EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0477

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Żgħażagħ mobbli Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea

/* */

52010DC0477




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 15.9.2010

KUMM(2010) 477 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Żgħażagħ mobbliInizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea

{SEG(2010) 1047}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Żgħażagħ mobbliInizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taz-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea

1. INTRODUZZJONI

L-Istrateġija Ewropa 2020 tistabbilixxi għanijiet ambizzjużi għal tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv. Iż-żgħażagħ huma essenzjali biex jinkiseb dan. Edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, integrazzjoni b'suċċess tas-suq tax-xogħol u iktar mobilità taż-żgħażagħ huma essenzjali biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ kollha u jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020.

Il-prosperità futura tal-Ewropa tiddependi fuq iż-żgħażagħ. Hemm qrib ta' 100 miljun fl-UE, li jirrappreżentaw 20% tal-popolazzjoni totali[1]. Minkejja l-opportunitajiet bla preċedenza li toffri l-Ewropa moderna, iż-żgħażagħ jiffaċċjaw l-isfidi - aggravati bil-kriżi ekonomika – fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u biex jaċċessaw is-suq tax-xogħol. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ li jammonta għal madwar 21%, mhuwiex aċċettabbli[2]. Sabiex l-għan ta' impieg jilħaq 75 % għall-popolazzjoni ta' bejn 20-64 sena, it-tranżizzjoni ta' żgħażagħ għas-suq tax-xogħol jeħtieġ li tittejjeb b'mod radikali.

Sal-2020, huwa stmat li 35% mill-impiegi se jeħtieġu kwalifiki ta' livell għoli, flimkien ma' kapaċità biex jadattaw u jinnovaw, meta mqabbel mad-29% illum. Dan ifisser li 15-il miljun impieg ieħor se jeħtieġ kwalifiki ta' livell għoli [3] . Għadd li kull ma jmur dejjem jikber ta' impiegi qed jeħtieġu l-ħiliet fl-ICT, iżda l-ekonomija tal-UE hija mxekkla min-nuqqas ta' nies kwalifikati fl-ICT[4]. Inqas minn persuna waħda minn tlieta fl-UE (31.1%[5]) għandha lawrja ta' edukazzjoni ogħla meta mqabbel ma iktar minn 40% fl-Istati Uniti u iktar minn 50% fil-Ġappun. L-UE għandha sehem iżgħar ta' riċerkaturi fil-forza tax-xogħol mill-kompetituri tagħha[6]. L-Istrateġija Ewropa 2020 qablet li l-mira ewlenija tal-UE għandha tkun li sal-2020, mill-inqas 40% ta' dawk b'età bejn 30-34 għandhom ikunu komplew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti .

Wisq żgħażagħ jitilqu l-iskola kmieni, u b'hekk iżidu r-riskju tagħhom li isiru qiegħda jew inattivi, li jgħixu fil-faqar u jikkawżaw spejjeż ekonomiċi u soċjali għolja. Bħalissa 14.4% ta' dawk b'età bejn 18-24 sena fl-UE ma laħqux l-edukazzjoni sekondarja ogħla u ma jinsabux f'qgħada li qed jirċievu iktar edukazzjoni u taħriġ[7]. L-għan li trid tilħaq l-UE huwa li titnaqqas ir-rata ta' dawk li jitilqu l-iskola minn qabel iż-żmien għal 10% . L-Ewropa għandha tittejjeb fuq il-litteriżmu – 24,1% ta' dawk li għandhom 15-il sena għandhom prestazzjoni baxxa fil-litteriżmu tal-qari u dan is-sehem żdied fis-snin riċenti[8].

L-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali għal taħriġ tul il-ħajja tibqa' sfida għal bosta Stati Membri, inkluż l-iżvilupp ta' toroq flessibbli ta' tagħlim biex jippermettu lin-nies jiċċaqilqu minn livell għal ieħor differenti u jattiraw studenti mhux tradizzjonali.

1.1. Il-fokus tal-inizjattiva

Żgħażagħ Attivi hija l-inizjattiva prominenti tal-UE li tirrispondi għall-isfidi li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ u tgħinhom jirnexxu fl-ekonomija tal-għarfien. Hija aġenda ta' qafas li tħabbar azzjonijiet ewlenin ġodda, u tirrafforza attivitajiet eżistenti u tiżgura l-implimentazzjoni ta' oħrajn fil-livelli tal-UE u nazzjonali, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarjetà. Il-pajjiżi kandidatigħandhom ikunu jistgħu jibenefikaw minn din l-inizjattiva, permezz tal-mekkaniżmi xierqa. Għandha trażżan l-appoġġ finanzjarju tal-programmi rilevanti tal-UE dwar l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, u l-mobilità tat-tagħlim, kif ukoll il-Fondi Strutturali. Il-programmi eżistenti kollha se jiġu rreveduti biex jiġi żviluppat approċċ integrat iktar biex jappoġġja l-inizjattiva żgħażagħ Mobbli skont il-Qafas Finanzjarju li jmiss. Iż-żgħażagħ Mobbli se tkun implimentata f'sinerġija mill-qrib mal-inizjattiva ewlenija "Aġenda għal Ħiliet Ġodda u Impiegi", mħabbra fl-Ewropa 2020.

Iż-żgħażagħ Mobbli se tiffoka fuq erba' linji ewlenija ta' azzjoni:

- Tkabbir bil-għaqal u inklużiv jiddependi minn sistema ta' tagħlim tul il-ħajja , biex jiġu żviluppati kompetenzi ewlenin u riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, f'konformità mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. L-Ewropa għandha bżonn testendi u twessa' l-opportunitajiet wiesa' ta' tagħlim għaż-żgħażagħ in ġenerali, inkluż l-appoġġ għall-kisba ta' ħiliet permezz ta' attivitajiet edukattivi mhux formali. Żgħażagħ mobbli se jappoġġja dawn l-azzjonijiet, inter alia , billi jipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jitrattaw il-livell għoli ta' tluq bikri mill-iskola , permezz tas- Sena Ewropea għal Volontarjat 2011 u permezz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validità ta' tagħlim mhux formali u informali. Il-Kummissjoni qed tippromwovi wkoll taħriġ vokazzjonali tat-tip apprentistat u apprendistati ta' kwalità għolja bħala esperjenzi ta' tagħlim fuq il-post tax-xogħol, li jibnu r-rabtiet mas-suq tax-xogħol.

- L-Ewropa għandha bżonn tgħolli l-persentaġġ taż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'edukazzjoni għola jew ekwivalenti biex tlaħħaq mal-kompetituri fl-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u biex tkattar l-innovazzjoni. Għandha bżonn ukoll trendi l-edukazzjoni għola tal-Ewropa iktar attraenti u miftuħa għall-bqija tad-dinja u għall-isfidi tal-globalizzazzjoni, notevolment billi tippromwovi l-mobilità tal-istudenti u tar-riċerkaturi.

- Żgħażagħ mobbli se tipprova ttejjeb il-kwalità, l-attrazzjoni u r-reazzjoni tal-edukazzjoni ogħla u tippromwovi iktar mobilità u impjegabilità u ta' kwalità aħjar, inter alia , billi tipproponi aġenda ġdida għar-riforma u l-modernizzazzjoni ta' edukazzjoni ogħla inkluż inizjattiva għal valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni universitarja u strateġija ġdida internazzjonali tal-UE biex tippromwovi l-attrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea u biex tkattar il-kooperazzjoni u l-iskambji akkademiċi mal-imsieħba globali.

- L-appoġġ tal-UE għall- mobilità fit-tagħlim permezz ta' programmi u inizjattivi għandhom jiġu reveduti, estiżi u marbuta mar-riżorsi nazzjonali u reġjunali. Id-dimensjoni internazzjonali se tiġi rinforzata. Żgħażagħ Mobbli se tappoġġja l-aspirazzjoni li sal-2020 iż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa għandhom ikollhom il-possibilità li jqattgħu parti mill-mixja edukattiva barra minn pajjiżhom, inkluż permezz tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Rakkommmandazzjoni tal-Kunsill immirata li tneħħi l-ostakoli għall-mobilità hija proposta bħala parti mill-pakkett Żgħażagħ Mobbli, akkumpanjat minn tabella ta' 'Valutazzjoni tal-Mobilità ' biex ikejjel il-progress tal-Istati Membri f'dan ir-rigward. Se jitwaqqaf websajt iddedikat għaż-Żgħażagħ Mobbli li jagħti aċċess għal informazzjoni dwar l-opportunitajiet[9] tal-UE tal-mobilità u tagħlim u l-Kummissjoni se tipproponi kard taż-Żgħażagħ Mobbli biex tiffaċilita l-mobilità. L-inizjattiva ġdida intra-UE " L-ewwel impieg EURES tiegħek " se tappoġġja ż-żgħażagħ biex jaċċessaw l-opportunitajiet ta' impieg u jieħdu xogħol barra, kif ukoll li jinkoraġġixxu dawk li jimpjegaw biex joħolqu ftuħ ta' impiegi għal impjegati żgħażagħ mobli. Il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll li li tinbidel l-azzjoni preparatorja "Erasmus għal intraprendituri żgħażagħ" fi programm għal promozzjoni tal-mobilità tal-intraprendituri.

- L-Ewropa għanda ttejjeb b'mod urġenti il-qagħda tal-impieg taż-żgħażagħ . Żgħażagħ Mobbli tippreżenta qafas ta' prioritajiet ta' politika għal azzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE biex tnaqqas l-qgħad fost iż-żgħażagħ billi tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u tnaqqas is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol. Qed jitqiegħed fokus partikolari fuq ir-rwol tas-Servizzi tal-Impiegi Pubbliċi , li jinkoraġġixxu Garanzija Żgħażagħ biex tiżgura li ż-żgħażagħ kollha qegħdin f'impieg jew f'attivazzjoni, u jinħoloq Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti Ewropej u li jappoġġja l-intraprendituri żgħażagħ .

2. ŻVILUPP TA' SISTEMI TA' EDUKAZZJONI U TAħRIġ MODERN LI JWASSLU GħAL KOMPETENZI EWLENIN U GħALL-EċċELLENZA

Hemm il-bżonn għal livelli ta' investiment b'miri aħjar, appoġġjati aħjar u mtejba fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jinkisbu edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità aħjar, tagħlim tul il-ħajja u żvilupp tal-ħiliet. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkonsolidaw u fejn jinħtieġ, jespandu l-investiment, flimkien ma sforzi kbar biex jiżguraw l-aħjar riżultati għar-riżorsi pubbliċi. Fi klima ta' pressjoni fuq il-fondi pubbliċi, id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-iffinanzjar hija wkoll importanti.

Sabiex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola għal 10 % , kif maqbul fi Strateġija UE 2020, l-azzjoni għandha tittieħed kmieni, ffukata fuq il-prevenzjoni u l-immirar tal-istudenti identifikati bħala f'riskju li jitilqu kmieni. Il-Kummissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni fil-Kunsill biex tirrinforza l-azzjoni tal-Istati Membri biex tnaqqas r-rati ta' studenti li jitilqu mill-iskola . Il-Kummissjoni se tistabbilixxi Grupp ta' esperti ta' Livell Għoli biex jagħmel rakkomandazzjonijiet biex itejjeb il-litteriżmu u se tippreżenta Komunikazzjoni biex issaħħaħ l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal .

Iż-żgħażagħ huma kkonfrontati b'għadd li kull ma jmur dejjem jikber ta' għażliet edukattivi. Għandhom bżonn jingħataw l-lok li jagħmlu deċiżjonijiet infurmati. Għandhom bżonn jiksbu informazzjoni dwar it-toroq tal-edukazzjoni u tat-taħriġ , inkluż kwadru ċar tal-opportunitajiet ta' xogħol, biex iwittu l-bażi biex jimmaniġjaw il-karriera tagħhom. Jeħtieġ li jiġu żviluppati iktar is-servizzi ta' kwalità ta' gwida għall-karriera u orjentazzjoni vokazzjonali , b'involviment qawwi tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, appoġġjati minn azzjonijiet biex tittejjeb l-immaġini ta' setturi u professjonisti b'potenzjal ta' impieg.

Għandu jkun promoss tagħlim ta' kwalità għolja ħafna fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva. Il-kompetenzi ewlenin għall-ekonomija u s-soċjetà tal-għarfien , bħall-istudju biex wieħed jitgħallem jikkomunika f'lingwi barranin, ħiliet intrapreditorjali u l-abilità biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ICT, l-elearning u l-ħiliet numeriċi[10] saru dejjem iktar importanti[11]. Fl-2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta Komunikazzjoni dwar kompetenzi li jappoġġjaw it-tagħlim tul il-ħajja , inklużi proposti biex tiġi żviluppata lingwa komuni bejn id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol[12].

Id-domanda għall-kwalifikazzjonijiet qed tiġi xprunata 'l fuq, inkluż okkupazzjonijiet ta' ħiliet baxxi. Il-projezzjonijiet jipprevedu 50 % tal-impiegi kollha fl-2020 se jkomplu jiddependu fuq kwalifiki ta' livell medju previst permezz ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET). Il-Kummissjoni enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea 2010 fil-VET[13] li huwa vitali għal dan is-settur biex jimmodernizza. Il-prioritajiet jinkludu li jiżguraw li toroq u permeabilità bejn il-VET u edukazzjoni għola jiġu faċilitati, inkluż li l-iżvilupp ta' oqsfa nazzjonali ta' kwalifiki, u li nżommu l-imsieħba mill-qrib mas-settur tan-negozju.

L-esperjenza bikrija fuq il-post tax-xogħol huwa essenzjali għal żgħażagħ biex jiżviluppa l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa fuq il-post tax-xogħol[14]. It-tagħlim fuq il-post tax-xogħol fit- taħriġ tat-tip apprentistat huwa mezz potenti għall-integrazzjoni gradwali taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Id-dispożizzjoni u l-kwalità tat-taħriġ tat-tip apprentistat ivarja sew fost l-Istati Membri. Xi pajjiżi riċentement bdew iwaqqfu skemi ta' taħriġ bħal dawn. L-involviment tal- Imsieħba Soċjali fid-disinn, l-organizzazzjoni, it-twettiq u l-iffinanzjar tagħhom huwa importanti għall-effiċjenza tagħhom u r-rilevanza tagħhom fis-suq tax-xogħol. Dawn l-azzjonjiet għandhom jiġu segwiti iktar fil-fond sabiex tikber il-bażi ta' ħiliet fit-toroq vokazzjonali, sabiex sal-aħħar tal-2012 mill-inqas 5 miljun żgħażugħ fl-Ewropa jkun jista' japplika għat-taħriġ fl-apprendistat (bħalissa, iċ-ċifra hija stmata li hija ta' 4,2 miljun[15]).

Il-kisba tal-esperjenza tax-xogħol inizjali permezz ta' apprendistati kiseb importanza fost iż-żgħażagħ fis-snin riċenti, billi jitħallew jaġġustaw rwieħhom għad-domandi tas-suq tax-xogħol. Xi Stati Membri waqqfu wkoll xi skemi ta' esperjenzi ta' xogħol b'rispons għal inqas opportunitajiet ta' xogħol għaż-żgħażagħ. Dawn l-iskemi għandhom ikunu aċċessibli għal kulħadd, ta' kwalità għolja u b'għanijiet ta' tagħlim ċari u m'għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi regolari u l-perjodi ta' prova.

Il-qgħad fost il-gradwati minn livelli differenti ta' edukazzjoni u taħriġ qed iżid it-tħassib. Is-sistemi Ewropej kienu kamjana fir-rispons tagħhom għar-rekwiżiti tas-soċjetà tal-għarfien, billi naqqsu milli jadattaw il-kurrikuli u l-programmi għal ħtiġijiet li jinbidlu tas-suq tax-xogħol. Fl-2010, il-Kummissjoni se tipproponi ta' punt ta' riferiment tal-UE dwar l-impjegabbiltà f'rispons għal talba tal-Kunsill ta' Mejju 2009.

Żgħażagħ Mobbli għandha timmira wkoll biex tespandi l-opportunitajiet ta' karriera u ta' tagħlim li ttejjeb il-ħajja għal żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u/jew f'riskju ta' esklużjoni soċjali. B'mod partikolari, dawn iż-żgħażagħ għandhom jibbenefikaw mill-espansjoni ta' opportunitajiet għal tagħlim mhux formali u informali u minn dispożizzjonijiet msaħħa għar-rikonoxximent u l-validità ta' tagħlim bħal dan fi ħdan l-oqsfa tal-kwalifiki nazzjonali. Dan jista' jgħin biex jinfetħu bibien għal iktar tagħlim min-naħa tagħhom. Il-Kumissjoni se tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tiffaċilita l-validità ta' dan it-tip ta' tagħlim[16].

Azzjonijiet ewlenin ġodda:

- Proposta ta' Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-Tluq Bikri mill-Iskola ( 2010) Ir-Rakkomandazzjoni se tistabbilixxi qafas ta' risponsi effettivi ta' politika relatati mal-kawżi differenti tar-rati ta' żgħżagħ li jitiliqu l-kulleġġ kmieni. Se tiffoka fuq miżuri preventivi kif ukoll miżuri ta' rimedju.

- Tnedija ta' Grupp ta' esperti f'Livell Għoli dwar il-Litteriżmu (2010) biex jidentifika l-prassi effettiva fl-Istati Membri biex jittejjeb il-litteriżmu fost l-istudenti u l-adulti u jifformola rakkomandazzjonijiet xierqa.

- Titkabbar l-attrazzjoni, id-dispożizzjoni u l-kwalità tal-VET bħala kontribut importanti għall-impjegabilità taż-żgħażagħ u t-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola. Sal-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali, se jniedu mill-ġdid kooperazzjoni fiż-żona tal-VET, u jipproponu miżuri fil-livelli nazzjonali u Ewropej.

- Jiġi propost qafas għall-apprendistati , inkluż li jiġu indirizzati l-ostakoli amministrattivi għal karigi transnazzjonali. Jingħata appoġġ għal aċċess u parteċipazzjoni aħjar f'apprendistati ta' kwalità għolja, fosthom billi l-kumpaniji jiġu stimulati biex joffru postijiet ta' apprendistati u jkunu intrapriżi li jilqgħu tajjeb lil dawn iż-żgħażagħ (eż. permezz ta' tikketti jew premjijiet għall-kwalità) kif ukoll permezz ta' arranġemanti ta' Imsieħba Soċjali u bħala parti minn politika ta' Responsabbilità Soċjali Korporattiva (CSR).

- Jiġi propost abbozz għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni u l-validità tat-tagħlim mhux formali u informali (2011) biex tittejjeb l-azzjoni tal-Istati Membri biex jippromwovu r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz ta' dawn l-attivitjiate ta' tagħlim.

3. IL-PROMOZZJONI TAL-ATTRAZZJONI TAL-EDUKAZZJONI GħOLA GħALL-EKONOMIJA TAL-GħARFIEN

L-edukazzjoni għola hija l-ixprun ewlieni għall-kompetittività ekonomika f'ekonomija xprunata mill-għarfien, li trendi l-edukazzjoni tal-livell terzjarju ta' kwalità għolja essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet soċjali u ekonomiċi. Bl-għadd ta' impiegi li kull ma jmur dejjem jiżdied li jeħtieġu ħiliet ta' livell għoli, iktar żgħażagħ se jkollhom jidħlu għal u jispiċċaw l-edukazzjoni għola sabiex l-UE tkun tista' tilħaq l-għan tal-Ewropa 2020 ta' 40% ta' edukazzjoni ogħla jew ekwivalenti. Barra minn hekk, ir-riċerka għandha tattira u żżomm iktar żgħażagħ billi tipprovdi kundizzjonijiet attraenti ta' impieg. Jinħtieġ li jingħaraf li dawn l-għanijiet se jeħtieġu approċċ multidimensjonali, li jimmira li jimmodernizza l-edukazzjoni ogħla, jiżgura l-kwalità, l-eċċellenza u t-trasparenza u jistimula s-sħubija fid-dinja globalizzata tagħna.

Xi universitajiet Ewropej huma fost l-aħjar fid-dinja, iżda huma mxekkla milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. L-edukazzjoni ogħla soffriet perjodu twil ta' sotto-investiment, flimkien ma espansjoni kbira fl-għadd ta' studenti. Il-Kummissjoni qed tisħaq għal darb'oħra li għal sistema universitarja moderna u ta' prestazzjoni tajba, investiment totali ta' 2% tal-PGD (ffinanzjar pubbliku u privat flimkien) huwa l-minimu meħtieġ għal ekonomiji ffukati fuq l-għarfien[17]. L-universitajiet għandhom jingħataw is-setgħa li jiddiversifikaw id-dħul tagħhom u jieħdu responsabbilità ikbar għas-sostennibilità finanzjarja fit-tul. L-Istati Membri jeħtieġu li jżidu l-isforzi biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni ogħla [18] fl-oqsma ta' kurrikuli, governanza u ffinanzjar, bl-implimentazzjoni tal-prioritajiet maqbula fil-kuntest tal-proċess tal-Bologna, li jappoġġjaw l-aġenda l-ġdida għal kooperazzjoni u r-riforma fil-livell tal-UE u jiffukaw fuq l-isfidi ġodda fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020.

Iż-żamma ta' livell għoli ta' kwalità hija kruċjali għall-attrazzjoni ta' edukazzjoni ogħla. L-assikurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla teħtieġ li tkun rinforzata f'livell Ewropew, billi tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-progress u tistipula l-prioritajiet f'dan il-qasam f'rapport li għandu jiġi adottat fl-2012, f'rispons għal Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19].

F'dinja iktar globali u mobbli, it-trasparenza fir-rigward il-prestazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla tista' tistimula kemm kompetizzjoni kif ukoll kooperazzjoni u tista' tkun inċentiva għal iktar titjib u modernizzazzjoni. Madankollu, klassifiċi internazzjonali eżistenti jistgħu jagħtu stampa mhux kompluta tal-prestazzjoni tal-universitajiet, b'enfasi esaġerata fuq ir-riċerka, filwaqt li jeskludu fatturi ewelnin oħra li jwasslu lill-universitajiet jkunu ta' suċċess, bħall-kwalità tat-tagħlim, l-innovazzjoni, l-involviment reġjunali u l-internazzjonalizzazzjoni. Fl-2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati tal-istudju tal-fattibilità biex tiżviluppa sistema ta' klassifikazzjoni alternattiva multidimensjonali u globali tal-universitajiet , li tqis id-diversità tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla.

Il-kapaċità innovattiva tal-Ewropa se teħtieġ sħubija ta' għarfien u rabtiet ikbar bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni ('it-triangolu tal-għarfien'). Dan jinkludi li jiġi sfruttat bis-sħiħ ir-rwol tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u Teknoloġija (EIT) u l-Azzjonijiet Marie Curie, filwaqt li jinsilet it-tagħlim miksub mit-tnejn li huma. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tirrinforza u testendi l-attivitajiet tal-pjattaforma Ewropea għal djalogu bejn l-universitajiet u n-negozju ( Forum UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet ), bil-ħsieb li tiżdied l-impjegabbilità tal-istudenti u l-iżvilupp tar-rwol tal-edukazzjoni fit-'triangolu tal-għarfien'.

L-edukazzjoni ogħla qed issir dejjem iktar internazzjonalizzata. Huma meħtieġa iktar mobilità, ċarezza u trasparenza internazzjonali biex jiġu attirati l-aħjar studenti, għalliema u riċerkaturi, biex jinħolqu u jiġu rinforzati l-isħubiji u l-kooperazzjoni akkademika mal-universitajiet minn partijiet oħra tad-dinja. Dan se jeħtieġ enfasi speċifika fuq tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali, programmi u djalogu politiku fl-edukazzjoni ogħla. A. Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-isfidi ewlenin u l-azzjonijiet meħtieġa għall-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa fil-perspettiva 2020 se jiġi ppreżentata fl-2011, inkluża strateġija tal-internazzjonalizzazzjoni tal-UE[20].

Azzjonijiet ġodda ewlenin:

- Appoġġ għar-riforma u l-modernizzazzjoni ta' edukazzjoni ogħla, billi tiġi ppreżentata Komunikazzjoni ( 2011), li se tistabbilixxi aġenda msaħħa ġdida għall-edukazzjoni ogħla: Din ser tiffoka fuq it-tisħiħ l-impjegabilità tal-gradwati, tinkoraġġixxi l-mobilità, inkluż bejn l-akkademja u l-industrija, il-promozzjoni trasparenti u kwalità għolja ta' informazzjoni dwar possibilitajiet ta' studju u riċerka u l-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet. Hija ser tiffoka wkoll fuq li tiftaħ opportunitajiet għal studenti mhux tradizzjonali u tiffaċilita l-aċċess għall-gruppi żvantaġġati, inkluż permezz ta' finanzjament adegwat. L-aġenda msaħħa se tipproponi wkoll strateġija ta' internazzjonalizzazzjoni tal-UE, waqt li tippromwovi l-attrazzjoni ta' edukazzjoni ogħla Ewropea.

- Kriterju tal-prestazzjoni u r-riżultati edukattivi tal-edukazzjoni ogħla : Fl-2011, il-Kummissjoni se tippreżenta r-riżultati ta' studju ta' fattibilità, biex tiżviluppa sistema tal-klassifika universitarja globali u multi-dimensjonali, waqt li tqis id-diversità tal-istituzzjonijiet ta 'edukazzjoni ogħla.

- Tiġi proposta Aġenda Strateġika multiannwali (2011), li tiddefinixxi r-rwol tal-EIT fil-kuntest tal-innovazzjoni multi-polari Ewropea u tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija matul is-seba' snin li ġejjin.

4. APPOġġ GħAL żVILUPP B'SAħħTU TA' TAGħLIM TRANSNAZZJONALI U MOBILITÀ TAL-IMPIEGI GħAż-żGħAżAGħ

Filwaqt li l-mobilità fost il-popolazzjoni globali fl-UE ma kinitx partikolarment għolja, tistudja u taħdem f'pajjiż barrani huwa partikolarment attraenti għaż-żgħażagħ. Il-maġġoranza ta' nies '"mobbli" fl-UE huma bejn il-25 u l-34 sena Hemm tendenza f'dan il-grupp ta 'età li jkollhom għarfien aħjar tal-lingwi u inqas obbligi ta' familja. Iż-żieda fil-mobilità hija dovuta wkoll għall-fruntieri dejjem aktar miftuħa u s-sistemi ta' edukazzjoni aktar komparabbli. Din it-tendenza għandha tiġi appoġġjata billi ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'aċċess għal aktar opportunitajiet għat-tisħiħ tal-ħiliet jew biex isibu impieg.

4.1. Il-promozzjoni tal-mobilità tat-tagħlim

Il-mobilità tat-tagħlim huwa mod importanti li bih iż-żgħażagħ jistgħu jsaħħu l-impjegabbiltà futura tagħhom u jiksbu kompetenzi professjonali ġodda, filwaqt li jtejbu l-iżvilupp tagħhom bħala ċittadini attivi. Hija tgħinhom biex jiksbu l-aċċess għal għarfien ġdid u jiżviluppaw kompetenzi ġodda lingwistiċi u interkulturali. L-Ewropej li huma mobbli bħala studenti żgħażagħ huma aktar probabbli li jkunu mobbli bħala ħaddiema aktar tard fil-ħajja. Min iħaddem jirrikonoxxi u japprezza dawn il-benefiċċji. Il-mobilità tat-tagħlim għandha wkoll rwol importanti biex tiftaħ iktar is-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ u l-istituzzjonijiet, u tgħinhom isiru aktar Ewropej u internazzjonali, aktar aċċessibbli u aktar effiċjenti[21]. L-UE għandha rekord twil u ta' suċċess ta' appoġġ għall-mobilità ta'tagħlim permezz ta' programmi u inizjattivi varji, li l-iktar magħruf fosthom huwa l-programm Erasmus[22]. Skemi futuri, bħall-ħolqien tal-Korp Volontarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja previst mit-Trattat ta' Lisbona, jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal dan il-proċess. Xi Stati Membri jużaw ukoll il-Fondi Strutturali, partikolarment il-Fond Soċjali Ewropew, għat-tagħlim transnazzjonali u l-mobilità tax-xogħol. Il-mobilità u l-iskambji ta' persunal ta' edukazzjoni ogħla u studenti bejn universitajiet Ewropej u dawk barra mill-Ewropa hija appoġġjata taħt il-programmi Erasmus Mundus u Tempus.

L-għan tal-Kummissjoni huwa li testendi opportunitajiet għal mobilità tat-tagħlim liż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa sal-2020 billi timmobilizza riżorsi u tneħħi l-ostakoli biex wieħed isegwi esperjenza ta' tagħlim barra l-pajjiż[23].

Il- Green Paper dwar il-Mobilità tat-Tagħlim (Lulju 2009)[24] nediet konsultazzjoni pubblika dwar kif l-aħjar biex jiġu ttrattati ostakoli għall-mobilità u jiftħu aktar opportunitajiet għat-tagħlim barra mill-pajjiż. Dan wassal għal aktar minn 3,000 reazzjoni, fosthom mill-Gvernijiet nazzjonali u reġjonali u partijiet oħra interessati[25] Dawn juru xewqa mifruxa biex tingħata spinta lill-mobilità tat-tagħlim fil-partijiet kollha tas-sistema edukattiva (edukazzjoni ogħla, skejjel, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali), iżda wkoll f'ambjenti mhux formali u informali, bħall-volontarjat. Fl-istess ħin, ir-risponsi jikkonfermaw li baqa' ħafna ostakoli għall-mobilità. Għalhekk, flimkien ma' din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Mobilità tat-Tagħlim , bħala bażi għal kampanja miftiehma ġdida fost l-Istati Membri biex finalment jitneħħew l-ostakoli għall-mobilità. Il-monitoraġġ tal-progress se jkun rifless f'"Tabella ta' Valutazzjoni tal-Mobilità", li għandu jipprovdi stampa komparattiva ta' kif l-Istati Membri qegħdin ineħħu dawn l-ostakoli

Biex jittejjeb il-fehim tad-drittijiet tal-istudenti li jistudjaw barra, il-Kummissjoni qed tippubblika, flimkien ma' din il-Komunikazzjoni, gwida dwar id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja . Dan jitratta ma' kwistjonijiet bħall-aċċess għal istituzzjonijiet edukattivi, ir-rikonoxximent ta' diplomi u portabilità ta' għotjiet, li jgħinu l-awtoritajiet pubbliċi, il-partijiet interessati u l-istudenti jifhmu l-implikazzjonijiet tal-każistika stabbilita.

Il-Ministri għall-Edukazzjoni Ogħla "Bolonja", li jirrappreżentaw 46 pajjiż, stabbilew kriterju fl-2009 li mill-inqas 20 % ta 'dawk li jiggradwaw fiż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja għandhom ikollhom studju jew perjodu ta' taħriġ barra l-pajjiż sal-2020 [26] . Fl-2010, bi tweġiba għat-talba tal-Kunsill ta' Mejju 2009, il-Kummissjoni ser tipproponi punti ta' referenza dwar mobilità tat-tagħlim fl-UE , li jiffoka b'mod partikolari fuq studenti fl-edukazzjoni ogħla u l-VET.

Strumenti u għodod Ewropej biex jiffaċilitaw il-mobilità , bħas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS), Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (EQF) u l-Europass, għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ sabiex jipprovdu benefiċċju sħiħ tagħhom għall-istudenti mobbli[27]. Il-mobilità virtwali għandha tiġi promossa biex tikkomplementa l-mobilità fiżika, permezz tal-użu tal-ICT u tal-e-tagħlim. Il-Kummissjoni se tiżviluppa elementi eżistenti Europass f' passaport tal-ħiliet Ewropej , sabiex tiżdied it-trasparenza u t-trasferiment ta' kompetenzi miksuba permezz ta' kemm it-tagħlim formali kif ukoll dak mhux formali madwar l-Unjoni Ewropea. F'dan il-kuntest, se jiġu żviluppati għodod biex jidentifikaw u jirrikonoxxu l-kompetenzi tal-prattikanti fl-ICT u l-utenti, inkluż Qafas Ewropew għall-ICT Professjonaliżmu konformi mal-UE-e-ħiliet istrateġija[28]. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li tiżviluppa kard taż-Żgħażagħ Mobbli biex tħaffef il-proċess ta' integrazzjoni għal studenti mobbli meta jiċċaqilqu barra minn pajjiżhom u tipprovdi vantaġġi oħra konformi mal-kards nazzjonali taż-żgħażagħ jew tal-istudenti.

Il-finanzjament mill-UE jappoġġja l-istudenti, ir-riċerkaturi, iż-żgħażagħ u l-mobilità tal-voluntiera permezz ta' għadd ta' programmi, għalkemm l-għadd ta' żgħażagħ li huma kapaċi li jibbenefikaw minn dawn jibqa' relativament żgħir b'madwar 380,000 fis-sena. Il-Kummissjoni se ttejjeb l-effiċjenza u l-funzjonament ta' dawn il-programmi u se tippromwovi strateġija integrata għall-appoġġ taż-Żgħażagħ Mobbli taħt il-Qafas Finanzjarju li jmiss.

Azzjonijiet ewlenin ġodda:

- Titwaqqaf websajt Żgħażagħ Mobbli li tagħti informazzjoni dwar it-tagħlim u l-opportunitajiet ta' mobilità fl-UE ( 2010): Dan il-websajt għandu jagħti trasparenza sħiħa għall-programmi kollha rilevanti tal-UE, l-opportunitajiet u d-drittijiet relatati mal-mobilità tat-tagħlim għaż-żgħażagħ, u jiġi żviluppat b'mod progressiv, eż billi jorbot azzjonijiet tal-UE mal-inizjattivi nazzjonali u reġjonali, jipprovdi informazzjoni dwar possibilitajiet ta' finanzjament, programmi ta 'edukazzjoni u taħriġ madwar l-Ewropa (billi titqies il-ħidma li għaddejja dwar għodod ta' trasparenza u l-portal PLOTEUS eżistenti), jelenka l-intrapriżi ta' kwalità li jipprovdu apprendistati u simili.

- Jiġi propost abbozz ta' Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-mobilità taż-żgħażagħ (2010), li jindirizza l-ostakoli għall-mobilità tat-tagħlim fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. Dan jibni fuq r-reazzjoni mill-konsultazzjoni pubblika 2009 fil-Green Paper "Nippromwovu l-mobilità taż-żgħażagħ" Permezz ta 'monitoraġġ regolari, " Tabella ta' Valutazzjoni tal-Mobilità " se tagħti l-kriterji u tkejjel il-progress fit-tneħħija ta' dawn l-ostakoli fl-Istati Membri.

- Tiġi żviluppata kard Żgħażagħ Mobbli biex tiffaċilità l-mobilità għaż-żgħażagħ kollha (jiġifieri l-istudenti, apprendisti, trainees, riċerkaturi u voluntiera), li tgħin biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' integrazzjoni tal-studenti mobbli.

- Tiġi ppubblikata Gwida dwar il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar id-drittijiet ta 'studenti mobbli (2010): Din tkopri kwistjonijiet bħall-aċċess, ir-rikonoxximent u l-portabilità tal-għotjiet.

- Jiġi propost Passaport Ewropew tal-Ħiliet (2011), ibbażat fuq elementi eżistenti tal-Europass, biex jirreġistra b'mod trasparenti u komparabbli l-kompetenzi miksuba minn nies tul ħajjithom kollha f'varjetà ta kuntesti ta' tagħlim, inkluż l-e-ħiliet u t-tagħlim informali u mhux formali. Dan għandu jiffaċilita l-mobilità billi jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-ħiliet fost il-pajjiżi.

4.2. Il-promozzjoni tal-mobilità tal-impiegi

Kif enfasizzat aktar reċentement fir-rapport Monti[29], anki fit-tnaqqis ekonomiku, l-impjiegi baqgħu vakanti fl-UE. Dan huwa parzjalment minħabba nuqqas ta' mobilità ta' xogħol ġewwa l-Unjoni. Madankollu, il-maġġoranza tal-Ewropej (60%) jaħsbu li l-fatt li n-nies li jiċċaqalqu fi ħdan l-UE huwa ħaġa tajba għall-integrazzjoni Ewropea, 50% jaħsbu li dan huwa ħaġa tajba għas-suq tax-xogħol u 47% jaħsbu li dan huwa ħaġa tajba għall- ekonomija[30].

Li jaħdmu barra mill-pajjiż huwa partikolarment attraenti għaż-żgħażagħ Madankollu għad hemm ħafna ostakoli li, fil-prattika, ifixklu l-moviment ħieles: jeħtieġ li dawn jitneħħew biex issir aktar faċli għall-ħaddiema żgħażagħ li jiċċaqalqu u jaħdmu fi ħdan l-Unjoni u jiksbu ħiliet u kompetenzi ġodda. Iż-żgħażagħ spiss huma lesti li jaħdmu barra minn pajjiżhom, iżda ma jeħdux opportunitajiet ta' xogħol f'pajjiżi oħra għaliex ma jkunux konxji tagħhom, u minħabba l-ispejjeż taċ-ċaqliq. Il-pariri u l-appoġġ finanzjarju biex ikopri l-ispejjeż ta' rilokazzjoni tal-applikanti żgħażagħ għall-impiegi fil-pajjiż il-ġdid, kif ukoll ftit mill-ispejjeż għall-integrazzjoni li normalment jitħallsu minn min iħaddem, jistgħu jikkontribwixxu għal tqabbil aħjar tal-provvista tax-xogħol mad-domanda tax-xogħol , filwaqt li jagħtu lill-ħaddiema żgħażagħ esperjenzi u ħiliet siewja.

Iż-żgħażagħ ġodda fis-suq tax-xogħol u n-negozji ta' spiss ma jintrabtux faċilment, u s-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku (PES) mhux dejjem joffru servizzi adattati għaż-żgħażagħ u ma jħaddmux biżżejjed il-kumpaniji fir-reklutaġġ taz-żgħażagħ madwar l-Ewropa. L-EURES u l-opportunitajiet ta' impjieg li joffri mhumiex sfruttati għal kollox mill-PES, anke jekk 12% tal-Ewropej jafu dwaru u 2% fil-fatt użawh ukoll[31].

Waqt li tiffaċċja l-iskarsezza tax-xogħol futur, l-Ewropa teħtieġ li żżomm kemm jista' jkun ħaddiema b'ħiliet kbar kif ukoll tattira l-ħiliet xierqa għaż-żieda mistennija fid-domanda tax-xogħol. Se jkunu meħtieġa sforzi speċjali biex jiġbdu lill-migranti b'ħiliet għolja fil-kompetizzjoni globali għat-talent. Firxa wiesgħa ta' aspetti lil hinn mill-politika tax-xogħol tradizzjonali jikkontribwixxu għall-ġibda relattiva ta' lokazzjoni tax-xogħol. Il-politiki għandhom jindirizzaw il-fatt li ċerti professjonijiet iġiegħlu lil wisq Ewropej jemigraw u ftit wisq immigranti minn pajjiżi terz jidħlu fl-Ewropa. Dan jinkludi li titqajjem il-kuxjenza tad-drittijiet taċ-ċittadini meta jiċċaqilqu fi ħdan l-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u l-moviment ħieles tal-ħaddiema, proċeduri simplifikati għall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali waqt li jitqiesu xejriet ġodda ta' mobilità, it-tnaqqis tal-ostakoli għall-moviment liberu ta' ħaddiema (per eżempju aċċess għall-impjiegi fis-settur pubbliku), it-titjib fl-informazzjoni li tingħata liż-żgħażagħ dwar professjonijiet fid-domanda , iż-żieda fl-attrazzjoni tal-impjiegi fi professjonijiet li jikkawżaw eżodu ta' mħuħ (eż. professjonijiet xjentifiċi u mediċi) u l-identifikazzjoni fi ħdan l-inizjattiva tal-Ħiliet u Impjiegi Ġodda ta' dawk ix-xogħolijiet b'nuqqasijiet li talenti żgħażagħ fi ħdan u barra l-UE għandhom jiġu mħajra għalihom.

Azzjonijiet ewlenin ġodda:

- L-iżvilupp ta' inizjattiva ġdida: "L-ewwel impjieg EURES tiegħek", bħala proġett pilota (sakemm jirċievi l-appoġġ finanzjarju mitlub mill-awtorità baġitarja) li jgħin liż-żgħażagħ isibu xogħol fi kwalunkwe mill-Istati Membri UE-27 u jgħixu barra minn pajjiżhom. Li tfittex impjieg barra mill-pajjiżek għandu jkun faċli daqs li kieku tfittex f'pajjiżek. "L-ewwel impjieg EURES tiegħek" għandu jipprovdi konsulenza, tfittxija tax-xogħol, reklutaġġ u appoġġ finanzjarju għal kemm iż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol barra mill-pajjiż kif ukoll il-kumpaniji (b'mod partikolari l-SMEs) li jirreklutaw ħaddiema żgħażagħ mobbli Ewropej u jipprovdu programm komprensiv ta' integrazzjoni għar-reklutati ġodda. Dan l-istrument ġdid ta' mobilità għandu jiġi amministrat mill-EURES, in-netwerk Ewropew tal-mobilità tax-xogħol tas-Servizzi ta' Impjieg Pubbliku.

- Fl-2010 jinħoloq " Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti Ewropej ", li juri ż-żgħażagħ u l-konsulenti tax-xogħol fejn l-impjiegi huma fl-Ewropa u liema ħiliet huma meħtieġa Il-Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti Ewropej se jtejjeb it-trasparenza u l-informazzjoni dwar impjiegi disponibbli għal żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol billi jiżviluppa sistema ta' intelliġenza dwar ix-xogħol u domanda tal-ħiliet fl-Ewropa kollha.

- Tiġi ssorveljata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-libertà tal-ħaddiema , biex jiġi żgurat li miżuri ta' inċentiva fl-Istati Membri għall-ħaddiema żgħażagħ, inkluż fit-taħriġ vokazzjonali, huma aċċessibbli wkoll għall-ħaddiema żgħażagħ mobbli, u fl-2010, jiġu identifikati, iż-żoni għall-azzjoni biex jippromwovu l-mobilità taż-żgħażagħ mal-Istati Membri fil-Kumitat Tekniku dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema.

5. QAFAS GħALL-IMPIEG TAż-żGħAżAGħ

Filwaqt li l-Istati Membri kollha għandhom politiki dwar l-impjieg taż-żgħażagħ fis-seħħ, u ħafna ħadu azzjoni addizzjonali matul il-kriżi - ta 'spiss b'involviment mill-qrib tal-Imsieħba Soċjali - għad fadal ħafna xi jsir[32][33]. Miżuri għat- tnaqqis fil-qgħad għoli taż-żgħażagħ u żieda fir-rati tal-impjieg taż-żgħażagħ fi żminijiet ta' baġits pubbliċi li jkunu magħfusin għandhom ikunu effiċjenti fit-terminu qasir u sostenibbli fit-tul biex jindirizzaw l-isfida tal-bidla demografika. Huma għandhom ikopru b'mod integrat is-sekwenza ta' passi għaż-żgħażagħ fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol u jiżguraw xbieki ta' sikurezza għal dawk bir-riskju li jitilqu mill-edukazzjoni u l-impjiegi. Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE li tipproteġi liż-żgħażagħ fuq ix-xogħol għandha tiġi implimentata b'mod sħiħ u adegwatament[34].

L-evidenza turi li koordinazzjoni ta' politika b'saħħitha fuq livell Ewropew fi ħdan l-prinċipji komuni ta' flessigurtà tista' tagħmel differenza reali għaż-żgħażagħ. Flimkien mal-partijiet interessati inkluż is-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku (PES), l-Imsieħba Soċjali, u l-NGOs, huma meħtieġa tentattivi speċifiċi min-naħa tal-UE u nazzjonali. Huma għandhom ikunu bbażati fuq l- azzjonijiet prijoritarji li ġejjin biex jitnaqqas il-qgħad taż-żgħażagħ u jittejbu l-prospetti tax-xogħol taż-żgħażagħ. Il-prijoritajiet għall-azzjoni għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni lejn il- mira ta' impjieg ta' 75% stabbilit fl-Ewropa 2020.

In-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol deċenti għaż-żgħażagħ hija sfida mifruxa madwar l-ekonomija globali. Iż-żieda fl-impjieg taż-żgħażagħ fil-pajjiżi msieħba tagħna u notevolment fil-Viċinat tal-UE mhux biss se jibbenefikaw minnhom iż-żgħżagħ, iżda se jkunu ta'impatt pożittiv għall-UE. L-impjieg għaż-żgħażagħ wasal saħansitra aktar fuq quddiem tad-dibattitu politiku globali bi tweġiba għall-kriżi u l-irkupru, b'enfasi fuq il-konverġenza ta' prijoritajiet tal-politika u l-istimolu ta' skambju politiku. Dan ġie enfasizzat mill-Patt Globali tal-Impjiegi tal-ILO, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Ministri tal-Impjieg u tax-Xogħol tal-G20, l-Istrateġija Globali ta' Taħriġ tal-G20 jew il-Forum taż-Żgħażagħ tal-OECD.

5.1. Għajnuna biex jinkiseb l-ewwel xogħol u tinbeda l-karriera

Wara li jkunu spiċċaw l-iskola sekondarja, iż-żgħażagħ għandhom jew jiksbu impjieg jew jidħlu għal edukazzjoni ulterjuri - u jekk le, huma għandhom jirċievu appoġġ xieraq permezz ta' miżuri tas-suq tax-xogħol jew soċjali attivi , anki jekk ma jkunux intitolati għall-benefiċċji. Dan huwa importanti, partikolarment fl-Istati Membri bi ftit opportunitajiet tax-xogħol, b'tali mod li ż-żgħażagħ ma jaqgħux lura fi stadju bikri. Prerekwiżit huwa li jiżgura li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess usa u iktar bikri għal dawn il-miżuri, anki jekk ma jkunux reġistrati bħala persuni li qed jfittxu impieg. Għaż-żgħażagħ bi sfond ta' migrazzjoni jew li jappartjenu għal gruppi etniċi speċifiċi, miżuri iktar adattati jistgħu jkunu meħtieġa biex itejbu l-progress li sar minn din il-popolazzjoni taż-żgħażagħ li kull ma tmur dejjem tikber, li ħafna drabi jesperjenzaw diffikultajiet partikolari fil-bidu tal-karriera tagħhom.

Gradwati minn passaġġi vokazzjonali u mill-edukazzjoni ogħla jeħtieġu wkoll appoġġ biex jaslu malajr kemm jista' jkun għall-ewwel impieg tagħhom full-time. Istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, speċjalment is- Servizzi ta' Impjieg Pubbliku , għandhom il-kompetenza biex jinfurmaw liż-żgħażagħ dwar opportunitajiet ta' xogħol, u li jagħtuhom għajnuna għat-tiftix tax-xogħol - iżda għandhom bżonn jadattaw l-appoġġ tagħhom għall-ħtiġijiet speċifiċi taż-żgħażagħ, partikolarment permezz ta' sħubiji ma' istituzzjonijiet ta' taħriġ u tal-edukazzjoni, l-appoġġ soċjali u s-servizzi ta' gwida tal-karriera, trade unions u min iħaddem, li jistgħu ukoll joffru dan it-tip ta' appoġġ bħala parti mill-politika tar- Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tagħhom (CSR).

Min iħaddem, meta offrut għażla bejn ħaddiem b'esperjenza u novizz, ħafna drabi jippreferu dak bl-esperjanza. Arranġamenti tal-pagi u l-ispejjeż tax-xogħol mhux marbuta mal-pagi jistgħu jipprovdu inċentiv biex jiġu impjegati ħaddiema ġodda, iżda m'għandux jikkontribwixxi għal prekarjetà. In-negozjar kollettiv jista' wkoll ikollu rwol pożittiv fl-iffissar miftiehem tal-pagi differenzjati għall-ħaddiema ġodda. Miżuri bħal dawn għandhom ukoll jiġu kkumplimentati minn benefiċċji sekondarji u aċċess għal taħriġ biex jgħinu liż-żgħażagħ jibqgħu fl-impjieg.

Il-ħaddiema żgħażagħ huma ħafna drabi reklutati permezz ta' kuntratti temporanji , li jistgħu jippermettu lil ditti li jittestjaw il-ħiliet u l-produttività tal-ħaddiema qabel ma joffrulhom impjieg indeterminat.. Madankollu, wisq ta' spiss, il-kuntratti temporanji huma biss alternattiva irħas għal dawk permanenti, b'mod partikolari f'pajjiżi fejn id-differenza bejn ir-regolamenti ta' tkeċċija ta' dawn il-kuntratti hija għolja (jiġifieri ħlas ta' terminazzjoni, perjodi ta' notifika, possibbilità ta' appell lill-qrati): allura r-riżultat huwa suq tax-xogħol maqsum , fejn ħafna ħaddiema żgħażagħ jesperjenzaw sekwenza ta' impjiegi temporanji li talterna mal-qgħad, bi ftit ċans li jiċċaqilqu għal kuntratt aktar stabbli, u indeterminat u kontribuzzjonijiet inkompluti għall dispożizzjonijiet ta' pensjonijiet. Iż-żgħażagħ nisa huma partikolarment f'riskju li jaqaw f'din il-nassa ta' segmentazzjoni. L-użu suċċessiv ta' kuntratti bħal dawn għandhom jiġu limitati, peress li huwa ħażin għat-tkabbir, il-produttività u l-kompetittività[35]: dan għandu effetti negattivi fit-tul fuq l-akkumulazzjoni tal-kapital uman u l-qligħ tal-kapaċità, minħabba li l-ħaddiema żgħażagħ temporanji għandhom tendenza li jirċievu pagi aktar baxxi u anqas taħriġ. Modi possibbli biex dan jiġi indirizzat huwa li jiġu introdotti inċentivi fiskali lil ditti li jużaw kuntratti permanenti jew għall-konverżjoni ta' kuntratti temporanji f'dawk permanenti. Sabiex titfa' aktar dawl fuq il-kuntest partikolari, fl-2010 l-Kummissjoni se tippreżenta analiżi komprensiva ta' fatturi li jaffettwaw ir-riżultati tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ u r-riskji ta' segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol li jaffettwaw liż-żgħażagħ.

5.2. Appoġġ għaż-żgħażagħ f'riskju

Indikaturi għall-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ ma jurux għal kollox il-fatt li 15% ta' Ewropej bejn l-20-24 sena huma distakkati kemm mix-xogħol kif ukoll mill-edukazzjoni (żgħażagħ NEET: la fl-impjieg, la fl-edukazzjoni u lanqas f'taħriġ) u qegħdin f'riskju li jiġu esklużi b'mod permanenti mis-suq tax-xogħol u jiġu dipendenti fuq il-benefiċċji. Huwa essenzjali, bħala l-ewwel prijorità, biex tiġi indirizzata din il-problema, li jiġu pprovduti passaġġi xierqa għal dawn iż-żgħażagħ biex jerġgħu lura għall-edukazzjoni u taħriġ jekk dan jinħtieġ jew biex jinġiebu f'kuntatt mas-suq tax-xogħol. Għandu jsir kull sforz ukoll biex jkun assigurat li l-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ b'diżabilità jew bi problemi ta' saħħa jkollhom impieg, biex jiġu minimizzati r-riskji ta' inattività u l-esklużjoni soċjali fil-futur. Is-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku huma kruċjali biex ikabbru u jikkoordinaw sforzi bħal dawn Għażla minnhom hija li jiġu żviluppati sħubiji u ftehimiet ma' dawk li jħaddmu u jiġu offruti appoġġ speċjali għar-reklutaġġ ta' żgħażagħ f'riskju

5.3. Jiġu pprovduti xbieki ta 'sigurtà soċjali adegwati għaż-żgħażagħ

L-inklużjoni attiva ta 'żgħażagħ, b'enfasi partikolari fuq l-aktar gruppi vulnerabbli, teħtieġ kombinazzjoni ta' appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità[36]. Ħafna żgħażagħ qiegħda, speċjalment jekk dawn qatt ma ħadmu, m'għandhom l-ebda aċċess għal benefiċċji tal-qgħad jew appoġġ minn dħul ieħor Biex tiġi indirizzata din il-problema, l- aċċess għal benefiċċji soċjali , fejn xieraq, għandhu jkun żgurat, u fejn meħtieġ , imwessa ' biex jipprovdi sigurtà fid-dħul, filwaqt li, fl-istess ħin, miżuri effettivi u effiċjenti ta' attivazzjoni u kondizzjonalità għandhom jiżguraw li l-benefiċċji jingħataw biss jekk iż-żagħżugħ jiġi involut fit-tfittxija attiva għal impjieg jew fl-edukazzjoni jew taħriġ ulterjuri. Dan huwa ta 'importanza ewlenija sabiex jiġu evitati nases ta' benefiċċju. L-immodernizzar tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għandhom jindirizzaw is-sitwazzjoni prekarja taż-żgħażagħ.

Għadd dejjem jikber ta' żgħażagħ qed jiġu ttrasferiti fuq il- benefiċċji għal diżabilità (permanenti). Filwaqt li xi wħud jistgħu ma jkunux kapaċi jaħdmu kompletament, anke b'postijiet tax-xogħol adattati b'mod xieraq, oħrajn jistgħu jsibu mod lura għas-suq tax-xogħol permezz ta' politiki ta 'attivazzjoni mfassla tajjeb

5.4. Appoġġ għall-intraprendituri żgħażagħ u l-impjieg

Ix-xogħol għall-ħajja mal-istess persuna li tħaddem ċertament mhux se tkun in-norma: Il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema se jibdlu kumpaniji diversi drabi, u ħafna mill-impjiegi attwali u futuri huma fl-SMEs u l-mikro-intrapriżi. Barra minn hekk, l-impjieg indipendenti huwa mutur importanti ta' intraprenditorija u għalhekk jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ħolqien ta'impjiegi, speċjalment fis-settur tas-servizzi.

L-impieg indipendenti joffri opportunità ta' valur għaż-żgħażagħ li jagħmlu użu mill-ħiliet tagħhom u jifformolaw l-għamla tax-xogħol tagħhom huma stess.

Hija wkoll għażla li għandha tiġi kkunsidrata serjament minn dawk li jgħinu liż-żgħażagħ jippjanaw il-karriera tagħhom. L-interess u l-potenzjal taż-żgħażagħ biex isiru intraprendituri jeħtieġ li jitħeġġeġ sew billi jitrawmu l-imħuħ u attitudnijiet intraprenditorjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan għandu jkun appoġġjat mis-setturi pubbliċi u privati. Għal dan il-għan, iż-żgħażagħ jeħtieġu aktar opportunitajiet li jkollhom esperjenzi intraprenditorjali, li jirċievu appoġġ u gwida dwar pjanijiet ta' negozju, aċċess għall-kapital tal-bidu u kowċing fil-perjodu tal-bidu . Hawnhekk ukoll, is-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku għandhom rwol importanti, billi jagħtu informazzjoni u pariri lil żgħażagħ li qed ifittxu xogħol dwar l-opportunitajiet ta' intraprenditorija u ta' impieg indipendenti.

Azzjonijiet ewlenin ġodda:

Il-Kummissjoni se:

- Sabiex tindirizza il-limitazzjonijiet fl-infiq pubbliku, taħdem mal-Istati Membri biex jidentifikaw il-miżuri ta' appoġġ aktar effettiv , inkluż pjazzament tax-xogħol, programmi ta' taħriġ, sussidji ta' reklutaġġ u l-arranġamenti tal-pagi, miżuri ta' sigurtà u l-benefiċċji flimkien mal-attivazzjoni u tipproponi azzjonijiet adegwata ta' segwitu.

- Tistabbilixxi monitoraġġ sistematiku tas-sitwazzjoni taż-żgħażagħ mhux fl-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) fuq il-bażi ta' dejta komparabbli madwar l-UE, bħala appoġġ għall-iżvilupp ta' politika u tagħlim reċiproku f'dan il-qasam

- Tistabbilixxi, bl-appoġġ tal-programm PROGRESS, Programm ta' Tagħlim Reċiproku ġdid għas- Servizzi Pubbliċi Ewropej ta' Impjieg (2010), biex tgħinhom jilħqu liż-żgħażagħ u testendi s-servizzi speċjalizzati għalihom. Dan il-programm se jidentifika elementi ewlenin ta' prattika tajba fis-Servizzi ta' Impjieg Pubbliku u jappoġġja t-trasferibbiltà tagħhom.

- Issaħħaħ id-djalogu ta' politika bilaterali u reġjonali dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ ma' sħab strateġiċi tal-UE u l-Viċinat Ewropew, u fil-fora internazzjonali, partikolarment l-ILO, l-OECD u l-G20.

- Tħeġġeġ l-użu akbar ta' appoġġ għal intraprendituri żgħażagħ potenzjali permezz tal-Faċilità Ewropea ġdida ta' Mikrofinanzjament Progress tal-Kummissjoni [37] Il-Faċilità iżżid l-aċċessibbiltà u d-disponibilità tal-mikrofinanzjament għal dawk li jixtiequ li joħolqu jew jiżviluppaw aktar negozju, iżda li jkollhom diffikultajiet biex ikollhom aċċess għas-suq ta' kreditu konvenzjonali. F'ħafna Stati Membri żgħażagħ mikro-imprendituri li jfittxu finanzjament taħt il-Faċilità Mikro-finanza se jibbenefikaw ukoll minn gwida u taħriġ bl-appoġġ tal-ESF.

Fil-qafas tal-Ewropa 2020 u l-Istrateġija Ewropea tal-Impieg, l-Istati Membri għandhom jiffokaw fuq:

- Li jkun żgurat li ż-żgħażagħ kollha huma fl-impjieg, edukazzjoni ulterjuri jew miżuri ta 'attivazzjoni fi żmien erba' xhur minn meta jitilqu mill-iskola u jipprovdu dan bħala " Garanzija Żgħażagħ". Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma mitluba li jidentifikaw u jegħlbu l-ostakoli legali u amministrattivi li jistgħu jimblukkaw l-aċċess għal dawn il-miżuri għaż-żgħażagħ li huma inattivi għajr għal raġunijiet ta' edukazzjoni. Dan se spiss jirrikjedu li jiġi estiż l-appoġġ tal-PES, bl-użu ta' strumenti adattati għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.

- Joffru bilanċ tajjeb bejn drittijiet għall-benefiċċji, u miżuri mmirati ta' attivazzjoni bbażati fuq obbligazzjoni reċiproka, sabiex jiġi evitat li ż-żgħażagħ, speċjalment l-aktar vulnerabbli, jaqgħu barra minn kull sistema ta 'protezzjoni soċjali.

- Fis-swieq tax-xogħol segmentati, jiġi introdott "kuntratt uniku" miftuħ ma' perjodu ta' prova twil biżżejjed u żieda gradwali tad-drittijiet ta' protezzjoni, aċċess għal taħriġ, tagħlim tul il-ħajja u gwida tal-karriera għall-impjegati kollha. L-introduzzjoni ta' dħul minimu speċifiku għaż-żgħażagħ u l-ispejjeż mhux differenzjati b'mod pożittiv tal-pagi biex il-kuntratti permanenti għaż-żgħażagħ isir aktar attraenti u tiġi ndirizzata is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, skont il-prinċipji komuni tal-flessigurtà.

6. L-ISFUTTAR TAL-POTENZJAL KOLLU TAL-PROGRAMMI TAL-FONDI TAL-UE

Bosta programmi eżistenti diġà jappoġġjaw l-għanijiet ta' Żgħażagħ Mobbli. Fir-rigwrad tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-programmi ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (inkluż Erasmus, Leonardo da Vinci, Comenius u Grundtvig), Żgħażagħ fl-Azzjoni, Erasmus Mundus, Tempus u Azzjonijiet Marie Curie jindirizzaw gruppi speċifiċi fil-mira. L-għanijiet tagħhom għandhom jissaħħu, jiġu razzjonalizzati u użati aħjar biex jappoġġjaw l-għanijiet ta' Żgħażagħ Mobbli.

Għalliema, trejners, riċerkaturi u ħaddiema żgħażagħ jistgħu jaġixxu bħala moltiplikaturi tal-mobilità f'livelli differenti: fil-persważjoni taż-żgħażagħ biex jipparteċipaw f'esperjenza ta' mobilità, fit-tħejjija tal-parteċipanti, u fiż-żamma tal-kuntatt mal-istituzzjoni , organizzazzjoni jew intrapriża ospitanti Fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi ta' mobilità, il-Kummissjoni se tipproponi fokus akbar fuq żieda fil-mobilità ta' multiplikaturi, bħal għalliema u trejners, biex jaġixxu bħala difensuri tal-mobilità.

Il-Kummissjoni se teżamina l-possibilità li tkabbar il-promozzjoni tal-mobilità intraprenditorjali għaż-żgħażagħ , b'mod partikolari billi żżid il-mobilità tal-pjazzament tax-xogħol tal-Erasmus, tippromwovi l-edukazzjoni intraprenditorjali fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva u fl-EIT, tkabbar l-parteċipazzjoni tan-negozju fl-azzjonijiet Marie Curie u billi tappoġġja l-inizjattiva " Erasmus għall-intraprendituri żgħażagħ " .

Dawn il-programmi waħedhom, madankollu, mhux se jkunu jistgħu jilqgħu għat-talbiet kollha Għalhekk, hemm bżonn li jingħaqad il-finanzjament minn ħafna sorsi u jkun hemm aktar involviment mill-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili, kummerċjali u oħrajn li jappoġġjaw l-għanijiet tal-Programm Żgħażagħ Mobbli, biex tinkiseb il-massa kritika meħtieġa.

Il- Fond Soċjali Ewropew (ESF) jipprovdi għajnuna konsiderevoli għaż-żgħażagħ. Huwa l-istrument finanzjarju prinċipali tal-UE għall-appoġġ tal-impjieg taż-żgħażagħ, l-intraprenditorija u l-mobilità tal-ħaddiema żgħażagħ, biex jiġi evitat it-tluq bikri mill-iskola u jiżdiedu l-livelli tal-ħiliet.

Terz mill-10 miljun benefiċjarji tal-ESF appoġġjati kull sena huma żgħażagħ, u madwar 60% tal-baġit tal-ESF sħiħ ta' 75 biljun għall-2007-2013 u l-ko-finanzjament nazzjonali jibbenefikaw iż-żgħażagħ.

L-ESF b'mod sinifikanti jappoġġja ukoll r-riformi tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ tal-Istati Membri u l-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja, li jikkontribwixxu € 20,7 biljun.

Madankollu l-potenzjal tal-ESF għandu jkun massimizzat , minħabba d-deterjorament drastiku fis-sitwazzjoni taż-żgħażagħ mit-tfassil tal-programmi tal-ESF. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni tal-miżuri attwali tal-ESF u mbagħad taħdem mal-Istati Membri biex jidentifikaw il-miżuri ewlenin fil-mira u l-azzjonijiet ta' politika li għandhom b'mod urġenti jirċievu l-appoġġ tal-ESF. Dan se jsir permezz tal-rappurtar ESF u s-sorveljanza multilaterali Ewropa 2020. Is-sensibilizzazzjoni għandha wkoll tiġi intensifikata, sabiex iż-żgħażagħ jkunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-ESF.

Il-Kummissjoni ser teżamina, flimkien mal-Istati Membri u r-reġjuni, kif l-aħjar jappoġġjaw l-impjiegi, l-opportunitajiet edukattivi u l-infrastruttura tal-edukazzjoni ogħla taż-żgħażagħ permezz ta' fondi oħra strutturali u ta' koeżjoni, b'mod partikolari il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Barra minn hekk, PROGRESS u l-ġdida Faċilità Ewropea ġdida tal-mikro-finanza se jiġu sfruttati aktar, kif għandhom jiġu sfruttati l-fondi nazzjonali u reġjonali.

Il-Kummissjoni qed teżamina wkoll jekk toħloqx fil-livell tal-UE, b'kooperazzjoni mal-Bank Ewropew għall-Investiment, faċilità ta' self lill-istudenti bħala komplement għall-iskemi tal-Istati Membri. Id-disponibilità ta' self għall-studju għaż-żgħażagħ tista' tiżdied u tikkontribwixxi għal aktar mobilità transkonfinali fl-edukazzjoni, inkluża l-għażla għall-istudenti biex jagħmlu programm ta' studju kollu barra mill-pajjiż. Il-kumplimentarjetà mal-programmi eżistenti tal-UE dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jiġu żgurati. Bħalissa qed jitwettaq studju, bir-riżultati mistennija li joħorġu fl-2011.

Il-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjoni tagħha li ġiet adottata riċentement "Aġenda Diġitali għall-Ewropa"[38], li sejra tipproponi miżuri, għal aċċess 'ħafif u mgħaġġel' għall-fondi ta' riċerka tal-UE għall-ICT, biex dawn isiru aktar attraenti għall-SMEs u r-riċerkaturi żgħażagħ

Se ssir reviżjoni kkordinata ta' programmi eżistenti ta' edukazzjoni u ta' taħriġ bl-għan li tiżviluppa approċċ integrat skont il-Qafas Finanzjarju post-2013 li jsostni l-istrateġija Żgħażagħ Mobbli. L-għan huwa li jiġu appoġġjati opportunitajiet usa ta' tagħlim u ta' mobilità għaż-żgħażagħ kollha fl-Ewropa, kif ukoll jingħata appoġġ għall-modernizzazzjoni ta' sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u l-iżvilupp tas- settur taż-żgħażagħ , partikolarment permezz ta' proġetti u netwerks ta' kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali. Dan ikun jinkludi l-ħolqien ta' sħubiji ta' edukazzjoni, azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità, id-djalogu ta' politika internazzjonali u l-promozzjoni ta' Ewropa bħala destinazzjoni attraenti ta' studju u ta 'riċerka.

Il-Kummissjoni se tniedi konsultazzjoni pubblika minn Settembru 2010, sabiex tippermetti lill-partijiet kollha interessati jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-programmi futuri ta' edukazzjoni u ta' tagħlim. Hija se tippreżenta proposti fl-2011.

Fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, l- appoġġ tal-ESF għandu jkun marbut aktar mill-qrib mal-prijoritajiet tal-politika tal-Linjigwida Integrati u l-miri tal-impjiegi u tal-edukazzjoni nazzjonali tal-Ewropa 2020.

Azzjonijiet ewlenin ġodda:

- Minħabba l-importanza li kull ma tmur dejjem tikber tal-kwistjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jeżaminaw l-interventi tal-ESF u se jagħmlu proposta biex tiżdied il-kuxjenza ta' u jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-ESF għall-appoġġ taż-żgħażagħ.

- L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ESF jappoġġja malajr ż-żgħażagħ u l-kisba tal-miri tal-Ewropa 2020. Il-Kummissjoni ser tidentifika prattiki tajbin għall-użu effiċjenti tal-flus biex issaħħaħ l-opportunitajiet ta' impjieg taż-żgħażagħ u tispira l-applikazzjoni tagħhom b'mod aktar wiesa fil-programmi tal-Istati Membri.

- Għandha issir analiżi tal-programmi kollha rilevanti tal-UE li jkattru l-mobilità tat-tagħlim u tal-edukazzjoni, inkluż permezz ta' konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet interessati, li għandha titnieda f'Settembru 2010, u jsiru proposti fl-2011 għall-Qafas Finanzjarju l-ġdid.

- Tiġi eżaminata l-fattibilità għall-ħolqien faċilità ta' self għall-istudenti fil-livell tal-UE, f'kooperazzjoni mal-Grupp tal-EIB u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, biex tissaħħaħ il-mobilità transnazzjonali tal-istudenti u jittejjeb l-aċċess taż-żgħażagħ għall-edukazzjoni ogħla, b'komplement tal-iskemi tal-Istati Membri. Ir-riżultati ta' studju ta' fattibilità huma mistennija fl-2011.

7. MONITORAġġ U ARRANġAMENTI TA' RAPPURTAR

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fuq is-segwitu għall-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli fil-kuntest tas-segwitu għall-Istrateġija Ewropa 2020, l-arranġamenti eżistenti għall-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u Taħriġ ("ET 2020"), l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u l-istrateġija UE taż-Żgħażagħ [39]. Il- Linji Gwida Integrati ġodda, speċjalment il-linji gwida dwar l-impjieg, huma l-qafas għall-azzjonijiet ta' politika koordinata, u ħafna minnhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni se tappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil u implimentazzjoni ta' azzjonijiet permezz ta' finanzjament u l- metodi miftuħa ta' koordinazzjoni , notevolment permezz ta' tagħlim reċiproku msaħħaħ u r- reviżjonijiet inter pares mal-gvernijiet nazzjonali, dawk li jfasslu l-politika reġjonali u lokali u partijiet interessati oħra u prattikanti, kif ukoll permezz ta' monitoraġġ regolari ta', u kooperazzjoni fuq, il-programmi ESF.

L-azzjonijiet imħabbra f'din il-Komunikazzjoni se jiġu riveduti u aġġornati matul iż-żmien , fi ħdan l-orizzont 2020.

8. KAMPANJA TA' INFORMAZZJONI

Fl-2010, il-Kummissjoni se tniedi kampanja ta' informazzjoni biex tappoġġja l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli għad-deċennju li jmiss. Il-kampanja se tinkludi azzjoni speċifika li tqajjem kuxjenza dwar l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-azzjoni ta' mobilizzazzjoni fl-2011, diretta lejn ċittadini żgħażagħ u partijiet interessati tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri, biex tiffoka l-isforzi nazzjonali u tal-UE fuq it-treġġigħ lura tat-tendenzi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tinkoraġġixxi liż-żgħażagħ biex jieħdu opportunitajiet li jiġu offruti lilhom. Il-kampanja se tinvolvi b'mod attiv l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, is-settur tan-negozju, b'mod partikolari l-SMEs, u partijiet interessati ewlenin oħra.

9. KONKLUżJONI

L-inizjattiva ewlenija tal-Ewropa 2020 Żgħażagħ Mobbli tqiegħed liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-aġenda tal-UE biex toħloq ekonomija msejsa fuq l-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-livelli ta' edukazzjoni u l-ħiliet għoljin skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, l-adattabilità u l-kreattività, is-swieq tax-xogħol inklussivi u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Dawn kollha jirrappreżentaw komponenti ewlenin tal-prosperità futura tal-Ewropa. Hija meħtieġa azzjoni urġenti mill-Istati Membri u meta jkun rilevanti mill-pajjiżi kandidati, kemm fil-livelli nazzjonali u reġjonali, kif ukoll fil-livell tal-UE, biex tindirizza l-isfidi ffaċċjati miż-żgħażagħ deskritti f'din il-Komunikazzjoni u jkun żgurat li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, kif ukoll l-istrutturi tas-suq tax-xogħol, huma mgħammra għall-irkupru ekonomiku u lil hinn. Minħabba n-natura globali ta' dawn l-isfidi għall-UE, għandhom jiġu promossi d-djalogu, l-iskambji u l-kooperazzjoni mal-imsieħba esterni tal-UE. Biex tkun ta' suċċess, din l-inizjattiva tiddependi fuq l-appoġġ ta' istituzzjonijiet Ewropej oħra u fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati kollha.

[1] Eurostat, 2009, żgħażagħ ta' età bejn 15-30.

[2] Eurostat, Ġunju 2010, < 25 y.

[3] Projezzjonijet CEDEFOP

[4] Studju eSkills Monitor, European Commission, 2009

[5] Eurostat, 2008, żgħażagħ ta' età bejn 30-34.

[6] Studju MORE, Kummissjoni Ewropea, 2010

[7] Eurostat, 2009.

[8] OECD, PISA, 2006.

[9] Marbut mal-portal eżistenti PLOTEUS dwar opportuniatjiet tat-tagħlim. Fuq il-Portal 'L-Ewropa Tiegħek', il-Kummissjoni ppubblikat ukoll taqsima ' edukazzjoni u żgħażagħ' li fiha informazzjoni dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet għall-istudenti u ż-żgħażagħ fl-Ewropa.

[10] Fl-2010, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma tematiku ta' dawk li jfasslu l-politika u esperti minn Stati Membri biex jeżaminaw il-kawżi ta' prestazzjoni baxxa ta' studenti tal-iskola fil-matemika (inkluż il-ħiliet numeriċi) u xjenza.

[11] Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 394, 30.12.2006).

[12] Ħiliet Ewropej, tassonomija tal-Kompetenzi u Okkupazzjonijiet (ESCO).

[13] COM(2010) 296.o

[14] Ara r-rapport tal-inizjattiva tal-Parlament Ewropew stess minn Ms E Turunen "Il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istejtus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat", Ġunju 2010.

[15] Rapport mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Mobilità għall-Apprentisti, Frar 2010 (Kummissjoni Ewropea).

[16] Il-volontarjat, il-parteċipazzjoni, l-attiviajiet fi ħdan l-organizzazzjonijiey taż-żgħażagħ jipprovdu opportunitajiet għal tagħlim barra l-istrutturi formali. Dawn jistgħu jgħinu biex jirrinforzaw l-attivitajiet l-oħra taż-Żgħażagħ Mobbli u jinvolvu żgħażagħ li altrimenti jkunu f'riskju li jitħallew barra. Is- Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 se tipprovdi impetus ġdid biex jiġu żviluppati iktar dawn l-attivitajiet.

[17] COM(2005) 15.

[18] COM(2006) 208.

[19] Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar dwar iktar koperazzjoni Ewropea fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-edukazzjoni ogħla (2006/143/KE) (ĠU L 64, 4.3.2006).

[20] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-internazzjonalizzazzjoni ta 'edukazzjoni ogħla tal-11 ta' Mejju 2010.

[21] Ara COM(2009) 329 għal referenzi għall-istudji u r-riċerka.

[22] Dawn jinkludu dan li ġej: edukazzjoni ogħla (Erasmus, Erasmus Mundus, Marie Curie) għal studenti, kandidati għal dottorat u tal-persunal; edukazzjoni ogħla u riċerka (Marie Curie, mobilità fi ħdan Netwerks ta 'Eċċellenza u Pjattaformi ta' Teknoloġija); mill-edukazzjoni ogħla għal negozju (pjazzamenti fi ħdan l-Erasmus u Marie Curie); edukazzjoni vokazzjonali u apprendisti (Leonardo); it-tieni livell ta 'edukazzjoni (Comenius) tat-tagħlim għall-adulti u tal-volontarjat superjuri (Grundtvig); l-isfera kulturali (Programm ta' Kultura); skambji taż-żgħażagħ u tal-volontarjat (Żgħażagħ Mobbli); volontarjat (Servizz Volontarju Ewropew fi ħdan il-Programm Żgħażagħ Mobbli); is-soċjetà ċivili (il-Programm Ewropa għaċ-Ċittadini) u l-azzjoni preparatorja "Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ".

[23] http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/about/political/index_en.htm

[24] COM(2009) 329.

[25] Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC (2010) 1047 għal analiżi tar-risposti riċevuti.

[26] http://www.ond.vlaanderen.be/hogeronderwijs/bologna/conference/documents/Leuven_Louvain-la-Neuve_Communiqué_April_2009.pdf

[27] B'mod partikolari, il-Qafas ta' Kwalifiki Ewropej għat-Taglim Tul il-Ħajja (EQF), l-Europass, is-Suppliment tad-Diploma, Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (ECTS, għal edukazzjoni ogħla), Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u Youthpass.

[28] Mħabbra fil-Aġenda Diġitali - COM (2010) 245; "E-Ħiliet għas-Seklu 21" COM (2007) 496

[29] "Strateġija ġdida għas-suq waħdieni ", rapport minn M. Monti, 9 ta' Mejju 2010, p. 57

[30] "Il-Mobbiltà Ġeografika u tas-Suq tax-Xogħol", Eurobarometru Speċjali 337, Ġunju 2010

[31] Eurobarometru Speċjali 337, Ġunju 2010.

[32] Sorsi: L-Istudju dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (2008) jipprovdi inventarju ta' politiki ewlenin fis-seħħ għall-Istati Membri kollha tal-UE-27 Ir-rapport tal-Kumitat tal-Impiegi dwar l-impjieg taż-żgħażagħ (2010) jagħti ħarsa ġenerali tal-miżuri reċenti li ġew implimentati fl-Istati Membri.

[33] Is-serje ta' reviżjonijiet temati tal-OECD dwar l-Impieg taż-żgħażagħ fil-pajjiżi OECD magħżula (2008-2010)

[34] Il-Kummissjoni dalwaqt se tippreżenta analiżi (permezz ta' dokument ta' ħidma tal-persunal) dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol.

[35] Ara d-Direttiva 1999/70/KE.

[36] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva ta' nies esklużi mis-suq tax-xogħol ta' 03.10.2008 (ĠU L 307, 18.11.2008), approvat mill-Kunsill fis-17 Diċembru 2008 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu 6 ta' Mejju 2009.

[37] www.ec.europa.eu/epmf

[38] COM(2010) 245.

[39] COM(2009) 200.

Top