Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0722

    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 8 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2014 DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL SKONT IT-TAQSIMA DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

    /* COM/2014/0722 final */

    52014DC0722

    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 8 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2014 DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL SKONT IT-TAQSIMA DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni /* COM/2014/0722 final */


    ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 8 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2014

    DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL SKONT IT-TAQSIMA DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

    Wara li kkunsidrat:

    – it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    – ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    – ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

    – il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 adottat fl-20 ta' Novembru 2013[3],

    – il-baġit emendatorju Nru 1/2014[4], adottat fis-16 ta’ April 2014,

    – l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014[5], adottat fil-15 ta' April 2014,

    Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 għall-baġit tal-2014.

    BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

    Il-bidliet għad-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

    WERREJ

    1.       Introduzzjoni. 3

    2.       Il-bilanċ pożittiv tal-2013. 3

    1.           Introduzzjoni

    Fil-15 ta' April 2014 il-Kummissjoni ppreżentat l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2 għas-sena 2014, li kien maħsub sabiex jibbaġitja l-bilanċ pożittiv li rriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2013[6]. Fis-17 ta' Lulju 2014 il-Kunsill temm il-qari tiegħu tal-Abbozz tal-Baġit Emendatorju, u fit-22 ta' Ottubru 2014 il-Parlament Ewropew ivvota l-qari tiegħu. Hekk kif il-Parlament Ewropew adotta emendi għall-Abbozz tal-Baġit Emendatorju, li ma setgħux jiġu aċċettati mill-Kunsill, tlaqqa' Kumitat ta' Konċiljazzjoni, skont l-Artikolu 314 §4(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ħadem għal perjodu ta' 21 jum, bejn it-28 ta' Ottubru u s-17 ta' Novembru 2014. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġu rrikonċiljati l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pakkett ta’ Abbozzi ta’ Baġits Emendatorji pendenti għall-2014 (ABE 2-7) kif ukoll dwar il-baġit 2015, fil-perjodu taż-żmien permess, l-aktar minħabba differenza ta’ opinjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-ħtiġijiet tal-pagament pendenti għall-2014 kif rifless fiż-żieda f’approprjazzjonijiet ta’ pagament mitluba fl-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju 3/2014.

    Għalkemm ma kienx hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-kalkolu tal-bilanċ pożittiv innifsu u t-trattament tiegħu f’baġit emendatorju separat, kif stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, l-ABE 2 kien parti mill-“pakkett” globali li qed jiġi nnegozjat fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Din hi r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni reġgħet ippreżentat, skont l-Artikolu 314(8) tat-TFUE, l-istess baġit emendatorju (bħall-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 8/2014), sabiex jiġi adottat mill-awtorità baġitarja bħala parti ta' pakkett li jinkludi l-baġits emendatorji pendenti kollha tal-2014.

    2.           Il-bilanċ pożittiv tal-2013

    L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 8/2014 kurrenti huwa maħsub sabiex jibbaġitja l-bilanċ pożittiv li rriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2013.

    1. L-implimentazzjoni tas-sena finanzjarja 2013 turi bilanċ pożittiv ta’ EUR 1 005 406 925,37 (dan ma jinkludix il-kontribuzzjonijiet mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)), li għalhekk iddaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2014.

    Ir-reġistrar tal-bilanċ pożittiv jista’ jiġi analizzat kif ġej:

    2013 || EFTA-ŻEE || L-Unjoni Ewropea || Totali

    Dħul għas-sena finanzjarja || 293 208 636,00 || 149 210 450 357,56 || 149 503 658 993,56

    Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għas-sena kurrenti || -293 010 664,09 || -147 273 877 214,59 || -147 566 887 878,68

    Approprjazzjoniet ta' pagament riportati għas- sena N+1 || -4 220 213,94 || -1 325 132 086,83 || -1 329 352 300,77

    Kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mhux użati riportati mis-sena N-1 || 465 452,28 || 33 282 462,39 || 33 747 914,67

    Differenza bejn id-dħul assenjat riportat mis-snin N-1 għal N u minn N għal N+1 || || 402 838 997,98 || 402 838 997,98

    Differenzi tal-kambju għas-sena || || -42 155 591,14 || -42 155 591,14

    Eżitu tal-baġit 2013 || -3 556 789,75 || 1 005 406 925,37 || 1 001 850 135,62

    2. L-ibbaġitjar tal-bilanċ pożittiv se jnaqqas kif xieraq il-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-Baġit tal-UE.

    3. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu tal-Unjoni Ewropea għall-2013 f’termini tal-implimentazzjoni tal-baġit (id-dħul u n-nefqa, għall-Istituzzjonijiet kollha):

    (f'miljuni ta' EUR)

    Tqassim tal-eżitu tal-2013

    Sottototal tal-eżitu fuq l-introjtu || 771

    L-eżitu fuq l-introjtu (id-differenzi bejn id-dħul miġbur u dak ibbaġittjat), li minnu: ||

    — || Titolu 1 (riżorsi proprji) || -226

    — || Titolu 3 (bilanċi pożittivi, bilanċi u aġġustamenti) || -360

    — || Titolu 7 (imgħax fuq pagamenti tardivi u multi) || 1 331

    — || Titoli oħrajn || 26

    Sottototal tal-eżitu fuq in-nefqa || 276

    Eżitu fuq in-nefqa, li minnha: ||

    — || Nuqqas ta' implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit tal-2013: Il-Kummissjoni || 107

    — || Nuqqas ta' implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet riportati mill-2012: Il-Kummissjoni || 54

    — || Riżervi mhux mobilizzati fl-2013 || 1

    — || Nuqqas ta' implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit tal-2013 u approprjazzjonijiet riportati mill-2012: intestatura amministrattiva 5 (Istituzzjonijiet oħra) || 114

    Sottototal tad-differenzi fir-rati tal-kambju || -42

    Total tal-eżitu tal-2013 || 1 005

    [1]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    [2]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

    [3]               ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.

    [4]               ĠU L 204, 11.07.2014, p 1.

    [5]               COM(2014) 234, 15.4.2014.

    [6]               COM(2014) 234, 15.4.2014.

    Top