EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017IP0274

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew (2017/2733(RSP))

ĠU C 331, 18.9.2018, p. 150–150 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 331/150


P8_TA(2017)0274

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew (2017/2733(RSP))

(2018/C 331/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi transnazzjonali jgħinu fl-iżvilupp ta' sensibilizzazzjoni politika Ewropea usa' u fl-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni;

B.

billi l-finanzjament tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jenħtieġ li jappoġġja l-attivitajiet politiċi skont il-prinċipji tal-Unjoni u jenħtieġ li jkun trasparenti u li ma jkunx miftuħ għall-abbuż;

C.

billi l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi l-ħolqien, mill-1 ta' Settembru 2016, ta' Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej bil-kompitu li tiddeċiedi jekk ir-reġistrazzjoni u d-dereġistrazzjoni tal-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikunux konformi mal-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolament;

1.

Jiddispjaċih dwar il-bosta nuqqasijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, speċjalment fir-rigward tal-livell ta' kofinanzjament (riżorsi proprji), u tal-possibbiltà ta' sħubija multipartitika tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti ħarsa aktar mill-qrib lejn in-nuqqasijiet kollha u tipproponi reviżjoni tar-regolament mill-aktar fis possibbli;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


Top