx jippermetti li jiġi kopert l-iżbilanċ irreġistrat fl-2010, li kien darbtejn ikbar u li, fl-2012, is-sena li fiha ngħata l-għajnuna, Saremar kienet irreġistrat ukoll żbilanċ ta’ EUR 1.7 miljun li, mingħajr il-ħlas tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, kien jammonta għal EUR 13 miljun. Konsegwentement, il-konstatazzjoni tat-telf kontinwu fil-perijodu kkunsidrat ma huwiex ineżatt. Ċertament, il-punt 11 tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ma jsemmix, fost l-indizji li jippermettu li jiġi kkunsidrat li impriża hija f’diffikultà, it-telf kontinwu, iżda biss il-livell tat-telf li kien qiegħed jiżdied. Madankollu, mill-kliem ta’ dan il-punt 11 jirriżulta li l-indizji elenkati fih huma ta’ natura purament indikattiva. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi u lanqas żball manifest ta’ evalwazzjoni billi interpretat il-preżenza tat-telf kontinwu bħala indizju rilevanti inkonnessjoni mal-klassifikazzjoni ta’ Saremar bħala impriża f’diffikultà. Għall-istess raġunijiet, l-assenza f’dan il-każ ta’ indizji oħra elenkati fl-imsemmi punt 11 ma tistax, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-RAS soutient, titqies iktar bħala adatta sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni. Fi kwalunkwe każ, mill-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq jirriżulta li kien mingħajr ma wettqet żball li l-Kummissjoni kkunsidrat li Saremar kienet tissodisfa l-kundizzjoni ddefinita fil-punt 10(a) tal-istess linji gwida sabiex tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà u li din il-konstatazzjoni kienet waħedha suffiċjenti sabiex twassal għal tali klassifikazzjoni. Konsegwentement, sa fejn jikkonċernaw l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-punt 11 tal-imsemmija linji gwida, l-argumenti msemmija iktar ’il fuq huma ineffettivi.

182

Fil-ħames u fl-aħħar lok, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-RAS, il-fatt, kif ikkonstatat mill-Kummissjoni fil-punti 266 sa 268 tad-deċiżjoni kkontestata, li, mingħajr l-intervent finanzjarju ta’ din l-awtorità, id-diffikultajiet finanzjarji ta’ Saremar kienu jkunu ikbar u kienu jpoġġu f’dubju it-tkomplija tal-attività ta’ din il-kumpannija ma jwassalx sabiex tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà kull impriża li tbati żbilanċi marbuta tal-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku.

183

Fil-fatt, qabel xejn, mill-punti 264 u 266 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-iżbilanċ subit minn Saremar li kien jintlaħaq fl-assenza tal-ħlas tal-kumpens kontenzjuż jikkostitwixxi biss konferma tad-diffikultajiet ta’ din il-kumpannija kkonstatati mill-Kummissjoni abbażi ta’ indizji oħra. Fil-fatt, mill-punt 264 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta b’mod partikolari kien it-tnaqqis tal-kapital ta’ Saremar matul l-aħħar tnax-il xahar ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża li jikkostitwixxi, mill-perspettiva tal-Kummissjoni, element determinanti, waħdu suffiċjenti, sabiex din il-kumpannija tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà. Issa, kif sostniet ir-RAS stess, dan it-tnaqqis tal-kapital ma huwiex dovut għal telf ta’ ġestjoni ta’ Saremar fil-kuntest tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li kienet inkarigata minnhom din il-kumpannija f’dak iż-żmien, iżda id-deprezzament tal-krediti tagħha fil-konfront ta’ Tirrenia. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li n-natura kontinwa tat-telf subit minn Saremar mill-2010 kienet indizju tas-sitwazzjoni diffiċli tagħha.

184

Barra minn hekk, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, il-kunċett ta’ impriża f’diffikultà, kif iddefinit fil-punt 9 tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, huwa kunċett oġġettiv li għandu jiġi evalwat unikament fid-dawl ta’ indizji konkreti tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tal-impriża inkwistjoni. Konsegwentement, l-oriġini tal-iżbilanċi ta’ din l-impriża, b’mod partikolari marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ servizz pubbliku, ma tistax tikkostitwixxi element rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-impriża hijiex f’diffikultà jew le.

185

Barra minn hekk, l-argument tar-RAS huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li s-sitwazzjoni ta’ Saremar, fid-data tal-adozzjoni tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, tista’ tiġi pparagunata ma’ dik ta’ impriża li l-iżbilanċi tagħha jipprovjenu minn nuqqas ta’ ħlas ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku, li kien ingħata, minn qabel, fil-kuntest tad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-missjoni ta’ servizz pubbliku korrispondenti. Issa, f’dan il-każ, kif ġie indikat fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, il-kundizzjonijiet tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar kienu jeskludu l-ħlas ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u kienu jistabbilixxu bħala għan għal Saremar li żżomm il-bilanċ baġitarju abbażi biss tad-dħul ta’ ġestjoni. B’hekk, kien biss fis-7 ta’ Awwissu 2012, wara li kkonstatat it-telf ta’ Saremar naxxenti mill-operazzjonijiet ta’ navigazzjoni tagħha mal-kontinent, li r-RAS adottat, fil-kuntest ta’ liġi reġjonali, il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, kif juri l-punt 103 tad-deċiżjoni kkontestata, ir-RAS, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, kienet iġġustifikat id-deċiżjoni li tikkumpensa parzjalment it-telf ta’ ġestjoni subiti minn Saremar u li tinterrompi l-imsemmija operazzjonijiet permezz tal-fatt li dawn il-miżuri kienu primordjali sabiex jiġu llimitati r-riskji ekonomiċi marbuta mal-operazzjonijiet inkwistjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi, u lanqas, barra minn hekk l-ebda żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li n-natura indispensabbli tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża tpatti, parzjalment, għall-iżbilanċi ta’ ġestjoni ta’ Saremar setgħet titqies bħala indizju tan-natura li kellha tikklassifika din il-kumpannija bħala impriża f’diffikultà.

186

Konsegwentement, ma jistax jiġi dedott mill-punti 266 u 268 tad-deċiżjoni kkontestata li, fil-każijiet kollha li fihom il-Kummissjoni tikkonstata li impriża batiet żbilanċi minħabba l-inkarigi tagħha ta’ servizz pubbliku, hija neċessarjament tikklassifikaha bħala impriża f’diffikultà.

187

Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ewwel parti tar-raba’ motiv għandha tiġi, fi kwalunkwe każ, miċħuda bħala infondata.

188

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni parti tar-raba’ motiv, jeħtieġ li jiġi rrilevat, fi kwalunkwe każ, li l-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 ma jistax jitqies bħala li jillimita illegalment il-portata tal-Artikolu 106(2) TFUE.

189

F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, fil-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011, il-Kummissjoni indikat li l-evalwazzjoni tal-għajnuna lill-fornituri ta’ SGEI f’diffikultà hija rregolata mil-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni.

190

Fil-punt 269 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni applikat il-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 billi indikat:

“Skont il-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011, il-kumpens ta’ servizz pubbliku mogħti lil impriżi f’diffikultà għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni. Peress li l-kundizzjonijiet mħabbra bid-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma humiex issodisfatti, il-kumpens riċevut minn Saremar [sabiex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet] marbut maż-żewġ konnessjonijiet inkwistjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl [tal-imsemmija linji gwida], bil-għan li jiġi stabbilit jekk dan jistax jiġi ddikjarat kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) TFUE.”

191

Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, kif barra minn dan ġie rrilevat mill-Kummissjoni fil-kontroreplika, ir-RAS stess illimitat il-portata tal-eċċezzjoni ta’ illegalità. Fil-fatt, kif esponiet fir-replika, il-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 kellu, fl-opinjoni tagħha, kellu jitqies bħala illegali, f’każ li dan ma jippermettix li jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE, kumpens li jkopri l-iżbilanċi ta’ impriża f’diffikultà naxxenti minn differenza bejn l-ispejjeż imġarrba għall-eżekuzzjoni ta’ servizz pubbliku u s-sussidji riċevuti għal dan l-għan. Għall-kuntrarju, ir-RAS ma tikkunsidrax bħala illegali l-imsemmi punt, sa fejn dan kellu jiġi interpretat fis-sens li kumpens, li jingħata sabiex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċi ta’ impriża f’diffikultà kkawżati mill-attivitajiet li ma humiex dawk marbuta ma’ missjonijiet ta’ servizz pubbliku, ma jaqax taħt l-Artikolu 106(2) TFUE.

192

Għaldaqstant, indipendentement mill-interpretazzjoni li tingħata lill-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011, l-eċċezzjoni ta’ illegalità imqajma mir-RAS ma hijiex fondata.

193

Fil-fatt, kif diġà tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, is-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku u l-kundizzjonijiet li fihom din tal-aħħar titwettaq ma tistax tawtorizza rikors abbużiv min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kunċett ta’ SGEI bil-għan uniku li jagħtu benefiċċju lill-impriżi permezz tad-deroga prevista fl-Artikolu 106(2) TFUE.

194

F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) TFUE, għandu jkun il-każ li, fl-assenza tad-drittijiet jew tas-sussidji kontenzjużi, ma setgħux jitwettqu missjonijiet partikolari imposti fuq l-impriża jew inkella li ż-żamma ta’ dawn id-drittijiet jew sussidji tkun neċessarja sabiex tippermetti lill-persuna intitolata għalihom tirrealizza l-missjonijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali li lilha jkunu ngħataw f’kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli (ara s-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2010, M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni, T-568/08 u T-573/08, EU:T:2010:272, punt 138 u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, sabiex id-deroga prevista minn dik id-dispożizzjoni tkun applikabbli, huwa neċessarju li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-impriża benfiċjenti mill-imsemmija drittijiet jew sussidji fil-mument li fih dawn jingħataw tkun effettivament tpoġġiha f’pożizzjoni li tkun tista’ twettaq il-missjonijiet ta’ servizz pubbliku imposti fuqha. Fil-każ kuntrarju, id-deroga prevista mill-Artikolu 106(2) TFUE tista’ tiġi mċaħħda minn kull effett utli u, għaldaqstant, mill-ġustifikazzjoni, b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi evitat ir-riskji tal-użu abbużiv min-naħa tal-Istati Membri mill-kunċett tal-SGEI.

195

Issa, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, billi tagħmel riferiment fil-punti 68 sa 71 għal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, impriża f’diffikultà fis-sens ta’ dawn il-linji gwida hija mhedda mill-eżistenza tagħha stess, bejn wieħed u ieħor fuq medda qasira jew medja ta’ żmien, b’tali mod li ma tistax titqies li hija f’pożizzjoni li twettaq b’mod adegwat il-missjonijiet ta’ servizz pubbliku li huma fdati lilha, peress li l-vijabbiltà tagħha ma hijiex assigurata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sussidju mogħti lil tali impriża f’diffikultà bil-ħsieb li jiġu kkumpensati l-iżbilanċi naxxenti mill-eżekuzzjoni tal-imsemmija missjonijiet ta’ servizz pubbliku ma jistax jibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 106(2) TFUE, iżda biss, fejn xieraq, minn dik prevista mill-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE.

196

Fil-fatt, fil-kuntest tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, li jirrikjedu b’mod partikolari n-natura strettament proporzjonata tal-kumpens għall-inkarigi ta’ servizz pubbliku, dan il-kumpens ma jippermettix li jiġi żgurat it-twettiq ta’ missjonijiet korrispondenti, minħabba diffikultajiet li kellha taffaċċja l-impriża. Għall-kuntrarju, tali kumpens jista’ jkun ta’ natura li jikkontribwixxi għar-ritorn tal-vijabbiltà tal-impriża kkonċernata, dment li jiġu osservati l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, kif sanċiti fil-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni. B’hekk, id-deroga mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat prevista minn din l-aħħar imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat tippreżerva l-effett utli tagħha u, konsegwentement, il-ġustifikazzjoni tagħha.

197

Għaldaqstant, billi indikat fil-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 li l-evalwazzjoni tal-għajnuna lill-fornituri ta’ SGEI f’diffikultà hija rregolata mil-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, il-Kummissjoni ma rrestrinġietx illegalment il-portata tal-Artikolu 106(2) TFUE. Konsegwentement, il-Kummissjoni lanqas ma eċċediet il-limiti tal-kompetenza tagħha.

198

L-argumenti esposti mir-RAS insostenn tal-eċċezzjoni ta’ illegalità tagħha ma jistgħux ipoġġu f’dubju lil din il-konklużjoni.

199

Qabel xejn, iċ-ċirkustanza li l-indikazzjoni stabbilita fil-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 ma tinsabx fid-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma tistax tkun ta’ natura li tistabbilixxi nuqqas ta’ koerenza fil-kuntest legali ddefinit mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, u lanqas trattament diskriminatorju min-naħa tagħha. Fil-fatt, minn naħa, kif irrilevat il-Kummissjoni, din id-deċiżjoni hija intiża li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom kumpens ta’ servizz pubbliku li jaqa’ taħt l-Artikolu 106(2) TFUE jista’ jibbenefika minn eżenzjoni min-notifika u b’hekk jista’ jitqies bħala kompatibbli mingħajr il-bżonn li dan jiġi eżaminat minn din l-istituzzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjoni fil-kuntest legali li fih il-Kummissjoni eżaminat l-għajnuna lill-fornituri ta’ SGEI f’diffikultà hija irrilevanti fil-kuntest ta’ tali deċiżjoni. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, għajnuna mogħtija lil impriża f’data b’missjoni ta’ servizz pubbliku f’diffikultà ma hijiex adatta sabiex tissodisfa l-għanijiet tad-deroga prevista mill-Artikolu 106(2) TFUE. Konsegwentement, hija ma tistax, għal raġuni iktar qawwija, tiġi awtorizzata fil-kuntest tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 li mid-definizzjoni tagħha stess tista’ tikkonċerna biss kumpens ta’ servizz pubbliku li huwa risaput li jissodisfa dawn l-għanijiet. Għall-istess raġunijiet, il-kumpens ta’ servizz pubbliku li hija applikabbli għalih id-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma jinsabx f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik tal-għajnuna mogħtija lil fornituri ta’ servizz pubbliku f’diffikultà.

200

Sussegwentement, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq jirriżulta li l-legalità tal-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011 għandu jiġi evalwat unikament fil-kuntest tal-Artikolu 106(2) TFUE u tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE u mhux fid-dawl ta’ prassi deċiżjonali preċedenti, li tista’ wkoll, kif tenfasizza l-Kummissjoni, tevolvi. Konsegwentement, ir-riferiment għad-deċiżjoni SNCM f’dan il-każ ma hijiex rilevanti. Barra minn hekk, ir-RAS ma tistax tagħmel riferiment għall-punti 55 sa 71 tas-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni (T-565/08, EU:T:2012:415). Fil-fatt, f’dawn il-punti, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-kwistjoni dwar jekk iż-żieda tal-kapital eżaminata fid-deċiżjoni SNCM kellhiex tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 87(3)(ċ) KE jew fid-dawl tal-Artikolu 86(2) KE, fis-seħħ fid-data tal-fatti, liema kwistjoni ma tqajmitx fil-vertenza inkwistjoni.

201

Fi kwalunkwe każ, kif diġà ġie kkonstatat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, mill-punt 253 tad-deċiżjoni SNCM jirriżulta, b’mod partikolari, lu l-miżura kklassifikata mill-Kummissjoni bħala kumpens ta’ servizz pubbliku kienet ġiet awtorizzata fil-kuntest tal-ftehim konkluż bejn is-SNCM u l-awtoritajiet Franċiżi u sussegwentement mħallsa fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni SNCM ma jirriżultax li, fid-data li fiha ġie konkluż il-ftehim u b’hekk awtorizzata fil-prinċipju tagħha l-imsemmija miżura, is-SNCM setgħet tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà. Għaldaqstant, il-miżura inkwistjoni f’din id-deċiżjoni ma kinitx paragunabbli mal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża, li ngħatat biss wara li r-RAS ikkonstatat id-diffikultajiet ta’ Saremar naxxenti mill-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ konnessjoni mal-kontinent.

202

Fl-aħħar, mill-punti 194 sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-RAS, f’każ li l-iżbilanċ tal-inkwistjoni jirriżulta mill-obbligi ta’ servizz pubbliku fdati lilha, ma jsegwix neċessarjament li l-kompatibbiltà tal-kumpens ta’ dawn l-iżbilanċi għandha dejjem tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE u dan sabiex ma ssirx impossibbli il-ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi ssussidjati.

203

Minn dak li ntqal jirriżulta li l-punt 9 tal-qafas SGEI tal-2011, fi kwalunkwe każ, ma huwiex ivvizzjat minn illegalità peress li, b’dan il-punt, il-Kummissjoni kienet qiegħda tirrestrinġi indebitament il-portata tal-Artikolu 106(2) TFUE u konsegwentement, teċċedi l-kompetenza tagħha. Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata lanqas ma hija illegali minħabba f’dan.

204

Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi miċħuda t-tieni parti tar-raba’ motiv u, konsegwentement, jeħtieġ li jiġi miċħud dan il-motiv fl-intier tiegħu.

Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma kinitx tosserva il-kriterji tal-qafas SGEI tal-2011

205

Insostenn tal-ħames motiv tagħha, ir-RAS issostni, minn naħa, li l-prinċipji previsti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-qafas SGEI tal-2011 ma humiex applikabbli għall-miżura ta’ kumpens kontenzjuża u li, min-naħa l-oħra u fi kwalunkwe każ, l-imsemmija prinċipji ġew osservati f’dan il-każ.

206

B’risposta, il-Kummissjoni, sostnuta minn CIN, issostni li l-ħames motiv jirrigwarda motivi żejda u li, fid-dawl tal-argumenti li hija diġà resqet fil-kuntest ta’ motivi oħra, il-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma tistax titqies bħala konformi mal-qafas SGEI tal-2011.

207

F’dan ir-rigward, sa fejn, essenzjalment, l-argumenti invokati mir-RAS fil-kuntest ta’ dan il-motiv huma argumenti li diġà ġew miċħuda fil-kuntest tal-eżami tat-tieni, it-tielet u r-raba’ motivi, dan il-motiv għandu wkoll jiġi miċħud bħala infondat abbażi tas-segwenti raġunijiet.

208

Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti mir-RAS bil-għan li jiġi stabbilit li t-tieni kundizzjoni Altmark ġiet issodisfatta, jeħtieġ li jsir riferiment għall-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li fihom ġew esposti r-raġunijiet li jiġġustifikaw dawn il-kunsiderazzjonijiet.

209

Fit-tieni lok, sabiex tiġi stabbilita n-natura mhux applikabbli ratione temporis għall-miżura ta’ kumpens kontenzjuża tal-kundizzjonijiet previsti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-qafas SGEI tal-2011, ir-RAS tagħmel riferiment għall-argument espost minnha fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tielet motiv sabiex ssostni d-dikjarazzjoni tagħha li d-deċiżjoni SGEI tal-2011 ma kinitx għadha applikabbli ratione temporis għal dik il-miżura. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jsir riferiment għall-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li jesponu r-raġunijiet li abbażi tagħhom għandu jiġi miċħud dan l-argument.

210

Fit-tielet lok, ir-RAS ma tistax, evidentement, tipprevalixxi ruħha mill-punt 61 tal-qafas SGEI tal-2011 li jistabbilixxi lil-prinċipji previsti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 ta’ dan il-qafas ma japplikawx għal għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), tad-deċiżjoni SGEI tal-2011. Fil-fatt, kif diġà ġie rrilevat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, iċ-ċirkustanza li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża kienet tosserva l-livelli previsti mill-Artikolu 2(1)(d) ta’ din id-deċiżjoni tippermetti biss li jiġi kkunsidrat li din il-miżura kienet tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Għall-kuntrarju, din bl-ebda mod ma tippermetti li jiġi kkunsidrat li din kienet tosserva il-kundizzjonijiet. Konsegwentement, il-punt 61 ta’ dan il-qafas ma japplikax għal tali miżura u għaldaqstant kien b’mod ġust li l-Kummissjoni applikat f’dan il-każ il-prinċipji previsti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-istess qafas.

211

Fir-raba’ u fl-aħħar lok, fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipji previsti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-qafas SGEI tal-2011, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, fi kwalunkwe każ, fil-punti 285 u 286 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat, ġustament li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma kinitx tissodisfa, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti ddefiniti fil-punt 16(d) u (e) tal-istess qafas. Fil-fatt, b’mod kuntrarju għal dawk ir-rekwiżiti, id-deċiżjonijiet tar-RAS li jikkonċedu missjoni ta’ servizz pubbliku ma jinkludux deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u parametri ta’ kalkolu, ta’ kontroll u ta’ reviżjoni tal-kumpens u lanqas modalitajiet ta’ rkupru tal-kumpens possibbilment żejjed jew mezzi sabiex jiġu evitati dawn tal-aħħar. Konsegwentement, fid-dawl tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti, li huma essenzjali sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżura kontenzjuża tikkostitwixxix kumpens ta’ servizz pubbliku kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE, l-osservanza possibbli tal-prinċipji previsti fil-punti 14, 19, 20, 24, 39 u 60 ta’ dan il-qafas ma tistax tkun determinanti. Barra minn hekk, ir-RAS ma turix li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat li r-rekwiżiti tal-kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz pubbliku abbażi tal-ispiża netta evitata, li tinsab fil-punt 24 ta’ dan il-qafas, ma kinux issodisfatti f’dan il-każ. Dan jgħodd ukoll fir-rigward tal-assenza, f’dan il-każ, ta’ miżuri inċentivi maħsuba sabiex jiffavorixxu il-provvista effiċjenti ta’ SGEI fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-metodu tal-kumpens, li huma rikjesti fil-punt 39 tal-qafas inkwistjoni.

212

Minn dak li ntqal jirriżulta li l-ħames motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE u fuq evalwazzjoni żbaljata tad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Saremar

213

Fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, ir-RAS issostni, minn naħa, li l-Kummissjoni, kemm fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark kif ukoll tal-Artikolu 106(2) TFUE, ipprovdiet definizzjoni żbaljata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Saremar billi kkunsidrat li dawn ma kinux ta’ natura esklużivament tariffarja. Min-naħa l-oħra, ir-RAS issostni li l-Kummissjoni eċċediet il-kompetenzi tagħha rikonoxxuti lilha mill-ġurisprudenza fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, billi wettqet evalwazzjonijiet fil-mertu u ta’ opportunità fir-rigward tal-ħtiġijiet li għalihom kienu jikkorrispondu dawk l-obbligi ta’ servizz pubbliku, u mhux stħarriġ ristrett tal-għażla tar-RAS limitat għall-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.

214

Il-Kummissjoni, sostnuta minn CIN, ittenn li hija ma wettqitx żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq u li hija ma eċċedietx il-kompetenzi tagħha.

215

Jeħtieġ li jiġi rrilevat li, kif barra minn hekk irrikonoxxiet ir-rikorrenti stess waqt is-seduta, l-ilmenti stabbiliti fil-kuntest ta’ dan il-motiv ma kinux differenti, essenzjalment, mill-ilmenti analogi esposti fil-kuntest tat-tieni motiv. Fil-fatt, insostenn tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-RAS tallega b’mod partikolari li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark, wettqet żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni dwar id-definizzjoni tal-bżonn ta’ servizz pubbliku u ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Saremar. Issa, għar-raġunijiet esposti fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, dawn l-ilmenti huma ineffettivi.

216

Huwa minnu li l-portata ta’ dan il-motiv ma hijiex limitata għall-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-ewwel kundizzjoni Altmark, iżda tikkonċerna wkoll l-eżami minn din l-istituzzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża fil-kuntest tal-Artikolu 106(2) TFUE, b’mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjoni SGEI tal-2011, minn naħa, u tal-qafas SGEI tal-2011, min-naħa l-oħra. Madankollu, mill-eżami tat-tielet u tal-ħames motiv, fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. u Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq jirriżulta li l-Kummissjoni setgħet, ġustament, tikkunsidra li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma kinitx konformi mar-rekwiżiti tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 u lanqas ma’ dawk tal-qafas SGEI tal-2011 billi kienet bbażat fuq motivi oħra li ma humiex l-evalwazzjoni tagħha tad-definizzjoni tal-bżonn ta’ servizz pubbliku f’dan il-każ u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Saremar. Konsegwentement, anki jekk jiġi preżunt li din l-evalwazzjoni hija żbaljata jew ivvizzjata b’inkompetenza, din iċ-ċirkustanza ma tinċidix fuq il-legalità tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni, f’dan il-każ, tal-Artikolu 106(2) TFUE.

217

Minn dak li ntqal jirriżulta l-ewwel motiv fl-intier tiegħu huwa ineffettiv u għalhekk għandu jiġi miċħud.

Fir-rigward tat-tieni parti tal-kawża, marbuta mal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna ż-żieda tal-kapital kontenzjuża

218

Fit-tieni parti tar-rikors, ir-rikorrent tqajjem formalment motiv wieħed ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE, kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, imwettqa fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-konformità taż-żieda tal-kapital kontenzjuża mal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat, għar-raġunijiet esposti fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li r-rikorrent fil-verità tinvoka żewġ motivi, wieħed minnhom ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u l-ieħor fuq żbalji ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

219

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-RAS tilmenta li l-Kummissjoni ma esponietx ir-raġunijiet li abbażi tagħhom ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikapitalizzazzjoni kontenzjuża tammonta biss għal rikostruzzjoni tar-riżorsi ekonomiċi li diġà jifformaw parti mill-attivi ta’ Saremar.

220

F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar, kif ġie indikat fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, li mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata li twarrab kull wieħed mill-argumenti invokati mill-partijiet matul il-proċedura amministrattiva. B’mod partikolari, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jistax jobbliga lill-Kummissjoni tadotta pożizzjoni fuq elementi li huma manifestament irrilevanti, mingħajr ebda sens jew manifestament sekondarji (ara s-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2008, Chronopost u La Poste vs UFEX et, C-341/06 P u C-342/06 P, EU:C:2008:375, punt 89 u l-ġurisprudenza ċċitata).

221

F’dan il-każ, minn naħa, jirriżulta b’mod ċar mill-analiżi tal-Kummissjoni espost fil-punti 235 sa 245 tad-deċiżjoni kkontestata li din tal-aħħar ikkunsidrat li ż-żieda tal-kapital kontenzjuża kienet tirrappreżenta trasferiment ta’ riżorsi. Min-naħa l-oħra, kif ser jiġi espost fil-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il quddiem, l-argument tar-RAS li r-rikapitalizzazzjoni kontenzjuża tikkostitwixxi biss rikostituzzjoni tar-riżorsi ekonomiċi li diġà jifformaw parti mill-attiv ta’ Saremar huwa infondat, sa fejn għalkemm il-kontribuzzjoni tal-kapital ikkontestata kienet tikkostitwixxi “rikostituzzjoni” tal-patrimonju ta’ Saremar, xorta waħda kienet tikkostitwixxi, manifestament, kontribuzzjoni finanzjarja ta’ riżorsi pubbliċi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma setgħetx tkun obbligata tagħti risposta għal dan l-argument u, konsegwentement, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni

222

It-tieni motiv essenzjalment jinkludi tliet partijiet. Permezz tal-ewwel ta’ dan il-motiv, ir-RAS issostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni marbuta man-natura tar-riżorsi korrispondenti għaż-żieda tal-kapital kontenzjuża u, minħabba dan, kisret l-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 106(2) TFUE. It-tieni parti ta’ dan il-motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni inkonnessjoni mal-applikazzjoni f’dan il-każ tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq. It-tielet parti ta’ dan il-motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni marbut mal-kompatibbiltà taż-żieda tal-kapital kontenzjuża.

223

Il-Kummissjoni, sostnuta minn CIN, tikkunsidra li dan l-argument huwa infondat.

– Fuq l-ewwel parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura tar-riżorsi korrispondenti għaż-żieda tal-kapital kontenzjuża u fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE

224

Fil-kuntest tal-ewwel parti tat-tieni motiv, ir-RAS issostni, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ammont taż-żieda tal-kapital kontenzjuża kien jikkorrispondi mal-krediti ta’ Saremar miżmuma fir-rigward ta’ Tirrenia u b’hekk ma kellu l-ebda rabta mal-konnessjonijiet lejn il-kontinent mwettqa minn Saremar. B’hekk, skont ir-RAS, din iż-żieda tal-kapital hija biss rikostituzzjoni ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu ttieħdu minn din il-kumpannija wara li tpoġġiet taħt l-amministrazzjoni straordinarja ta’ Tirrenia. Għaldaqstant, din il-miżura ma kinitx tikkostitwixxi kontribuzzjoni ta’ riżorsi pubbliċi ġodda u lanqas, konsegwentement, għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE.

225

Dan l-ilment huwa infondat.

226

Minn naħa, jeħtieġ li jitafakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 107(1), TFUE jiddefinixxi l-interventi statali skont l-effetti tagħhom i (ara s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Bouygues u Bouygues Télécom vs Kummissjoni et, u Kummissjoni vs France et, C-399/10 P u C-401/10 P, EU:C:2013:175, punt 102 u l-ġurisprudenza ċċitata). Konsegwentement, f’dan il-każ, bil-għan li tiġi evalwata l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fid-dawl tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq, ma kinex rilevanti għall-Kummissjoni li tistaqsi jekk iż-żieda tal-kapital kontenzjuża kinitx tikkorrispondi għall-attività waħda jew l-oħra ta’ Saremar. Fi kwalunkwe każ, kif irrilevat il-Kummissjoni, din iż-żieda tal-kapital kienet, bħala definizzjoni, ta’ natura li tagħti benefiċċju lill-attivitajiet kollha tal-impriża. Fl-aħħar, ir-RAS ma tispjegax għaliex hija tqis hija biss ir-rabta mal-operati ta’ Saremar fuq konnessjonijiet mal-kontinent li tippermetti li jiġi ġġustifikat, f’dan il-każ, l-użi tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, peress li dawn il-konnessjonijiet twettqu minn Saremar għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku fdat lil RAS, finanzjament ta’ dawn il-konnessjonijiet minn din l-awtorità pubblika jkun neċessarjament marbut mar-rwol tagħha bħala setgħa pubblika u mhux bħala azzjonista ta’ Saremar.

227

Min-naħa l-oħra, ma hemmx dubju li ż-żieda tal-kapital kontenzjuża kkostitwixxiet trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi favur Saremar, minkejja li dan it-trasferiment ta’ riżorsi kien intiż li jikkumpensa t-telf ta’ riżorsi preċedenti. F’dan ir-rigward, kif diġà tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, l-Artikolu 107(1) TFUE jiddefinixxi l-interventi statali skont l-effetti tagħhom u mhux skont il-finalità tagħhom. Issa r-RAS ma tikkontestax li, fid-data li fiha ġiet deċiża ż-żieda tal-kapital kontenzjuża, ir-riżorsi li kienu jappartjenu, fl-opinjoni tagħha, lill-patrimonju ta’ Saremar u li din iż-żieda tal-kapital kienet intiża li “tikkostitwixxi” ma kinux għadhom disponibbli. Il-kunċett stess ta’ rikostituzzjoni, użat mir-RAS, juri, f’dan ir-rigward, li r-rikorrent hija konsapevoli mill-eżistenza ta’ kontribuzzjoni ta’ riżorsi ġodda f’dan il-każ. Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat li t-teżi tar-RAS li dawn ir-riżorsi kienu diġà jifformaw parti mill-attivita’ Saremar, sa fejn kienu kkostitwiti minn krediti fuq il-kumpannija parent l-antika tagħha, hija fattwalment u legalment żbaljata. Fil-fatt, kif tesponi r-RAS stess fil-kuntest ta’ din il-parti, iż-żieda tal-kapital kontenzjuża kienet intiża li tippermetti lill-impriża li ssib mill-ġdid il-livell tagħha ta’ kapitalizzazzjoni inizjali, wara d-deċiżjoni tagħha li tkopri d-deprezzament tal-krediti fuq Tirrenia permezz ta’ tnaqqis tal-kapital korrispondenti f’ammont ta’ dawn il-krediti wara l-użu tar-riżerva legali u ta’ benefiċċji tas-snin preċedenti. Konsegwentement, dawn il-krediti ddeprezzati ma kinux jikkostitwixxu iktar, bħala definizzjoni, attivi fil-patrimonju ta’ Saremar, peress li ma kinux rekuperabbli, iżda telf li kien kopert mit-tnaqqis tal-kapital imsemmi iktar ’il fuq tal-impriża, li wassal huwa stess għaż-żieda tal-kapital kontenzjuża (ara l-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq).

228

Fl-aħħar, kif enfasizzat il-Kummissjoni fir-risposta, iż-żieda tal-kapital kontenzjuża setgħet tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku reali għal Saremar, sa fejn, mingħajr dan l-intervent, Saremar kienet tirkupra biss b’mod parzjali, il-fondi korrispondenti mal-ammont tal-krediti miżmuma fuq, b’kont meħud tad-deprezzament ta’ dawn il-krediti fl-ammont ta’ 50 % fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment ta’ Tirrenia.

229

Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball meta eżaminat iż-żieda tal-kapital kontenzjuża biss fid-dawl tal-effetti tagħha u kkunsidrat li l-imsemmija żieda tal-kapital kienet tikkostitwixxi trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat lil Saremar li jista’ jagħti lil din tal-aħħar vantaġġ ekonomiku u billi rrikjediet, sabiex tivverifika din l-aħħar imsemmija kundizzjoni, l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq.

230

L-argument tar-RAS, li tħallset biss parti minima miż-żieda tal-kapital kontenzjuża, jiġifieri l-ammont ta’ EUR 824309.69, evidentement ma huwiex ta’ natura li jikkonfuta din il-konklużjoni. Fil-fatt, kif diġà tfakkar fil-punt Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li għajnuna mill-Istat għandha titqies bħala mogħtija meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu adottaw att legalment vinkolanti li bih huma jintrabtu li jħallsu l-għajnuna inkwistjoni jew meta jingħata d-dritt lill-benefiċjarju sabiex jirċievi din l-għajnuna permezz tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji applikabbli. Għaldaqstant, il-fatt li r-RAS wettqet ħlas korrispondenti għal parti mnaqqsa miż-żieda tal-kapital kontenzjuża ma jinċidix fuq il-klassifikazzjoni tal-imsemmija żieda tal-kapital bħala għajnuna mill-Istat.

231

Ir-riferiment tar-RAS fil-punt 3.3 tal-Avviż tal-Kummissjoni lill-Istati Membri tal-1984 intitolat “Kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fil-kapitali tal-impriżi” (Bull. CE. 9-1984, iktar ’il quddiem l-“Avviż tal-1984”) huwa wkoll irrilevanti. Fil-fatt, għal kuntrarju ta’ dak li tindika r-RAS, il-kliem tal-punti 3.2 u 3.3 tal-1984 ma jagħmilx riferiment għall-kunċett ta’ “kontribuzzjoni ta’ riżorsi pubbliċi ġodda”, iżda għal dak ta’ “kontribuzzjoni ta’ kapital ġdid”. Barra minn hekk, mill-kliem ta’ dawn il-punti tal-avviż tal-1984 jirriżulta li, sabiex jiġi ddeterminat jekk kontribuzzjoni ta’ kapital ġdid, fis-sens ta’ dan l-avviż, tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, huwa neċessarju li jiġi applikat il-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq, fatt li jmur preċiżament kontra r-raġunament tar-RAS li huwa intiż li juri li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkunsidra dan il-kriterju bħala applikabbli f’dan il-każ.

232

Fit-tieni lok, ir-RAS issostni li, sa fejn ir-riżorsi “irrikostitwiti” permezz taż-żieda tal-kapital kontenzjuża kienu jifformaw parti integrali minn kumpens ta’ servizz pubbliku, dawn kienu jaqgħu taħt l-Artikolu 106(2) TFUE. Barra minn hekk l-ammont ta’ dan il-kumpens kien diġà ġiet approvat mill-Kummissjoni f’deċiżjoni preċedenti.

233

Dan it-tieni ilment huwa wkoll irrilevanti.

234

F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jitfakkar li, kif ġie kkonstatat fil-punti Error! Reference source not found. sa 229 iktar ’il fuq fil-kuntest tal-ewwel ilment, għal kuntrarju ta’ dak sostnut mir-RAS, hija ma kinitx issodisfatta, permezz taż-żieda tal-kapital kontenzjuża, li tipprovdi lil Saremar il-fondi li diġà jappartjenu lill-patrimonju ta’ din il-kumpannija. Konsegwentement, ir-RAS lanqas ma hija fondata sabiex issostni li hija sempliċiment, f’dan il-każ, irrestitwixxiet kumpens ta’ servizz pubbliku li kellu jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE. Għaldaqstant, dan l-ilment jista’ jiġi miċħud fuq din il-bażi waħedha.

235

Barra minn hekk, jeħtieġ li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, hemm lok li ssir distinzjoni bejn, minn naħa, ir-rwol tal-Istat Membru azzjonist ta’ impriża u, min-naħa l-oħra, dak tal-Istat li jaġixxi bħala setgħa pubblika. L-applikabbiltà tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq tiddependi, b’mod definittiv, fuq jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħtix vantaġġ ekonomiku lil impriża mhux fil-kwalità tiegħu ta’ setgħa pubblika, iżda fil-kwalità ta’ azzjonist (ara s-sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, SNCM u Franza vs Corsica Ferries France, C-533/12 P u C-536/12 P, EU:C:2014:2142, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, mid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll mir-rikors jirriżulta li, sabiex tiġġustifika ż-żieda tal-kapital kontenzjuża, ir-RAS b’mod kostanti għamlet riferiment għar-rwol tagħha ta’ azzjonista ta’ Saremar u mhux għar-rwol tagħha ta’ setgħa pubblika. Fil-fatt, ir-RAS tispjega, b’mod partikolari, fil-kuntest tal-ewwel ilment, li, minflok tnaqqas it-telf naxxenti mid-deprezzament tal-kreditu tagħha fuq Tirrenia mill-prezz tal-bejgħ ta’ Saremar, fil-mument tal-privatizzazzjoni tagħha, hija għażlet li tagħti ż-żieda tal-kapital kontenzjuża bil-għan li tikseb prezz tal-bejgħ aħjar għal din il-kumpannija permezz tat-titjib tas-sitwazzjoni patrimonjali ta’ din tal-aħħar. Konsegwentement, f’dan il-kuntest, ir-RAS ma tistax tipprevalixxi ruħha mir-rwol tagħha ta’ setgħa pubblika sabiex issostni li Saremar ma kisbitx vantaġġ ekonomiku.

236

Fi kwalunkwe każ, kif irrikonoxxiet ir-RAS, ma jirriżultax mill-atti tal-proċess li ż-żieda tal-kapital kontenzjuża kienet tirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ obbligi naxxenti mill-impenji li hija assumiet fir-rigward tal-Istat Taljan meta dan tal-aħħar ittrasferielha l-proprjetà ta’ Saremar. B’mod partikolari, ma jidhirx li r-RAS kienet obbligata, fil-kuntest ta’ dan it-trasferiment tal-kompetenzi, li tikkumpensa lil Saremar abbażi tal-parti tal-ammonti korrispondenti għall-kumpensi ta’ servizz pubbliku mħallsa bejn l-1998 u l-2008 li din il-kumpannija ma setgħetx tirkupra fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment ta’ Tirrenia. B’hekk, l-uniku obbligu li tagħmel riferiment għalih ir-RAS f’dan ir-rigward, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, huwa dak previst mill-Artikolu 2446 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, marbut mal-kontribuzzjoni ta’ kapital li kellha ssir mill-azzjonisti ta’ kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha jkun niżel taħt ċertu livell, liema obbligu huwa impost fuqha biss fil-kwalità ta’ kumpannija u mhux fil-kwalità ta’ setgħa pubblika.

237

Konsegwentement, anki jekk jiġi preżunt li ż-żieda tal-kapital kontenzjuża kienet intiża li tirrestitwixxi lil Saremar il-fondi korrispondenti għall-kumpens ta ’servizz pubbliku li din il-kumpannija ma setgħetx tirkupra fil-kuntest tal-proċedura ta’ falliment ta’ Tirrenia, din ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala kumpens ta’ servizz pubbliku li jista’ jibbenefika mid-deroga tal-Artikolu 106(2) TFUE.

238

Minn dan isegwi li l-ewwel parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda.

– Fuq it-t-tieni parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni f’dan il-każ du kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq

239

Fil-kuntest tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, ir-RAS issostni li, fi kwalunkwe każ, hija adottat f’dan il-każ aġir prudenti ħafna, bħal kull investitur privat, billi tat kontribuzzjoni f’kapital minimu, bil-ħsieb li tikseb prezz tal-bejgħ aħjar waqt il-privatizzazzjoni tagħha. Għaldaqstant din il-miżura kkontribwixxiet sabiex jiġi ppreżervat it-twettiq ta’ pjan ta’ impriża preċedenti.

240

F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li l-argumenti esposti fil-kuntest ta’ din il-parti ma jistgħux jistabbilixxu l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li wettqet il-Kummissjoni meta vverifikat, fil-punti 236 sa 244 tad-deċiżjoni kkontestata, jekk iż-żieda tal-kapital kontenzjuża kinitx tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal Saremar, fid-dawl tal-kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq.

241

Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li r-RAS qagħdet attenta li tħallas biss parti minima miż-żieda tal-kapital kontenzjuża, b’mod li jinkiseb l-aħjar prezz fil-mument tal-privatizzazzjoni ta’ Saremar u sabiex jiġi ppreżervat il-pjan ta’ impriża preċedenti, ma hijiex ta’ natura li tikkonfuta l-konklużjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fil-punt 242 tad-deċiżjoni kkontestata, li skontha ż-żieda tal-kapital kontenzjuża ma kinitx tidher fondata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi simili għal dawk li investitur privat razzjonali kien iwettaq qabel ma jidħol għal tali investiment.

242

B’hekk, ir-RAS ma tikkontestax, kif ikkonstatat mill-Kummissjoni fil-punt 239 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-pjan ta’ impriża għas-snin 2011-2022, approvat f’Lulju 2010, ma ġiex aġġornat sabiex ikun jirrifletti it-tibdil sinjifikattiv fl-ambjent ekonomiku li seħħ wara l-approvazzjoni tiegħu, b’mod partikolari l-insolvibbiltà ta’ Tirrenia, ix-xiri mill-ġdid tagħha minn CIN u l-posponiment tal-privatizzazzjoni ta’ Saremar.

243

Bl-istess mod, ir-RAS ma tikkontestax il-konstatazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-punt 240 tad-deċiżjoni kkontestata, li skontha dik l-awtorità pubblika, qabel ma pproċediet biż-żieda tal-kapital kontenzjuża, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-perspettivi ta’ profitabbiltà ta’ Saremar u ma eżaminatx l-ebda possibbiltà oħra ħlief dik iż-żieda tal-kapital, b’mod partikolari l-istralċ tal-impriża. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li din l-aħħar possibbiltà kienet tiġi imposta fuq ir-RAS li kieku ma twettqitx din iż-żieda tal-kapital. Fil-fatt, mid-deċiżjoni reġjonali Nru 36/6 jirriżulta li, fid-dawl tal-livell tal-kapital ta’ Saremar, li kien jinsab taħt il-livell legali stabbilit mill-Artikolu 2446 tal-Kodiċi Ċivili Taljan, din l-impriża ma setgħetx tibqa’ topera. Fi kwalunkwe każ, in-natura parzjali tal-ħlas taż-żieda tal-kapital kontenzjuża, invokata mir-RAS, ma għandha l-ebda effett, peress li hija d-deċiżjoni tal-għoti ta’ din iż-żieda tal-kapital li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bil-għan li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat.

244

Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda.

– Fuq it-tielet parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq żbalji ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni marbuta mal-eżami tal-kompatibbiltà taż-żieda tal-kapital kontenzjuża

245

Din it-tielet parti tikkonċerna l-parti tad-deċiżjoni kkontestata li fiha l-Kummissjoni eżaminat il-kompatibbiltà taż-żieda tal-kapital kontenzjuża mas-suq intern (punti 297 sa 299 ta’ din id-deċiżjoni) fid-dawl tal-linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni. Din tikkonċerna b’mod iktar partikolari l-punt 299 ta’ din id-deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet indikati fl-imsemmija linji gwida ma kinux issodisfatti f’dan il-każ, filwaqt li għamlet riferiment għall-motivi esposti fil-punti 271 sa 278 tal-istess deċiżjoni li wassluha għall-konklużjoni simili fir-rigward tal-miżura ta’ kumpens kontenzjuża. Issa, sabiex issostni dan l-ilment, ir-RAS tagħmel riferiment unikament għall-argumenti esposti minnha fil-kuntest tar-raba’ motiv mingħajr ebda ġustifikazzjoni oħra. Konsegwentement, f’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-punti Error! Reference source not found. sa Error! Reference source not found. iktar ’il fuq, dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda.

246

Minn dak li ntqal jirriżulta li jeħtieġ li tiġi miċħuda t-tielet parti tat-tieni motiv u, għaldaqstant, li jiġi miċħud dan il-motiv fl-intier tiegħu.

247

Għaldaqstant, ġaladarba ma jista’ jintlaqa’ l-ebda wieħed mill-motivi ta’ dan ir-rikors, ir-rikors odjern għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.

Fuq l-ispejjeż

248

Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.

249

Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannati għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni u minn CIN.

 

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)

taqta’ u tiddeċiedi:

 

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

 

2)

Ir-Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Compagnia Italiana di Navigazione SpA.

 

Gratsias

Kancheva

Półtorak

Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-6 ta’ April 2017.

Firem

Werrej

 

Il-fatti li wasslu għall-kawża

 

1. Kuntest fattwali

 

2. Il-proċedura amministrattiva

 

3. Id-deċiżjoni kkontestata

 

Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet

 

Id-dritt

 

1. Fuq il-locus standi u l-interess ġuridiku

 

2. Fuq il-mertu

 

Fir-rigward tal-ewwel parti tar-rikors, marbut mal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża

 

Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

 

– Fuq l-ewwelparti, ibbażata fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

 

– Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

 

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE, kif ukoll fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet Altmark

 

Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni marbuta mal-applikazzjoni tad-deċiżjoni SGEI tal-2005 u tad-deċiżjoni SGEI tal-2011

 

– Fuq l-ewwel parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq żball ta’ liġi marbut mal-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-deċiżjoni SGEI tal-2005 u tad-deċiżjoni SGEI tal-2011

 

– Fuq it-tieni parti tat-tielet motiv ibbażata fuq żbalji ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni marbuta mal-applikazzjoni tal-prinċipji u tal-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni SGEI tal-2011

 

– Fuq it-tielet parti tat-tielet motiv, ibbażata fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(f) tad-deċiżjoni SGEI tal-2011 u, sussidjarjament, fuq eċċezzjoni ta’ illegalitŕ ta’ din id-dispożizzjoni

 

Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni marbuta mal-klassifikazzjoni ta’ impriża f’diffikultŕ, fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE kif ukoll fuq eċċezzjoni ta’ illegalitŕ tal-punt 9 tal-qafas SGEI

 

Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura ta’ kumpens kontenzjuża ma kinitx tosserva il-kriterji tal-qafas SGEI tal-2011

 

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE u fuq evalwazzjoni żbaljata tad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Saremar

 

Fir-rigward tat-tieni parti tal-kawża, marbuta mal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna ż-żieda tal-kapital kontenzjuża

 

Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

 

Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni

 

– Fuq l-ewwel parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura tar-riżorsi korrispondenti għaż-żieda tal-kapital kontenzjuża u fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Artikolu 106(2) TFUE

 

– Fuq it-t-tieni parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni f’dan il-każ du kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq

 

– Fuq it-tielet parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq żbalji ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni marbuta mal-eżami tal-kompatibbiltŕ taż-żieda tal-kapital kontenzjuża

 

Fuq l-ispejjeż


( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.

Fuq