IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.10.2017
COM(2017) 615 final
ITTRA EMENDATORJA Nru 1 TAL-ABBOZZ TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2018
Aġġornament tal-ħtiġijiet stmati għan-nefqa agrikola u aġġustamenti oħra (riżerva għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, aġenziji u nefqa amministrattiva)
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,
–l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, kif adottat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Lulju 2017,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Ittra Emendatorja Nru 1 tal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 għar-raġunijiet stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b'taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex (
http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm
). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f'dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.
WERREJ
1.
Introduzzjoni
2.
IL-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)
2.1
2.1
Ħarsa ġenerali
2.2
2.2
Kummenti dettaljati
2.3
2.3
L-effett kombinat fuq AB 2018
3.
IL-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)
4.
Aġenziji
4.1
4.1
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
4.2
4.2
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND)
4.3
4.3
Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)
5.
Amministrazzjoni
5.1
5.1
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
5.2
5.2
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP)
5.3
5.3
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
5.3.1
5.3.1
L-involviment fil-futur tal-UE mal-Afganistan wara t-tmiem tal-mandat b’funzjoni doppja tar-RSUE għall-Afganistan
5.3.2
5.3.2
Tranżizzjoni ta’ ċerti kompiti għall-Monitoraġġ, l-Iggwidar u l-Konsulenza (MIK) minn EULEX Kosovo għall-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo
5.3.3
5.3.3
Linja baġitarja separata għall-kontribuzzjoni għal Skejjel Ewropej
5.3.4
5.3.4
L-effett kombinat fuq AB2018
6.
Tabella ta' Sommarju skont l-Intestatura tal-QFP
1.Introduzzjoni
Din l-Ittra Emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit għall-2018 (IE 1/2018) tkopri dan li ġej:
¾L-aġġornament tal-ħtiġijiet stmati, id-dħul assenjat u l-approprjazzjonijiet għan-nefqa agrikola. Minbarra l-fatturi tas-suq li dejjem jinbidlu, l-IE 1/2018 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet fis-settur tal-agrikoltura minn meta l-AB 2018 kien ippreżentat f'Mejju 2017 kif ukoll proposti oħra li huma mistennija li jkollhom effett sinifikanti matul is-sena baġitarja. B’mod ġenerali, l-impatt fuq il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) huwa relattivament limitat bi tnaqqis ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament b’EUR 53,9 miljun.
¾It-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fir-riżerva għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) biex jittieħed kont ta’ forniment minn qabel (ta’ flus) ġie deċiż riċentement mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fid-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-FSUE għall-Italja wara sensiela ta’ terremoti li seħħew bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Lazio, Marche u Umbria.
¾L-aġġornament tal-livelli ta’ approprjazzjonijiet u l-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) wara l-aħħar proposta mressqa mill-Kummissjoni.
¾L-aġġustament tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (EUROFOUND).
¾Il-ħolqien tal-istruttura baġitarja għall-kostijiet operattivi li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) se ġġarrab fl-implimentazzjoni tal-Korp ta’ Solidarjetà Ewropew propost.
¾L-aġġustament ta’ xi nefqa amministrattiva.
2.IL-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)
Il-Kummissjoni tipproponi li taġġorna l-istimi tan-nefqa għall-agrikoltura b’-EUR 53,9 miljun meta mqabbla mal-AB 2018. Huwa propost l-ibbaġitjar għall-approprjazzjonijiet għan-nefqa agrikola ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fl-IE 1/2018 għal EUR 43 464,4 miljun, li huwa anqas mill-bilanċ nett tal-2018 disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (“sottolimitu nett”) ta' EUR 44 162,4 miljun
. Minkejja żieda netta fil-ħtiġijiet tal-FAEG b’EUR 188,1 miljun, l-approprjazzjonijiet tal-FAEG meta mqabbla mal-AB 2018 jistgħu jitnaqqsu billi din iż-żieda hija kkumpensata bis-sħiħ bid-dħul addizzjonali assenjat lill-FAEG (+EUR 242,0 miljun).
Għalhekk, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn kumplessivi mitluba għall-intestatura 2 fl-AB 2018 inkluż l-IE 1/2018 huma stmati li jammontaw għal EUR 59 499,6 miljun. Dan iħalli marġni ta’ EUR 767,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn taħt il-limitu massimu tal-QFP korrispondenti. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-Intestatura 2 jammontaw għal EUR 56 305,9 wara li tnaqqsu bl-istess ammont (-EUR 53,9 miljun), bħall-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbla mal-AB 2018.
2.1
Ħarsa ġenerali
L-għan tal-IE 1/2018 huwa li taġġorna l-istimi għan-nefqa agrikola abbażi tal-aktar dejta ekonomika u qafas leġiżlattiv aġġornati. Sa lejn tmiem Settembru 2017, il-Kummissjoni se jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-ewwel indikazzjoni tal-livell ta’ produzzjoni għall-2017, kif ukoll perspettivi għas-swieq tal-agrikoltura, li huma l-bażi għall-istimi aġġornati tal-ħtiġijiet baġitarji għall-2018.
Minbarra li tikkunsidra l-fatturi tas-suq, din l-IE 1/2018 tinkorpora wkoll l-impatt tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi fis-settur agrikolu minn meta tfassal l-AB 2018 f’Mejju 2017, kif ukoll għal xi ftit li qed jitħejjew iżda li daqt jiġu adottati.
Kumplessivament, il-ħtiġijiet tal-FAEG 2018 (wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-FAEG relatati mad-“dixxiplina finanzjarja”) issa huma stmati għal EUR 44 710,4 miljun
, li hi żieda b’EUR 188,1 miljun meta mqabbel mal-AB 2018. Din iż-żieda hi dovuta l-aktar għal nefqa addizzjonali għal miżuri ta’ appoġġ eċċezzjonali fis-settur tal-frott u l-ħaxix, u tal-laħam tal-majjal u dak tat-tjur kif ukoll għal pagamenti ta’ mgħax relatati ma’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-eks imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor. Barra minn hekk, hemm xi varjazzjonijiet żgħar għall-miżuri tas-suq ġenerali u għan-nefqa relatata ma’ deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet u tal-konformità taħt il-Kapitolu 05 07 Awditjar tan-nefqa agrikola ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), li huma wkoll inkorporati fl-IE 1/2018. Il-ħtiġijiet għall-Kapitolu 05 03 Pagamenti diretti mmirati li jikkontribwixxu għall-introjti tal-azjendi agrikoli, biex jillimataw il-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli u biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi jibqgħu kważi mhux mibdula meta mqabbla mal-AB 2018.
L-ammont ta' dħul assenjat li mistenni li jkun disponibbli fl-2018 jiżdied minn EUR 1 004 miljun fl-AB 2018 għal EUR 1 246 miljun (+EUR 242 miljun), u b'hekk il-ħtiġijiet addizzjonali jiġu kkumpensati għalkollox. L-aġġornament tal-istimi jikkonċerna ammonti li joriġinaw minn deċiżjonijiet għall-approvazzjoni tal-kontijiet (+EUR 104,9 miljun) u irregolaritajiet (-EUR 13-il miljun). Barra minn hekk, l-IE 1/2018 tinkorpora riport mistenni ta’ dħul assenjat mill-2017 sal-2018 għal ammont ta’ EUR 400,1 miljun (“surplus” FAEG mistenni)
, li minnu ammont ta’ EUR 250 miljun kien diġà inkluż fl-AB 2018. Is-surplus stmat ma jinkludix approprjazzjonijiet mhux użati (EUR 450,5 miljun) tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-2017, li mhux se jintużaw. Dawn l-approprjazzjonijiet mhux użati se jiġu riportati għal rimborż lill-bdiewa soġġetti għad-dixxiplina finanzjarja fl-2018.
Bħala riżultat ta’ dawn l-aġġornamenti, l-approprjazzjonijiet ta' impenn ta’ EUR 43 464,4 miljun, li jinkludu EUR 459,5 miljun għar-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu, huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet tal-FAEG għall-2018. Dan l-ammont globali jibqa’ taħt il-livell tas-sottolimitu nett tal-FAEG ta’ EUR 44 162,4 miljun. Dan ifisser li l-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja se jiġi applikat biss biex jistabbilixxi r-riżerva ta’ kriżi agrikola għas-sena baġitarja tal-2018
.
2.2
Kummenti dettaljati
05 02 — Intejbu l-kompetittività tas-settur agrikolu permezz ta' interventi fis-swieq agrikoli (approprjazzjonijiet +EUR 81,8 miljun)
(f’EUR miljun, ċifri aġġustati għall-prezzijiet attwali)
|
Interventi fis-swieq agrikoli
|
Abbozz tal-Baġit tal-2018
|
Ittra Emendatorja
Nru 1/2018
|
Abbozz tal-Baġit tal-2018
(inkl. IE 1/2018)
|
Ħtiġijiet
|
2 676,3
|
+81,8
|
2 758,1
|
-Stima tad-dħul assenjat disponibbli fl-2017
|
400,0
|
+0,0
|
400,0
|
Approprjazzjonijiet mitluba
|
2 276,3
|
+81,8
|
2 358,1
|
B'mod ġenerali, il-ħtiġijiet għal miżuri ta' intervent fis-swieq agrikoli jiżdiedu b'EUR 81,8 miljun meta mqabbla mal-AB 2018. L-approprjazzjonijiet mitluba fl-IE 1/2018 jiżdiedu bl-istess ammont, minħabba li d-dħul assenjat li mistenni jkun disponibbli għall-kapitolu 05 02 (li jammonta għal EUR 400,0 miljun) jibqa’ mhux mibdul meta mqabbel mal-AB 2018.
Għall-frott u l-ħaxix, iż-żieda proposta b’EUR 12,8 miljun tirrifletti nefqa addizzjonali stmata għall-emenda riċenti tal-miżuri ta’ rtirar eċċezzjonali fir-rigward tal-ħawħ u tan-nuċiprisk.
L-approprjazzjonijiet għas-settur tal-inbid fuq il-partita tal-baġit 05 02 09 08 li tiffinanzja l-programmi nazzjonali ta’ appoġġ huma proposti li jitnaqqsu b’EUR 7,0 miljun, u dan jirrifletti l-aktar ċifri ta’ implimentazzjoni riċenti.
L-approprjazzjonijiet għas-settur tal-ħalib (artikolu tal-baġit 05 02 12) jiżdiedu b’EUR 2,0 miljun minħabba stimi aġġornati għal kostijiet ta’ ħażna marbuta ma’ trab tal-ħalib xkumat li għalihom kwantitajiet akbar milli kien stmat inizjalment għadhom f’ħażna ta’ intervent pubbliku.
L-akbar modifika proposta fl-IE 1/2018 għall-miżuri tas-suq tikkonċerna s-setturi tal-laħam tal-majjal u dak tat-tjur (l-artikolu tal-baġit 05 02 15) b’żieda ta’ EUR 60,0 miljun, relatati ma’ miżuri speċifiċi eċċezzjonali lill-bdiewa wara tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer
u l-influwenza avjarja.
05 03 — Pagamenti diretti mmirati li jikkontribwixxu għall-introjti tal-azjendi agrikoli, biex jillimataw il-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli u biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali u klimatiċi (approprjazzjonijiet - EUR 244,5 miljun)
(f’EUR miljun, ċifri aġġustati għall-prezzijiet attwali)
|
Pagamenti diretti
|
Abbozz tal-Baġit tal-2018
|
Ittra Emendatorja
Nru 1/2018
|
Abbozz tal-Baġit tal-2018
(inkl. IE 1/2018)
|
Wara d-dixxiplina finanzjarja (inkluż krediti għar-“Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu”)
|
Ħtiġijiet
|
41 747,1
|
-2,5
|
41 744,6
|
- Stima tad-dħul assenjat disponibbli fl-2017
|
604,0
|
+242,0
|
846,0
|
Approprjazzjonijiet mitluba
|
41 143,1
|
-244,5
|
40 898,6
|
Meta mqabbla mal-AB 2018, l-approprjazzjonijiet mitluba għall-kapitolu 05 03 huma riveduti ’l isfel b'EUR 244,5 miljun. Din il-bidla hija dovuta l-aktar għall-ammont ogħla ta’ dħul assenjat (+EUR 242,0 miljun) għall-partita 05 03 01 10 Skema ta’ Pagament Bażiku (SPB). B’mod ġenerali, abbażi tal-aktar dejta riċenti dwar l-implimentazzjoni, hija proposta biss bidla żgħira tal-ħtiġijiet (-EUR 2,5 miljun) għall-pagamenti diretti. Hemm xi varjazzjonijiet bejn partiti baġitarji għall-pagamenti diretti, li jirriflettu l-informazzjoni aġġornata dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni magħmula mill-Istati Membri. L-aktar importanti minn dawn fl-IE 1/2018 tikkonċerna l-pagament ta’ “ekoloġizzazzjoni” (+EUR 95,0 miljun fuq il-partita 05 03 01 11), pagamenti għall-bdiewa żgħażagħ (+EUR 34,0 miljun fuq il-partita 05 03 01 13), il-pagament ridistributtiv (+EUR 14,0-il miljun fuq il-partita 05 03 01 07) u l-iskema għall-bdiewa żgħar (-EUR 110,0 miljun fuq il-partita 05 03 02 61).
Nefqa agrikola oħra ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (approprjazzjonijiet +EUR 108,8 miljun)
L-approprjazzjonijiet għall-partiti baġitarji 05 07 01 06 Korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet u 05 07 01 07 Korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità jridu jiżdiedu b’EUR 1,4 miljun u EUR 5,2 miljun rispettivament, fatt li jirrifletti l-impatt finanzjarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jemendaw il-korrezzjonijiet finanzjarji għas-snin preċedenti. L-approprjazzjonijiet għall-artikolu tal-baġit 05 07 02 Soluzzjoni ta’ tilwim iridu jiżdiedu b’EUR 102,2 miljun bħala konsegwenza ta’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fuq l-eks imposti fuq il-produzzjoni taz-zokkor.
L-ammont jirrigwarda l-kost stmat ta’ pagamenti ta’ mgħax li jirriżulta mid-deċiżjoni dwar il-kawża Tirlemontoise (C-585/15) li tikkonċerna s-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni taz-zokkor 1999/2000 u 2000/2001
.
2.3
L-effett kombinat fuq AB 2018
(f’EUR)
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
05 02 08 03
|
Fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi
|
12 000 000
|
12 000 000
|
05 02 08 99
|
Miżuri oħrajn (frott u ħaxix)
|
800 000
|
800 000
|
05 02 09 08
|
Programmi nazzjonali ta’ sostenn għas-settur tal-inbid
|
7 000 000
|
7 000 000
|
05 02 12 02
|
Miżuri tal-ħażna tat-trab tal-ħalib xkumat
|
2 000 000
|
2 000 000
|
05 02 15 99
|
Miżuri oħrajn (tal-laħam tal-majjal, tjur, bajd, apikoltura, prodotti oħrajn mill-annimali)
|
60 000 000
|
60 000 000
|
05 03 01 02
|
Skema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE)
|
2 000 000
|
2 000 000
|
05 03 01 07
|
Pagament ridistributtiv
|
14 000 000
|
14 000 000
|
05 03 01 10
|
Skema ta' pagament bażiku (BPS)
|
-275 000 000
|
-275 000 000
|
05 03 01 11
|
Pagament għal prattiki agrikoli benefiċjali għall-klima u l-ambjent
|
95 000 000
|
95 000 000
|
05 03 01 13
|
Pagament għal bdiewa żgħażagħ
|
34 000 000
|
34 000 000
|
05 03 01 99
|
Oħrajn (pagamenti diretti diżakkoppjati)
|
500 000
|
500 000
|
05 03 02 40
|
Pagament għall-qoton, speċifiku skont l-għelejjel
|
-4 000 000
|
-4 000 000
|
05 03 02 44
|
Sostenn speċifiku (l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 73/2009) — Pagamenti diretti akkoppjati
|
-3 000 000
|
-3 000 000
|
05 03 02 60
|
Skema volontarja ta' appoġġ akkoppjat
|
4 000 000
|
4 000 000
|
05 03 02 61
|
Skema tal-bdiewa żgħar
|
-110 000 000
|
-110 000 000
|
05 03 02 99
|
Oħrajn (pagamenti diretti)
|
-2 000 000
|
-2 000 000
|
05 07 01 06
|
Nefqa għal korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena preċedenti fir-rigward tal-immaniġġjar konġunt iddikjarati fl-ambitu tat-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG (miżuri preċedenti) u fl-ambitu tal-FAEG
|
1 400 000
|
1 400 000
|
05 07 01 07
|
Nefqa għal korrezzjonijiet finanzjarji favur l-Istati Membri wara deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet tas-snin preċedenti fir-rigward tal-immaniġġjar konġunt iddikjarati fl-ambitu tat-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG (miżuri preċedenti) u fl-ambitu tal-FAEG
|
5 200 000
|
5 200 000
|
05 07 02
|
Soluzzjoni tat-tilwim
|
102 200 000
|
102 200 000
|
Total
|
-53 900 000
|
-53 900 000
|
3.IL-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE)
Fis-26 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta’ EUR 1 196,8 miljun biex tingħata assistenza lill-Italja b’rispons għal sensiela ta’ terremoti li seħħew bejn Awwissu 2016 u Jannar 2017 fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Lazio, Marche u Umbria. Din il-mobilizzazzjoni kienet akkumpanjata mill-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4/2017
li jipproponi li l-approprjazzjonijiet meħtieġa jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-2017, kemm f’impenji u kemm f’pagamenti, wara li jkun tnaqqas il-pagament antiċipat li diġà tħallas fl-2016.
L-ammont li seta’ jiġi mobilizzat f’dan l-istadju tas-sena 2017 kien ta’ EUR 902,8 miljun, li jikkorrispondi għall-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-bidu tal-2017 (EUR 1 115,1 miljun), bit-tnaqqis tal-mobilizzazzjoni ta’ qabel
(EUR 71,5 miljun), bit-tnaqqis tal-ammont miżmum ta’ EUR 140,8 miljun sabiex jitħares l-obbligu ta’ twarrib ta’ 25 % tal-allokazzjoni annwali tal-2017 sal-1 ta’ Ottubru 2017 kif stipulat mill-Artikolu 10(1) tar-regolament dwar il-QFP.
Dan l-ammont mhuwiex biżżejjed biex ikopri l-mobilizzazzjoni sħiħa tal-FSUE għall-Italja. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament dwar il-QFP ġew issodisfati u proponiet biex tkopri d-differenza ta’ EUR 294,0 miljun mill-ammont annwali disponibbli fl-2018.
Kemm id-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni u l-ABE Nru 4/2017 ġew definittivament adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Settembru 2017.
Minħabba din is-sitwazzjoni eċċezzjonali ta’ forniment minn qabel (ta' flus) fl-2017, huwa meħtieġ li jitnaqqas b’mod xieraq l-ammont imniżżel bħala riżerva fl-AB 2018, f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament. L-għan ta’ din ir-riżerva hu maħsub biex jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FSUE permezz ta’ trasferimenti simultanji għad-deċiżjoni ta’ mobilizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Peress li tali approċċ inaqqas il-ħtieġa għal baġits emendatorji, b’hekk jitħaffef il-proċess tal-mobilizzazzjoni tal-FSUE.
(f’EUR)
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
40 02 44
|
Riżerva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
|
-293 628 245
|
-112 000 000
|
Total
|
-293 628 245
|
-112 000 000
|
4.Aġenziji
4.1
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Fit-13 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament
f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta’ Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi.
Bħalissa hemm 17-il CCP stabbiliti fl-UE, li kollha kemm huma, huma awtorizzati li joffru s-servizzi tagħhom fl-Unjoni. Ġew rikonoxxuti 28 CCP ta’ pajjiżi terzi addizzjonali, u b’hekk dawn ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fl-UE. Tnax-il CCP oħra minn 10 ġurisdizzjonijiet applikaw għal rikonoxximent u qed jistennew deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, volum sostanzjali ta’ tranżazzjonijiet tad-derivati ddenominati f’euro (u tranżazzjonijiet oħra soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar tal-UE) attwalment qed ikunu kklirjati fis-CCPs li jinsabu fir-Renju Unit.
Minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ CCPs ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tipproponi li jingħata mandat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-ESMA, Pariġi) biex tkun inkarigata minn firxa usa’ ta’ kompiti superviżorji b’rabta ma’ dawn is-CCPs. Ġie preżunt li r-Regolament se jidħol fis-seħħ f’nofs l-2018. L-ESMA se teħtieġ aktar riżorsi umani u finanzjarji biex twettaq il-ħidmiet il-ġodda tagħha skont ir-Regolament tas-CCP, b’introduzzjoni gradwali matul il-perjodu 2018–2020.
Għas-sena 2018, huma mitluba 20 aġent temporanju addizzjonali (biex jiġu reklutati fil-grad AD7) u 10 esperti nazzjonali ssekondati, li jibdew minn Awwissu 2018 ’il quddiem. In-nefqa relatata, b’mod partikolari għal salarji, spejjeż ta’ missjonijiet u l-kera tal-uffiċċji, tammonta għal EUR 4,3 miljun fl-2018, u huwa mistenni li tiġi koperta minn tariffi mill-industrija. Madankollu, peress li l-introduzzjoni ta’ tariffi se tkun teħtieġ l-adozzjoni minn qabel ta’ att delegat tal-Kummissjoni, il-kostijiet imġarrba fl-2018 se jkollhom bżonn jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE (li għandhom jittieħdu mill-marġni mhux allokat taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-Intestatura 1a), u mogħtija lura lill-baġit tal-UE sa mhux aktar tard mill-2020.
(f’EUR)
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
12 02 06
|
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
|
4 310 555
|
4 310 555
|
Total
|
4 310 555
|
4 310 555
|
Il-pjan ta' stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.
4.2
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND)
Il-mira tat-tnaqqis tal-persunal għall-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (EUROFOUND) f'Dublin tissarraf fi tnaqqis ta’ żewġ karigi fl-2018, jiġifieri minn 93 kariga awtorizzati fil-baġit tal-2017 għal 91 kariga fl-abbozz tal-baġit tal-2018, li minnhom 49 kariga kienu proposti fil-grupp ta’ funzjonijiet għall-Amministraturi u 42 kariga fil-grupp ta’ funzjonijiet għall-Assistenti.
Wara t-tluq ta’ żewġ uffiċjali fil-grupp ta’ funzjonijiet għall-Amministraturi, l-Aġenzija issa talbet li tpartat żewġ karigi permanenti għal uffiċjali ma’ żewġ karigi temporanji għal aġenti temporanji fil-grupp ta’ funzjonijiet għall-Amministraturi. Dan iżomm l-għadd globali ta’ karigi fil-grupp ta’ funzjonijiet għall-Amministraturi stabbli fil-livell mitlub inizjalment għall-2018 (49). Dan ma għandu l-ebda impatt fuq in-nefqa.
Il-pjan ta' stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.
4.3
Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)
Skont ir-riżultati preliminari tal-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji li se jiġu ppreżentati lill-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi fil-qafas tal-pakkett ta’ delega li jmiss, il-Kummissjoni se tipproponi li tinkariga lill-EACEA b’kompiti ta’ implimentazzjoni fil-kuntest ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ġdid (ESC – European Solidarity Corps) propost fit-30 ta’ Mejju 2017. Dawn il-kompiti jinkludu t-tnedija u l-konklużjoni ta’ proċeduri ta’ għotjiet u akkwisti, il-monitoraġġ tal-proġetti, il-kontroll finanzjarju u l-kontabilità, il-kontribut għall-evalwazzjoni tal-programmi u diversi kompiti ta’ appoġġ.
Il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien ta’ partita baġitarja 15 01 06 03 Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — Kontribuzzjoni minn Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li tkopri l-kostijiet operattivi li l-EACEA se ġġarrab fl-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (ESC).
L-ebda approprjazzjoni mhi se tkun allokata għall-partita tal-baġit fl-istennija tar-riżultat tal-proċedura leġiżlattiva u l-konsultazzjoni tal-Kumitat dwar l-Aġenziji Eżekuttivi. Il-ħolqien ta’ dan il-punt b’entrata “pro memoria” se jippermetti li l-Kummissjoni tittrasferixxi l-approprjazzjonijiet meħtieġa malajr, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, ladarba tkun ġiet adottata l-bażi ġuridika tal-ESC sabiex ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet. Dan iwassal għal opportunitajiet ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ li jkunu disponibbli malajr matul l-2018.
(f’EUR)
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
15 01 06 03
|
Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — Kontribuzzjoni minn Korp Ewropew ta' Solidarjetà
|
p.m.
|
p.m.
|
Total
|
-
|
-
|
5.Amministrazzjoni
5.1
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
Fid-Dikjarazzjoni tal-Istimi tiegħu għas-sena finanzjarja 2018, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) talab il-konverżjoni ta’ kariga waħda AD15 temporanja f’pożizzjoni AD15 permanenti fil-pjan ta’ stabbiliment tal-OLAF mill-1 ta’ Jannar 2018.
Madankollu, minħabba d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-persunal, magħmula fil-kuntest tal-proċedura ta’ reklutaġġ tad-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-OLAF, din il-konverżjoni mitluba ġiet irtirata, b’tali mod li l-kariga tibqa’ temporanja.
Il-modifiki mhuma se jikkawżaw l-ebda impatt fuq in-nefqa tal-OLAF. Il-pjan ta' stabbiliment aġġornat huwa stabbilit fl-anness baġitarju.
5.2
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP)
Fil-kuntest ta’ modernizzazzjoni tal-proċessi ta’ appoġġ u l-istabbiliment ta’ metodi ta’ ħidma mtejba, il-Kummissjoni stabbiliet aġenda ta’ trasformazzjoni diġitali, speċjalment fl-oqsma ta’ konsolidazzjoni ta’ ċentri tad-dejta lokali, it-tagħmir tal-ICT u s-sigurtà. F’dan il-qafas u b’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (DIGIT), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP) iddeċieda, fil-21 ta’ Novembru 2016 li jniedi proġett tal-konsolidazzjoni tal-IT fi tliet oqsma prinċipali: in-netwerk u t-telekomunikazzjoni, il-post tax-xogħol diġitali u l-awtomazzjoni tal-uffiċċju u ċentri ta’ dejta.
Il-benefiċċju prinċipali tal-konsolidazzjoni se jiġi minn ekonomiji ta’ skala miksuba mill-proċess ta’ industrijalizzazzjoni.
Sabiex jiġi implimentat dan il-proġett, 14-il kariga (3 AD u 11-il AST) li huma attwalment assenjati lill-OP fis-setturi tal-Infrastruttura tal-IT u tal-Produzzjoni se jkollhom jiġu trasferiti lill-Kummissjoni f’DĠ DIGIT. Dawn il-karigi jirrappreżentaw ir-riżorsi meħtieġa fil-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz għall-operazzjonijiet tal-OP.
F’dan il-kuntest ġiet iffirmata konvenzjoni bejn l-OP u DIGIT fit-30 ta’ Mejju 2017 u dan jitfa’ dawl fuq ir-raġuni għaliex ma kienx possibbli li dan iċ-ċaqliq ta’ karigi jiġi inkluż fl-AB 2018.
Għaldaqstant, huwa propost li jiġu trasferiti 14-il kariga u l-approprjazzjonijiet ta’ salarju relatati mill-OP għall-Kummissjoni, sa mill-1 ta’ Jannar 2018.
L-impatt ta’ dan it-trasferiment fuq l-approprjazzjonijiet huwa newtrali. Il-proposta aġġornata tal-pjanijiet ta’ stabbiliment għall-Kummissjoni (amministrazzjoni) u għall-OP huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
(f’EUR)
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
XX 01 01 01 01
|
Remunerazzjoni u Gratifiki
|
1 238 000
|
1 238 000
|
XX 01 01 01 02
|
Spejjeż u gratifiki konnessi mar-reklutaġġ, trasferimenti, u terminazzjoni tas-servizz
|
1 000
|
1 000
|
XX 01 01 01 03
|
Aġġustamenti għar-remunerazzjoni
|
12 000
|
12 000
|
26 01 09
(A2 01 01)
|
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
|
-1 251 000
|
-1 251 000
|
Total
|
-
|
-
|
5.3
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
5.3.1
L-involviment fil-futur tal-UE mal-Afganistan wara t-tmiem tal-mandat b’funzjoni doppja tar-RSUE għall-Afganistan
Il-mandat b’funzjoni doppja tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Afganistan spiċċa fil-31 ta’ Awwissu 2017. Fl-isfond tal-mandat politiku msaħħaħ bil-kbir tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jirrappreżentaw lill-UE b’mod komprensiv f’pajjiżi terzi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, u b’kont meħud tal-fehmiet tal-Parlament Ewropew
, ir-Rappreżentant Għoli ddeċidiet li ma tipproponix il-ħatra ta’ RSUE ieħor għall-Afganistan wara l-iskadenza tal-mandat attwali. L-involviment fil-futur tal-UE mal-Afganistan minflok se jiġi appoġġat minn żewġ entitajiet suċċessuri tar-RSUE:
-Mibgħut Speċjali tal-UE bbażat b’Brussell inħatar fl-1 ta’ Settembru 2017 u ħa f’idejh il-kompiti tar-RSUE ta’ koordinazzjoni reġjonali u internazzjonali relatata mal-proċess ta’ paċi, stabbilizzazzjoni u rikonċiljazzjoni fl-Afganistan. Il-Mibgħut Speċjali se jkun appoġġat minn żewġ konsulenti politiċi u assistent wieħed.
-Id-delegazzjoni tal-UE f’Kabul se tissaħħaħ permezz ta’ Taqsima Politika, tal-Istampa u tal-Informazzjoni (PPI – Political, Press and Information) ġdida. Dan se jippermettilha tassumi r-rwol mistenni tagħha b’mod sħiħ, inkluż li takkumpanja l-programm komprensiv ta’ riforma tal-Afganistan, l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet għall-paċi, l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku u l-implimentazzjoni tal-assistenza tal-UE għall-iżvilupp.
Dan il-kunċett kien ippreżentat lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà fit-13 ta’ Ġunju 2017 mingħajr ebda oġġezzjoni minn Stati Membri tal-UE.
Billi l-ispejjeż għal uffiċċju tal-Mibgħut Speċjali kważi kollha se jkunu koperti minn riallokazzjonijiet fi ħdan il-baġit amministrattiv attwali tas-SEAE, se tkun meħtieġa żieda tal-baġit tas-SEAE biex tkopri kostijiet addizzjonali relatati mat-twaqqif ta’ taqsima ġdida tal-PPI fid-Delegazzjoni tal-UE f’Kabul u spejjeż oħrajn amministrattivi relatati mal-infrastruttura u s-sigurtà, li bħalissa huma koperti mir-RSUE.
Din iż-żieda tal-baġit amministrattiv tas-SEAE (Intestatura 5, it-Taqsima X tal-baġit tal-UE) fl-2018 tammonta għal EUR 4,5 miljun (kost ta’ sena sħiħa).
Globalment, iż-żieda se tiġi kkumpensata minn frankar fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK, Intestatura 4, it-Taqsima III tal-Baġit tal-UE) li jirriżulta mill-għeluq tar-RSUE fl-Afganistan, stmata għal EUR 10,2 miljun. Huwa propost li l-bilanċ ta’ EUR 5,7 miljun jibqa’ fil-baġit tal-PESK biex ikopri kwalunkwe azzjoni ġdida oħra li ma tistax tiġi pprogrammata minn qabel.
It-tranżizzjoni proposta tirrappreżenta wkoll simplifikazzjoni amministrattiva, peress li s-SEAE ma jkollux aktar bżonn li jżomm sistema kumplessa ta’ reġistrazzjonijiet paralleli għan-nefqa li saret għan-nom tar-RSUE għall-Afganistan.
5.3.2
Tranżizzjoni ta’ ċerti kompiti għall-Monitoraġġ, l-Iggwidar u l-Konsulenza (MIK) minn EULEX Kosovo għall-Uffiċċju tal-UE fil-Kosovo
Bħala riżultat tar-Rieżami Strateġiku 2015/2016 u t-tneħħija gradwali ta’ EULEX Kosovo, il-Kunsill talab lis-SEAE biex iħejji strateġija ta’ tranżizzjoni.
Ġie ppreżentat kunċett ta’ tranżizzjoni għal EULEX lill-Kumitat għall-Aspetti Ċivili tal-Maniġġar ta’ Kriżijiet (CivCom) fit-13 ta’ Marzu 2017 fejn ġie propost it-trasferiment ta’ ċerti kompiti tal-MIK lill-Uffiċċju tal-UE, li għalhekk irid jissaħħaħ b’pożizzjonijiet ġodda ta’ konsulenti strateġiċi tal-Istat ta’ Dritt u ta’ persunal amministrattiv iffinanzjati mill-baġit amministrattiv tas-SEAE.
Fuq dik il-bażi, CivCom qabel dwar dan il-kunċett fl-24 ta’ April 2017 u l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approvah fit-28 ta’ April 2017, biex b’hekk stieden lis-SEAE biex iħejji t-tranżizzjoni.
Ġie stmat li 12-il kariga ġdida se tkun meħtieġa fl-Uffiċċju tal-UE (aġenti kuntrattwali, esperti nazzjonali ssekondati u aġenti lokali) biex iwettqu l-kompiti u ż-żieda relatata fix-xogħol amministrattiv. Dawn il-karigi ġodda jistgħu jwasslu għal żieda tal-baġit amministrattiv tas-SEAE ta’ EUR 0,5 miljun għas-sitt xhur u nofs ikkonċernati fl-2018. L-ammont sħiħ fuq bażi annwali jkun ta’ EUR 0,8 miljun, li se jkun il-punt ta’ referenza għall-baġit 2019 u tas-snin ta’ wara.
Abbażi tal-preżunzjonijiet kurrenti, it-tnaqqis korrispondenti ta’ karigi fi ħdan il-missjoni EULEX jammonta għal 41, li jwassal għal iffrankar mistenni ta’ EUR 1,8 miljun fl-2018 fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni. Huwa propost li l-bilanċ ta’ EUR 1,3 miljun jibqa’ fil-baġit tal-PESK biex ikopri kwalunkwe azzjoni ġdida oħra li ma tistax tiġi pprogrammata minn qabel.
Huwa mistenni li, ladarba titlesta, it-tranżizzjoni tal-kompiti MIK ta’ EULEX se twassal għal tnaqqis ulterjuri ta’ 37 kariga addizzjonali (24 internazzjonali u 13 lokali), li jammontaw għal 78 b’kollox, li madankollu se tirrikjedi madwar 10 karigi addizzjonali li jkun iffinanzjati permezz ta’ żieda fil-baġit amministrattiv tas-SEAE.
5.3.3
Linja baġitarja separata għall-kontribuzzjoni għal Skejjel Ewropej
Għal raġunijiet ta’ trasparenza u armonizzazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra, qed jiġi propost li tinħoloq partita tal-baġit ġdida li turi l-kontribuzzjoni tas-SEAE għall-Iskejjel Ewropej tat-tip 2.
Din in-nefqa, li tammonta għal EUR 20 000 fis-sena, attwalment hija ffinanzjata minn xi punt ieħor relatat mal-persunal, li se titnaqqas skont dan. L-operazzjoni hija għalhekk newtrali għall-baġit.
5.3.4
L-effett kombinat fuq AB2018
(f’EUR)
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
Taqsima III — Il-Kummissjoni Ewropea
|
19 03 01 02
|
EULEX Kosovo
|
-1 821 000
|
-1 821 000
|
19 03 01 05
|
Miżuri ta’ emerġenza
|
7 001 000
|
7 001 000
|
19 03 01 07
|
Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea
|
-10 200 000
|
-10 200 000
|
Subtotal tat-Taqsima III
|
-5 020 000
|
-5 020 000
|
Taqsima X – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
|
1 1 0 2
|
Intitolamenti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal marbutin maċ-ċirkostanzi personali tal-membru tal-persunal
|
-20 000
|
-20 000
|
1 4 0
|
Missjonijiet
|
75 000
|
75 000
|
1 5 0 4
|
Kontribuzzjoni għal Skejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati
|
20 000
|
20 000
|
3 0 0 1
|
Persunal estern u servizzi minn barra
|
1 023 000
|
1 023 000
|
3 0 0 2
|
Nefqa oħra marbuta mal-persunal
|
212 000
|
212 000
|
3 0 0 3
|
Bini u kostijiet relatati
|
3 635 000
|
3 635 000
|
3 0 0 4
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
75 000
|
75 000
|
Subtotal tat-Taqsima X
|
5 020 000
|
5 020 000
|
Total
|
-
|
-
|
6.Tabella ta' Sommarju skont l-Intestatura tal-QFP
Intestatura
|
Abbozz tal-Baġit tal-2018
|
Ittra Emendatorja 1/2018
|
Abbozz tal-Baġit tal-2018
|
|
|
|
(inkl. IE1/2018)
|
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
AI
|
AP
|
1.
|
Tkabbir intelliġenti u inklużiv
|
77 249 180 217
|
66 845 867 101
|
4 310 555
|
4 310 555
|
77 253 490 772
|
66 850 177 656
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
891 685 985
|
|
|
|
891 685 985
|
|
Limitu Massimu
|
76 420 000 000
|
|
|
|
76 420 000 000
|
|
Marġni
|
62 505 768
|
|
|
|
58 195 213
|
|
1a
|
Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi
|
21 841 301 956
|
20 082 398 844
|
4 310 555
|
4 310 555
|
21 845 612 511
|
20 086 709 399
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
658 352 652
|
|
|
|
658 352 652
|
|
Limitu Massimu
|
21 239 000 000
|
|
|
|
21 239 000 000
|
|
Marġni
|
56 050 696
|
|
|
|
51 740 141
|
|
1b
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
55 407 878 261
|
46 763 468 257
|
|
|
55 407 878 261
|
46 763 468 257
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
233 333 333
|
|
|
|
233 333 333
|
|
Limitu Massimu
|
55 181 000 000
|
|
|
|
55 181 000 000
|
|
Marġni
|
6 455 072
|
|
|
|
6 455 072
|
|
2.
|
Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
|
59 553 523 122
|
56 359 793 633
|
- 53 900 000
|
- 53 900 000
|
59 499 623 122
|
56 305 893 633
|
Limitu Massimu
|
60 267 000 000
|
|
|
|
60 267 000 000
|
|
Marġni
|
713 476 878
|
|
|
|
767 376 878
|
|
Li minnhom: Il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
|
43 518 316 899
|
43 472 477 466
|
- 53 900 000
|
- 53 900 000
|
43 464 416 899
|
43 418 577 466
|
Sottolimitu
|
44 163 000 000
|
|
|
|
44 163 000 000
|
|
3.
|
Sigurtà u ċittadinanza
|
3 473 056 199
|
2 963 847 175
|
|
|
3 473 056 199
|
2 963 847 175
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibilità
|
817 056 199
|
|
|
|
817 056 199
|
|
Limitu Massimu
|
2 656 000 000
|
|
|
|
2 656 000 000
|
|
Marġni
|
|
|
|
|
|
|
4.
|
Ewropa Globali
|
9 593 045 411
|
8 951 045 154
|
- 5 020 000
|
- 5 020 000
|
9 588 025 411
|
8 946 025 154
|
Limitu Massimu
|
9 825 000 000
|
|
|
|
9 825 000 000
|
|
Marġni
|
231 954 589
|
|
|
|
236 974 589
|
|
5.
|
Amministrazzjoni
|
9 682 398 486
|
9 684 953 486
|
5 020 000
|
5 020 000
|
9 687 418 486
|
9 689 973 486
|
Limitu Massimu
|
10 346 000 000
|
|
|
|
10 346 000 000
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza
|
- 570 000 000
|
|
|
|
- 570 000 000
|
|
Marġni
|
93 601 514
|
|
|
|
88 581 514
|
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
7 591 229 286
|
7 593 784 286
|
5 020 000
|
5 020 000
|
7 596 249 286
|
7 598 804 286
|
Sottolimitu
|
8 360 000 000
|
|
|
|
8 360 000 000
|
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza
|
- 570 000 000
|
|
|
|
- 570 000 000
|
|
Marġni
|
198 770 714
|
|
|
|
193 750 714
|
|
Total
|
159 551 203 435
|
144 805 506 549
|
- 49 589 445
|
- 49 589 445
|
159 501 613 990
|
144 755 917 104
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibilità
|
817 056 199
|
667 152 692
|
|
|
817 056 199
|
667 152 692
|
Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji
|
891 685 985
|
|
|
|
891 685 985
|
|
Limitu Massimu
|
159 514 000 000
|
154 565 000 000
|
|
|
159 514 000 000
|
154 565 000 000
|
Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza
|
- 570 000 000
|
|
|
|
- 570 000 000
|
|
Marġni
|
1 101 538 749
|
10 426 646 143
|
|
|
1 151 128 194
|
10 476 235 588
|
|
Strumenti speċjali oħra
|
1 090 902 000
|
619 600 000
|
- 293 628 245
|
- 112 000 000
|
797 273 755
|
507 600 000
|
Total kumplessiv
|
160 642 105 435
|
145 425 106 549
|
- 343 217 690
|
- 161 589 445
|
160 298 887 745
|
145 263 517 104
|