EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1025

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1025/2007 tat- 3 ta’ Settembru 2007 li jemenda għall-85 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

ĠU L 231, 4.9.2007, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1025/oj

4.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1025/2007

tat-3 ta’ Settembru 2007

li jemenda għall-85 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fis-27 ta’ Awwissu 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat b’dan.

(3)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 996/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 224, 29.8.2007, p. 3).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjoni li ġejja għandha tkun miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

“Abdelmalek Droukdel (magħruf ukoll bħala Abou Mossaab Abdelouadoud) Indirizz: Lokalità ta’ Zayane, il-Belt ta’ Meftah, Wilaya ta’ Blida, l-Alġerija. Data tat-twelid: 20.4.1970. Post tat-twelid: Meftah, Wilaya ta’ Blida, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta’ L-Organizzazzjoni ta’ l-Al-Qaida fil-Magħreb Iżlamiku, (b) It-tribunal ta’ Tizi-Ouzou (l-Alġerija) ħareġ mandat għall-arrest tiegħu fil-15.1.2005 u kkundannah in absentia għal għomru l-ħabs fil-21.3.2007, (ċ) L-isem sħiħ ta’ missieru: Rabah Droukdel, (d) L-isem sħiħ ta’ ommu: Z’hour Zdigha.”


Top