EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0303

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni

/* KUMM/2011/0303 finali */

52011DC0303

KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni /* KUMM/2011/0303 finali */


KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni

Lejn il-Lvant u lejn in-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea (UE) hemm sittax-il pajjiż[1] li t-tamiet u l-futur tagħhom jagħmlulna differenza diretta u sinifikanti. Ġrajjiet li seħħew dan l-aħħar ġabuna aktar konxji minn dan, u stajna naraw aħjar l-isfidi li qed niffaċċjaw flimkien. It-tmiem ta’ reġimi ripressivi li kienu ilhom hemm żmien twil fl-Eġittu u fit-Tuneżija; il-kunflitt militari li għaddej fil-Libja, ir-ripressjoni vjolenti reċenti fis-Sirja, ir-ripressjoni li għadha sseħħ fil-Belarus u l-kunflitti mtawla li għadhom ibaqbqu fir-reġjun, inkluż fil-Lvant Nofsani, jitolbu minnha li nagħtu ħarsa ġdida lejn ir-relazzjoni tal-UE mal-ġirien tagħna. Il-progress inkoraġġanti li għamlu ġirien oħra, pereżempju r-Repubblika tal-Moldova fl-isforzi ta' riforma li għamlet, l-Ukrajna fin-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jew il-Marokk u l-Ġordan fit-tħabbira tagħhom ta' riformi kostituzzjonali, jeħtieġ li wkoll jiġu appoġġjati. Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona l-politika barranija tal-UE tista’ tagħti riżultati aħjar: il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien issa tista’ titwessa’ biex tkun tkopri l-firxa kollha ta’ kwistjonijiet b’mod integrat u aktar effettiv. Dan kien element ewlieni li mmotiva l-inizjazzjoni ta’ analiżi u aġġornament, f’konsultazzjoni ma’ pajjiżi sħab u entitajiet involuti oħra, tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat (PEV) fis-sajf tal-2010. Il-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar madwar in-naħa ta’ Isfel tal-Mediterran urew aktar u aktar kemm dan l-aġġornament hu meħtieġ u urġenti. L-UE jeħtieġ li tqum għall-isfidi storiċi li għandna fil-viċinat tagħna.

Sa minn mindu ġiet stabbilita fl-2004, il-PEV ippromwoviet firxa ta’ inizjattivi importanti, partikolarment fuq il-front kummerċjali u dak ekonomiku, li permezz tagħhom l-UE u l-ġirien tagħha żviluppaw relazzjonijiet aktar qawwija f'tista' tgħid l-oqsma kollha ta' politika, mill-enerġija sal-edukazzjoni, mit-trasport sar-riċerka. Bħalissa dawn huma s-suġġett ta’ skambji u koperazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tagħha. L-assistenza tal-UE żdiedet u hija mmirata aħjar. Iżda hemm lok għal titjib fuq in-naħat kollha tar-relazzjoni. Il-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar u r-riżultati tal-aġġornament urew li l-appoġġ tal-UE għar-riforma politika fil-pajjiżi ġirien kisbet riżultati limitati. Hemm pereżempju l-ħtieġa ta’ aktar flessibbiltà u aktar reazzjonijiet xierqa għall-kuntesti partikolari meta wieħed ikun qiegħed jaffaċċja sħab u ħtiġijiet għar-riforma li jevolvu malajr - sew jekk ikunu għaddejjin minn bidla bil-għaġġla tar-reġim jew proċess imtawwal ta' riforma u ta' konsolidazzjoni demokratika. Il-koordinazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u s-sħab internazzjonali ewlenin hija essenzjali u tista' tittejjeb.

Hu meħtieġ approċċ ġdid biex jissaħħaħ it-tisħib bejn l-UE u l-pajjiżi u s-soċjetajiet tal-viċinat: biex jinbnew u jiġu kkonsoldati demokraziji b’saħħithom, jisseddaq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u jiġu ġestiti r-rabtiet lil hinn mill-konfini.

Il-PEV għandha tkun politika tal-Unjoni bl-Istati Membri li jġibu l-isforzi bilaterali tagħhom stess konformi ma’ ta’ xulxin f’appoġġ għall-għanijiet ta’ politika ġenerali tagħha. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew għandu rwol ċentrali biex jgħin fit-twettiq ta’ xi wħud mill-għanijiet ċentrali tagħha. Lil hinn minn dan kollu, il-PEV għandha sservi ta' katalist għall-komunità internazzjonali aktar mifruxa biex jingħata appoġġ lit-tibdil demokratiku u lill-iżvilupp ekonomiku u soċjali fir-reġjun.

Dan it-tisħib mal-ġirien tagħna huwa ta’ vantaġġ għalina t-tnejn. L-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija għall-biċċa l-kbira tal-ġirien tagħha. L-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fil-pajjiżi sħab huwa ta' benefiċċju għall-UE wkoll. Bl-istess mod, il-moviment ikkontrollat tal-persuni huwa fattur pożittiv għall-viċinat kollu kemm hu, li jħaffef il-mobbiltà tal-istudenti, tal-ħaddiema u tat-turisti, filwaqt li jiskoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin. L-impenn attiv bejn l-UE u l-ġirien tagħha f'oqsma bħal ma huma l-edukazzjoni, it-tisħiħ u l-immodernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u l-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem se jkunu ta' għajnuna kbira biex isostnu l-għanijiet komuni tagħna ta’ tkabbir inklużiv u ta’ ħolqien tal-impjiegi.

L-apporċċ il-ġdid irid jinbena fuq ir-responsabbiltà reċiproka u fuq impenn komuni lejn il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt. Se jinvolvi livell ħafna ogħla ta’ differenzjazzjoni li jippermetti lil kull pajjiż fis-sħubija li jiżviluppa r-rabtiet tiegħu mal-UE safejn dan ikun jista’ jsir skont l-aspirazzjonijiet, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tiegħu. Għal dawk il-ġirien tan-Nofsinhar u tal-Lvant li jistgħu u jridu jieħdu sehem, din il-viżjoni tinkludi integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib u kooperazzjoni politika aktar qawwija fejn jidħlu r-riformi tal-governanza, is-sigurtà, kwistjonijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ kunflitti, inklużi inizjattivi konġunti f'fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. Fil-kuntest tan-Nofsinhar tal-Mediterran, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli diġà fissru l-proposta tagħhom għal Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni[2] ma' sħab bħal dawn.

L-approċċ il-ġdid, kif deskritt hawn fuq, għandu dawn l-għanijiet:

(1) li jipprovdi sostenn akbar lil pajjiżi sħab li qegħdin isawru fil-fond id-demokrazija - it-tip ta' demokrazija durabbli biex id-dritt għall-vot ikun akkumpanjat minn drittijiet bħal ma huma l-libertà tal-kelma, il-formazzjoni ta' partiti politiċi, li l-ġustizzja tkun imparzjali u ssir quddiem imħallfin indipendenti, li s-sigurtà tkun ipprovduta minn korpi tal-puliżija u minn forzi armati, li jkun hemm servizz ċivili kompetenti u mhux korrott - kif ukoll drittijiet oħra ċivili u umani li għal ħafna Ewropej huma ovvji, bħal ma huma l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon;

(2) li jsostni l-iżvilupp ekonomiku inklużiv - sabiex il-ġirien tal-UE jkunu jistgħu jagħmlu l-kummerċ, jinvestu u jikbru b'mod sostenibbli, jitnaqqsu d-diżugwaljanzi soċjali u reġjonali, biex b'hekk jinħolqu l-impjiegi għall-ħaddiema tagħhom u livelli ogħla ta' għajxien għall-popli tagħhom;

(3) li jissaħħew iż-żewġ dimensjonijiet reġjonali tal-Politika Ewropea ta' Viċinat, li jkopru rispettivament it-Tisħib tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Mediterran, sabiex inkunu nistgħu nfasslu inizjattivi reġjonali konsistenti f'oqsma bħal ma huma l-kummerċ, l-enerġija, it-trasport jew il-migrazzjoni u l-mobbiltà biex b’hekk nikkumplimentaw u nsaħħu l-kooperazzjoni bilaterali tagħna;

(4) jiġu pprovduti l-mekkaniżmi u l-istrumenti xierqa biex dawn l-għanijiet jitwettqu.

Is-sħubija ser tuġu żviluppata ma’ kull pajjiż ġar fuq il-bażi ta' dak li għandu bżonn, fuq il-kapaċitajiet u l-għanijiet ta' riforma li għandu. Jista' jiġri li xi sħab ikunu jridu jmorru lil hinn fl-isforz tagħhom ta' integrazzjoni, li jkun jinvolvi grad akbar ta' konformità mal-linji ta' politika u r-regoli tal-UE li ftit ftit iwasslu għall-integrazzjoni ekonomika fis-Suq Intern tal-UE. L-UE ma tfittixx li timponi xi mudell jew inkella riċetta lesta għar-riforma politika, iżda se tinsisti li l-proċess ta’ riforma ta’ kull pajjiż sieħeb ikun jirrifletti impenn ċar għal valuri universali li jiffurmaw il-bażi tal-approċċ imġedded tagħna. L-inizjattiva trid tiġi min-naħa tal-pajjiż sieħeb, u s-sostenn tal-UE se jkun imfassal kif ikun jixraq.

Sostenn akbar mill-UE lill-ġirien tagħha jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet. Se jkun jiddependi fuq kemm isir progress fil-bini u fil-konsolidament tad-demokrazija u tar-rispett lejn l-istat tad-dritt. Aktar ma pajjiż iħaffef il-pass tal-progress fir-riformi interni tiegħu, aktar jieħu sostenn mill-UE. Dan is-sostenn imtejjeb se jiġi f'diversi forom, inkluż żieda fl-iffinanzjar għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, programmi akbar għall-bini komprensiv tal-istituzzjonijiet (CIB), aċċess akbar għas-suq, aktar iffinanzjar mill-BEI bħala sostenn għall-investimenti; kif ukoll aktar faċilità għall-mobbiltà. Dawn l-impenji preferenzjali se jitfasslu skont il-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż u skont il-kuntest reġjonali. Sejrin jagħrfu li riforma li tagħmel sens ġġib magħha spejjeż sinifikanti minn qabel. Se tieħu kunsiderazzjoni tal-prestazzjoni ppruvata fir-riforma tal-pajjiżi sħab matul il-perjodu 2010-12 (abbażi ta' rapport annwali dwar il-progress) meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji lil kull pajjiż għall-2014 u lil hinn. Għal dawk il-pajjiżi fejn ma tkun seħħet l-ebda riforma, l-UE terġa’ tikkunsidra l-finanzjament, jew inkella anki tnaqqsu.

L-UE se żżomm mal-politika tagħha li tnaqqas il-livell ta’ relazzjonijiet ma’ gvernijiet li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u fil-livell ta' demokrazija, fost affarijiet oħra billi tuża sanzjonijiet immirati u miżuri oħra ta' politika. Meta tkun qed tieħu miżuri bħal dawn, hija se tkun qiegħda mhux biss iżżomm is-sostenn tagħha għas-soċjetà ċivili, iżda wkoll tkun qed issaħħu. Meta tkun qed tapplika dan l-approċċ iddifferenzjat, l-UE se żżomm linji ta’ djalogu miftuħa mal-gvernijiet, mas-soċjetà ċivili u ma’ entitajiet oħra involuti. Fl-istess ħin u f’konformità mal-prinċipju ta’ responsabbiltà reċiproka, l-UE se tara li r-riżorsi tagħha jintużaw f’sostenn għall-għanijiet ċentrali tal-PEV.

Ir-riżorsi li l-UE u s-sħab internazzjonali tagħha qed jimmobilizzaw f’sostenn għat-tranżazzjonijiet demokratiċi fil-viċinat għandhom ikopru sew il-ħtiġijet immedjati u urġenti kif ukoll ir-rekwiżiti fuq tul ta' żmien medju u twil.

1.           Sostenn għall-progress lejn demokrazija profonda

Aħna sejrin: · nadattaw il-livelli ta’ sostenn mill-UE lil pajjiżi sħab skont il-progress li jagħmlu fejn jidħlu riformi politiċi u l-bini ta’ demokrazija profonda

1.1.        Is-sostenn għad-“demokrazija profonda”

Demokrazija li tiffunzjona, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma l-kolonni fundamentali tat-tisħib tal-UE mal-ġirien tagħha. Ma hemm l-ebda mudell fiss jew inkella riċetta lesta diġà għar-riforma politiċi. Filwaqt li r-riformi jseħħu b’mod differenti minn pajjiż għall-ieħor, hemm diversi elementi li huma komuni fil-bini ta’ demokrazija profonda u sostenibbli u jinħtieġu impenn qawwi u fit-tul min-naħa tal-gvernijiet. Dawn jinkludu:

– elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

– il-libertà tal-assoċjazzjoni, l-espressjoni u l-assemblea kif ukoll il-libertà tal-istampa u tal-meedia;

– l-istat tad-dritt li jkun amministrat minn ġudikatura indipendenti u d-dritt għal proċess ġust;

– il-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

– ir-riforma fis-settur tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi (inkluż tal-pulizija) u l-istabbiliment ta' kontroll demokratiku fuq il-forzi armati u ta' sigurtà.

Riforma bbażata fuq dawn l-elementi mhux biss tkun waħda li ssaħħaħ id-demokrazija, iżda wkoll tgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, li jistimula l-kummerċ u l-investiment. Dawn huma l-elementi li fuqhom l-UE se tkejjel il-progress u tadatta l-livelli ta’ sostenn.

1.2.        Sħubija mas-soċjetajiet

Aħna sejrin: · nistabbilxxu sħubija f'kull pajjiż ġar u nġibu s-sostenn tal-UE aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta' Faċilità għas-Soċjetà Ċivili ddedikata · nappoġġjaw l-istabbiliment ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija biex tingħata għajnuna lil partiti politiċi, lil NGOs mhux reġistrati u lil għaqdiet tal-ħaddiema u sħab soċjali oħra · nippromwovu l-aċċess għall-internet billi nsostnu aċċess bla tfixkil lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSC) kif ukoll l-użu ta' teknoloġiji ta' komunikazzjoni elettronika · insaħħu d-djalogu dwar d-drittijiet tal-bniedem

Soċjetà ċivili li miexja 'l quddiem tagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jesprimu ruħhom fuq dak li qed iħassibhom, li jikkontribwixxu fit-tfassil tal-politika u jitolbu rendikont mill-gvern tagħhom. Tista' wkoll tgħin biex tiżgura li t-tkabbir ekonomiku jsir aktar inklużiv. Iċ-ċavetta biex dan ikun jista' jseħħ hija l-garanzija tal-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet. Sfida oħra hija li tingħata għajnuna biex jitfaċċaw partiti politiċi demokratiċi li jirrappreżentaw il-firxa wiesgħa tal-veduti u tal-attitudnijiet li wieħed isib fis-soċjetà sabiex dawn ikunu jistgħu jikkompetu għall-poter u għall-appoġġ mill-poplu. Din l-isfida li tisseddaq is-soċjetà ċivili u l-pluraliżmu tinħass madwar il-viċinat iżda tinħass b'mod partikolarment b'saħħtu fil-pajjiżi li qed jirsistu għal tibdil politiku mgħaġġel jew fejn hemm reġimi politiċi repressivi li għadhom qed joħonqu l-pluraliżmu u d-diversità.

Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata u sabiex jingħata appoġġ lill-atturi politiċi fil-mixja tagħhom lejn tibdil demokratiku fil-pajjiżi tagħhom (speċjalment lil partiti politiċi u lil NGOs mhux irreġistrati jew għaqdiet tal-ħaddiema u sħab soċjali oħra) ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni jappoġġjaw l-istabbiliment ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija[3]. Din id-Dotazzjoni se jkollha l-għan li ġġib aktar influwenza u konsistenza fl-isforzi tal-UE, l-Istati Membri tagħhom u ħafna mill-fundazzjonijiet politiċi Ewropew il-kbar li diġà huma attivi f'dan il-qasam.

Is-soċjetà ċivili għandha rwol ċentrali fl-avvanz tad-drittijiet tan-nisa, ta' aktar ġustizzja soċjali u tar-rispett tal-minoranzi kif ukoll il-protezzjoni ambjentali u l-effiċjenza tar-riżorsi. L-UE sejra tappoġġja dan ir-rwol politiku akbar għal atturi mhux mill-Istat permezz ta' sħubija mas-soċjetajiet b'mod li l-OSC jiżviluppaw il-ħila tagħhom li jippromwovu dak li jemmnu fih, il-ħila tagħhom li jżommu għajnejhom fuq ir-riformi u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-UE. Id-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi individwali se jaraw li jlaqqgħu flimkien il-gvernijiet u s-soċjetà ċivili tal-pajjiżi sħab fi djalogu strutturali dwar oqsma ċentrali tal-kooperazzjoni tagħna. L-iffinanzjar tal-UE għal azzjonijiet bħal dawn jista' jitwassal permezz tal-istabbiliment ta' Faċilità għas-Soċjetà Ċivili ddedikata għall-viċinat.

Il-libertà tal-istampa u l-aċċess liberu għall-informazzjoni huma elementi ċentrali ta' demokraziji li jkunu qed jiffunzjonaw tajjeb. In-netwerks soċjali u t-teknoloġiji l-ġodda għandhom rwol sinifikanti fil-promozzjoni tat-tibdil demokratiku. L-appoġġ tal-UE diġà jingħata permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR). Jistgħu jiġu żviluppati strumenti addizzjonali biex l-UE tkun tista, f'dawk il-każijiet fejn ikun xieraq, tgħin lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew lil ċittadini individwali, li jkollhom aċċess bla xkiel għall-internet u għal forom oħra ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni elettronika, kif ukoll media indipendenti fil-forma stampata, radjofonika u televiżiva.

L-impenn lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali permezz ta' trattati multilaterali u ta' ftehimiet bilaterali huwa essenzjali. Iżda dawn l-impenji mhux dejjem jissarrfu f'għemil. Ir-ratifika tal-istrumenti kollha relevanti internazzjonali u reġjonali, u konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu fil-bażi tar-relazzjoni tagħna. Dan jinkludi impenn qawwi lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, f'konformità mar-rwol maġġuri li għal darb'oħra kellhom in-nisa fi ġrajjiet reċenti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar, li qed jiġġieldu kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, ir-rispett tal-libertà tar-reliġjon u l-protezzjoni tad-drittijiet tar-refuġjati u ta' dawk li jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali. Permezz ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jkun jista' jsir monitoraġġ tal-impenji f'dan il-qasam, inkluż li jiġu indirizzati każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropea jista' wkoll ikun ta' għajnuna fil-promozzjoni tal-konformità.

Il-Parlamenti jistgħu jibnu rabtiet bejn is-soċjetajiet tagħna. L-Assemblea Parlamentari EuroNEst (l-Assemblea konġunta tal-Parlament Ewropew u l-ekwivalenti minn pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant), l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u l-Kumitati Parlamentari Konġunti bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti ta' pajjiżi sħab jikkostitwixxu forum essenzjali għad-djalogu u għal aktar fehim reċiproku bejn dawk li għandhom is-setgħa li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-parlamentari jistgħu wkoll jikkontribwixxu b'mod utli biex jissaħħu l-isforzi għar-riforma u billi jżommu għajnejhom fuq l-impenji fil-Pjan ta' Azzjoni tal-PEV ta' kull pajjiż, inkluż dejn jidħlu kwistjonijiet politiċi ewlenin u d-drittijiet tal-bniedem.

1.3.        L-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni politika u tas-sigurtà tagħna

Aħna sejrin: · insaħħu l-involviment tal-UE fis-soluzzjoni ta' kunflitti mtawla · nużaw flimkien il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u strumenti oħra tal-UE · nippromwovu azzjoni konġunta ma' sħabna fil-Politika Ewropea tal-Viċinat f'fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ċentrali ta' sigurtà

It-Trattat ta' Lisbona jipprovdi lill-UE opportunità unika li ssir attur aktar effettiv. Dan mhu mkien aktar relevanti milli fil-viċinat tagħna. Iżda biex nilqgħu l-isfida huwa meħtieġ li l-linji ta' politika tal-UE u tal-Istati Membri jkunu aktar konformi ma' xulxin milli kienu fil-passat, sabiex jitwassal il-messaġġ komuni u jkunu hemm il-koerenza li permezz tagħhom l-azzjonijiet tagħna jkunu effettivi. L-istrumenti u l-linji ta' politika tal-UE jkunu effettivi biss jekk warajhom ikollhom is-saħħa ta' linji ta' politika tal-Istati Membri. Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kif dejjem għamilna jekk irridu li l-viċinat tagħna jsir post anqas perikoluż u li nħarsu l-interessi tagħna.

Il-persistenza ta' kunflitti mtawla li qed jaffettwaw għadd ta' pajjiżi sħab hija sfida serja għas-sigurtà tar-reġjun kollu. L-interessi ġeopolitiċi, ekonomiċi u ta' sigurtà tal-EU huma affettwati b'mod dirett bl-instabbiltà li għadha għaddejja. Il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani, kif ukoll kunflitti oħra fil-Lvant Nofsani, il-Kawkażu t'Isfel, ir-Repubblika tal-Moldova u s-Sahara tal-Punent għadhom qed jaffettwaw popolozzjonijiet imdaqqsa, jagħtu n-nar lir-radikalizzazzjoni, jherru ammont konsiderevoli ta' riżorsi lokali u internazzjonali, u jaġixxu bħala ostakoli serji għar-riformi.

L-UE hija diġà attiva fit-tfittxija għal soluzzjonijiet biex ħafna minn dawn il-kunflitti jiġu riżolti. L-UE hija parti mill-Kwartett tal-Lvant Nofsani. Hija għandha l-kopresidenza tat-taħdidiet ta' Ġinevra diretti lejn il-paċi u s-sigurtà fil-Ġeorġja. Hija tipparteċipa bħala osservatur fit-taħdidiet "5+2" dwar il-kunflitt tat-Transnistrija fir-Repubblika tal-Moldova. Hija tkun lesta li tħaffef il-pass tal-involviment tagħha f'formati fejn hija għadha mhix rappreżentanta, pereżempju fil-Grupp ta' Minsk tal-OSCE dwar il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh. L-UE għandha l-intenzjoni li ttejjeb is-sostenn tagħha għall-bini ta' fiduċja u ta' komunikazzjoni ma' territorji li nqatgħu mill-awtorità ċentrali ta' pajjiżhom, għal sforzi internazzjonali u strutturi marbuta mal-kunflitti u, darba jintlaħaq dan l-istadju, għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet. Se nkomplu wkoll nopponu bidliet fil-konfini li jsiru permezz tal-użu tal-forza militari. Ħafna mill-istrumenti li nużaw kullimkien fil-viċinat biex tisseddaq l-integrazzjoni ekonomika u l-kooperazzjoni settorjali jistgħu wkoll jiġu mmobilizzati biex jingħata sostenn lill-għanijiet b'riżq il-bini tal-fiduċja u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti. L-UE hija wkoll lesta li tiżviluppa, flimkien mal-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti u ma' sħab kruċjali, xenarji ta' rikostruzzjoni għal wara li jtemmu l-kunflitti li jistgħu jservu ta' inċentiv ulterjuri għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti billi jintwerew il-benefiċċji ta' riżoluzzjonijiet paċifiċi.

Fejn l-UE diġà tinsab involuta b'mod operattiv fuq il-post, pereżempju fil-każ tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-UE fil-Ġeorġja, il-Missjoni tal-UE ta' Assistenza fil-Fruntiera bejn il-Moldova u l-Ukrajna, jew il-Missjoni tal-UE tal-Pulizija u l-Missjoni tal-UE ta' Assistenza fil-Fruntiera f'Rafah fit-territorji Palestinjani okkupati, se jittieħdu aktar passi biex jintużaw is-sinerġiji bejn din il-preżenza operattiva u l-isforzi biex jiġu promossi r-riformi. B'mod partikolari, kulfejn ikun xieraq, l-UE se toffri li tappoġġja l-isforzi li qed jagħmlu l-pajjiżi sħab biex jirriformaw ir-riformi tagħhom fis-setturi tal-ġustizzja u tas-sigurtà permezz ta' missjonijiet dwar l-istat tad-dritt jew ta' strumenti oħra tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) li jistgħu jitqiesu minnhom bħala utli.

Meta tħares lil hinn mir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-UE se tagħmel użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona meta tkun qed tindirizza kwistjonijiet ta' sigurtà u interessi speċifiċi komuni, perez. is-sigurtà tal-enerġija u tar-riżorsi, it-tibdil fil-klima, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità transkonfinali organizzata, kif ukoll il-ġlieda kontra d-droga. Hija sejra tidħol f'ħidma konġunta ma' pajjiżi sħab tal-PEV biex twettaq azzjonijiet konġunti f'fora internazzjonali (pereżempju n-NU, konferenzi internazzjonali) dwar kwistjonijiet li jolqtu lill-PESK kif ukoll kwistjonijiet globali oħra.

2.           L-Appoġġ ta' żvliupp ekonomiku u soċjali sostenibbli.

Aħna sejrin: · nappoġġjaw l-adozzjoni minn pajjiżi sħab ta' linji ta' politika li jwasslu għal tkabbir aktar qawwi, sostenibbli u aktar inklużiv, għall-iżvilupp ta' kumpaniji mikro, żgħar u ta' daqs medju u għall-ħolqien tax-xogħol · inqawwu l-kooperazzjoni industrijali u nappoġġjaw titjib fl-ambjent tan-negozju · ngħinu fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti biex jiġi promoss l-investiment · nippromwovu l-investiment dirett minn SMEs fl-UE, u l-mikrokreditu · nibnu fuq il-programmi pilota ta' żvilupp reġjonali biex jiġu affaċċjati d-differenzi ekonomiċi bejn reġjun u ieħor · inniedu programmi pilota biex insostnu l-iżvilupp agrikolu u rurali · Intejbu d-djalogu dwar il-politika makroekonomika ma' pajjiżi sħab u nagħmlu r-riformi ekonomiċi l-aktar avvanzati · intejbu l-effettività tal-Assistenza Makrofinanzjarja billi jiġi razzjonalizzat il-proċess tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet · intejbu d-djalogu dwar l-impjiegi u l-politika soċjali

2.1.        Tkabbir ekonomiku u ħolqien tax-xogħol sostenibbli

L-isfidi ekonomiċi u soċjali fil-viċinat tagħna huma immensi. Il-faqar hu rampanti, l-aspettattiva tal-ħajja ħafna drabi hi baxxa, il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa ta' livell għoli u l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u ekonomika hija baxxa f'ħafna pajjiżi tar-reġjun. Il-kapital naturali qed jitherra u l-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija li dejjem tilgħin qed ikollhom effetti qawwija madwar il-viċinat. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi sħab għandhom ekonomiki dgħajfa u ftit diversifikati li għadhom vulnerabbli għall-iskossi ekonomiċi esterni. L-għanijiet immedjati huma għalhekk il-ħolqien tal-impjiegi, l-ixprunar tat-tkabbir, it-titjib tal-protezzjoni soċjali u r-rivitalizzazzjoni tas-setturi affettwati mill-kriżijiet riċenti (bħal ma hu t-turiżmu). Huwa kruċjali li dawn l-isfidi jiġu affaċċjati sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' riformi politiċi u dan jista' wkoll ikun ta' kontribut biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju. Tkabbir fjakk, qgħad li qed jiżdied, u qasma dejjem tikber bejn is-sinjuri u l-fqar x'aktarx li kolha jwasslu għal instabbilità fil-karburanti.

Il-PEV se tkompli tappoġġja l-adozzjoni minn pajjiżi sħab ta' linji ta' politika li jwasslu għal tkabbir aktar qawwu u aktar inklużiv. Dan jinkludi appoġġ għal sforzi biex jitjieb l-ambjent tan-negozju bħal fil-każ ta' proċeduri ta' simplifikazzjoni u li jinħoloq ambjent li jkun ta' ġid għan-negozji żgħar u medji u biex tiġi promossa l-impjegabbiltà. L-isforzi ta' pajjiżi sħab biex jissaħħaħ ir-rispett għall-istat tad-dritt u biex jiġġieldu l-korruzzjoni se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-ambjent tan-negozju, b'mod li jiffaċilita investiment barrani dirett u anki t-trasferiment tat-teknoloġija li, imbagħad, jistimulaw l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi. L-UE se tagħti każ b'mod partikolari tal-isfida li għandhom quddiemhom pajjiżi li jkunu għadhom kif ħarġu minn bidla politika – billi dawn jingħataw l-għajnuna biex jorganizzaw inizjattivi bħal ma huma konferenzi tal-investituri biex jikkjarifikaw il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom għall-investiment u jfittxu biex jibnu l-fiduċja tal-investituri. Sinjal qawwi għall-investituri u għall-kummerċjanti jkun ukoll it-twaqqif ta' skema ta' protezzjoni tal-investiment imtejba. Il-Kummissjoni se tkun qed tesplora l-għażliet biex tiġi pprovduta sigurtà legali lil investituri f'pajjiżi ġirien.

Sabiex jingħata appoġġ addizzjonali lill-SMEs, il-Kummissjoni sejra wkoll tiddiskuti mal-BEI u ma' entitajiet oħrajn involuti r-rwol possibbli għall-Fond Ewropew għall-Investiment[4] f'pajjiżi sħab u se teżamina miżuri, inklużi garanziji biex jiġi promoss l-investiment dirett minn SMEs tal-UE u l-mikrokreditu.

Il-Kummissjoni tista' wkoll tikkontribwixxi biex jiġi indirizzat il-qgħad għoli u l-faqar permezz ta' programmi pilota b'sostenn għall-iżvilupp agrikolu u rurali, kif ukoll programmi pilota ta' żvilupp reġjonali, li jkunu bbażati fuq l-esperjenza estensiva tal-UE f'dawn l-oqasma[5].

Il-programmi ta' żvilupp reġjonali jistgħu jkunu ta' kontribut biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi ekonomiċi u d-disparitajiet bejn ir-reġjuni li jimminaw il-kapaċità tal-ekonomija ta' pajjiż kollu kemm hu. Il-programmi pilota li għaddejja bħalissa se jkunu ta' għajnuna lil membri tas-Sħubija tal-Lvant biex ikunu jistgħu jidentifikaw strutturi u attivitajiet xieraq biex jindirizzaw dawn l-isfidi, fi ħdan it-territorji tagħhom u fejn ikun xieraq anki lil hinn mill-fruntieri mal-ġirien tagħhom fir-reġjun. Se jiġi esplorat approċċ simili għall-viċinat tan-Nofsinhar.

Se jitkompla d-djalogu dwar il-linji ta' politika dwar il-governanza makroekonomika u s-sostenibbiltà tal-baġit. Dan id-djalogu makroekonomiku se jkun imtejjeb ma' dawk is-sħab li l-aktar jimxu 'l quddiem fl-integrazzjoni ekonomika tagħhom mal-UE u jkun ibbażat fuq aġġornament ta' linji ta' politika makroekonomiċi u ta' riformi strutturali kruċjali. Dan ikun akkumpanjat min djalogu mtejjeb dwar linji ta' politika dwar l-impjiegi u dwar aspetti soċjali.

L-istrument ta' assistenza Makrofinanzjarja (AMF) jista' jiġi mmobilizzat biex jgħin lil pajjiżi sħab jindirizzaw id-diffikultajiet li jista' jkollhom għal żmien qasir fejn jidħol il-bilanċ tal-pagamenti. Fuq żmien qasir dan ikun l-aktar relevanti għal dawk li jkunu qed iħabbtu wiċċhom mal-impatt ekonomiku u soċjali immedjat tat-tibdiliet politiċi reċenti. Il-Kummissjoni se tipproponi Regolament ta' Qafas sabiex il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-AMF isir aktar effiċjenti, tingħata bażi ġuridika aktar trasparenti għal dan l-istrument u jiġu rfinuti xi kriteji li għandu.

2.2.        It-tisħiħ tar-rabtiet kummerċjali

Aħna sejrin: · ninnegozjaw Oqsma ta' Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi ma' sħab li jkunu jridu dan, u li jkunu fil-pożizzjoni ta' dan · inkomplu niżviluppaw il-konċessjonijiet ta' kummerċ assimettriċi, speċjalment f'dawk is-setturi fejn hemm l-akbar probabbiltà li jkunu ta' xprun immedjat għall-ekonomiji tal-pajjiżi sħab

Il-biċċa l-kbira tal-ġirien tagħna jiddependu fuq l-UE bħala s-suq ewlieni sew għall-esportazzjoni kif ukoll għall-importazzjoni tagħhom. Il-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi huwa għodda qawwija biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku, tisseddaq il-kompetizzjoni u biex jingħata sostenn lill-irkupru ekonomiku. Huwa għalhekk essenzjali li nistabbilixxu ma' kull wieħed minnhom arranġamenti ta' kummerċ li jkunu ambizzjużi u ta' benefiċċju reċiproku li jkunu jaqblu mal-ħtiġijiet tagħhom u mal-kapaċitajiet ekonomiċi tagħhom.

Il-mezz prinċipali u l-aktar effettiv għall-iżvilupp ta' rabtiet kummerċjali aktar mill-qrib huwa ż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva (ŻKĦPK). Iż-ŻKĦPK jipprovdu għat-tneħħija ftit ftit ta' xkiel kontra l-kummerċ u għandhom l-għan li tinkiseb konverġenza regolatorja f'oqsma li għandhom impatt fuq il-kummerċ, b'mod partikolari r-regoli sanitarji u fitosanitarji (SFS), il-ġid tal-annimali, il-proċeduri doganali u fuq il-konfini, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku. Huma mfassla biex ikunu dinamiċi sabiex jinżamm il-pass ma' żviluppi regolatorji fis-Suq Intern tal-UE. Għas-sħab li jkunu l-aktar avvanzaw, ŻKĦPK tista' twassal għall-integrazzjoni ftit ftit mas-Suq Intern tal-UE. Permezz ta' approssimazzjoni progressiva mar-regoli u tal-prassi tal-UE, iż-ŻKĦPK jinħtieġu livell għoli ta' impenn fejn jidħlu riformi kumplessi u ta' firxa wiesgħa. Dan jinħtieġ kapaċità istituzzjonali qawwija. Ir-riformi jistgħu jkunu politikament ta' sfida u jinħtieġu l-involviment tal-komunità tan-negozju kif ukoll ta' partijiet interessati oħra. Sabiex ikunu jistgħu jibdew in-negozjati, il-pajjiżi sħab iridu jkunu membri tal-WHO u jridu jkunu qed jindirizzaw ċerti rakkomandazzjonijiet ċentrali biex ikunu jistgħu jkunu konformi mal-impenji li jirriżultaw. Huma jridu wkoll ikunu għamlu progress biżżejjed lejn valuri u prinċipji komuni.

Il-kummerċ jistrieħ l-aktar fuq approċċ bilaterali bejn l-UE u kul pajjiż sieħeb. Dan jippermetti lill-aktar pajjiżi avvanzati li jħaffu l-pass u huwa konsistenti mal-prinċipju tad-differenzjazzjoni. Il-prinċipju huwa wkoll konsistenti mal-viżjoni għat-tul tal-komunjoni ekonomika li qed titfaċċa bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tagħha tal-PEV[6]. L-integrazzjoni ekonomika reġjonali hija importanti biex jissaħħaħ il-kummerċ bejn il-pajjiżi sħab u biex jiġu żviluppati netwerks ekonomiċi aktar wiesa'. Għat-tul, komunjoni bħal din tkun ibbażata fuq qafas regolatorju komuni, kif ukoll fuq aċċess aħjar għall-prodotti u s-servizz fost il-pajjiżi sħab tal-PEV u l-UE. Approċċ bħal dan jiftaħ il-possibbiltà li pajjiżi sħab li jkollhom korp ta' ġudikatura indipendenti u jiffunzjona għal kollox, kif ukoll amministrazzjoni pubblika effiċjenti u li jkunu għamlu progress sinifikanti lejn il-qerda tal-korruzzjoni, jiġu inkorporati f'żona mhux irregolata tas-Suq Intern għall-prodotti. Dan ikunu jista' jiġri biss darba li l-pajjiżi parteċipanti jkunu laħqu livell suffiċjenti ta' affidabbiltà amministrattiva u legali.

Għal perjodu ta' żmien qasir, għal dawn il-pajjiżi sħab li ma jkunux lesti, jew ma jkunux iridu, jibdew b'negozjati dwar iż-ŻKĦPK ikunu jistgħu jittieħdu miżuri oħra biex jiġi xprunat u ffaċilitat il-kummerċ. Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi u l-livell ta' ambizzjoni ta' kull pajjiż sieħeb, l-UE sejra tfittex li testendi l-konċessjonijiet ta' kummerċ fi ftehimiet eżistenti jew f'negozjati li jkunu għaddejjin, b'mod speċjali f'dawk is-setturi li jkunu fl-aħjar pożizzjoni li jipprovdu mbuttatura immedjata għall-ekonomiji tal-pajjiżi sħab, inkluża assimetrija fil-pass tal-liberalizzazzjoni biex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi ta' kull pajjiż sħab. Jista' jinkiseb aċċess akbar għall-prodotti permezz ta' Ftehimiet dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni ta' prodotti industrijali (FAKA) li jippermettu l-moviment liberu ta' prodotti industrijali f'setturi speċifiċi permezz tal-aċċettazzjoni reċiproka ta' ċertifikati ta' konformità. Il-FAKA għandhom l-għan li jkopru s-setturi kollha fejn il-leġiżlazzjoni tkun armonizzata fil-livell tal-UE. Pajjiż sieħeb li jkun laħaq dak l-istadju jsir fil-fatt parti minn żona ta' kummerċ ħieles għall-prodotti industrijali bejn l-UE, iż-ŻEE u t-Turkija. Il-kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi u organizzazzjonijiet Ewropej fl-oqsma tal-istandardizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità u l-metroloġija tista' tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-FAKA. Sabiex titħaffef il-preparazzjoni tal-FAKA, il-Kummissjoni hija lesta li ttejjeb l-appoġġ tekniku li jingħata lil sħabna. Huwa probabbli li, diġà fl-2011, jiġu ffirmati FAKA mat-Tuneżija u mal-Eġittu.

Jista' wkoll isir aktar progress biex jiġu nkuraġġuti l-flussi kummerċjali bejn pajjiżi sħab kif ukoll mal-UE. L-implimentazzjoni veloċi tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini pan-Ewro-Mediterranji se tkun element wieħed importanti għas-sħab fin-naħa tan-Nofsinhar. Il-Kummissjoni se tara kif il-Konvenzjoni tista' tiġi estiża għal sħab oħra tal-PEV u se tressaq proposti xierqa.

L-UE se tkompli tappoġġja riformi biex is-sħab jingħataw għajnuna fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom, permezz tal-provvista ta' kompetenza mis-settur pubbliku, inkluż permezz ta' programmi komprensivi ta' bini ta' istituzzjonijiet jew inkella ta' mekkaniżmi oħra bħal ma huma l-ġemellaġġi u t-TAIEX[7]. Dan ikun ta' għajnuna għas-sħab biex jilħqu l-livelli ta' sigurtà tal-ikel, tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll tal-ġid tal-annimali u għalhekk jitjieb il-potenzjal ta' esportazzjoni tagħhom. Bl-istess mod, sabiex is-setturi agrikoli jiġu mgħejjuna jimmodernizzaw, l-UE se toffri programmi ta' żvilupp rurali sabiex tassisti fost affarijiet oħra fit-titjib tal-kwalità tal-agrikoltura u tal-prodotti tal-ikel.

2.3.        It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn is-setturi

Aħna sejrin: · intejbu l-kooperazzjoni bejn is-setturi, b'attenzjoni partikolari fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija · niffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab fil-ħidma ta' aġenziji u programmi magħżula tal-UE

Il-kooperazzjoni mtejba tista' ssir fis-setturi kollha relevanti għas-Suq Intern, mill-politika soċjali u s-saħħa pubblika sal-protezzjoni tal-konsumatur, l-istatistika, il-liġi tal-kumpaniji, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, il-politika marittima, it-turiżmu, l-ispazju u ħafna oħrajn. Se jitħaffef b'mod konsiderevolli l-pass fil-kooperazzjoni u l-iskambju, f'konformità mal-approċċ "aktar għal aktar", fl-oqsma li ġejjin:

· L-UE se tipproponi lill-pajjiżi sħab ġirien li jaħdmu għall-iżvilupp ta' Spazju Komuni għall-Għarfien u l-Innovazzjoni. Dan iġib flimkien diversi linji ta' kooperazzjoni li diġà jeżistu: id-djalogu politiku, il-bini tal-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali, il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni, u aktar opportunitajiet ta' mobbiltà għal studenti, riċerkaturi u akkademiċi. B'mod parallel, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja se tkun estiża permezz ta' aktar sostenn lill-mobbiltà tal-istudenti u tal-istaff akkademiku fi ħdan programmi ta' tisħib bejn l-universitajiet (skont il-programm Erasmus Mundus) kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni strutturata għall-immodernizzazzjoni tal-università (permezz ta' Tempus).

· L-UE se tgħaqqad l-isforzi tagħha ma' dawk tal-ġirien tagħha fejn jidħol it-tibdil fil-klima permezz ta' kooperazzjoni mtejba biex jiġi indirizzat l-iżvilupp b'anqas emissjoni ta' karbonju kif ukoll reżistenza aktar qawwija kontra l-impatt fuq il-klima (l-adattazzjoni), bil-ħsieb li jiġi implimentat il-ftehim ta' Kankun u biex nimxu lejn sistema legali komprensiva globali dwar il-klima. L-UE u l-pajjiżi sħab għandhom ukoll jirsistu għal protezzjoni ambjentali[8] immirata lejn l-infurzar ta' livell għola ta' kwalità ta', pereżempju, l-arja u tal-ilma, governanza ambjentali aħjar, effiċjenza ogħla tar-riżorsi, il-protezzjoni tal-biodiversità u l-ekosistemi, u s-sostenn għall-investimenti infrastrutturali neċessarji.

· Il-kooperazzjoni fl-enerġija se tingħata spinta permezz ta' djalogu aktar qawwi dwar il-politika tal-enerġija bil-għan li tinkiseb integrazzjoni tas-suq akbar, li tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija abbażi ta' oqsfa regolatorji konverġenti, inkluż fejn jidħlu livelli ta' sigurtà u livelli ambjentali, kif ukoll l-iżvilupp ta' sħubijiet ġodda dwar is-sorsi rinnovabbli ta' enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija u s-sigurtà nukleari. Fuq żmien medju, dan jista' jwassal biex it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija jiġi estiż għal ġirien li għadhom mhux parti fih jew, abbżi tal-esperjenza miksuba minnu, tiġi stabbilita, bħala entità kumplimentari, "Komunità Enerġetika bejn l-UE u n-Nofsinhar tal-Mediterran".

· Il-Kummissjoni se tipproponi qafas ġdid għall-kooperazzjoni fit-trasport, bil-għan li jkun hemm integrazzjoni tas-suq akbar fis-settur tat-trasport b'speċjalment billi jiġu estiżi n-netwerks trans-Ewropej ta' trasport (TEN-Ts) lejn pajjiżi ġirien, jiġi indirizzat id-dewmien burokratiku b'attenzjoni fuq kwistjonijiet ta' sigurtà (inkluż kwistjonijiet bħal ma huma l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u dak ferrovjarju kif ukoll it-trasport marittimu), kif ukoll billi titjieb il-kooperazzjoni ma' diversi aġenziji ta' trasport tal-UE.

· Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll approċċ aktar strateġiku u kooperazzjoni fejn jidħlu affarijiet marittimi, bil-għan li titjieb il-kooperazzjoni fost is-setturi marittimi u li tkun tippermetti żvilupp ekonomiku sostenibbli.

· L-iżviluppi reċenti fil-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran urew li l-importanza tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni bħala għodda għat-tibdil politiku u soċjali. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi sħab għaldaqstant se tissaħħaħ biex jiġi sostnut l-iżvilupp ta' ekonomija diġitali bl-użu tal-ICT biex jiġu affaċċjati sfidi nazzjonali u globali.

Fl-aħħar nett l-UE se tkompli tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab fil-ħidma tal-aġenziji tal-UE u ta' programmi tal-UE li huma miftuħa għalihom[9]. Dan ilu jiġu offrut għal xi snin u wassal biex saret xi kooperazzjoni f'oqsma bħal ma huma l-monitoraġġ tad-droga jew is-sigurtà tal-avjazzjoni. It-tfassil ta' lista ta' programmi li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw il-pajjiżi sħab se tkun prijorità għall-Kummissjoni, b'attenzjoni fuq dawk li jkunu joffru opportunitajiet għaż-żgħażagħ u għal kuntatti "tan-nies man-nies". Sejra wkoll tappoġġja pajjiżi sħab fit-twettiq tal-prerekwiżiti leġiżlattivi għall-parteċipazzjoni f'aġenziji tal-UE u tipprovdi sostenn biex tiġi koperta parti mill-ispejjeż assoċjati tal-parteċipazzjoni.

2.4.        Il-Migrazzjoni u l-mobbiltà

Aħna sejrin: · inkomplu għaddejjin bil-proċess ta' faċilitazzjoni tal-viża għal sħab magħżula fil-PEV u ta' liberlizzazzjoni tal-viża għal dawk l-aktar avvanzati · niżviluppaw Sħubijiet għall-Mobbiltà u nistabbilixxu oħrajn ġodda · nappoġġjaw l-użu sħiħ minn Stati Membri tal-opportunitajiet offruti permezz tal-Kodiċi tal-UE dwar il-Viżi.

Il-mobbiltà u l-kuntatti "tan-nies man-nies" huma fundamentali fil-promozzjoni tal-ftehim reċiproku u l-iżvilupp ekonomiku. Huma indispendabbli għall-kummerċ, speċjalment fejn jidħlu servizzi, kif ukoll għall-iskambju tal-ideat, it-tixrid tal-innovazzjoni, il-ħidma dwar kwistjonijiet fejn jidħlu impjiegi u kwistjonijiet soċjali, l-istabbiliment ta' relazzjonijiet qawwija bejn il-kumpaniji, l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Il-mobbiltà tal-ħaddiema huwa qasam fejn l-UE u l-ġirien tagħha jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin. L-età medja tal-ħaddiema tal-UE qed tikber, u f'ċerti oqsma se jiżviluppaw nuqqasijiet ta' ħaddiema. Il-viċinat tagħna għandu ħaddiema edukati tajjeb, żgħażagħ u ta' talent, li jistgħu jimlew dan il-vojt. Meta tkun qed tattira dan it-talent, l-UE hija konxja mir-riskji ta' telf ta' kompetenza, li tkun tinħtieġ miżuri addizzjonali ta' sostenn biex jittaffew l-effetti.

Il-pajjiżi sħab huma wkoll pajjiżi importanti ta' oriġini u ta' transitu għall-migranti irregolari. Il-kooperazzjonijiet fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari hija essenzjali biex titnaqqas is-sofferenza umana u t-tnaqqis ta' sigurtà li tirriżulta. Kooperazzjoni bħal din tkun waħda mill-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati s-Sħubijiet għall-mobbiltà.

Il-PEV għandha l-għan li tiżviluppa approċċ ta' benefiċċju reċiproku fejn l-iżvilupp ekonomiku f'pajjiżi sħab u fl-UE, migrazzjoni ġestita tajjeb, il-bini tal-kapaċitajiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni tal-fruntieri, l-asil u l-kooperazzjoni fl-infurzar effettiv tal-liġi jmorru id f'id. Dan l-approċċ huwa konformi mat-tliet pilastri tal-Approċċ Globali tal-UE u l-Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni adottata reċentament[10]: ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni legali, limmassimizzar tal-impatt pożittiv tal-migrazzjoni dwar l-iżvilupp, it-titjib tal-bini tal-kapaċitajiet fil-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni. Il-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-migranti huma wkoll parti integrali tal-approċċ.

Is-Sħubijiet għall-Mobbiltà jipprovdu l-qafas komprensiv biex jiġi żgurat li l-moviment tal-persuni bejn l-UE u pajjiż terzi jkun ġestit tajjeb. Dawn is-sħubijiet iġibu flimkien il-miżuri kollha li jiżguraw li l-mobbiltà tkun ta' benefiċċju reċiproku. Dawn jipprovdu aċċess aħjar għal kanali ta' migrazzjoni legali u biex isaħħu l-kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-fruntieri u biex jiġġestixxu l-migrazzjoni irregolari. Huma jistgħu jinkludu inizjattivi biex jassistu pajjiżi sħab jistabbilixxu jew itejbu l-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-ħaddiema, inkluż ir-reklutaġġ, it-taħriġ vokazzjonali u ta' lingwa, l-iżvilupp u l-għarfien tal-ħiliet, u r-ritorn u r-riintegrazzjoni tal-migranti[11]. Bil-ħsieb li tiġi xprunata l-mobbiltà taċ-ċittadini bejn il-pajjiżi sħab u l-UE, b'mod partikolari għal studenti, riċerkaturi u nies tan-negozju, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ tal-opportunitajiet offruti mill-Kodiċi tal-UE dwar il-Viżi. Hija se teżamina modi ta' kif tappoġġjahom f'dan il-proċess kif ukoll ta' kif tissorvelja l-implimentazzjoni. F'dan il-kuntest, għandhom jiġu enfasizzati l-possibbiltajiet ta' eżenzjoni mill-miżata tal-viża u ta' ħruġ ta' viża għal dħul multiplu lill-kategoriji ta' applikanti tal-viża msemmija.

Sa issa, fost il-ġirien tagħna, is-Sħubijiet għall-Mobbiltà ġew stabbiliti mar-Repubblika tal-Molodova u dik tal-Ġeorġja. Il-Kummissjoni temmen li diversi pajjiżi fil-viċinat tagħna jistgħu jkunu kandidati tajba għal sħubijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni se tara li tikkonkludi negozjati mal-Armenja u tipprepara għat-tnedija ta' negozjati ma' pereżempju l-Marokk, it-Tuneżija u l-Eġittu[12].

L-UE se tkompli tassisti lill-Ukrajna u lir-Repubblika tal-Moldova fl-isforzi tagħhom biex jiġu implimentati pjani ta' azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viza. Flimkien mal-ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni li jinstabu fis-seħħ jew li wed jitfasslu mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, l-UE għandha wkoll tfittex li tikkonkludi ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-viża, simultanjament ma' ftehimiet ta' riammissjoni, ma' pajjiżi sħab fin-Nofsinhar. Kull ftehim minn dawn ikun jinħtieġ il-kooperazzjoni mal-UE fejn tidħol il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà. Ikunu jridu jittieħdu miżuri speċifiċi kontra l-migrazzjoni irregolari, biex jiġi ġestiti l-fruntieri tagħhom b'mod effettiv, tiġi żgurata s-sigurtà tad-dokumenti u tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu ta' migranti. Għat-tul, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll passi gradwali lejn il-liberalizzazzjoni tal-viża fuq bażi każ b'każ, fejn ikun hemm il-kundizzjonijiet għal mobbiltà ġestita tajjeb u sikura.

Fejn jidħol l-asil, l-UE se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-protezzjoni internazzjonali fit-reġjun billi tkompli timplimenta l-Programm ta' Protezzjoni Reġjonali għall-Belarus, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna. Jekk ikunu jippermettu ċ-ċirkostanzi, tibda' wkoll timplimenta l-Programm ta' Protezzjoni Reġjonali għall-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija. Inizjattivi oħra minn sħab individwali tal-PEV f'dan il-qasam jingħataw appoġġ ukoll. Is-sistemar mill-ġdid ta' refuġjati fl-UE għandha tkun parti integrali mill-isforzi tal-UE biex jingħata appoġġ lil pajjiżi ġirien ikkonfrontati bi flussi sinifikanti ta' refuġjati.

3.           Li jinbnew sħubijiet reġjonali effettivi fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat

Filwaqt li jingħata għarfien sħiħ tad-diversità tagħhom, l-UE toffri sħubija lil kull pajjiż ġar individwali permezz ta' politika waħda, ibbażata fuq ir-responsabbiltà reċiproka. Id-dimensjonijiet tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-PEV għandhom l-għan li jikkumplimentaw dik il-politika waħda billi jinkraġġixxu l-kooperazzjoni reġjonali u jiżviluppaw sinerġiji reġjonali u reazzjonijiet għall-isfidi speċifiċi, ġeografiċi, ekonomiċi u soċjali ta' kull reġjun. Huma jissejsu fuq il-wirt storiku differenti ta' linji ta' politika tal-passat tal-UE lejn ir-reġjuni. Dan l-aħħar, fin-Nofsinhar, ħmistax-il sena ta' kooperazzjoni Ewro-Mediterranea madwar l-oqsma kollha tar-relazzjoni ġew ikkumplimentati mill-Unjoni għall-Mediterran. Is-Sħubija tal-Lvant xprunat b'mod konsiderevoli r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ġirien tagħha tal-Lvant f'dawn l-aħħar sentejn.

3.1.        It-tisħiħ tas-Sħubija tal-Lvant

Aħna sejrin: · nirsistu biex nikkonkludu u nimplimentaw Ftehimiet ta Assoċjazzjoni inklużi ŻKĦPK · nirsistu għad-demokratizzazzjoni · nirsistu għall-faċilitazzjoni tal-viża u l-proċess ta' liberalizzazzjoni · intejbu l-kooperazzjoni settorjali, speċjalment fil-qasam tal-iżvilupp rurali · nippromwovu l-benefiċċji tas-Sħubija tal-Lvant liċ-ċittadini · inżidu x-xogħol mas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali.

L-istabbiliment tas-Sħubija tal-Lvant (SL) qawwiet ir-relazzjonijiet reċiproki mal-pajjiżi sħab fl-Ewropa tal-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Kawkażu. Kienet ta' għajnuna biex il-proċess diffiċli ta' bidla jinbeda u jiġi kkonsolidat. Ir-reġjun esperjenza progress ġenerali lejn id-demokrazija matul id-deċennju li għadda, inkluż sitwazzjonijiet ta' bidla fir-reġim. Ir-reġjun għadu qiegħed jaffaċċja sfidi ekonomiċi maġġuri – huwa fqir, hemm differenzi sinifikanti bejn pajjiżi individwali, u huwa suxxettibbli għal fatturi u influwenzi esterni.

Il-grad li fih is-sħab indirizzaw elementi kruċjali tas-Sħubija tal-Lvant ivarja (pereżempju r-rispett lejn il-valuri universali tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; sforzi kontinwi għar-riforma; kif ukoll attenzjoni msaħħa għar-riżoluzzjoni ta' kunflitti mtawla). Filwaqt li xi uħud huma biċ-ċar impenjati biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ, oħrajn għadhom għamlu biss progress parzjali. L-UE se tara li s-sħab li jkunu l-aktar avvanzati u impenjati fir-riformi demokratiċi li huma fuqhom hija msejsa s-Sħubija tal-Lvant ikunu l-aktar li jibbenefikaw minnha. Fl-istess ħin, l-istrumenti tas-Sħubija tal-Lvant jeħtieġ li jiġu mfassla u adattati aħjar għas-sitwazzjonijiet ta' pajjiżi individwali, abbażi tal-esperjenza li tinkiseb wara din l-ewwel fażi ta' implimentazzjoni - speċjalment billi jiġu identifikati l-għodda biex iservu ta' pont sakemm jgħaddi l-perjodu twil meħtieġ biex jiġu negozjati Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni kumplessi li jwassli fit-tul.

Il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni (FA), li l-biċċa l-kbira minnhom jinkludu ŻKĦPK joffru lil kull pajjiż tas-Sħubija tal-Lvant l-opportunità li jagħżlu l-livell ta' ambizzjoni li jkunu jixtiequ jsegwu fl-isforzi ta' integrazzjoni u ta' riforma. Permezz ta' impenn sostnut u appoġġ mill-UE, il-pajjiżi sħab jistgħu jużaw il-Ftehim għall-konverġenza regolatorja u istituzzjonali. Dawn jinkludu konformità mal-liġijiet tal-UE, normi u standards li jwasslu ftit ftit għall-integrazzjoni ekonomika fis-suq uniku.

In-negozjati ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bdew ma' ħames pajjiżi sħab u jipprovdu bażi politika qawwija għall-avvanz tar-relazzjonijiet. In-negozjati dwar iż-ŻKĦPK fi ħdan il-qafas tal-FA bdew mal-Ukrajna u se jibdew ma' pajjiżi sħab oħra hekk kif ikun hemm il-kundizzjonijiet relevanti. Minkejja d-daqs relattivament żgħir tagħhom, u għalhekk l-iskambji limitati kummerċjali bejn pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u l-UE, iż-ŻKĦPK huma ta' importanza kbira għall-UE bħala strumenti effiċjenti biex jissaħħu r-rabtiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE u l-ġirien tagħna lejn il-Lvant. Sabiex il-pajjiżi sħab jingħataw għajnuna jiżviluppaw il-kapaċità amministrattiva meħtieġa għal riforma profondi, is-Sħubija tal-Lvant tipprovdi wkoll għal programmi ta' programmi komprensivi ta' bini ta' istituzzjonijiet (KBI). Biex dan jiġi kkumplimentat, il-Programmi ta' Żvilupp Reġjonali pilota huma l-aktar strument tal-UE reċenti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi ekonomiċi, soċjali u reġjonali. Dawn se jgħinu lill-isħab biex jiġu stabbiliti strutturi u attivitajiet xierqa biex jiġu indirizzati l-isfidi reġjonali.

Xi pajjiżi SL jagħtu ħafna importanza lill-identità Ewropea tagħhom u l-iżvilupp ta' relazzjonijiet eqreb mal-UE jgawdi minn appoġġ qawwi tal-pubbliku. Il-valuri li fuqhom hi mibnija l-Unjoni Ewropea – jiġifieri l-libertà, id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt – huma wkoll fil-qalba tal-proċess ta' assoċjazzjoni politika u ta' integrazzjoni ekonomika li toffri s-Sħubija tal-Lvant. Dawn huma l-istess valuri mnaqqxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li fuqhom huma msejsa l-Artikoli 8 u 49.

Il-kuntatti "tan-nies man-nies" huma parti importanti tas-sħubija. L-UE se tkompli tassisti lill-Ukrajna u lir-Repubblika tal-Moldova fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw pjani ta' azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viza. Dawn il-Pjani jistgħu jsiru mudelli għal pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant. Fil-frattemp, il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għandhom jesplojtaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-faċilitazzjoni tal-viża.

Is-sħab tal-Lvant ibbenefikaw minn ħames inizjattivi strateġiċi[13] fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-iżvilupp tal-SMEs, il-kooperazzjoni fl-enerġija, il-protezzjoni ċivili u l-governanza ambjentali. Dawn il-programmi issa se jiġu adattati biex jiġu appoġġjati aħjar l-għanijiet bilaterali tas-sħubija. Pereżempju, il-ħidma skont l-inizjattiva strateġika tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri qiegħda dejjem aktar tkun imxaqilba lejn l-għoti ta' apoġġ lil pajjiżi sħab biex ikunu jistgħu jimplimentaw il-kundizzjonijiet għall-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tal-viża. L-għoti ta' spinta lill-viżibbiltà tal-attivitajiet bilaterali u multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant hija importanti biex jiġu spjegati l-benefiċċji tagħhom lill-pubbliku ġenerali. Sabiex tingħata għajnuna biex tiżdied is-solidarjetà reġjonali, l-UE għandha tiżviluppa l-appoġġ tagħha għall-kooperazzjoni subreġjonali li tikkonċentra fuq suġġetti speċifiċi li jkunu jinvolvu anqas sħab. Il-qafas multilaterali għandu jintuża b'mod li jagħmel aktar sens strateġiku biex jiġu promossi r-relazzjonijiet bilaterali bejn sħabna, inkluż fil-qasam tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti.

F'konformità mal-għan ta' PEV imġedded li jiffoka fuq rabtiet bejn soċjetajiet, l-UE se tippromwovi impenn aktar intensiv ma' dawk involuti, inkluż ma' parlamenti fil-qafas ta' EURONEST, stabbilit mill-Parlament Ewropew; atturi reġjonali f'kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni; mexxejja tan-negozju, fil-qafas ta' Forum tan-Negozju tas-Sħubija tal-Lvant; kif ukoll li s-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali jibnu fuq il-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u l-pjattaformi nazzjonali tagħha.

Il-kooperazzjoni taħt is-Sħubija tal-Lvant se tkompli bi djalogu ta' politika f'oqsma bħal ma huma:

· l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura: l-espansjoni tal-parteċipazzjoni fi programmi bħal ma huma Erasmus Mundus, Tempus, Youth in Action u fl-eTraining; il-ftuħ ta' programmi tal-UE ġodda fil-futur bħal ma huma programmi ta' tagħlim matul il-ħajja f'pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; is-segwitu tal-Programm Kulturali ta' Azzjoni Speċjali 2009-10 u tal-Programm Kulturali tas-Sħubija tal-Lvant;

· it-trasport: il-konnessjoni ta' netwerks infrastrutturali tal-UE u ta' sħabha tal-Lvant;

· l-enerġija, l-ambjent, it-tibdil fil-klima: id-djalogu intensifikat wara l-istabbiliment tas-Sħubija għall-Ambjent u l-Effiċjenza tal-Enerġija fl-Ewropa tal-Lvant (E5P), u l-adezjoni tal-Ukrajna u tar-Repubblika tal-Moldova mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-enerġija;

· l-iskambju tal-għarfien, ir-riċerka u s-soċjetà tal-informazzjoni: l-integrazzjoni sħiħa tal-komunitajiet tar-riċerka u l-edukazzjoni fir-reġjun fi ħdan l-infrastruttura elettronika (pereżempju n-netwerk pan-Ewropew tad-dejta GÉANT għan-netwerking, u l-Infrastruttura tal-Grilja Ewropea għall-grilji u għall-informatika distribuita).

· kwistjonijiet ta' dwana u ta' infurzar tal-liġi abbażi tal-Oqsfa Strateġiċi għall-Kooperazzjoni Doganali mal-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Belarus kif ukoll il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu;

· miżuri ta' żvilupp rurali (f'konformità mal-Programm tal-Viċinat Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali);

· l-impjiegi u l-linji ta' politika soċjali;

· il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà abbażi tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Affarijiet Interni tas-Sħubija tal-Lvant li għandu jiġi ppreżentat aktar tard din is-sena skont il-Programm ta' Stokkolma[14], inklużi s-sħubijiet għall-mobbiltà;

· il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK).

L-Istati Membri tal-UE, pajjiżi terzi u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) urew interess li jippromwovu l-għanijiet tas-Sħubija tal-Lvant u jappoġġjaw proġetti ta' importanza strateġika. Qiegħdin jiġu mobilizzati riżorsi addizzjonali mill-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (FIV), sħab bilaterali u IFIs, b'mod partikolari l-BEI, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, u l-Bank Dinji. Kooperazzjoni bħal din għandha tiġi implimentata b'mod dinamiku, imsejsa fuq l-istabbilliment tal-Faċilità tal-SMEs, tal-Faċilità tas-Sħab tal-Lvant tal-BEI u tal-Fond Fiduċjarju għall-Assistenza Teknika tas-Sħubija tal-Lvant li għalih l-UE u l-Istati Membri qed jiġu mistiedna jikkontribwixxu.

Il-Grupp ta' Informazzjoni u ta' Koordinazzjoni tas-Sħubija tal-Lvant jiġbor l-IFIs u pajjiżi terzi interessati fil-koordinazzjoni tad-donaturi u b'mod aktar ġenerali fl-iżvilupp ta' Sħubija tal-Lvant, inkluż il-Kanada, il-Ġappun, in-Norveġja, ir-Russja, l-Isvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti. Din il-kooperazzjoni informali se tiġi intensifikata f'konformità mal-interessi tas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant.

It-tieni Summit tas-Sħubija tal-Lvant se jsir f'Settembru 2011 f'Varsavja. Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli wara dan se jressqu pjan dettaljat li jiggwida l-implimentazzjoni futura tas-Sħubija tal-Lvant, imsejsa fuq ir-riżultati tas-Summit.

3.2.        Il-kostruzzjoni tas-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran

Aħna sejrin: · inwettqu programmi komprensivi ta' kostruzzjoni ta' istituzzjonijiet simili għal dawk implimentati ma' sħab tal-Lvant · inniedu djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mat-Tuniżija, mal-Marokk u mal-Eġittu (bħala l-ewwel pass lejn Sħubija għall-Mobbiltà) · insaħħu l-kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja · inniedu programmi pilota biex insostnu l-iżvilupp agrikolu u rurali · niffukaw l-Unjoni għall-Mediterran fuq proġetti konkreti li jkunu ta' benefiċċju ċar għall-popolazzjonijiet tar-reġjun tal-Mediterran · immexxu 'l quddiem il-kooperazzjoni subreġjonali · intejbu d-djalogu dwar l-impjiegi u l-politika soċjali

Il-PEV għandha tipprovdi reazzjoni ambizzjuża għall-isfidi liema bħalhom li bħalissa għaddejjin fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-Komunikazzjoni konġunta dwar Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Kondiviża fin-Nofsinar tal-Mediterran[15], maħruġa fit-8 ta' Marzu, fissret l-ewwel elementi tal-offerta tal-UE għal sħubija ġdida ma' sħab impenjati fil-kostruzzjoni ta' sistemi demokratiċi u riformi estensivi. It-tliet direzzjonijiet ewlenin li fihom l-UE għandha l-intenzjoni li tkompli tiżviluppa r-relazzjonijiet tagħha ma' sħabha fil-Mediterran huma miġjuba f'din il-komunikazzjoni: it-trasformazzjoni demokratika u l-bini tal-istituzzjonijiet; sħubija aktar soda mal-poplu; kif ukoll żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv. Permezz tal-linji ta' politika u tal-istrumenti diversi tagħha, is-sħubija se tkun komprensiva u wiesgħa, iżda se tkun differenzjata b'mod aktar ċar skont il-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll il-livell ta' ambizzjoni ta' kull sieħeb. L-UE diġà hija involuta fi proċess ta' tisħiħ ta' relazzjonijiet ma' għadd ta' sħab, b'mod speċjali permezz tal-għoti ta' "status avvanzat"[16].

Dawk is-sħab li jridu jistabbilixxu Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni mal-UE huma mistennija li jagħmlu progress dwar l-elementi kruċjali msemmija fit-taqsima 1.1. Il-viżjoni għat-tul għal dawk minn sħabna fil-Mediterran illi jkunu l-aktar avvanzati hija assoċjazzjoni politika mill-qrib mal-UE u integrazzjoni ekonomika fis-Suq Intern. Fuq żmien qasir, se jkunu disponibbli l-għażliet li ġejjin lil pajjiżi sħab li jkunu qed jagħmlu progress fir-riformi.

Sabiex jingħata appoġġ lit-trasformazzjoni demokratika, se jitwaqqfu programmi komprensivi ta' bini ta' istituzzjonijiet, simili għal dawk implimentati mal-ġirien tal-Lvant: dawn jipprovdu kompetenza sostanzjali u appoġġ finanzjarju biex tinbena l-kapaċità ta' korpi amministrattivi ċentrali (dwana, aġenziji tal-infurzar, ġustizzja) u l-miri ta' prijorità tagħhom se jkunu dawk l-istituzzjonijiet l-aktar meħtieġa biex jiġi sostnut il-proċess ta' demokratizzazzjoni.

Sabiex jinbena tisħib aktar qawwi mal-poplu, il-Kummissjoni se tniedi djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà ma', pereżempju, it-Tuniżija, mal-Marokk u mal-Eġittu (bħala l-ewwel pass lejn Sħubija għall-Mobbiltà). Dawn il-proposti huma elaborati aktar fid-dettall fil-Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà fil-viċinat tan-Nofsinhar[17]. Il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel (Ġemellaġġ elettroniku), il-mobbiltà tal-istudenti u tal-għalliema fi ħdan sħubijiet bejn l-universitajiet (Erasmus Mundus), kooperazzjoni għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet (Tempus), u l-mobbiltà taż-Żgħażagħ (Żgħażagħ fl-Azzjoni) se jkunu wkoll espanduti biex jingħata appoġġ aħjar għaż-żgħazagħ. Jistgħu jiġu proposti wkoll inizjattivi ġodda fil-qasam tal-kultura.

Fuq żmien qasir, sabiex jissawwar żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv, l-UE se tħaffef il-pass tal-isforzi biex jitjiebu d-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ fil-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni eżistenti billi tikkonkludi n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar l-agrikultura u dawk dwar is-servizzi u d-dritt tal-istabbilment. Ċerti ġirien tan-Nofsinhar magħżula wkoll se jingħataw l-opportunità li jidħlu fi preparamenti għal negozjati dwar ŻKĦPK fil-futur. Sabiex jiġu akkumpanjati l-aġġustamenti strutturali marbuta mal-ftuħ tas-suq u sabiex jinġieb 'l quddiem it-tkabbir inklużiv, il-Kummissjoni se tiffinanzja programmi piloti għall-iżvilupp agrikolu u rurali u, abbażi tal-esperjenza miksuba fis-Sħubija tal-Lvant, tmexxi programmi ta' żvilupp reġjonali.

Il-Kummissjoni se tippromwovi kooperazzjoni industrijali f'livell Ewro-Mediterranju billi tkompli timplimenta l-Karta Ewro-Mediterranju għall-Intrapriżi billi tadatta l-Karta għall-ħtiġijiet tal-SMEs f'konformità mal-Att dwar in-Negozji Żgħar tal-UE u billi tiskambja prassi tajba u tiftaħ attivitajiet u netwerks f'setturi ta' prijorità (tessuti, turiżmu, materja prima). Sejra ssaħħaħ id-djalogu dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u tinkoraġġixxi djalogu effettiv soċjali inkluż permezz tal-Forum Ewro-Mediterranju għad-Djalogu Soċjali. Il-kooperazzjoni regulatorja fuq livell reġjonali tkun tista' tiffaċilita l-iskambji kummerċjali u ttejjeb il-klima ta' investiment. L-iżvilupp ta' Netwerk ta' Transport Trans-Mediterranju effiċjenti, li joffri sigurtà, u li jkun sostenibbli u multimodali ukoll se jikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv. Il-Kummissjoni għadha qed taħdem mal-BEI u mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex tidentifika azzjonijiet pilota biex titjieb il-kooperazzjoni bejn is-setturi marittimi fil-Mediterran.

L-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) li tikkomplimenta r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u sħabha għandha tkabbar il-potenzjal tagħha li torganizza kooperazzjoni reġjonali li tkun effettiva u orjentata lejn ir-riżlutati. Hija tkompli tiżgura l-karattru inklużiv għall-kooperazzjoni reġjonali fil-Mediterran billi tinkludi atturi bħal ma huma t-Turkija, u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni huma lesti li jkollhom rwol akbar fl-UgħM f'konformità mat-Trattat ta' Lisbona. L-għoti ta' ħajja ġdida lill-UgħM tirrekjedi bidla għal approċċ aktar prammatiku u bbażat fuq il-proġetti. Is-Segretarjat tal-UgħM għandu jopera bħala katalist biex l-istati, il-BEI, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-settur privat jinġiebu flimkien madwar proġetti ekonomiċi konkreti ta' importanza strateġika u biex jiġġeneraw l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-tkabbir madwar ir-reġjun. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab f'dawn il-proġetti tista' ssegwi l-prinċipju tal-ġeometrija varjabbli skont il-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom. Il-kofinanzjar għal proġetti infrastrutturali speċifiċi mill-baġit tal-UE tista' tiġi pprovduta permezz tal-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat. Fil-kuntest ekonomiku u politiku preżenti, proġetti strateġiċi identifikati fis-Summit ta' Pariġi jibqgħu relevanti għal kollox, speċjalment il-Pjan Solari tal-Mediterran, it-tindif tal-Mediterran mit-tniġġis jew l-iżvilupp tat-Toroq Maġġuri fuq il-Baħar u t-toroq fuq l-art, l-Inizjattiva Mediterranja għall-Iżvilupp tan-Negozju. Sabiex jingħata sostenn lill-iżvilupp sostenibbli, l-implimentazzjoni ta' arranġamenti reġjonali eżistenti bħal ma hi l-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran għandhom jingħataw prijorità akbar.

Fl-aħħar nett, il-kooperazzjoni subreġjonali li tkun tinvolvi anqas ġirien u li tkun tikkonċentra fuq suġġetti speċifiċi tista' twassal għal benefiċċji u tista' toħloq solidarjetà akbar. Il-kooperazzjoni subreġjonali fil-Maghreb tista' tisseddaq, pereżempju, permezz tal-għoti ta' appoġġ għal interkonnessjoni fiżika akbar. L-UE se tressaq proposti speċifiċi dalwaqt, inkluż dwar modi kif tappoġġja l-possibbitlà ta' ftuħ tal-fruntieri fil-reġjun.

4.           Qafas issimplifikat u koerenti politiku u programmatiku

4.1.        Prijoritajiet aktar ċari permezz ta' direzzjoni politika aktar qawwija

Aħna sejrin: · Niffukaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-PEV u l-assistenza tal-UE fuq għadd żgħir ta' prijoritajiet, imsaħħa minn livelli ta' referenza aktar preċiżi;

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u kull wieħed mill-ġirien tagħha saru aktar qawwija fl-aħħar snin. Żviluppa djalogu mill-qrib, u intensiv, mhux biss fuq kwistjonijiet politiċi ġenerali iżda wkoll fuq l-oqsma kollha speċifiċi tal-kooperazzjoni tagħna. Dawn ir-relazzjonijiet mill-qrib ħafna, kif ukoll livell ogħla ta' impenn, jirrekjedu djalogu politiku u kooperazzjoni aktar qawwija. It-Trattat ta' Lisbona jipprovdi l-mezzi biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tipprovdi linji ta' politika u programmi koerenti u konsistenti billi ġġib flimkien linji ta' politika tal-UE fejn jidħlu l-affarijiet barranin u l-assistenza, liema linji qabel kienu mmexxija minn istituzzjonijiet differenti.

Jeżisti kunsens ġenerali fost pajjiżi sħab u fost l-Istati Membri li jekk ikun hemm Kunsilli ta' Assoċjazzjoni aktar sostantivi, dawn ikun jippermetti diskussjoni aktar profonda fuq livell politiku. Iżda d-djalogu politiku m'għandux jiġi limitat għal diskussjoni darba f'sena fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni: wieħed għandu jaħseb fil-possibbiltà ta' opportunitajiet ad hoc meta jkun meħtieġ mill-kundizzjonijiet. Djalogu politiku aktar kontinwu u aktar intimu huwa element kruċjali fl-istabbiliment tal-kunfidenza u l-fiduċja meħtieġa biex l-isfidi komuni tagħna jiġu affaċċjati. B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni beħsiebha ttejjeb id-djalogu dwar linji ta' politika settorjali (bħal ma huma l-enerġija, l-edukazzjoni, iż-żgħżagħ, il-migrazzjoni u t-trasport) mal-Ministeri korrispondenti f'pajjiżi sħab.

Filwaqt li l-Pjani ta' Azzjoni tal-PEV jibqgħu l-qafas tal-kooperazzjoni ġenerali tagħna, l-UE se tissuġġerixxi lill-isħab li huma jibqgħu ffukati fuq għadd limitat ta' prijoritajiet fil-qosor u fuq perjodu medju, u jinkorporaw livelli ta' referenza aktar preċiżi u ssekwenzar aktar ċar ta' azzjonijiet. L-UE se tadatta kif xieraq il-prijoritajiet għall-assistenza finanzjarja tagħha. Din il-lista ta' prijoritajiet se tistabbilixxi l-pass politiku u tgħin sew lill-UE kif ukoll lil kull ġar biex jintlaħqu riżultati tanġibbli kruċjali, fi ħdan perjodu ta' żmien li dwaru jkun hemm qbil reċiproku. Dan għandu wkoll jippermetti tlaqqigħ aħjar ta' għanijiet ta' politika u pprogrammar ta' assistenza. Abbażi ta' dan, jistgħu jiġu ssimplifikati dokumenti ta' pprogrammar u tinxteħet l-attenzjoni fuq l-identifikazzjoni ta' prijoritajiet tal-Pjan ta' Azzjoni li jkunu jinħtieġu assistenza partikolari mill-UE.

Isiru sforzi ħalli jkun hemm aktar simplifikazzjoni għall-għoti tal-assistenza finanzjarja meta jkun qed jitfassal ir-regolament tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, sabiex il-ħtieġa għat-twettiq aktar flessibbli u aktar iffukata tal-assistenza finanzjarja tiġi msarrfa fil-prattika.

B'mod parallel ma' dan, l-UE se tkompli tirrapporta fuq bażi annwali l-progress f'konformità mal-Pjani ta' Azzjoni. Ir-rapporti se jitfgħu attenzjoni akbar fuq id-demokrazija kif ukoll tiġi żviluppata, aktar ma jgħaddu ż-żmien, rabta akbar bejn ir-riżultati mkejla f'dawn ir-rapporti u l-assistenza u l-livelli ta' appoġġ finanzjarju.

4.2.        Iffinanzjar

Aħna sejrin: · niffukaw mill-ġdid u naġġornaw il-miri ta' fondi previsti u pprogrammati fil-ENPI kif ukoll strumenti ta' politika esterna relevanti fid-dawl ta' dan l-approċċ il-ġdid · nipprovdu riżorsi addizzjonali ta' aktar minn EUR 1 biljun sal-2013 sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti tal-viċinat tagħna · nimmobilizzaw it-tisħiħ baġitarju minn diversi sorsi · mingħajr telf ta' żmien nipproċedu bil-preżentazzjoni ta' proposti baġitarji rispettivi lill-Awtorità tal-Baġit (trasferimenti għall-2011, Ittra ta' Emenda għall-2012, ipprogrammar mill-ġdid għall-2013).

L-implimentazzjoni tal-approċċ il-ġdid tal-politika tal-viċinat abbażi tal-kontabbiltà reċiproka u ta' impenn komuni għall-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt tkun tirrikjedi riżorsi addizzjonali sa EUR 1242 miljun sal-2013. Dawn ir-riżorsi huma b'żieda mal-EUR 5700 miljun ipprovduti skont l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija għall-2011-2013. Fil-każ ta' emerġenżi ġodda, l-iffinanzjar ta' azzjonijiet immirati lejn ir-reġjun skont strumenti tematiċi u l-mekkaniżmi ta' intervent fil-każ ta' kriżi fil-baġit tal-UE jikkostitwixxu riżorsi ġodda. Jingħata sostenn finanzjarju biex ikompli jissaħħah it-tisħib ma' nies madwar ir-reġjun, biex jingħata appoġġ lit-tkabbir sostenibbli u inklużiv, biex jiġu koperti l-ħtiġijiet addizzjonali ġejjin mit-trasformazzjoni demokratika ta' pajjiżi sħab, biex jiġi avvanzat t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju u biex jiġu ffinanzjati l-inizjattivi ġodda ġejjin minn din ir-reviżjoni, speċjalment fil-qasam ta' sħubija ma' soċjetajiet, dak rurali u dak tal-iżvilupp reġjonali (ara t-taqsimiet 3.1 u 3.2 hawn fuq) Dan jinkludi ammont ta' massimu ta' EUR 250 miljun ġejjin minn flussi ġodda minn operazzjonijiet ta' self u ta' kapital ta' riskju li għandhom isiru disponibbli għall-Faċilità tas-Sħubija Ewro-Mediterranja għall-Investiment u s-Sħubija (FEMIP) biex jiġi promoss it-tkabbir u l-impjiegi billi jiġu ffinanzjati operazzjonijiet ġodda u biex jingħata sostenn lill-ħtiġijiet finanzjarji għat-tul tal-SMEs. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jadotta l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat l-Artikolu 23 tar-regolament tal-ENPI.

Dawn ir-riżorsi addizzjonali jiġu pprovduti permezz ta' riallokazzjonijiet minn ħdan l-Intestatura 4 tal-qafas finazjarju multiannwali 2007-2013, u billi jintuża l-marġini mhux allokata taħt il-limitu massimu ta-nefqa fl-2012 u – sa dak il-limiti neċessarju – permezz tal-Istrumenti tal-Flessibbiltà. Il-Kummissjoni se tissottometti dalwaqt Ittra ta' Emenda għall-Abbozz ta' Baġit tal-2012.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tirrefletti dwar kif l-aħjar tintegra s-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiżi fejn tidħol id-demokrazija, il-kontabbiltà, l-istat tad-dritt u l-ġestjoni finanzjarja soda fid-deċiżjonijiet tagħha dwar l-arranġamenti ta' appoġġ mill-baġit u se tkompli tispjega l-approċċ tagħha fil-Komunikazzjoni li ġejja dwar is-sostenn mill-baġit. Dan għandu wkoll jipprovdi l-flessibbiltà neċessarja biex il-livelli u t-tipi ta' sostenn li jingħata jkun imfassal skond ir-riżultati miksuba fir-riformi minn kull pajjiż sħab.

4.3.        L-involviment tal-BEI u tal-BERŻ

Aħna sejrin: · niksbu possibbiltajiet addizzjonali ta' self mill-BEI u mill-BERŻ, inkluż estensjoni tal-mandat ta' dan l-aħħar lil pajjiżi sħab magħżula min-Nofsinhar

Sabiex jingħataw appoġġ proġetti infrastrutturali kbar li jistgħu jgħinu fil-konnessjoni tal-UE mal-ġirien tagħha, jiġi xprunat l-iżvilupp u jiġu indirizzati sfidi kruċjali fejn jidħlu sfidi dwar l-enerġija, l-ambent u t-trasport, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Bank Ewropew tal-Investiment u banek reġjonali ta' żvilupp oħra, bħal ma huma l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ikollhom riżorsi finanzjarji suffiċjenti. Il-Kummissjoni tappoġġja ż-żieda fil-mandat estern tal-BEI sew għall-ġirien tal-Lvant kif ukoll għal dawk tan-Nofsinhar kif ukoll l-estensjoni tal-mandat tal-BERŻ għal pajjiżi magħżula tan-Nofsinhar. Il-BEI u l-BERŻ jistgħu jiksbu riżultati fejn jidħlu l-għanijiet ta' politika tal-UE flimkien billi jużaw għall-massimu l-vantaġġi komparattivi tagħhom. L-operazzjonijiet tal-BERŻ fil-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar jistgħu jkunu ta'appoġġ għall-għanijiet ta' politika tal-UE u m'għandhomx iwasslu għal trasferiment ta' riżorsi minn operazzjonijiet fil-Viċinat tal-Lvant tal-UE.

L-adozzjoni ta' mandat estern rivedut tal-BEI jista' jipprovdi għal żieda fis-self tal-BEI taħt garanzija tal-UE madwar il-Viċinat tal-UE. B'mod partikolari, jekk il-Kunsill japprova l-qafas finanzjarju ta' self addizzjonali ta' EUR 1 biljun, kif propost mill-Parlament Ewropew, il-BEI jista' jipprovdi madwar EUR 6 biljun lill-pajjiżi tal-Mediterran matul l-2011-2013. Se jiġu mobilizzati l-fondi neċessarji sa 90 miljun biex jipprovdu l-garanziji baġitarji meħtieġa biex jilqgħu għas-self tal-BEI lejn ir-reġjun tal-Mediterran.

4.4.        Ippjanar għall-2013 u lil hinn

Aħna sejrin: · nippromwovu twassil ta' għajnuna aktar flessibbli u aktar sempliċi skont is-suċċessur ta' wara l-2013 tal-ENPI preżenti; · inħaffu l-pass ta' sforzi ta' koordinazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali kruċjali, u donaturi bilateri oħra.

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Lulju 2010 dwar il-PEV il-Kunsill għaraf "il-ħtieġa li jakkumpanja l-ftuħ tas-suq, l-integrazzjoni ekonomika u l-konverġenza regolatorja kif ukoll il-proċess ta' tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali, fil-viċinat kollu, b'appoġġ finanzjarju, għajnuna teknika u bini ta' kapaċittajiet" u indika li hu "se jirritorna għall-kwistjoni tal-appoġġ finanzjarju fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss." Il-Kummissjoni se tirrifletti l-viżjoni mġedda tal-PEV u l-għanijiet fuq żmien medju fil-proposti tagħha għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali għal wara l-2013[18]. Is-sors ċentrali tal-iffinanzjar, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV) il-ġdid se jipprovdi l-biċċa l-kbira tal-appoġġ finanzjarju lill-pajjiżi sħab, essenzjalment permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni bilaterali, reġjonali u transkonfinali. Il-livell tiegħu ta' ffinanzjar se jkun jinħtieġ jirrifletti l-ambizzjonijiet tal-PEV riveduta. Għandu jkun aktar u aktar misjuq mil-linji ta' politika u jkun jipprovdi għal differenzjazzjoni miżjuda, aktar flessibbli, kundizzjonalità aktar stretta u inċentivi għal dawk li jmorru l-aħhar, li jkun jirrifletti l-ambizzjoni ta' kull sħubija (pereżempju negozjati dwar ŻKĦPK). L-assistenza tal-UE tista' wkoll tiġi implimentata dejjem aktar billi tiġi devoluta lejn pajjiżi sħab, sakemm ir-regoli finazjarji tal-Unjoni jkunu rispettati u l-interessi finanzjarji tal-UE jkunu mħarsa.

Sabiex jiġi massimizzat is-sostenn estern għall-aġenda ta' riforma maqbula fil-kuntest tal-PEV, l-UE se żżid l-isforzi ta' koordinazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, ma' donaturi bilateri oħra, mal-BEI, mal-BERŻ u mal-istituzzjonijiet finazjarji internazzjonali. Dan jista' jieħu l-forma ta' pprogrammar konġunt, inizjattivi ta' kooperazzjoni konpunta u ta' programmi u proġetti kkofinanzjati. Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni dwar l-assistenza tal-UE, is-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni se jikkunsidraw il-possibbiltà li jniedu eżerċizzji pilota ta' pprogrammar konġunti ma' Stati Membri interessati fil-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar li jkunu għaddejjin minn tranżizzjoni demokratika.

Konklużjonijiet

Il-viċinat tagħna joffri opportunitajiet kbar għal integrazzjoni ta' benefiċċju reċiproku u kooperazzjoni, pereżempju popolazzjoni li tinkludi ħaddiema numerużi, edukati tajjeb, swieq imdaqqsa li għad iridu jiġu żviluppati, u soluzzjonijiet li joffru okkażjoni ta' suċċess għal kull naħa fis-sigurtà tal-enerġija. Il-kooperazzjoni mal-ġirien tagħna hija l-uniku mezz li bih nistgħu naffaċċjaw l-isfidi u t-theddid li m'humiex imxekkla mill-fruntieri - bħal ma huma t-terroriżmu, il-migrazzjoni irregolari, it-tniġġis tal-ibħra komuni u tax-xmajjar tagħna. Tippermettilna li naġixxu fejn jidħlu sorsi ta' instabbiltà u kunflitt fir-reġjun.

Għadd ta' ġirien fil-Lvant u fin-Nofsinhar bdew it-triq tagħhom fuq mixja ambizzjuża ta' tranżizzjoni matul id-deċennju li għadda. Għandhom bżonn l-appoġġ biex jikkonsolidaw dan il-proċess. Oħrajn ingħaqdu mal-proċess biss dan l-aħħar. Huma għandhom ukoll bżonn l-assistenza urġenti tagħna u jistgħu jibbenefikaw mil-lezzjonijiet li ttieħdu minn sħab oħra. Huwa fl-interess stess tal-UE li tappoġġja dawn il-proċessi ta' trasformazzjoni, billi taħdem flimkien mal-ġirien tagħna biex il-valuri u l-prinċipji essenzjali tad-drittijiet tal-bnieden, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, ta' ekonomija tas-suq li tkun inklusiva, ta' żvilupp sostenibbli jiġu ankrati fit-tessut politiku u ekonomiku tagħhom.

L-approċċ il-ġdid lejn il-PEV kif imfisser f'din il-Komunikazzjoni huwa pass f'din id-direzzjoni. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jappellaw lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex japprovaw sew id-direzzjoni ġeneral tagħha kif ukoll il-proposti konkreti li tippreżenta. Issa għandha l-intenzjoni li nibqgħu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet tagħna mal-ġirien tagħna dwar l-aħjar mod kif nittraduċu dan l-approċċ il-ġdid f'kull sħubija individwali.

L-isfidi huma ħafna, u jista' jkun li jrid jgħaddi ċerti ammont ta' żmien biex nilħquhom kollha. Dak li qed nimmiraw għalih flimkien huwa reġjun demokratiku, prosperu u stabbli fejn aktar minn 800 miljun ruħ jistgħu jgħixu, jaħdmu u jagħtu bixra lill-futur ta' pajjiżhom stess, fil-fiduċja li l-libertà, id-dinjità u d-drittijiet tagħhom jiġu rrispettati.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1         Titolu tal-proposta/inizjattiva

Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà: "Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni"

1.2.        Qasam/Oqsma politiku/iċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[19]

Relazzjonijiet Esterni

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[20]

X Il-proposta/inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għanijiet strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-Ewropa fid-Dinja: nagħmlu l-preżenza tagħna tinħass fix-xena globali

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attivita(jiet) tal-ABM/ABB kkonċernati

Atività(jiet) ABM/ABB kkonċernati

19.08 Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-relazzjonijiet mar-Russja

Għanijiet speċifiċi marbuta mal-attività tal-ABM

1. Jisseddqu l-kundizzjonijiet għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-ġirien tagħha u għal integrazzjoni reġjonali u multilaterali;

2. Jingħata sostenn lir-riformi ekonomiċi u settorjali tal-ġirien tal-UE, u tisseddaq aktar integrazzjoni mal-UE u fost il-pajjiżi ġirien infushom;

3. Il-promozzjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, u sehem fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti fil-viċinat tal-UE.

1.4.3.     Riżultat(i) mistennija u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jista' jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Ir-reviżjoni strateġika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li saret is-sena l-oħra identifikat oqsma fejn il-politika tista' tiġi msaħħa b'mod konsiderevoli. Ir-rivoluzzjonijiet u t-taqlib fin-Nofsinhar tal-Mediterran u l-aspirazzjonijiet qawwija li l-popli ta' dawn il-pajjiżi wrew għal bidla politika u ekonomika tagħmel mill-appoġġ tal-UE element aktar kruċjali milli kien fil-passat, u jindikaw oqsma fejn l-UE u l-pajjiżi sħab jistgħu u għandhom jagħtu kontribut akbar. Bl-istess mod, l-UE għadha impenjata li tappoġġja għat-tul il-proċessi ta' demokratizzazzjoni u ta' riforma fil-viċinat kollu tagħna, sew lejn il-Lvant kif ukoll lejn in-Nofsinhar.

Il-Komunikazzjoni "Reazzjonijiet ġodda għal viċinat li qed jinbidel" tfisser il-proposti li ħerġin mir-reviżjoni strateġika tal-PEV u f'dak il-kuntest tlaħħam l-approċċi lejn l-Ewropa tal-Lvant l-Kawkażu ta' Isfel permezz ta' implimentazzjoni kontinwa tas-Sħubija tal-Lvant u lejn in-naħa tan-Nofsinhar tal-Mediterran, fil-kuntest tas-"Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni" l-ġdida. Bl-offerta ta' "Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni", b'mod partikolari, l-UE tfittex li tappoġġja t-trasformazzjoni demokratika li bdiet fl-Eġittu u fit-Tuneżija u li tista' tiġi estiża lejn pajjiżi oħra tan-Nofsinhar tal-Mediterran.

L-attivitajiet il-ġodda ġejjin mir-reviżjoni jistgħu jinġabru fi tliet elementi ewlenin:

L-element 1. It-trasformazzjoni demokratika u l-bini tal-istituzzjonijiet (Relevanti għall-għan speċifiku 3 ABM – aktar 'l fuq)

Sostenn lit-trasformazzjoni demokratika u lill-bini tal-istituzzjonijiet permezz ta' Programm Komprensiv ta' Bini ta' Istituzzjonijiet għat-trasformazzjoni demokratika u azzjonijiet oħra relevanti li jindirizzaw dawk l-istituzzjonijiet li huma kruċjali għas-soċjetajiet demokratiċi u l-għoti ta' assistenza fil-proċess ta' riforma demokratika tas-settur tas-sigurtà.

Riżultati mistennija

Aktar rispett lejn id-Drittijiet tal-Bniedem u lejn il-libertajiet fundamentali;

Aktar governanza demokratika;

Ġudikatura aktar indipendenti u aktar effiċjenti;

Livell anqas ta' korrizzjoni;

Aktar sorveljanza demokratika fis-settur tas-sigurtà;

Mobbiltà imtejba marbuta ma' ġestjoni aħjar tal-fruntieri u tal-migrazzjoni;

Leġiżlazzjoni li tkun aktar konformi mal-acquis tal-UE;

L-element 2. Il-bini ta' sħubija aktar qawwija mal-poplu (Relevanti għall-għan speċifiku 1 ABM – aktar 'l fuq)

Il-bini ta' sħubija aktar qawwija mal-poplu billi jinfirxu l-kuntatti bejn l-istudenti, ir-riċerkaturi u ż-żgħazagħ.

Tiżdied il-mobbiltà ta' studenti u għalliema fi ħdan sħubijiet ta' universitajiet (Erasmus Mundus) u ta' kooperazzjoni strutturata għall-modernizzazzjoni tal-università (Tempus);

Bidu ta' kooperazzjoni fost l-iskejjel inizjata bil-ftuħ tal-programm ta' ġemellaġġ elettroniku tal-UE;

Iżjed kuntatti fost iż-żgħażagħ;

Aktar informazzjoni lil ċittadini tal-PEV (inkluż f'reġjunijiet fejn hemm ribelljoni) dwar il-kisbiet, l-opportunitajiet u l-isfidi tal-PEV.

L-element 3. Żvilupp ta' tkabbir u żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv (Relevanti għall-għan speċifiku 2 ABM – aktar 'l fuq)

Il-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv billi jiġu appoġġjati l-SMEs u jiġu indirizzati diżugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan pajjiż sieħeb permezz ta' "programmi pilota" immudellati fuq il-linji ta' politika tal-UE dwar il-Koeżjoni u l-iżvilupp rurali

It-tnaqqis ta' diżugwaljanzi interni ekonomiċi;

Żieda fl-impjiegi;

Żvilupp ta' SMEs;

Titjib fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ;

Titjieb fil-qligħ u l-għixin tal-komunitajiet tal-bdiewa;

Aktar sigurtà fejn jidħol l-ikel.

Aktar integrazzjoni fis-suq intern tal-UE permezz ta' partċipazzjoni fi programmi tal-UE.

1.4.4.     Indikaturi ta' riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi biex tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-konformità mal-Livelli ta' Drittijiet tal-Bniedem u livelli demokratiċi kif irrappurtat minn NGOs, min-NU u minn korpi reġjonali

Elezzjonijiet demokratiċi u kredibbli, sorveljati kif jixraq;

Il-livell ta' korruzzjoni;

L-għadd ta' skejjel inklużi fil-programm elettroniku ta' ġemellaġġ;

L-għadd ta' studenti tal-università u ta' riċerkaturi li jipparteċipaw f'Erasmus Mundus;

L-għadd ta' proġetti strutturati ta' kooperazzjoni bejn universitajiet;

Il-livell ta' ġid ta' komunitajiet tal-bdiewa;

L-għadd ta' applikazzjonijiet b'suċċess fi programmi tal-UE ta' pajjiżi sħab tal-PEV;

Provvista aktar sostenibbli ta' ikel fi prezz raġjonevoli fil-pajjiżi tal-PEV;

Livell anqas ta' diżugwaljanzi ekonomiċi u soċjali;

Livell anqas ta' qagħd.

1.5.        Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu fuq perjodu ta' żmien qasir jew twil

Viżjoni ta' Politika u għanijiet fuq terminu ta' żmien medju

Il-viżjoni għat-tul li fuqha hija bbażata l-PEV hija viċinat li fih kull pajjiż sħab jiżviluppa r-rabtiet tiegħu mal-UE safejn jaslu l-aspirazzjonijiet, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tiegħu. Politikament dan jinkludi offerta għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-UE, inkluż aktar inizjattivi konġunti f'fora internazzjonali dwar kwistjonijiet globali ta' interess komuni. Ekonomikament l-UE hija miftuħa wkoll għal integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib, li ftit ftit twassal għal integrazzjoni ekonomika fis-suq intern tal-UE. Tappoġġja wkoll l-aċċellerazzjoni ta' tkabbir inklużiv u sostenibbli fil-ġirien tagħna, li għandha tgħinhom isiru aktar kompetittivi, jinħolqi impjiegi deċenti u jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju. L-UE għandha timmobilizza l-firxa sħiħa tal-linji ta' politika tagħna skont il-ħtiġijiet u l-interessi reċiproki u skont l-impenji ta' kull pajjiż għar-riforma u d-demokratizazzjoni.

L-għan huwa żieda fl-impenn reċiproku lejn il-ġid politiku u ekonomiku taċ-ċittadini tagħna – sew tal-Ewropa kif ukoll tal-pajjiżi ġirien – bħala l-aħjar garanzija tal-istabbiltà u l-prosperità komuni tagħna. Viżjoni bħal din mhix mingħajr sfidi. Għall-pajjiżi sħab, ir-riformi meħtieġa jinvolvu spejjeż sostanzjali u sforzi qabel ma wieħed ikun jista' jgawdi mill-benefiċċji. Fuq in-naħa tal-UE, huwa importanti li wieħed ma jipperikolax it-tmexxija bla skossi tas-suq intern u li jiġi żgurat li l-mobbiltà isseħħ f'ambjent sikur.

Matul l-erba' jew ħames snin li ġejjin, il-pajjiżi sħab li jkunu qed jieħdu passi deċiżivi lejn riformi politiċi u ekonomiċi jistgħu jistennew li jikkonkludu Ftehim ta' Assoċjazzjoni skont is-Sħubija tal-Lvant (fil-Lvant) jew inkella jidħlu fi Sħubija għad-Demorazija u l-Prosperità Komuni (fin-Nofsinhar). Dan se jkun akkumpanjat minn mobbiltà mtejba u kuntatti "tan-nies man-nies" (pereżempju fost affarijiet oħra permezz tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti sħubijijiet għall-mobbiltà), integrazzjoni ekononika permezz ta' kooperazzjoni industrijali, żvilupp tal-SMEs, Investiment Barrani Dirett u relazzjoni kummerċjali aħjar mal-UE (pereżempju permezz tal-istabbiliment ta' Żoni ta' Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi u l-konklużjoni ta' ftehimiet oħra, pereżempju fl-agrikoltura, is-servizzi u l-istabbiliment, jew Ftehimiet dwar l-Evalwazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni ta' prodotti Industrijali għal setturi ta' prijorità), integrazzjoni settorjali aktar profonda (pereżempju permezz tal-integrazzjoni f'suq tal-enerġija pan-Ewropew u l-parteċipazzjoni fi programmi u aġenziji tal-UE skont il-possibbiltajiet ta' ftuħ mogħtija f'kull programm u bil-linji-gwida ġenerali li jirrigwardjaw il-parteċipazzjoni f'aġenziji tal-UE).

Bl-offerta ta' Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni[21], b'mod partikolari, l-UE tfittex li tappoġġja t-trasformazzjoni demokratika li bdiet fl-Eġittu u fit-Tuneżija u li tista' tiġi estiża lejn pajjiżi oħra. Sabiex ikomplu għaddejjin b'determinazzjoni fil-proċess ta' trasformazzjoni demokratika dawn il-pajjiżi jinħtieġu l-appoġġ biex jirriformaw l-istituzzjonijiet tagħhom u jerġgħu jimbarkaw fuq it-triq tat-tkabbir ekonomiku. Il-popolazzjoni tagħhom ukoll jeħtiġilha tara li l-UE tkun lesta li tgħin f'dan il-perjodu ta' trasformazzjoni li joffri sfida, u li pero' huwa wkoll diffiċli.

Finanzjar addizzjonali

L-implimentazzjoni tal-approċċ il-ġdid tal-politika tal-viċinat abbażi tal-kontabbiltà reċiproka u ta' impenn komuni għall-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt tkun tirrikjedi riżorsi addizzjonali sa EUR 1242 miljun sal-2013. Dan ikun jinkludi:

a) Il-qafas legali tal-ENPI qiegħed f'qagħda tajba biex isostni l-biċċa l-kbira tal-miżuri l-ġodda ta' kooperazzjoni li ġew identifikati fir-reviżjoni. Għal dan il-għan, il-Kummussjoni qed tipproponi tissupplimenta l-qafas finanzjarju tal-ENPO (EUR 750.5 miljun) minn diversi sorsi, jiġifieri: EUR 355 miljun billi jiġi użati mill-ġdid minn oqsfa finianzjarji oħra u – għas-sezzjoni tal-2012 - il-marġini tal-Intestatura 4 fl-AB 2012 (EUR 241.5 miljun) kif ukoll EUR 154 miljun mill-Istrument ta' Flessibbiltà. Iż-żieda proposta tista' tiġi implimentata mingħajr ma jkun hemm reviżjoni formali tar-regolament tal-ENPO skont il-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-perspettiva finanzjarja 2007-13, peress li tirrappreżenta reazzjoni għal "ċirkostanzi ġodda, oġġettivi, għat-tul ...[li għalihom] jingħataw raġunijiet espliċiti u preċiżi, u billi jittieħed kont tar-riżultati miksuba bl-implimentazzjoni tal-programm." Safejn il-marġini kurrenti fl-AB 2012 inħolqot billi jitnaqqsu ċerti linji tal-baġit vis-a-vis l-Ipprogrammar Finanzjarju ta' qabel, l-arranġament propost jista' wkoll jitqies bħala "użu mill-ġdid". Se jiġu ppreżentati aktar dettalji permezz ta' Ittra ta' Emenda;

b) billi jintuża ffinanzjar minn strumenti oħra bħal ma huma l-Istatument Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (IEDBD) (EUR 13.4 miljun għas-snin 2011-2012), il-Programmi Tematiku għall-Atturi mhux tal-Istat fi ħdan l-istrument ta' kooperazzjoni għall-ivilupp (EUR 3.8 miljun fl-2011);

c) l-użu tal-Istrument għall-Istabbiltà (EUR 40 miljun)[22];

d) jitwarrbu EUR 90 miljun biex tiġi pprovduta l-garanzija neċessarja li twieżen biljun addizzjonali ta' self mill-BEI fin-Nofsinhar tal-Mediterran[23];

e) l-użu tal-istrument għall-assistenza makrofinanzjarja EUR 100 miljun)[24],

f) il-BEI jitħalla jerġa' juża riflussi minn operazzjonijiet antiki għall-investiment kapitali fl-SMEs (EUR 244 miljun).

Dan tal-aħħar ikun jirrekjedi mill-Kunsill li jadotta l-modifika tal-Art. 23 tar-regolament tal-ENPI.

B'mod parallel, il-Programmi Indikattivi Nazzjonali qed jiġu rrifokati fuq l-għanijiet kruċjali tas-sħubija l-ġdida u qed jiġi riallokati EUR 150 miljun mill-qafas finanzjarju tal-ENPO biex jingħata appoġġ lill-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili tal-PEV u azzjonijiet oħra biex jiġi promoss tisħib aktar qawwi mas-soċjetajiet.

Differenzjazzjoni

Filwaqt li l-pajjiżi sħab kollha se jibbenefikaw minn attivitajiet immirati lejn it-tisħiħ tas-"sħubija mas-soċjetajiet" (l-element 2), l-iffinanzjar skont iż-żewġ elementi l-oħra se jkun allokat lejn pajjiżi sħab fuq il-bażi ta' appoċ "aktar għal aktar" ibbażat fuq ir-responsabbiltà reċiproka.

Żieda fis-sostenn mill-UE tkun jiddependi fuq kemm isir progress fil-bini u fil-konsolidament tad-demokrazija u tara-rispett lejn l-istat tad-dritt. Aktar ma pajjiż iħaffef il-pass tal-progress fir-riformi interni tiegħu, aktar jirċievi sostenn mill-UE. Dan is-sostenn imtejjeb se jiġi f'diversi forom, inkluż żieda fl-iffinanzjar għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, programmi akbar għall-bini tal-istituzzjonijiet (CIB), aċċess akbar għas-suq, aktar iffinanzjar mill-BEI bħala sostenn għall-investimenti; kif ukoll aktar faċilità għall-mobbiltà. Dawn l-impenji preferenzjali se jitfasslu skont il-ħtiġijiet ta’ kull pajjiż u skont il-kuntest reġjonali. Sejrin jagħrfu li riforma li tagħmel sens ġġib magħha spejjeż sinifikanti minn qabel. Għal dawk il-pajjiżi fejn ma tkun seħħet l-ebda riforma, l-UE terġa’ tikkunsidra l-iffinanzjament, jew inkella anki tnaqqsu.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-proposta għandha tidher fil-kuntest ġenerali ta' offerta mġedda tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ta' kooperazzjoni politika aktar fil-qrib, u ta' integrazzjoni ekonomika aktar profonda, f'konformità mal-Art. 8 tat-Trattat ta' Lisbona. Hija tistrieħ fuq l-iskambju mal-ġirien tagħna tal-esperjenzi tal-integrazzjoni Ewropea u li ftit ftit dawn jiddaħħlu fil-linji ta' politika tal-UE. Peress li l-offerta tal-UE hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq l-integrazzjni fis-suq intern tal-UE, l-UE hija f'pożizzjoni aħjar li tipprovdi assistenza bħal din, aktar milli huma l-Istati Membri individwali.

1.5.3.     Lezzjonijiet meħuda minn esperjenza simili fil-passat

Kienu saru ħames evalwazzjonijiet ta' pajjiżi u żewġ evalwazzjonijiet reġjonali (MEDA II u TACIS) dwar assistenza li ngħatat fil-passat lil pajjiżi ġirien. Is-setturi ewlenin koperti huma: l-iżvilupp ekonomiku (inkluż il-kummerċ), is-settur soċjali (inkluż is-saħħa u l-edukazzjoni), is-settur privat, l-agrikoltura (inkluż is-sigurtà tal-ikel) u l-enerġija (inkluża dik nukleari).

L-evalwazzjonijiet urew li meta wieħed iqiegħed taħt l-istess umbrella l-kooperazzjoni (tal-ENPI) bilaterali u reġjonali ma' pajjiżi li qabel kienu ttrattati permezz ta' żewġ regolamenti separati (TACIS u MEDA), dan kellu effett ta' taħlit pożittiv, b'mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-mekkaniżmu ta' appoġġ ta' dawn ir-riformi. Abbażi tar-riżultati pożittivi ta' esperjenzi taħt il-MEDA[25], l-appoġġ għal riformi permezz tal-baġit żdied b'mod sinifikanti mindu ddaħħal l-ENPI, u kisbet riżultati tanġibbli, seddqet riformi u għenet fit-tisġiġ tad-djalogu ta' politika ma' pajjiżi sħab[26]. Madankollu, l-approċċ għandu jkun irfinat aktar biex jinkorpora l-attenzjoni miżjuda dwar valuri fundamentali u l-governanza demokratika. Iridu jsiru sforzi wkoll biex is-Soċjetà Ċivili tibqa' tintrabat mat-tfassil u s-sorveljanza ta' operazzjonijiet u tiżdied il-viżibbiltà tagħna.

Min-naħa l-oħra, l-introduzzjoni ta' sett ta' strumenti ġodda bbażati fuq l-esperjenza ta' tkabbir (TAIEX, Ġemellaġġ u aktar reċenti l-Programmi ta' Bini ta' Istituzzjonijiet Komprensiv EaP) żied il-kapaċità tal-ENPO li twettaq proġetti ta' bini ta' istituzzjonijiet u li tippromwovi konverġenza regolatorja mal-acquis tal-UE. L-element ta' kooperazzjoni transkonfinali ta lill-ENPI mekkaniżmu aħjar biex tiġi indirizzata l-kooperazzjoni fost ir-reġjuni li għandhom fruntiera komuni.

1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma' strumenti oħra relevanti

Filwaqt li l-ENPI huwa l-istrument ewlieni li permezz tiegħu tgħaddi l-koperazzjoni finanzjarja tal-UE lejn il-ġirien, il-pajjiżi tal-PEV jibbenefikaw ukoll minn strumenti finanzjarji oħra li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ta' politika (sfidi globali, Drittijiet tal-Bniedem, sigurtà nukleari) jew sitwazzjonijiet ta' kriżi (assistenza makrofinanzjarja, l-istrument għall-istabbiltà, l-istrumenti ta' assistenza umanitarja).

Xi wħud minn dawn l-istrumenti dan l-aħħar ġew mobilizzat biex ikun jistgħu jirreaġixxu għall-ħtiġijiet li qed jitfaċċaw fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE u se jkomplu jintużaw b'appoġġ tal-proċessi ta' tranżizzjoni fir-reġjun tal-Viċinat.

Fit-Tuneżija, pakkett ta' EUR 2 miljuni taħt l-istrument għall-Istabbilà ġie adottat biex jiġu sostnuti 1) ir-riforma politika u l-proċess elettorali u 2) is-soċjetà ċivili indipendenti u l-medja. Qed jiġi ppjanat ukoll aktar sostenn lis-soċjetà ċivili skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (SEDDB) f'oqsma bħal ma huma l-osservazzjoni ta' elezzjonijiet mis-soċjetà ċivili nazzjonali, taħriġ għal partiti politiċi, appoġġ għal-libertà tal-espressjoni u l-promozzjoni ta' valuri demokratiċi, u l-kapaċità ta' sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem EUR 2 miljuni. Skont il-programm tematiku tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp "Atturi mhux tal-Istat u awtoritajiet lokali", ġew imwarrba EUR 1.2 miljun għat-Tuneżija. Fl-aħħar, se tiġi ffinanzjata missjoni tal-UE ta' osservazzjoni elettorali permezz tas-SEDDB (sa EUR 4 miljun).

Fl-Eġittu se jiġu allokati EUR 2.9 miljun skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (SEDDB) bħala appoġġ għal azzjonijiet biex tiġi miġġielda t-tortura, jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' qabel id-detenzjoni u tiġi promossa l-libertà tal-medja u l-libertà tat-twemmin. L-EUR 2.6 miljun se jiġu allokati skont il-programm tematiku "Atturi mhux tal-Istat u l-Awtoritajiet Lokali" (Strument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) biex jiġu promossi t-tisħiħ tal-awtodeterminazzjoni taż-żgħażagħ, id-drittijiet tan-nisa u l-appoġġ għad-drittijiet soċjali u ekonomiċi.

L-Istrument ta' Assistenza Umanitarja (EUR 70 miljun) ġie mobbilizzat biex jindirizza l-konsegwenzi tal-kunflitt intern fil-Libja u biex jgħin lir-refuġjati u n-nies spustjati u EUR 5 miljun ġejjin mir-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenza ġew mgħoddija permezz tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili li intervjena biex jiffinanzja r-ripatrijazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

1.6.        Il-perjodu u l-impatt finanzjarju

X Il-proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat

– x   Il-proposta/inizjattiva b'effett mill-2011 sal-2013

– x   L-impatt finanzjarju mill-2011 sal-2013

¨ Il-proposta/inizjattiva ta' perjodu illimitat

– L-implimentazzjoni b'perjodu li jibda bejn YYYY u YYYY,

– u warajh tiġi l-operazzjoni sħiħa.

1.7.        Modi/i ta' ġestjoni ppjanat/i[27]

x Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

X Ġestjoni ċentralizzata indiretta mad-delegazzjoni ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– x   aġenziji eżekuttivi

– ¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[28]

– ¨  korpi nazzjonali tas-servizz pubbliku/korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku relevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju.

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

x Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (li għad irid jiġu speċifikati)

Kummenti

L-għanijiet se jiġu segwiti permezz ta' taħlita ta' miżuri implimentati permezz ta' modi ta' ġestjoni differenti, b'mod speċjali:

Azzjonijiet ta' bini ta' istituzzjonijiet se jiġu implimentati l-aktar permezz ta' ġestjoni diretta mill-Kummissjoni;

L-iskambji bejn studenti u żgħażagħ, il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-iskejjel se jkunu implimentat l-aktar permezz tal-aġenzija eżekuttiva dwar l-edukazzjoni, l-awdjovisiv u l-kultura;

Se jiġi implimentat programm pilota mmudellat fuq il-politika tal-koeżjoni u l-agrikultura, jew permezz ta' ġestjoni ċentralizzata diretta jew permezz ta' ġestjoni deċentralizzata.

Il-ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tista' tintuża għal azzjonijiet speċifiċi (pereżempju l-appoġġ ta' konformità mal-Kunsill tal-Konvenzjonijiet Ewropej). Il-kooperazzjoni delegata tista' wkoll tiġi kkunsidrata fl-interess tal-effettività tal-għajnuna u d-diviżjoni tal-ħidma ma' Stati Membri.

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli ta' monitoraġġ u rrappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni se tissorvelja l-progress tal-kooperazzjoni esterna tagħha f'kull livell:

influssi (b'mod partikolari flussi finanzjarji: impenji, kuntratti u pagamenti);

attivitajiet / riżultati (eżekuzzjoni tal-proġetti u l-programmi, sorveljanza interna mwettqa fuq il-post mid-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni);

progress / rizultat (Sorveljanza Orjentata lejn ir-Riżultati – SOR[29]) u l-impatt;

L-ipprogrammar ta' għajnuna esterna għat-tul għal pajjiżi u reġjuni sħab titwettaq fil-qafas tal-preparazzjoni ta' dokumenti ta' strateġija (sa 7 snin) u ta' programmi indikattivi (3-4 snin). Dawn id-dokumenti ta' preparazzjoni jistgħu jiġu riveduti f'kull mument biex jiġu riaġġustati prijoritajiet ta' pprogrammar. Programmi indikattivi jinkludu l-għanijiet speċifiċi u r-riżultati mistennija għal kull qasam tal-kooperazzjoni.

2.2.        Il-ġestjoni u s-sistema ta' kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikati

1) In-nuqqas ta' stabbiltà politika u amministrattiva f'pajjiżi sħab jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fit-tfassil ta' programmi, dewmien fir-rimborż ta' fondi u telf fl-effettività;

2) In-nuqqas ta' krediti amministrattivi suffiċjenti jista' jwassal għal nuqqas ta' riżorsi umani għall-ġestjoni tal-assistenza;

3) L-applikazzjoni batuta ta' livelli ta' kwalità tista' twassal għal programmi u proġetti mfassla ħażin;

4) In-nuqqas ta' ċirkolazzjoni ta' informazzjoni jista' jtellef ir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet problematiċi marbuta mal-ġestjoni tal-għajnuna.

2.2.2.     Metodu/i ta' kontrolli kkunsidrati

Żieda fit-tħejjija: Jiġu identifikati l-pajjiżi l-aktar fir-riskju, jiġi żviluppati Plan ta' Ġestjoni tar-riskju speċfika għall-pajjiż, jiġu segwiti l-iżviluppi f'dawk il-pajjiżi permezz ta' diversi kanali.

Krediti amministrattivi suffiċjenti: Ipprogrammar iddettaljat ta' krediti amministrattivi ġej sew mill-intestatura 4 u 5 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-13. Tiġi aġġustata l-allokazzjoni ta' riżorsi tal-persuna bejn servizzi fil-kwartieri u d-delegazzjonijiet ibbażati fuq tbassir tal-ħtiġijiet u evalwazzjoni tal-piż tax-xogħol fil-kontront ta' kriterji kwantifikabbli kull fejn ikun possibbli (pereżempju l-għadd ta' kuntratti li jridu jitħejjew).

L-implimentazzjoni u l-osservazzjoni ta' livelli u rekwiżiti qabel u wara l-Grupp ta' Appoġġ tal-Kwalità; Id-delegazzjonijiet u s-servizzi relevanti f'DG DEVCO għandhom jimmobilizzaw, kmieni fil-proċess, il-kompetenza meħtieġa mill-appoġġ remot u fuq il-post.

Titjib fis-sistema - Kwalità taad-dejta u rappurtaġġ: informazzjoni fil-ħin dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin u garanzija li l-kwistjonijiet problematiċi kollha marbuta mal-ġestjoni tal-għajnuna jkunu diġà identifikati ċar u trasmessi lil dawk li jkunu involuti fin-negozjati.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika miżuri eżistenti jew previsti ta' prevenzjoni u protezzjoni.

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jiffurmaw parti integrali tar-Regolament tal-ENPI. Is-sorveljanza amministrativa ta' kuntratti u pagamenti se tkun ir-responsabbiltà tad-Delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi benefiċjarji. Kull waħda mill-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-regolament se tkun sorveljata f'kull staadju fiċ-ċiklu tal-proġett permezz tad-delegazzjonijiet[30]. Se tingħata attenzjoni partikolari lejn in-natura tan-nefqa (l-eliġibbiltà tan-nefqa), lejn ir-rispett tal-baġits (nefqa attwali) u biex tiġi vverifikata informazzjoni ta' konfema u dokumentazzjoni relevanti (evidenza ta' nefqa).

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i ta' nefqa tal-baġit affettwata/i

· Linji ta' nefqa tal-baġit eżistenti

Fl-ordni ta' intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni.....................................................] || AD/AMD ([31]) || minn pajjiżi tal-EFTA[32] || minn pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

19.01.04.02 || ENPI Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva || AMD || NO || NO || NO || NP

19.08.01 || Politika Ewropea tal-Viċinat – Kooperazzjoni Finanzjarja || DA || NO || NO || NO || NP

|| || || || || ||

3.2.      Impatt stmat fuq in-nefqa Miljun ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Impatt Stmat fuq in-Nefqa

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura 4 – Relazzjonijiet Esterni

|| || || 2011 || 2012 || 213 || Total

|| || || || || ||

Approprjazzjonijiet Operazzjonali || || || || ||

|| || || || || ||

19.08.01 - Politika Ewropea tal-Viċinat – Kooperazzjoni Finanzjarja || Impenji || (1) || 85,000 || 383,750 || 261,750 || 730,500

|| Pagamenti || (2) || 0,000 || 115,125 || 104,700 || 219,825

|| || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi (15) || || || || ||

|| || || || || ||

19.01.04.02 – Krediti amministrattivi tal-ENPI || || (3) || 0,000 || 11,750 || 8,250 || 20,000

|| || || || || ||

Approprjazzjonijiet totali għal DG DEVCO || Impenji || 1+3 || 85,000 || 395,500 || 270,000 || 750,500

|| Pagamenti || 2+3 || 0,000 || 126,875 || 112,950 || 239,825

|| || || || || ||

Approprjazzjonijiet Operazzjonali Totali || Impenji || (4) || 85,000 || 383,750 || 261,750 || 730,500

|| Pagamenti || (5) || 0,000 || 115,125 || 104,700 || 219,825

|| || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || || 0,000 || 11,750 || 8,250 || 20,000

|| || || || || ||

Approprjazzjonijiet totali || Impenji || || 85,000 || 395,500 || 270,000 || 750,500

|| Pagamenti || || 0,000 || 126,875 || 112,950 || 239,825

(15). Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE u/jew ta' azzjonijiet (preċedentement linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

3.2.1.     Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tinħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– X  Il-proposta/inizjattiva tinħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn:

Approprjazzjonijiet ta' impenn f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċiamli)

Indika l-għanijiet u r-riżultati || || || Sena - 2011 || Sena - 2012 || Sena - 2103 || TOTAL

ò || RIŻULTATI

Tip ta' riżultati || Nefqa medja || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totali ta' riżultati || Total

tar-riżultat || tar-riżultati || tar-riżultati || tar-riżultati || Kost

ELEMENT 1 - IT-TRASFORMAZZJONI DEMOKRATIKA U L-BINI TAL-ISTITUZZJONIJIET || || || || || || || ||

Programmi Komptenmsivi ta' Bini tal-Istitutzzjonijiet* || Programm || 40 || 3 || 20 || 3 || 63 || 3 || 42 || 3 || 125

Sħubijiet għall-Mobbiltà* || Programm || 8 || 3 || 5 || 3 || 10 || 3 || 10 || 3 || 25

Subtotal għall-Element 1 || || 25 || || 73 || || 52 || || 150

ELEMENT 2 – SĦUBIJA MAN-NIES || || || || || || || ||

Erasmus Mundis – Mobbiltà tal-Istudenti || Student/sena || 0,035 || 857 || 30 || 1286 || 45 || 1000 || 35 || 3143 || 110

TEMPUS – Kooperazzjoni bejn l-Universitajiet || Proġetti || 0,9 || 6 || 5 || 14 || 12.5 || 14 || 12.5 || 33 || 30

Żgħażagħ - Proġetti || Proġetti || 0,02 || 500 || 10 || 875 || 17,5 || 875 || 17,5 || 2250 || 45

Riżultati oħra || || mhux applikabbli || || 5 || || 11,25 || || 9,75 || || 26

Subtotal għall-Element 2 || || 50 || || 86,25 || || 74,75 || || 211

ELEMENT 3 – TKABBIR U ŻVILUPP EKONOMIKU SOSTENIBBLI U INKLUŻIV || || || || || || || ||

Programmi Pilota ta' Koeżjoni || Programm || 40 || 3 || 0 || 3 || 85 || 3 || 40 || 3 || 125

Programmi pilota fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali || Programm || 30 || 6 || 10 || 6 || 110 || 6 || 65 || 6 || 185

Parteċipazzjoni fi programmi tal-UE** || mhux applikabbli || mhux applikabbli || 5,95 || || 5,95 || || 5,95 || || 5,95 ||

Subtotal għall-Element Nru 3 || || 10 || || 224,5 || || 135 || || 369,5

KOST TOTALI || || 85 || || 383,75 || || 261,75 || || 730,5

*Jitwettaq fil-forma ta' programm multiannwali IB li jkopri perjodu ta' tliet snin. Il-kost medju jirreferu għal 3 snin. **Iffinanzjar imwarrab biex tingħata kontribuzzjoni lill-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab fi programmi tal-UE. Il-kontribuzzjoni individwali tiddependi fuq il-programm u l-pajjiż u ma tistax tiġi stmata. Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi umani jkunu meħtieġa f'delegazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati preċiżament f'dan l-istadju

Nota: Ta' min jenfasizza li l-analiżi tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tagħhom fost l-element, f'dan l-istadju, tista' tkun biss indikaattiva u r-riżultati kif miġjuba hawnhekk huma bbażati fuq stimi inizjali u ġew ippreżentati għal skopijiet illustrattivi.

3.2.2. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.2.1.  Ġabra fil-qosor

– X  Il-proposta/inizjattiva ma tinħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva tinħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn:

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N [34] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi Umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Barra l-INTESTATURA 5[35] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi Umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra l- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || || ||

3.2.2.2.  Stima ta' rekwiżi fejn jidħlu riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tinħtieġx l-użu ta' riżorsi umani

– Il-proposta/inizjattiva tinħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn:

Għandhom jitniżżlu l-ammonti sħaħ tal-istima (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| || Sena 2011 || Sena 2012 || Sena - 2013

Ÿ Postijiet fil-pjan ta' stabbilment (uffiċjali u aġenti temporanju) ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri u l-uffiċċji rappreżentattivi tal-Kummissjoni) || || ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka individwali) || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka Diretta) || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti Full Time: FTE)[36] ||

|| XX 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-"qafas finanzjarju globali") || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || || ||

|| 19 01 04 02 [37] || - fil-Kwartieri[38] || 0 || ||

|| || - fid-delegazzjonijiet || || 131 || 92

|| XX 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || ||

|| 10 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka diretta) || || ||

|| Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || ||

|| TOTAL || || 131 || 92

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jinkisbu bl-użu ta' persunal mid-DĠ li jkun diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew trasferiti fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jiġġestixxi taħt il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Huwa meħtieġ l-użu ta' persunal addizjonal biex imexxu r-riżorsi addizjonali u jimplimentaw l-inizjattivi l-ġodda li huma parti mir-reviżjoni tal-PEV. In-natura tal-attivitajiet il-ġodda li għandhom ikunu implimentati skont ir-reviżjoni tal-PEV, bħal ma huma s-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni, (il-bini ta' istituzzjonijiet, il-kuntatti "tan-nies man-nies" li għandhom jiġu implimentati permezz ta' proġetti żgħar, is-sostenn għas-soċjetà ċivili ...) tinħtieġ ammont sostanzjali ta' persunal biex imexxu u jżommu taħt għajnejhom il-programmi. Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi umani relatati se jkunu meħtieġa f'delegazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati u fl-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (biex jiġġestixxu l-programmi dwar l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura)

Sa fejn il-fondi operazzjonali addizzjonali jkunu ġejjin mit-trasferiment minn oqsfa finanzjarji ta' strumenti oħra, in-nefqa ta' sostenn amministrattiv relatata se tkun riallokata kif ikun jixraq. L-approprjazzjonijiet amministrattivi li għandhom jiġu trasferiti minn oqsfa finanzjarji ta' strumenti oħra jammontaw għal 6,78M € fl-2012 u 8,25M € fl-2013. Dawn l-ammont iservi għat-trasferiment ta', rispettivament, madwar 76 ekwivalenti full-time (FTE) fl-2012 u 92 FTE fl-2013 mill-istrumenti l-oħra.

Il-Kosta tal-Unità għal persunal estern f'Delegazzjonijiet ġie kkalkulat li jiswa 88.937 € li hi l-medja tal-ispiża stmata għal aġent kuntrattwali (134.120€) u l-ispiża stmata ta' aġent lokali (43.754€) fl-AB 2012 għal-linja tal-baġit 19.010402.

Uffiċjali u aġenti temporanji ||

Persunal estern || 131 FTE fis-sena fl-2012 u 92 FTE fis-sena fl-2013 għal kost totali ta' EUR 20 miljun (EUR 11.75 miljun fl-2012 u EUR 8.25 miljun fl-2013)

3.2.3.     Il-kumpatibbiltà mal-qafas finanzjarji multiannwali preżenti

– ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarji multiannwali kurrenti.

– X  Il-proposta/inizjattiva se tkun tirrekjedi pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

L-iffinanzjar addizzjonali għall-attivitajiet identifikati f'din id-dikjarazzjoni se jkunu ffinanzjati fil-biċċa l-kbira permezz tal-programmazzjoni mill-ġdid tal-oqsfa finanzjarji tal-istrumenti tar-relazzjonijiet esterni li huma parti mill-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali għall-benefiċċju tal-ENPI (sew l-approprjazzjonijiet operazzjonali kif ukoll il-krediti amministrattivi).

Għall-2011 il-biċċa l-kbira tal-EUR 85 miljun se jiġu mit-trasferiment tar-riżorsi mill-Istrumenti għall-Koperazzjoni fl-Iżvilupp (EUR 51 miljun) minn tnaqqis ta' kontribuzzjoni tal-UE lejn l-EBRD (EUR 34 miljun).

Għal-2012 il-EUR 395.5 miljun se jiġu minn: 1) il-marġini fl-Intestatura 4 (EUR 241.5) li tinkludi approprjazzjonijiet inizjalment ipprogrammati għall-Istrumenti tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (EUR 89 miljun), l-Istrtument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (EUR 60 miljun) u l-Istrument għall-Istabbiltà (EUR 60 miljun) u 2) l-Istrument tal-Flessibbiltà (EUR 154 miljun).

Għall-2013 huwa previsti li l-EUR 270 miljun addizzjonali jiġu minn trasferiment ta' riżorsi mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (EUR 100 miljun), l-Istrument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni (EUR 60 miljun), l-Istrument għall-Istabbiltà (EUR 70 miljun); kif ukoll minn trasferiment minn strumenti oħra, l-aktar mill-baġit tal-Poltika Estera u ta' Sigurtà Komuni (EUR 40 miljun)[39].

– X  Il-proposta/inizjattiva tirrekjedi l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà[40].

Kif indikat hawn fuq, il-provvista ta' riżorsi addizzjonali biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet deskritti f'din id-dikjarazzjoni jkunu jinħtieġu l-mobbilizzazzjoni tal-istrumenti tal-flessibbiltà fl-2012 għall-valur ta' EUR 154 miljun.

Il-Kummissjoni, mingħajr telf ta' żmien, se tipproċedi bil-preżentazzjoni ta' proposti baġitarji pertinenti lill-Awtorità tal-Baġit (trasferimenti għall-2011, Ittra ta' Emenda għall-2012, ipprogrammar mill-ġdid għall-2013).

3.2.4.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjar minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjar kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċiamli)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-entità ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt Stmat fuq id-Dħul

– X  Il-proposta/inizjaattiva m'għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixellanju

Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li għaddej || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[41]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal il-kolonni kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ............. || || || || || || || ||

Għal dħul assenjat mixellanju, speċifika l-linja/i ta' nefqa tal-baġit affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodi li bih jiġi kkalkulat l-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1]           Il-Viċinat Ewropew jinkludi l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libja, il-Libanu, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Marokk, it-Territorji okkupati tal-Palestina, is-Sirja, it-Tuneżija, u l-Ukrajna.

[2]               COM(2011) 200 tat-8.03.2011.

[3]               Filwaqt li l-għanijiet u l-modalitajiet finanzjarji u maniġerjali ta' din id-Dotazzjoni se jkunu differenti minn strumenti oħra ta' demokratizzazzjoni, huma għandhom jiġu applikati bil-ħsieb li jissaħħu s-sinerġiji u l-koerenza.

[4]               Il-FEI għandu esperjenza speċifika bħal fornitur ta' iffinanzjar tar-riskju lil impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-UE u f'pajjiżi involuti fit-tkabbir kif ukoll netwerk estensiv ta' kuntatti kummerċjali. Huwa għandu għalhekk il-pożizzjoni ideali biex jippromwovi l-investimenti ta' SMEs tal-UE fil-pajjiżi sħab.

[5]               L-ambitu tal-Programm tal-Viċinat Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (PVEAIR) inkluż fil-Komunikazzjoni "Sħab għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran" (COM (2011) 200 se jiġi mwessa' biex ikun ikopri wkoll il-viċinat tal-Lvant.

[6]               Ara COM (2006)726, 4.12.2006, It-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

[7]           TAIEX huwa l-istrument għall-Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni li huwa ġestit mis-servizzi tal-Kummissjoni TAIEX isostni pajjiżi sħab fejn jidħlu l-approssimazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Huwa jitmexxa fil-biċċa l-kbira mid-domanda u jiffaċilita l-għoti ta' kompetenza esperta xierqa skont il-bżonn partikolari, biex jiġu indirizzati kwistjonijiet li jinqalgħu ta' malajr. http://ec.europa.eu/enlargement/taiex/what-is-taiex/index_en.htm

[8]               Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Inizjattiva EU 2020 "Ewropa effiċjenzi fl-użu tar-riżorsi" COM(2011)21, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib ma' sħab kruċjali inkluż dawk fil-viċinat.

[9]               COM(2006) 724, 4.12.2006.

[10]             COM(2011) 248 finali, 4.5.2011

[11]             Il-Kummissjoni se tiffinanzja l-bini tal-kapaċitajiet skont l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI).

[12]             F'konformità mal-Komunikazzjini dwar Djalogu għall-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mal-pajjiżi fin-nofsinhar tal-Mediterran – COM(2011)292/3

[13]             Dawn huma: Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri l-Impriżi Żgħar u Medji; is-Swieq tal-Elettriku Reġjonali, l-Effiċjenza tal-Enerġija u s-Sorsi tal-Enerġija li Jiġġeddu; il-Prevenzjoni, l-istat ta' Tħejjija u r-Reazzjoni għal Diżastri Naturali u kkawżati mill-Bniedem; il-Governanza Ambjentali.

[14]             Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma – COM (2010) 171 : http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0171:FIN:MT:PDF.

[15]             COM(2011) 200.

[16]             L-istat avvanzat, ibbażat fuq l-implimentazzjoni tajba tal-Pjan ta' Azzjoni tal-PEV, kien ingħata lill-Marokk fl-2008 u lill-Ġordan fl-2010. Jista' jiġi estiż tal-pajjiżi oħra tan-Nofsinhar fi ħdan il-PEV li jkunu jagħmlu progress fir-riformi. Skont liema jkun il-pajjiż, jista' jinvolvi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni politika u ta' sigurtà, konċessjonijiet kummerċjali u integrazzjoni akbar fis-Suq Intern tal-UE kif ukoll sostenn finanzjarju addizzjonali għar-riformi. Huwa bbażat fuq Pjan ta' Azzjoni ġdid u aktar komprensiv.

[17]             COM (2011) 292/3

[18]             Il-proposti tal-Kummissjoni se jiġu ppreżentati aktar tard din is-sena.

[19]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività.

[20]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[21]             COM(2011) 200, 8.3.2011

[22]             L-ammont eżatt li għandu jiġi mmobolizzat skont l-IgħS ikun jiddeġendi fuq l-identifikazzjoni ta' proġetti xierqa. F'każ li dawn il-proġett jammontaw għal anqas minn 40 miljun il-bilanċ jiġi ttrasferit lejn l-ENPI.

[23]             Jekk il-Kunsill u l-Parlament jaqblu biex ukoll iżidu l-limitu massimu tal-Viċinat tal-Lvant fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tal-mandat estern tal-BEI, l-ammont neċessarju jitwarrab biex jiġi alimentat il-Fond ta' Garanzija. Ta' min wieħed jinnota li, f'konformità mar-Regolament tal-Fond Garantit (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009), l-għoti neċessarju see iseħħ fuq perjodu ta' diversi snin li jibdew mill-2013.

[24]             L-ammont eżatt li għandu jiġi mmobbilizzat skont l-istrument ikun jiddependi fuq il-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiżi eliġibbli għall-MFA, identifikati fil-kuntest tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u ta' programmi ta' riforma implimentati bis-sostenn tal-FMI. F'każ li l-ammont ta' programmi MFA jkun anqas minn 100 miljun il-bilanċ jiġi trasferit lejn l-ENPI.

[25]             Ara l-konklużjonijiet ewlenin tal-"Evalwazzjoni tar-Regolament MEDA II u tal-implimentazzjon tiegħu" (Ġunju 2009)

[26]             Kif jidher, pereżempju, mill-konklużjonijiet tal-Evalwazzjoni tal-operazzjonijiet b'sostenn għall-Baġit fit-Tuneżija (Novembru 2010)

[27]             Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fil-websajt BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[28]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[29]             Is-sistema ta' sorveljanza orjentata lejn ir-riżultati (SOR) tippermetti apprezzament rapidu tal-prestazzjoni ta' proġett jew ta' programm, kif ukoll tal-implikazzjonijiet aktar wiesa' u jipprovdi lill-Kummissjoni b'pariri indipendenti dwar il-portafoll tal-proġett tiegħu. Li jkun hemm approċċ wieħed konsistenti jiżgura li l-Kummissjoni jkollha dejta kumparabbli għar-reġjuni kolha fejn hija tipprovdi assistenza esterna.

[30]             Dawn se jawtorizzaw lill-Kummissjoni (l-OLAF) twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996.

[31]             AD=Approprjazzjoni differenzjata / AMD = Approprjazzjoni Mhux Differenzajata

[32]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association)

[33]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi li huma kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[34]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[35]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[36]             AK = Aġent kuntrattwali; INT= Persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; SNE + Espert Nazzjonali Sekondat;

[37]             Anqas mil-limitu stabbilit għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (ex-linji "BA").

[38]             Essenzjament għal Fondi Sturutturali, il-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[39]             Għandu jiġi inizjat abbażi tal-proposta mir-Rappreżentant Għoli u skont ir-regoli speċifiċi li japplikaw għall-baġit tal-PESK.

[40]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[41]             Fejn jidħlu r-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji tad-dwana, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta' 25% għal-kosti ta' kollezzjoni.

Top