This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015XG1215(04)
Council Conclusions on culture in the EU's external relations with a focus on culture in development cooperation
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b'attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b'attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp
ĠU C 417, 15.12.2015, p. 41–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 417/41 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b'attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp
(2015/C 417/06)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
1. |
WAQT LI JFAKKAR li l-Artikolu 167(3) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jappella lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex irawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tal-kultura, u jistieden lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha skont dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, b'mod partikolari sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha; |
2. |
WAQT LI JENFASIZZA li l-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, inkluż fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, hija waħda mill-prijoritajiet tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura (1) u l-pjanijiet ta' ħidma sussegwenti tal-Kunsill għall-kultura (2); u li l-kooperazzjoni transettorjali hija importanti biex tiżdied il-koerenza bejn il-politiki differenti kif issottolinjat f'għadd ta' konklużjonijiet tal-Kunsill adottati reċentement (3); |
3. |
FILWAQT LI JŻOMM F'MOĦĦU li skont l-Artikolu 208 TFUE, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha titwettaq fi ħdan il-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u li l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin; |
4. |
FILWAQT LI JFAKKAR fl-adozzjoni min-Nazzjonijiet Uniti tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (4) li tinkludi referenzi espliċiti għall-kultura f'bosta mill-miri tagħha kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar aġenda trasformattiva għal wara l-2015 (5), li jirrikonoxxu li l-kultura, inklużi l-wirt kulturali dinji u l-industriji kreattivi, jista' jkollha rwol importanti fil-kisba tal-iżvilupp inklużiv u sostenibbli; |
5. |
WAQT LI JENFASIZZA li l-UE hija ggwidata mill-universalità, l-indiviżibbiltà, l-interkonnessjoni u l-interdipendenza tad-drittijiet kollha tal-bniedem, sew ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali jew kulturali; (6) |
6. |
WAQT LI JFAKKAR li l-UE u l-Istati Membri tagħha aderixxew, u għalhekk impenjaw ruħhom li jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali li tenfasizza fost l-oħrajn il-ħtieġa li l-kultura tiġi inkorporata bħala element strateġiku fil-politiki tal-iżvilupp u li d-diversità kulturali tista' tiġi protetta u promossa biss jekk id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jkunu garantiti; |
HUWA KONVINT li l-kultura teħtieġ tifforma parti minn approċċ strateġiku u trasversali għar-relazzjonijiet esterni u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni minħabba l-kapaċità sostanzjali tagħha li ssaħħaħ dawn il-politiki billi tikkontribwixxi għall-bini ta' relazzjonijiet fit-tul ibbażati fuq skambji bejn in-nies, fehim reċiproku, fiduċja u kredibilità;
B'KUNSIDERAZZJONI XIERQA lejn l-isferi rispettivi ta' kompetenza tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà;
JISSOTTOLINJA DAN LI ĠEJ:
Rigward il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-EU
7. |
Biex jintlaħaq il-potenzjal tal-kultura li tkun parti importanti mir-relazzjonijiet esterni, huwa meħtieġ li mmorru lil hinn milli nuru d-diversità tal-kulturi Ewropew, u nimmiraw li noħolqu spirtu ġdid ta' djalogu, smiegħ u tagħlim reċiproċi, tisħiħ konġunt tal-kapaċitajiet u solidarjetà globali (7), kif inhu rrakkomandat mill-Azzjoni Preparatorja dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE (8) u fir-rapport dwar il-kultura u r-relazzjonijiet esterni maċ-Ċina (9). |
8. |
Madankollu, tinħtieġ koordinazzjoni aħjar tal-isforzi lejn approċċ strateġiku Ewropew li timmira lejn l-integrazzjoni konsistenti u koerenti tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u li tikkontribwixxi għall-komplementarjetà tal-attivitajiet tal-Unjoni ma' dawk tal-Istati Membri tagħha. Tali approċċ jinkludi, fost l-oħrajn, prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi, objettivi u riżultati realistiċi, gruppi fil-mira, interessi u inizjattivi komuni, dispożizzjonijiet ta' finanzjament, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u modalitajiet ta' implimentazzjoni. |
9. |
Approċċ strateġiku fil-livell tal-UE jippermetti wkoll li jiġu indirizzati b'mod aktar effiċjenti l-isfidi attwali, bħalma huma l-kriżi migratorja, ir-radikalizzazzjoni u l-ksenofobija, il-qerda u t-theddida għall-wirt kulturali u t-traffikar illeċitu f'oġġetti kulturali. |
Rigward il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp
10. |
Il-promozzjoni tal-koerenza fil-politika hija partikolarment kruċjali għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, minħabba r-rwol importanti li għandhom l-Istati Membri u l-UE f'dan il-qasam u fir-rigward ukoll tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. |
11. |
Il-kultura hija komponent essenzjali fid-dimensjoni tal-iżvilupp uman, soċjali, ekonomiku u ambjentali u għalhekk hija element ewlieni tal-iżvilupp sostenibbli, minħabba li:
|
12. |
Madanakollu, sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ tal-potenzjal qawwi tal-kultura għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, għandu jiġi żviluppat approċċ aktar integrat li jinkludi l-integrazzjoni tad-dimensjoni kulturali fil-programmi ta' żvilupp u appoġġ xieraq għall-operaturi kulturali fuq bażi ta' medda ta' żmien itwal aktar milli interventi ta' darba. |
13. |
Tali approċċ jista' jiġi bbażat, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:
|
14. |
Reazzjoni immedjata tkun partikolarment importanti fid-dawl tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ fil-futur tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 (10) sabiex jiġi żgurat li l-kultura titqies biżżejjed u tkun tista' twettaq ir-rwol tagħha f'dak ir-rigward. |
GĦALHEKK JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
15. |
Jieħdu sehem fi grupp ta' ħidma ad hoc li ser jiġi ospitat mil-Lussemburgu. Dan il-grupp għandu jikkontribwixxi għat-tħejjija ta' approċċ konkret, ibbażat fuq l-evidenza, li jkun kondiviż u fit-tul dwar il-kultura u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Sabiex jiffaċilita l-koerenza ta' azzjonijiet bejn l-atturi rilevanti fuq il-post, il-grupp għandu jiġbor u jiskambja l-aħjar prattiki dwar il-kultura u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u jeżamina l-evidenza empirika dwar l-impatt tal-kultura fuq l-iżvilupp. Il-grupp ser jiltaqa' għall-ewwel perijodu 2016 — 2017, ser ikun ta' natura informali u b'parteċipazzjoni volontarja. Huwa ser ikun miftuħ għal atturi kemm mis-settur tal-kultura kif ukoll mis-settur tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-Istati Membri (b'mod partikolari dawk fil-kariga attwali jew futura tal-Presidenzi tal-Kunsill), il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti li joperaw fl-oqsma tal-iżvilupp u l-kultura, il-pajjiżi sħab, is-sħab esterni b'mod partikolari l-Istituti Nazzjonali tal-UE għall-Kultura (EUNIC), kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-pjattaformi tal-NGOs. Ir-riżultati tal-ħidma ta' dan il-grupp għandhom jiġu ppreżentati lill-korpi preparatorji kkonċernati tal-Kunsill, b'mod partikolari fil-qasam tal-kultura u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. |
U JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
16. |
issaħħaħ il-kultura bħala dimensjoni speċifika ta' intervent fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, |
17. |
tiżviluppa u tippreżenta lill-Kunsill, b'mod konġunt mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, approċċ aktar strateġiku għall-kultura fir-relazzjonijiet esterni bbażat fuq il-prinċipji deskritti hawn fuq u li għandu jappoġġa fost l-oħrajn il-libertà artistika, il-libertà ta' espressjoni kulturali u r-rispett għad-diversità u l-wirt kulturali. |
(1) Approvata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar Aġenda Ewropea għall-Kultura (ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1)
(2) L-aktar wieħed reċenti huwa l-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura (2015-2018) (ĠU C 463, 23.12.2014, p. 4).
(3) L-aktar reċenti huma l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2012 dwar il-governanza kulturali (ĠU C 393, 19.12.2012, p. 8).
(4) Is-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (New York, 25-27 ta' Settembru 2015) adotta l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (“Nittrasformaw id-dinja tagħna” (traduzzjoni mhux uffiċjali)), inkluż sett wieħed ta' Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) globali li ser jieħu post l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju (MDGs), https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld
(5) 16716/14.
(6) Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline (dok. 9647/14).
(7) Anki f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE.
(8) Mibdija mill-Parlament Ewropew fl-2012, l-Azzjoni Preparatorja dwar “il-Kultura fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE” twettqet fl-2012-2013 bil-għan li tappoġġa ir-riflessjoni u l-iżvilupp attwali ta' politika dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-kultura fir-relazzjonijiet esterni u biex titrawwem aktar ħidma f'dan il-qasam. Ir-rapport finali ġie ppubblikat fl-2014, http://cultureinexternalrelations.eu/main-outcomes/
(9) Strateġija għar-relazzjonijiet kulturali bejn l-UE u ċ-Ċina: rapport tal-grupp ta' esperti dwar il-kultura u r-relazzjonijiet esterni — iċ-Ċina (Novembru 2012).
(10) B'mod partikulari l-għanijiet numri 4 (mira 4.7), 8 (mira 8.9), 11 (mira 11.4) u 12 (mira 12.b).