EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0494

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata SEG(2010) 1097 final

/* KUMM/2010/0494 finali - COD 2010/0257 */

52010PC0494

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata SEG(2010) 1097 final /* KUMM/2010/0494 finali - COD 2010/0257 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.9.2010

KUMM(2010) 494 finali

2010/0257 (COD)

Propos ta għal

REG OLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata SEG(2010) 1097 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fl-10 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea - COM(2007) 575 (‘Blue Paper’). Din il-Komunikazzjoni tkellmet favur il-ħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politika integrata, koerenti u magħquda ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi. Għalhekk, il-Politika Marittima Integrata tippromwovi approċċ trans-settorjali għall-governanza marittima. Hija trawwem l-identifikazzjoni u l-isfruttar ta’ sinerġiji bejn il-linji politiċi kollha tal-UE relatati mal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi – jiġifieri l-linji politiċi dwar l-ambjent, l-affarijiet marittimi, it-trasport, l-enerġija, ir-riċerka, l-industrija, is-sajd u l-politika reġjonali.

Il-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni – SEC(2007) 1278 jistabbilixxi għadd ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tieħu bħala l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ politika marittima ġdida u integrata għall-Unjoni Ewropea. Wara stedina tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2007, li approva l-Politika Marittima Integrata tal-UE[1], nhar il-15 ta’ Ottubru 2009, il-Kummissjoni adottat Rapport tal-Progress dwar il-Politika Marittima Integrata tal-UE.[2] F’dan ir-Rapport tal-Progress, il-Kummissjoni ġabret il-kisbiet ewlenin tal-Politika Marittima Integrata (IMP -Integrated Maritime Policy) u wittiet it-triq għall-fażi ta’ implimentazzjoni tagħha li jmiss.[3]

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali għamel enfasi fuq l-importanza tal-finanzjament għall-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-IMP billi stieden ‘lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti meħtieġa għall-finanzjament ta’ azzjonijiet tal-politika marittima integrata fi ħdan il-Perspettiva Finanzjarja eżistenti, bil-ħsieb li jiddaħħlu fis-seħħ sal-2011’.

L-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata fuq il-linji stabbiliti mill-Kummissjoni u approvati mill-Kunsill jinsabu f’riskju minħabba li ma hemmx mezzi biżżejjed biex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet meħtieġa matul il-bqija tal-perjodu (2011 – 2013) tal-Perspettiva Finanzjarja attwali. Sa issa, l-azzjonijiet tal-IMP kienu qegħdin jiġu ffinanzjati fuq il-bażi tal-Artikolu 49 (6) (a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 32 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, li jipprovdu għall-finanzjament ta’ skemi pilota u proġetti preparatorji.[4] L-iskemi pilota u l-azzjonijiet preparatorji relatati mal-Politika Marittima Integrata jistgħu jiġu ffinanzjati biss sal-aħħar tal-2010.

Hemm bżonn ta’ bażi finanzjarja modesta u kontinwa sabiex l-UE tkun tista’ timplimenta u tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata u ssegwi l-għanijiet prijoritarji kif stabbiliti fil-Blue Paper tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009, u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009. Dan il-finanzjament sejjer jippermetti lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-partijiet interessati, biex ikomplu x-xogħol esploratorju li diġà beda permezz ta’ azzjonijiet preparatorji u proġetti pilota, u biex ikomplu jiżviluppaw u jikkonkretizzaw l-għażliet għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata fuq il-linji stipulati fir-Rapport tal-Progress tal-15 ta’ Ottubru 2009.

E VALWAZZJONI EX ANTE

Din il-proposta leġiżlattiva ma tiddefinixxi ebda politika ġdida u lanqas ma tistabbilixxi xi miri ġodda. F’dan l-istadju mhux mistenni li jkun hemm impatt sinifikanti jew implikazzjonijiet politiċi ġodda. Huwa għalhekk li l-proposta mhijiex akkumpanjata minn Valutazzjoni tal-Impatt. Jekk xi miżuri ta’ segwitu x’aktarx li jkollhom impatt sinifikanti jew implikazzjonijiet politiċi, dawn ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet speċifiċi tal-impatt.

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex-ante tal-aktar aspetti dettaljati tal-Programm ta’ finanzjament propost skont l-Artikolu 27 (4) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 21 (1) tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Din l-evalwazzjoni ex-ante, li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva, tagħti, fost l-oħrajn, ħarsa ġenerali lejn il-Programm ta’ finanzjament propost. Hija tagħti attenzjoni partikolari lill-kuntest politiku, id-definizzjoni tal-problema, l-għanijiet ewlenin tal-Programm, il-valur miżjud tal-involviment finanzjarju tal-Komunità u l-għażliet/alternattivi politiċi ewlenin li għandhom jiġu vvalutati.

It-tliet alternattivi politiċi identifikati fl-evalwazzjoni ex-ante huma dawn li ġejjin:

1. Li ma tittieħed ebda azzjoni ulterjuri;

2. Kontribuzzjoni finanzjarja modesta tal-UE, f’livell ogħla b’mod raġonevoli meta mqabbla mal-proġetti pilota u preparatorji sa issa, għall-esplorazzjoni ulterjuri tal-għażliet u l-implimentazzjoni stabbli tal-IMP hekk kif tiżviluppa;

3. Finanzjament komprensiv.

Dawn it-tliet għażliet politiċi ewlenin ġew ikkunsidrati għad-direzzjonijiet strateġiċi tal-IMP li ġejjin[5]:

- Governanza marittima integrata fil-livelli kollha;

- Attivitajiet fir-rigward tal-baċiri tal-baħar;

- Għodod trasversali għat-Tfassil tal-Politika Integrata;

- Id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

- Il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-IMP u t-tmexxija tal-Ewropa f’dan il-qasam;

- It-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi u l-innovazzjoni;

- Iż-żieda tal-viżibbiltà tal-Ewropa marittima;

Kull għażla politika disponibbli ġiet ivvalutata skont il-kriterji li ġejjin: (i) l-effikaċja tal-għażla fil-ksib ta’ għanijiet partikolari u l-benefiċċji korrispondenti; (ii) il-fattibilità tal-għażliet magħżula; (iii) l-implikazzjoni tal-ispejjeż għall-baġit tal-UE.

Is-sejbiet ewlenin huma mqabbla fit-tabella ta’ hawn taħt:

VALUTAZZJONI GĦAŻLIET | Effikaċja fil-ksib ta’ għanijiet partikolari u l-benefiċċji korrispondenti Għolja (+++) Medja (+/-) Baxxa (---) | Fattibbiltà Għolja (+) Medja (+/-) Baxxa (-) | Implikazzjoni tal-ispejjeż għall-baġit tal-UE Pożittiva (+għal+++) Negattiva (-għal---) | Valutazzjoni ġenerali Pożittiva (+għal+++) Negattiva (-għal---) |

Għażla 1 Ebda azzjoni speċifika | --- | + | Approprjazzjonijiet - Riżorsi Umani - Nefqa amministrattiva - | - |

Għażla 2 Kontribuzzjoni finanzjarja modesta tal-UE | +++ | + | Approprjazzjonijiet + Riżorsi Umani + Nefqa amministrattiva + | + |

Għażla 3 Finanzjament komprensiv | +++ | - | Approprjazzjonijiet +++ Riżorsi Umani ++ Nefqa amministrattiva ++ | - |

Ma tittieħed ebda azzjoni ulterjuri (Għażla 1):

Jidher ċar li Għażla 1 hija waħda fattibbli u li ma hemm ebda implikazzjoni tal-ispejjeż għall-baġit tal-UE. Min-naħa l-oħra, li ma titteħidx azzjoni ulterjuri, f’termini tan-nuqqas ta’ finanzjament ta’ azzjonijiet u attivitajiet fuq il-Politika Marittima Integrata għall-perjodu 2011-2013, ikun ifisser li ma jinkisbux l-għanijiet speċifiċi u ġenerali partikolari tal-Programm.

Min-naħa tiegħu, dan jimplika li l-Kummissjoni mhijiex sejra tilħaq l-għanijiet politiċi stabbiliti fil-Blue Paper tagħha ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009 u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009. Dan il-falliment huwa biżżejjed sabiex tiġi eskluża Għażla 1.

Kontribuzzjoni finanzjarja modesta tal-UE (Għażla 2):

Din għandha impatt fuq il-baġit tal-UE. Min-naħa l-oħra, Għażla 2 tippreżenta diversi vantaġġi. Hija għażla fattibbli u kost-effettiva, li għandha tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ksib tal-għanijiet deskritti fis-sezzjoni 2.3. Hija għandha tippermetti lill-UE tkompli tesplora l-għażliet għall-iżvilupp ulterjuri tal-IMP u tibda timplimenta permezz ta’ azzjoni konkreta f’ċerti oqsma. Din l-għażla għandha b’hekk tiżgura l-implimentazzjoni soda u rapida tal-Politika Marittima Integrata fuq medda ta’ żmien qasir kif ukoll fit-tul.

Finanzjament komprensiv (Għażla 3):

Din l-Għażla sejra tagħmel ħafna biex tgħin b’mod konsiderevoli lill-Kummissjoni tilħaq l-għanijiet u l-prijoritajiet partikolari għall-IMP. Min-naħa l-oħra, Għażla 3 mhijiex possibbli f’dan l-istadju. Din l-għażla mhijiex politikament fattibbli minħabba li, f’dan l-istadju ta’ żvilupp tal-IMP, ma jkunx possibbli li jitħallsu ammonti sostanzjalment ogħla minn dawk diġà previsti. Dan minħabba li la l-Istati Membri u lanqas il-Kummissjoni ma għandhom għażliet politiċi konkreti li fuqhom jistgħu jintefqu l-flus addizzjonali. Il-Kummissjoni lanqas ma għandha r-riżorsi umani meħtieġa biex tamministra dan il-finanzjament komprensiv. Barra minn hekk, ma jkunx għaqli li jiġi implimentat finanzjament komprensiv mingħajr ma l-ewwel jiġu ttestjati l-kunċetti fuq skala aktar limitata.

Konsegwentement, meta wieħed iqis il-limitazzjonijiet tal-għażliet 1 u 3 u l-interess qawwi tal-Komunità sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-IMP fuq medda ta’ żmien qasir sa medju, is-soluzzjoni xierqa tidher li hija kontribuzzjoni finanzjarja modesta tal-UE biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-IMP fuq il-Politika Marittima Integrata għall-perjodu 2011-2013.

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-Politika Marittima Integrata tal-UE ma għandha ebda bażi legali espliċita fit-Trattat. Madankollu, hija tkopri ħafna linji politiċi settorjali tal-UE relatati mal-ibħra u l-kosti, bħas-sajd, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, it-trasport, l-industrija, il-koeżjoni territorjali, ir-riċerka, l-ambjent, l-enerġija u t-turiżmu. Huwa għalhekk li l-att leġiżlattiv propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 74 u 77(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2).

Su ssidjarjetà u Proporzjonalità

Kif enfasizzat fil-Blue Paper ta’ Ottubru 2007 u l-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjaha, kwalunkwe azzjoni tal-UE li għandha l-għan li tkompli tiżviluppa u timplimenta l-Politika Marittima Integrata għandha tiġi segwita bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Fil-qasam tal-Politika Marittima Integrata, il-bażi loġika għal azzjoni fil-livell tal-UE tirriżulta min-natura trans-settorjali u transnazzjonali tal-attivitajiet involuti u s-sinerġiji fost il-linji politiċi settorjali. L-għan huwa li tiġi żviluppata strateġija komprensiva għat-tkabbir u s-sostenibbiltà għall-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u l-elementi trasversali tas-setturi marittimi. Każijiet partikolari inkwistjoni huma l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-għodod politiċi trasversali u l-azzjonijiet marittimi trans-settorjali, u mad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata minħabba l-aspetti transkonfinali tagħhom. Dawn l-għodod u attivitajiet jinkludu l-ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE, l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu, il-ġestjoni integrata taż-żoni kostali u n-netwerk ta’ għarfien u data marittima.

L-azzjoni fuq il-livell tal-Unjoni mmirata għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata ma taffettwax b’mod negattiv il-miżuri simili li jittieħdu fl-Istati Membri jew fir-reġjuni. Minflok, l-azzjonijiet trans-settorjali meħuda f’livell differenti ta’ gvern jikkumplimentaw u jtejbu lil xulxin b’mod reċiproku. Il-potenzjal sħiħ għall-aħjar tfassil tal-politika marittima mhuwiex sejjer jinħasad sakemm l-approċċ integrat ma jinxteridx f’kull livell tal-gvern.[6] Għalhekk, l-azzjoni meħuda fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-Politika Marittima x’aktarx li tipproduċi benefiċċji ċari minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, imqabbla mal-attivitajiet u l-azzjonijiet segwiti biss fil-livell tal-Istati Membri u r-reġjuni. Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2009 dwar ir-Rapport tal-Progress tal-IMP tal-15 ta’ Ottubru, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-attivitajiet tagħhom bir-rispett dovut għas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, filwaqt li laqa’ l-ħidma tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll l-orjentazzjonijiet futuri fuq l-IMP.

Skont l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-prinċipju tal-proporzjonalità, l-azzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tmur ’lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġew stabbiliti. Il-proposta preżenti fuq l-IMP tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li, fil-qasam tal-Politika Marittima Integrata, l-azzjoni tal-Unjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex l-għanijiet stabbiliti jintlaħqu b’mod sodisfaċenti. Hija tħalli kemm jista’ jkun spazju għal teħid ta’ deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali, u tirrispetta l-arranġamenti nazzjonali u s-sistemi legali stabbiliti sewwa.

L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni fuq il-Politika Marittima Integrata tagħti valur akbar lill-miżuri li qegħdin jieħdu diġà l-Istati Membri, u tipprovdi riżorsi addizzjonali għal dawk li l-Istati Membri qegħdin jonfqu diġà. Dawn ir-riżorsi huma proporzjonati minħabba li jippermettu lill-Istati Membri, lir-reġjuni jew lill-partijiet interessati reġjonali li jilħqu l-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata b’mod aktar effettiv.[7]

SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-GħANIJIET TAL-PROPOSTA

Hemm bżonn ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm biex jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata. L-għan ġenerali tal-Programm propost huwa li jipprovdi finanzi adegwati biex tkompli tiġi żviluppata u implimentata l-Politika Marittima Integrata. Din l-azzjoni sejra tkun ibbażata fuq il-Blue Paper u l-Pjan ta’ Azzjoni adottati mill-Kummissjoni fl-2007, u ssegwi minn azzjonijiet preparatorji u proġetti pilota li għandhom jiġu mnedija minn Jannar 2011 sa Diċembru 2013.

B’mod partikolari, kif tistipula l-proposta fl-Artikolu 1 u l-Artikolu 2, l-azzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm propost sejrin jimmiraw li jgħinu sabiex jintlaħqu l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-miri li ġejjin stabbiliti fil-Blue Paper tal-2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress tal-2009 u approvati mill-Kunsill fis-16 ta’ Novembru 2009:

- l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-governanza marittima integrata u l-approċċi integrati fl-Istati Membri u r-reġjuni kostali;

- l-implimentazzjoni soda u rapida tal-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar madwar l-Ewropa mfassla għall-ħtiġijiet ta’ kull reġjun marittimu;

- l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ għodod trasversali għat-tfassil ta’ politika integrata, inkluż in-Netwerk Ewropew ta’ Osservazzjoni Marittima u Data, li jintegra s-sorveljanza marittima permezz tat-twaqqif ta’ Ambjent Komuni ta’ Qsim tal-Informazzjoni, l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u l-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali;

- id-definizzjoni ulterjuri, għas-snin li ġejjin, tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema;

- il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata permezz tat-titjib u t-trawwim tad-djalogu, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ pajjiżi terzi, inklużi dawk li jmissu ma’ baċir tal-baħar Ewropew, jew atturi fil-pajjiżi terzi, kif ukoll ma’ msieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali fuq il-Politika Marittima Integrata, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-azzjonijiet żviluppati fil-linji politiċi settorjali;

- it-tqegħid ta’ fokus imġedded fuq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi u l-innovazzjoni;

- iż-żieda tal-viżibbiltà tal-Ewropa Marittima, u l-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-qsim tal-informazzjoni, l-iskambju tal-aqwa prattiki, l-isfruttament u t-tisħiħ tas-sinerġiji u d-djalogu ma’ u fost il-partijiet interessati fuq il-governanza marittima u l-linji politiċi settorjali li jħallu impatt fuq l-oċeani, l-ibħra u l-kosti, jew it-twaqqif ta’ pjattaformi u netwerks ta’ kooperazzjoni trans-settorjali fuq livell orizzontali u fuq livell tal-baċir tal-baħar.

IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Skont ir-Regolament propost, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata huwa stabbilit għal EUR 50 000 000 u sejjer ikun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riallokazzjoni tar-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

2010/0257 (COD)

Proposta għal

REG OLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 74 u 77(2), l-Artikolu 91(1) u 100(2), l-Artikolu 173(3), l-Artikolu 175, l-Artikolu 188, l-Artikolu 192(1), l-Artikolu 194(2) u l-Artikolu 195(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9],

Wara li ppreżentaw il-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

Billi jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

4. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – COM(2007) 575 tal-10 ta’ Ottubru 2007, tgħid li l-għan primarju tal-Politika Marittima Integrata huwa li tiżviluppa u timplimenta politika integrata, koerenti u magħquda ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-oċeani, l-ibħra, ir-reġjuni kostali u s-setturi marittimi.

5. Il-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – SEC(2007) 1278 jistabbilixxi numru ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tieħu bħala l-ewwel pass fl-implimentazzjoni ta’ Politika Marittima Integrata ġdida għall-Unjoni Ewropea.

6. Ir-Rapport tal-Progress dwar il-Politika Marittima Integrata tal-UE tal-15 ta’ Ottubru 2009 jiġbor il-kisbiet ewlenin tal-Politika Marittima Integrata sa issa, u twitti t-triq għall-fażi ta’ implimentazzjoni tagħha li jmiss.

7. Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali għamel enfasi fuq l-importanza tal-finanzjament għall-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-IMP billi stieden ‘lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti meħtieġa għall-finanzjament ta’ azzjonijiet tal-politika marittima integrata fi ħdan il-Perspettiva Finanzjarja eżistenti, bil-ħsieb li jiddaħħlu fis-seħħ sal-2011’.[10]

8. Hemm bżonn ta’ bażi finanzjarja kontinwa tal-Unjoni sabiex l-UE tkun tista’ timplimenta u tkompli tiżviluppa l-Politika Marittima Integrata skont ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar il-Politika Marittima Integrata[11] u ssegwi l-għanijiet prijoritarji kif stabbiliti fil-Blue Paper tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2007, ikkonfermati fir-Rapport tal-Progress ta’ Ottubru 2009 u approvati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2009.

9. Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun imfassal biex jappoġġja l-ħidma esploratorja fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-għanijiet strateġiċi tal-Politika Marittima Integrata, inkluża l-governanza marittima integrata fil-livelli kollha, l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-baċiri tal-baħar differenti tal-Ewropa, id-definizzjoni tal-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, li tikkostitwixxi l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata, billi tingħata attenzjoni xierqa għall-impatti kumulattivi tagħhom, fuq il-bażi tal-approċċ tal-ekosistema, l-involviment ulterjuri tal-partijiet interessati fl-iskemi tal-governanza marittima integrata, l-iżvilupp ulterjuri ta’ għodod trasversali għat-tfassil tal-politika integrata, il-promozzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata, u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

10. Mhux il-prijoritajiet u l-miri kollha tal-Politika Marittima Integrata huma koperti minn strumenti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għas-Sajd, is-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) u l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija u, għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-Programm’).

11. L-implimentazzjoni tal-Programm fil-pajjiżi terzi għandha tikkontribwixxi għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-pajjiż benefiċjarju u tkun konsistenti ma’ strumenti oħrajn ta’ kooperazzjoni tal-UE, inklużi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-linji politiċi rilevanti tal-UE.

12. Il-Programm għandu jikkumplimenta lill-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri magħmulin disponibbli mill-Istati Membri, fuq livell nazzjonali u sub-nazzjonali, għall-promozzjoni tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u l-kosti.

13. Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw l-ipprogrammar tal-miżuri, l-eliġibbiltà tal-infiq, il-livell tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ewlenin li fuqhom għandu jkun disponibbli u l-baġit globali tal-Programm.

14. Il-Programm għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ 'ir-Regolament Finanzjarju'[[12]] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[[13]].

15. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun possibbli li jiġi ffinanzjat l-infiq relatat mal-monitoraġġ, il-verifiki u l-evalwazzjoni.

16. Il-programmi ta’ ħidma annwali stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-Programm għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[[14]].

17. Fir-rigward tal-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jeħtieġ li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej [[15]], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra [[16]], u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) [[17]].

18. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni, l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu evalwati b’mod regolari.

19. Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu weħidhom u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-Programm, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-miżuri maħsuba biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ "il-Programm").

Artikolu 2

Għanijiet Ġenerali

Il-Programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a) li jrawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali u l-istrateġiji integrati tal-baċiri tal-baħar;

(b) li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodod li jinqasmu fil-linji politiċi settorjali relatati mal-baħar u l-kosta;

(c) li jappoġġja t-tfassil ta’ politika magħquda u li jippromwovi l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-innovazzjoni u l-impjiegi fis-setturi marittimi u r-reġjuni kostali, b’koerenza mal-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-politika settorjali;

(d) li jkompli jiddefinixxi l-limiti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet umani li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, fil-qafas tad-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima;

(e) li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni esterna u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-għanijiet tal-Politika Marittima Integrata.

Artikolu 3

Għanijiet Speċifiċi

1. Skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) (b) (c) (d) il-Programm għandu jimmira li:

(a) iħeġġeġ lill-Istati Membri jew reġjuni biex jiżviluppaw jew jintroduċu l-governanza marittima integrata;

(b) jistimula u jsaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost il-partijiet interessati fuq kwistjonijiet trasversali relatati mal-Politika Marittima Integrata;

(c) jiffaċilita l-isfruttament tas-sinerġiji, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki dwar il-politika marittima, inkluż il-governanza u l-linji politiċi settorjali li għandhom impatt fuq l-ibħra reġjonali jew ir-reġjuni kostali jew

(d) jippromwovi n-netwerks u l-pjattaformi tal-kooperazzjoni trans-settorjali, inklużi interessi mill-industrija, partijiet interessati fil-qasam tar-riċerka, reġjuni, awtoritajiet pubbliċi u NGOs;

(e) jiffaċilita l-iżvilupp ta’ metodi u approċċi komuni;

2. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(b), il-Programm għandu jimmira li jrawwem l-iżvilupp ta’:

(a) ambjent komuni ta’ qsim tal-informazzjoni għall-qasam marittimu tal-UE li jippromwovi attivitajiet ta’ sorveljanza trans-settorjali u transkonfinali u jsaħħaħ l-użu sikur u mingħajr periklu tal-ispazju marittimu, billi jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi rilevanti tal-linji politiċi settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u jikkontribwixxi, kif xieraq, għall-evoluzzjonijiet meħtieġa tagħhom;

(b) Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u ġestjoni integrata taż-żoni kostali, li t-tnejn jipprovdu għodda fundamentali għall-ġestjoni bbażata fuq l-eko-sistema u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni marittimi u r-reġjuni kostali;

(c) data marittima komprensiva u aċċessibbli għall-pubbliku u bażi ta’ għarfien ta’ kwalità għolja li tiffaċilita l-qsim, l-użu mill-ġdid u t-tixrid ta’ dawn id-data fost diversi gruppi ta’ utenti u tiżgura l-viżwalizzazzjoni tal-informazzjoni marittima permezz ta’ għodod ibbażati fuq l-internet;

3. Skont l-għan stabbilit fl-Artikolu 2(e) u filwaqt li jikkomplimenta l-linji politiċi settorjali, il-Programm għandu jimmira li jtejjeb u jżid il-kooperazzjoni għall-azzjonijiet trans-settorjali integrati ma’:

(a) pajjiżi terzi, inklużi dawk bi fruntieri ma’ baċir tal-baħar Ewropew,

(b) atturi f'pajjiżi terzi,

(c) imsieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-impenji internazzjonali ta’ restawr tal-ekosistema u ftehimiet pertinenti oħrajn;

4. L-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom jiġu segwiti skont l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 u b’koerenza mal-istrumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

Artikolu 4

Azzjonijiet eliġibbli

Il-Programm jista’ jipprovdi assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, bħal:

(a) studji u programmi kooperattivi;

(b) informazzjoni pubblika u l-qsim tal-aqwa prassi, tqajjim ta’ kuxjenza u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni assoċjati, inklużi avvenimenti u kampanji ta’ pubbliċità, u l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-websajts;

(c) konferenzi, seminars, workshops, u fora tal-partijiet interessati;

(d) il-ġbir, il-monitoraġġ, il-viżwalizzazzjoni u l-iżgurar tal-aċċess pubbliku għal ammont sinifikanti ta’ data, l-aqwa prassi u database fuq proġetti reġjonali ffinanzjati mill-Unjoni, inkluż, fejn xieraq, permezz ta’ segretarjat għal wieħed jew aktar minn dawn l-għanijiet;

(e) azzjonijiet relatati ma’ għodod trasversali, inklużi proġetti b’test.

Artikolu 5

T ip ta’ intervent finanzjarju

1. L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista’ tieħu l-forom legali li ġejjin:

(a) għotjiet;

(b) kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi;

(c) arranġamenti amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

2. Kemm l-għotjiet għall-azzjonijiet kif ukoll l-għotjiet operattivi jistgħu jingħataw taħt il-Programm. Għajr jekk jiġi pprovdut mod ieħor fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ "Regolament Finanzjarju"), il-benefiċjarji tal-għotjiet jew tal-kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi għandhom jintgħażlu wara sejħa għall-proposti jew sejħa għall-offerti.

Artikolu 6

Benefiċjarji

1. L-assistenza finanzjarja taħt il-Programm tista’ tingħata lil persuni naturali jew legali, kemm jekk irregolata minn liġi privata jew minn liġi pubblika, inklużi aġenziji tal-Unjoni.

2. Mill-Programm jistgħu jibbenifikaw pajjiżi terzi, partijiet interessati fil-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali li jsegwu wieħed jew aktar mill-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3.

3. L-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fi proċedura għandha tiġi speċifikata fis-sejħa għall-proposti jew is-sejħa għall-offerti rilevanti.

Artikolu 7

Proċeduri ta’ implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Programm skont ir-Regolament Finanzjarju.

2. Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, tadotta l-programmi ta’ ħidma annwali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

3. Fir-rigward tal-għotjiet, il-programm ta’ ħidma annwali għandu jistabbilixxi fid-dettall:

(a) il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jiġu ssodisfati u r-riżultati previsti bl-approprjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

(b) it-titoli u s-suġġett tal-azzjonijiet;

(c) il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni;

(d) il-kriterji essenzjali tal-għażla u l-aġġudikazzjoni li għandhom jintużaw biex jintgħażlu l-proposti;

(e) jekk rilevanti, iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-aġġudikazzjoni ta’ għotja mingħajr sejħa għall-proposti fuq il-bażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 168 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002;

(f) il-baġit massimu u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament għal kull azzjoni u, jekk ikunu previsti rati differenti, il-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

(g) l-iskeda ta’ żmien tas-sejħiet għall-proposti.

4. Fir-rigward tal-kuntratti ta’ akkwisti pubbliċi, il-programm annwali għandu jistabbilixxi fid-dettall:

(a) it-titoli u s-suġġett tal-azzjonijiet;

(b) il-baġit massimu għal kull azzjoni;

(c) l-għan tal-azzjonijiet;

(d) il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni;

(e) il-kwadru ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta’ akkwisti

5. L-azzjonijiet taħt l-Artikolu 9 ma għandhomx jiġu koperti mill-programm ta’ ħidma annwali.

Artikolu 8

Riżorsi baġitarji

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun stabbilit għal EUR 50 000 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2. Ir-riżorsi baġitarji allokati għall-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 9

Assist enza Teknika

1. Il-pakkett finanzjarju stabbilit taħt l-Artikolu 8 jista’ jkopri wkoll infiq meħtieġ relatat ma’ kwalunkwe azzjoni preparatorja, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni meħtieġa direttament sabiex ir-Regolament jiġi implimentat b’mod effettiv u effiċjenti u sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

2. L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, infiq fuq għodda tal-informatika, sistemi u netwerks u kwalunkwe assistenza u kompetenza teknika, xjentifika u amministrattiva oħra mitluba mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Monitoraġġ

1. Il-benefiċjarju tal-assistenza teknika għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma ffinanzjata mill-Programm. Għandu jiġi sottomess ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta’ kull proġett.

2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mal-korpi jew dipartimenti nazzjonali kompetenti ta’ verifika skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew kwalunkwe spezzjoni mwettqa skont l-Artikolu 322(1)(b) tat-Trattat, l-uffiċjali u persunal oħrajn tal-Kummissjoni għandhom iwettqu verifiki fuq il-post, inklużi verifiki kampjuni fuq proġetti u miżuri oħrajn iffinanzjati taħt il-Programm biex jiċċekkjaw, b’mod partikolari, il-konformità mal-għanijiet tal-Programm u l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet kif stabbilit fl-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.

3. Il-kuntratti u l-ftehimiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jipprovdu, b’mod partikolari, għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew minn kwalunkwe rappreżentant li tista’ tawtorizza l-Kummissjoni, u għall-verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, jekk ikunu meħtieġa, fuq il-post.

4. Il-benefiċjarju tal-assistenza finanzjarja għandu jżomm disponibbli għall-Kummissjoni, għal perjodu ta’ ħames snin wara l-aħħar ħlas fir-rigward ta’ kwalunkwe proġett, id-dokumenti kollha ta’ sostenn rigward l-infiq fuq dak il-proġett.

5. Fuq il-bażi tar-riżultati tar-rapporti u l-verifiki kampjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, taġġusta l-iskala jew il-kundizzjonijiet tal-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja approvata oriġinarjament, kif ukoll l-iskeda ta’ żmien għall-ħlasijiet.

6. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi l-oħrajn kollha meħtieġa biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu kif suppost u b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 11

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-Programm, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’:

(a) l-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħrajn,

(b) verifiki effettivi,

(c) l-irkupru tal-ammonti li għadhom ma tħallsux u,

(d) l-applikazzjoni ta’ pieni effettivi, proporzjonali u dissważivi, jekk jinstabu xi irregolaritajiet.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha taġixxi skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

3. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta’ assistenza finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk hija ssib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew ftehim tal-għoti tal-assistenza finanzjarja inkwistjoni, jew jekk jidher li, mingħajr ma tkun tfittxet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni kienet soġġetta għal bidla li tmur kontra n-natura jew il-kundizzjonijiet implimentattivi tagħha.

4. Jekk il-limiti taż-żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-assistenza finanzjarja allokata tiġi ġustifikata mill-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex jissottometti l-osservazzjonijiet matul perjodu ta’ żmien speċifikat. Jekk il-benefiċjarju jonqos milli jagħti tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella l-assistenza finanzjarja li jifdal u titlob li jitħallsu lura s-somom diġà mħallsin.

5. Kwalunkwe ħlas żejjed għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jiġi miżjud ma’ kwalunkwe somma li ma titħallasx lura fil-ħin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

6. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘irregolarità’ għandha tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni, jew kwalunkwe ksur ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandu, jew sejjer ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni jew il-baġits ġestiti mill-Unjoni permezz ta’ entrata ta’ infiq mhux ġustifikata.

Artikolu 12

Eval wazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 13

Kumitat Konsultattiv

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat Konsultattiv fit-twaqqif tal-programmi ta’ ħidma annwali previsti fl-Artikolu 7(2).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta mill-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata

2. QAFAS TA’ ABM / ABB

Politika Marittima

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. 11 09 05 Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata (IMP)

11 01 04 07 Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata (IMP) – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva

3.2. It-tul tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

3.3. Karatteristiċi baġitarji:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura f’perspettiva finanzjarja |

11 09 05 | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju Mhux applikabbli | Diff.[18] | IVA | LE | LE | Nru 2 |

11 01 04 07 | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju Mhux applikabbli | Mhux diff.[19] | IVA | LE | LE | Nru 2 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. S ommarju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn (commitment appropriations - CA) u tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (payment appropriations - PA)

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ nfiq | Nru. tat-taqsima | 2011 | 2012 | 2013 | Totali |

Infiq operattiv[20] |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (CA) | 8.1 | a | 16.260 | 16.560 | 16.780 | 49.600 |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (PA) | b | 7.355 | 14.443 | 17.512 | 39.310 |

Infiq amministrattiv fl-ammont ta’ referenza[21] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0.100 | 0.100 | 0.200 | 0.400 |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 16.360 | 16.660 | 16.980 | 50.000 |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 7.455 | 14.543 | 17.712 | 39.710 |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d | 1.000 | 1.000 | 1.000 | 3.000 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.155 | 0.157 | 0.160 | 0.472 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali tal-intervent |

CA TOTALI inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 17.515 | 17.817 | 18.140 | 53.472 |

PA TOTALI inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 8.610 | 15.700 | 18.872 | 43.182 |

L-approprjazzjonijiet ta’ ħlas meħtieġa fl-2014 u l-2015 li huma relatati ma’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għal infiq operattiv matul il-perjodu 2011-2013 huma mistennija li jammontaw għal total ta’ EUR 10 290. |

Dettalji tal-kofinanzjament |

Korp tal-kofinanzjament | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | totali |

f |

CA TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

Il-proposta sejra tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji taħt il-punt 8.2.1.

Ħtiġijiet annwali | 2011 | 2012 | 2013 |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 9.4 | 9.4 | 9.4 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Jeħtieġ li jintlaħqu fi żmien qasir jew twil

Kontinwazzjoni tal-ħidma biex jiġu esplorati l-għażliet għall-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Il-baġit propost għandu jikkomplimenta u jsaħħaħ l-istrumenti finanzjarji eżistenti u futuri. L-isforzi li jaqgħu taħt dan il-Programm għandhom jikkomplimentaw, fejn xieraq, il-Linji Politiċi rilevanti tal-Unjoni relatati mal-konvenzjonijiet internazzjonali u reġjonali eżistenti u/jew il-ftehimiet ma’ pajjiżi mhux membri fl-UE li huma attivi fir-reġjuni individwali, u għandhom iwasslu għall-ħolqien ta’ rabtiet sostanzjali bejn dawn l-inizjattivi, li għandhom iżidu l-benefiċċji globali tagħhom. Barra minn hekk, l-azzjonijiet individwali sejrin ikunu komplimentari għall-ħidma kontinwa fuq l-istrateġiji makro-reġjonali tal-Ewropa.

5.3. Il-miri, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Cf. L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament.

5.4. Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

L-approprjazzjonijiet baġitarji għal miżuri ffinanzjati taħt dan il-Programm għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni fuq bażi ċentralizzata skont l-Artikolu 53 (a) tar-Regolament Finanzjarju. Madankollu, mhumiex esklużi metodi oħrajn ta’ implimentazzjoni.

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

L-implimentazzjoni teknika u finanzjarja tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandha tiġi mmonitorjata mill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ rapporti ta’ progress sottomessi lill-Kummissjoni mill-benefiċjarju u wkoll permezz ta’ verifiki ta’ monitoraġġ fuq il-post. Barra minn hekk, għandu jiġi sottomess rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta’ kull proġett. Il-proġetti u azzjonijiet oħrajn iffinanzjati mill-Programm sejrin ikunu soġġetti għal verifiki, inklużi verifiki esternalizzati lill-kuntratturi.

6.2. Eval wazzjoni

6.2.1. E valwazzjoni ex-ante

Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni li jakkumpanja l-proposta jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sejbiet u r-riżultati ewlenin tal-evalwazzjoni ex-ante.

6.2.2. M iżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Sabiex jiġu żviluppati proposti għal azzjoni tal-UE f’dan il-qasam, matul il-perjodu 2008-2010 bdew għadd ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Il-Programm, b’mod ġenerali, sejjer ikun soġġett għal evalwazzjoni ex-post li għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Skont l-Artikolu 27 (4) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 21 (3) tar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, l-evalwazzjoni tas-sorveljanza marittima integrata u l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu għandhom isiru fl-2012, filwaqt li l-proġett ta’ għarfien marittimu sejjer jiġi evalwat fl-2013.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

L-Artikolu 10 tar-Regolament propost jirreferi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[22], ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[23], u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[24].

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

(Għandhom jiġu pprovduti t-titoli tal-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) | Tip ta’ riżultat | L-ispiża medja | 2011 | 2012 | 2013 |

Riżultat 1: Pjattaforma ta’ koordinazzjoni permanenti għall-kooperazzjoni inter-reġjonali fir-rigward tal-valutazzjoni, l-iffissar tal-miri u l-monitoraġġ tal-ibħra marittimi, li jinvolvu l-OSPAR, il-Konvenzjoni ta’ Barċellona, HELCOM u l-Konvenzjoni ta’ Bukarest. | 1 | 0.200 | 1 | 0.200 | 1 | 0.300 | 0.700 |

Riżultat 2: Workshop regolari dwar il-progress lejn stat ambjentali tajjeb tal-ibħra marittimi tal-Grigal tal-Atlantiku, il-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed | 1 | 0.100 | 1 | 0.100 | 1 | 0.100 | 0.300 |

Azzjoni 2: Appoġġ għall-iżvilupp ta’ standards metodoloġiċi fir-rigward ta’ stat ambjentali tajjeb tal-ibħra taħt l-MSFD | 1 | 0.700 | 1 | 0.300 | 1 | 0.500 | 1.500 |

Azzjoni 3: Studju dwar l-oriġini, il-firxa u l-miżuri possibbli fir-rigward tat-tniġġis tal-baħar, inklużi l-problemi emerġenti hekk imsejħa ‘plastic soup’, bħala kontribut sabiex jiġi indirizzat it-tħassib trans-settorjali fil-qafas tal-approċċ tal-ekosistema (link għad-deskrittur 10 fl-Anness I tal-MSFD) | 1 | 0.400 | 1 | 0.500 | 1 | 0.600 | 1.500 |

Azzjoni 4: Proġett għad-determazzjoni tal-modalitajiet ta’ azzjoni ta’ sostenn mill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 5(3) MSFD, għal reġjuni identifikati bħala proġett pilota fejn l-istat tal-baħar huwa tant kritiku li jkun jeħtieġ azzjoni urġenti | 1 | 0.200 | 1 | 0.200 | 1 | 0.300 | 0.700 |

Azzjoni 5: Proġett fuq tħassib ambjentali fl-Arktiku fil-qafas tal-kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-Grigal tal-Atlantiku | 1 | 0.400 | 0.400 |

2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[26] (11 01 01) | A*/AD | 4.00 | 4.00 | 4.00 |

B*, C*/AST | 2.40 | 2.40 | 2.40 |

Persunal iffinanzjat[27] skont l-art. 11 01 02 | 3.00 | 3.00 | 3.00 |

Persunal ieħor[28] iffinanzjat skont l-art. 11 01 04/05 |

TOTAL | 9.40 | 9.40 | 9.40 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

It-tniżżil tat-termini ta’ referenza għall-istudji, it-tħejjija tas-sejħiet għall-proposti għal għotjiet u sejħiet għall-offerti; in-negozjar tal-għotjiet, verifikazzjoni ex-ante, kontroll ex-post, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat, l-evalwazzjoni tal-proposti u l-offerti, il-monitoraġġ tal-konsenji, l-ipproċessar tal-pagamenti

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

( Karigi u persunal estern li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jiġu estiżi

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani għandhom jiġu koperti mill-allokazzjoni mogħtija diġà għall-ġestjoni ta’ din l-azzjoni u/jew implimentata mill-ġdid fi ħdan id-DĠ .

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | 2011 | 2012 | 2013 | totali |

1 Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati mal-persunal) |

Aġenziji eżekuttivi[29] |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros | 0.100 | 0.100 | 0.200 | 0.400 |

Assistenza teknika u amministrattiva totali | 0.100 | 0.100 | 0.200 | 0.400 |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali u persunal temporanju (11 01 02 01) | 0.781 | 0.781 | 0.781 |

Persunal iffinanzjat mill-Art 11 01 02 01 (END, persunal b’kuntratt, eċċ.) | 0.219 | 0.219 | 0.219 |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 1.000 | 1.000 | 1.000 |

Kalkolazzjoni – Uffiċjali, Aġenti Temporanji u Persunal iffinanzjati skont l-art. 11 01 02 01 |

L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani hija stmata fuq il-bażi tal-ispejjeż medji pprovduti mill-Kummissjoni li għandhom jintużaw għall-estimi tar-riżorsi umani: Aġent uffiċjali u temporanju: 122 000 euros fis-sena Espert Nazzjonali ssekondat: 73 000 euros fis-sena Aġent kuntrattwali: 64 000: euros fis-sena |

8. 2. 6. Infiq Amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

2011 | 2012 | 2013 | TOTALI |

11 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.020 | 0.020 | 0.060 |

11 01 02 11 02 – Laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.300 |

11 01 02 11 03 – Kumitat Konsultattiv biex jassisti lill-Kummissjoni fit-twaqqif tal-programmi ta’ ħidma annwali previsti fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament li jistabbilixxi Programm li jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata, skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (żewġ laqgħat fis-sena) | 0.035 | 0.037 | 0.040 | 0.112 |

11 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

11 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Infiq Amministrattiv Ieħor Totali (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Infiq Amministrattiv Totali, għajr spejjeż tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.155 | 0.157 | 0.160 | 0.472 |

Il-ħtiġijiet għall-approprjazzjonijiet amministrattivi għandhom jiġu koperti mill-allokazzjoni mogħtija diġà għall-ġestjoni ta’ din l-azzjoni u/jew implimentata mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, ikkomplimentata, kif jista’ jkun il-każ, minn kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ amministrattiv fil-qafas tal-proċedura annwali tal-allokazzjoni fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Kalkolazzjoni – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza Il-Grupp ta’ Esperti għall-Osservazzjoni u d-Data Marittima jissorvelja l-proġetti ta’ għarfien marittimu u jiltaqa’ erba’ darbiet fis-sena. Dawn diġà qegħdin jimmonitorjaw l-azzjonijiet preparatorji u l-istima ġiet ibbażata fuq l-esperjenza f’dan ix-xogħol. L-infiq għal-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv kien stmat fuq il-bażi tar-regoli tal-Kummissjoni dwar il-ħlas lura lill-esperti. |

[1] Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew fl-14 ta’ Diċembru 2007 – Dok. 16616/1/07 REV 1.

[2] COM(2009) 540 tal-15 ta’ Ottubru 2009.

[3] Dan ir-Rapport tal-Progress kien akkumpanjat minn Dokument tal-persunal tal-Kummissjoni - SEC (2009) 1343 li ppreżenta fid-dettall il-progress li sar sa issa fuq l-entrati tal-Pjan ta’ Azzjoni adottat f’Ottubru 2007.

[4] Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 390/2006 tat-30 ta’ Diċembru 2006), li minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘ir-Regolament Finanzjarju’ u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23.12.2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

[5] Rapport tal-Progress tal-Kummissjoni dwar il-Politika Marittima Integrata tal-UE – COM(2009) 540 finali tal-15.10.2009, p. 11-12 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – SEC(2007) 1278 tal-10 ta’ Ottubru 2007.

[6] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Linjigwida għal strategija integrata ghall-politika marittima: lejn l-aqwa prassi fil-governanza marittima integrata u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati"- COM(2008) 395 tad-29.6.2008, p.4.

[7] Pereżempju, fil-każ tas-sorveljanza marittima integrata, l-intervent tal-UE sejjer ikun limitat sabiex is-saffi ta’ informazzjoni differenti għas-sistemi eżistenti jsiru interoperabbli u jkunu jistgħu jintużaw biex ikopru l-ħtiġijiet identifikati minn qabel tal-komunitajiet utenti kollha fil-livell tal-UE, billi juri rispett massimu għall-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-bini tal-ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni bl-ebda mod ma għandu jfixkel l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni settorjali eżistenti u ppjanati, inkluż l-evoluzzjoni tagħhom, sakemm tittieħed f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa għall-interoperabbiltà li tippermetti li jsir skambju ta’ informazzjoni ma’ sistemi oħrajn rilevanti.

[8] ĠU Ċ , , p. .

[9] ĠU Ċ , , p. .

[10] Konklużjonijiet tal-Kunsill GAERC dwar il-Politika Marittima Integrata - Dok. 15175/1/09, p. 6.

[11] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea – P6_TA(2008)0213.

[12] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1–.

[13] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1

[14] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[15] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[16] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[17] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[18] Approprjazzjonijiet differenzjati

[19] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati, li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalihom bħala NDA

[20] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu 11 01 tat-Titolu 11 ikkonċernat.

[21] Infiq li jaqa’ taħt l-artikolu 11 01 04 tat-Titolu 11

[22] ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[23] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[24] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[25] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3

[26] Li l-ispiża tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza

[27] Li l-ispiża tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza

[28] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[29] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(/i) Eżekuttiva(/i) kkonċernata(/i).

Top