EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0385

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja

/* KUMM/2010/0385 finali */

52010DC0385

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja /* KUMM/2010/0385 finali */


Brussel 20.7.2010

KUMM(2010)385 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja

INTRODUZZJONI

L-Unjoni Ewropea għamlet passi ta' ġgant 'il quddiem minn meta, fl-1985, il-mexxejja ta' ħames pajjiżi Ewropej laħqu ftehim f'Schengen sabiex jabolixxu l-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom. Il-ftehim tagħhom wassal għall-Konvenzjoni ta' Schengen tal-1990, li kien fiha ż-żerriegħa ta' bosta mill-politiki dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni tal-lum. L-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni ħeġġet l-iżvilupp ta' firxa sħiħa ta' miżuri fil-fruntieri esterni, l-aktar b'rabta mal-ħruġ ta' viżi, il-koordinazzjoni ta' politiki dwar l-asil u l-immigrazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-pulizija u fl-oqsma ġudizzjarji u doganali bħala parti mill-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali. Illum, la ż-żona ta' Schengen u lanqas is-suq intern tal-UE ma jistgħu jiffunzjonaw mingħajr skambju ta' informazzjoni fuq bażi transkonfinali.

L-attakki terroristiċi tal-2001 fl-Istati Uniti, u kif ukoll il-bombi f'Madrid u Londra fl-2004 u l-2005, ippreċipitaw dinamika oħra fl-iżvilupp tal-politiki dwar il-ġestjoni tal-informazzjoni tal-Ewropa. Fl-2006, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw id-Direttiva dwar iż-Żamma ta' Dejta sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jitpoġġew f'pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jiġġieldu kriminalità serja billi jżommu kemm dejta dwar it-traffiku tat-telekomunikazzjoni u kif ukoll dwar il-lok.[1] Fi stadju sussegwenti l-Kunsill adotta l-inizjattiva Svediża għall-issimplifikar tal-iskambju ta' informazzjoni fuq bażi transkonfinali f'investigazzjonijiet kriminali u operazzjonijiet ta' intelligence . Fl-2008, huwa approva d-Deċiżjoni ta' Prüm biex jitħaffef l-iskambju ta' profili tad-DNA, il-marki tas-swaba' u d-dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi bħala parti mill-ġlieda kontra t-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità. Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn Unitajiet tal- Intelligence Finanzjarja, Uffiċċji tal-Irkupru ta' Assi u pjattaformi taċ-ċiberkriminalità u l-użu li l-Istati Membri jagħmlu mill-Europol u l-Eurojust, jikkostitwixxu għodod ulterjuri fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja fiż-żona ta' Schengen.

Immedjatament wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, il-gvern tal-Istati Uniti stabbilixxa l-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (Terrorist Finance Tracking Program) biex jevita komplotti simili permezz tal-monitoraġġ ta' tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi. Riċentement il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika rigward l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Dejta dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lill-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (Ftehim dwar TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti)[2] L-iskambju ta' Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) ma' pajjiżi terzi kienu ukoll ta' għajnuna lill-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja.[3] Wara li kkonludiet ftehimiet ta' PNR mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada, riċentement il-Kummissjoni reġgħet bdiet tivvaluta l-pjani tagħha biex tikkunsidra mill-ġdid l-approċċ għall-ħolqien ta' sistema ta' PNR fl-UE u l-iskambju ta' tali dejta ma' pajjiżi terzi.

Il-miżuri msemmija hawn fuq ippermettew il-moviment ħieles fiż-żona ta' Schengen, ikkontribwixxew għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attakki terroristiċi u forom oħra ta' reati kriminali serji u tejbu l-iżvilupp ta' politika komuni dwar il-viża u l-asil.

Għall-ewwel darba, din il-komunikazzjoni qiegħda tippreżenta deskrizzjoni ġenerali sħiħa ta' miżuri fil-livell tal-UE, li qegħdin jiġu implimentati jew li qed jiġu kkunsidrati, li jirregolaw il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu liema dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi pproċessata u skambjata, minn min u għal liema finijiet. Dan id-dokument jipprovdi tweġiba trasparenti għal dawn il-mistoqsijiet. Għandu wkoll il-għan li jiċċara l-iskop ta' dawn l-istrumenti, l-istruttura tagħhom, it-tipi ta' dejta personali li jkopru, il-lista tal-awtoritajiet b'aċċess għal tali dejta u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-protezzjoni u ż-żamma tad-dejta. Barra minn hekk, jiġbor fih għadd limitat ta' eżempji li juru kif dawn l-istrumenti joperaw fil-prattika (ara l-Anness I). Fl-aħħar nett, id-dokument jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li għandhom jirfdu t-tfassil u l-evalwazzjoni tal-istrumenti tal-ġestjoni tal-informazzjoni tal-ġejjieni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

Bid-deskrizzjoni ġenerali li tagħti ta' miżuri fil-livell tal-UE li jirregolaw il-ġestjoni ta' informazzjoni personali u bil-proposta ta' sett ta' prinċipji għall-iżvilupp u l-valutazzjoni ta' dawn il-miżuri li tressaq, din il-komunikazzjoni tikkontribwixxi għal djalogu politku informat mal-partijiet interessati kollha. Fl-istess ħin, hija tipprovdi l-ewwel tweġiba għas-sejħiet tal-Istati Membri biex jiġi żviluppat approċċ aktar "koerenti" għall-iskambju ta' informazzjoni personali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li riċentement ġie indirizzat mill-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni,[4] u biex issir riflessjoni dwar il-possibbiltà tal-ħtieġa tal-iżvilupp ta' Mudell Ewropew għall-Iskambju ta' Informazzjoni msejjes fuq evalwazzjoni ta' miżuri kurrenti ta' skambju ta' informazzjoni.[5]

Il-limitazzjoni tal-iskop hija kunsiderazzjoni ewlenija għall-parti l-kbira tal-istrumenti koperti f'din il-komunikazzjoni. Sistema ta' informazzjoni waħda u globali bi skopijiet multipli twassal għal skambju ta' informazzjoni tal-aħjar livell. Madanakollu, l-ħolqien ta' sistema bħal din tikkostitwixxi restrizzjoni kbira u illeġittima tad-dritt tal-individwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u toħloq sfidi enormi f'termini ta' żvilupp u operat. Fil-prattika, il-politiki fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja żviluppaw b'manjiera inkrementali, u wasslu għal għadd ta ' sistemi u strumenti ta' informazzjoni ta' diversi qisien, skopijiet u finijiet. L-istruttura kompartimentalizzata tal-ġestjoni tal-informazzjoni li ħarġet fid-dieher fuq dawn l-aħħar deċenni twassal aktar għas-salvagwardja tad-dritt taċ-ċittadini għall-privatezza tagħhom minn kwalunkwe alternattiva ċentralizzata oħra.

Din il-komunikazzjoni ma tkoprix miżuri li jinvolvu l-iskambju ta' dejta mhux personali għal finijiet strategiċi, bħal analiżi tar-riskju u valutazzjonijiet tat-theddid; lanqas ma tanalizza fid-dettall id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-istrumenti li qiegħda ssir diskussjoni dwarhom, billi bħalissa l-Kummissjoni qiegħda twettaq eżerċizzju separat ta' qafas komprensiv ġdid għall-protezzjoni tad-dejta personali fil-livell tal-UE – u dan abbażi tal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa l-Kunsill qiegħed jikkunsidra l-abbozz ta' direttivi ta' nnegozjar għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali meta din tiġi ttrasferita u pproċessata għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, fosthom it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. Billi dawn in-negozjati aktar mistennija li jistabbilixxu modi kif iż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fit-trasferiment u l-ipproċessar ta' dejta personali aktar milli s-sustanza ta' tali trasferimenti u pproċessar ta' dejta, din il-komunikazzjoni ma tkoprix din l-inizjattiva.[6]

L-ISTRUMENTI TAL-UE LI JIRREGOLAW IL-ġBIR, Iż-żAMMA U L-ISKAMBJU TA' DEJTA PERSONALI GħALL-FINIJIET TAL-INFURZAR TAL-LIġI JEW TAL-MIGRAZZJONI

Din it-taqsima tipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea li jirregolaw il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju transkonfinali ta' dejta personali għall-iskop tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. It-taqsima 2.1 tiffoka fuq miżuri li jinsabu fis-seħħ bħalissa, li qegħdin jiġu implimentati jew li qed jiġu kkunsidrati; it-taqsima 2.2 tikkonċerna inizjattivi stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma[7]. Din tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti li ġejjin ta' kull strument:

- Sfond (jekk il-miżura ġietx proposta minn Stati Membri jew mill-Kummissjoni);[8]

- Fini(jiet) tal-ġbir, żamma u skambju ta' dejta;

- Struttura (sistema ta' informazzjoni ċentralizzata jew skambju deċentralizzat ta' dejta);

- Inklużjoni ta' dejta personali;

- Awtoritajiet b'aċċess għad-dejta;

- Dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' dejta;

- Regoli dwar iż-żamma ta' dejta;

- Stadju tal-implimentazzjoni;

- Mekkaniżmu ta' valutazzjoni.

Strumenti li qegħdin jintużaw, li qegħdin jiġu implimentati jew li qegħdin jiġu kkunsidrati

Strumenti tal-UE li għandhom l-għan li jtejbu l-operat taż-żona ta' Schengen u l-unjoni doganali

Is- Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) tnisslet mix-xewqa tal-Istati Membri li joħolqu żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni filwaqt li jiġi ffaċilitat il-moviment ta' persuni bejn il-fruntieri esterni tagħhom.[9] Din bdiet topera fl-1995 bil-għan tal-ħarsien tas-sigurtà pubblika, inkluż is-sigurtà nazzjonali, fi ħdan iż-żona ta' Schengen u biex tiffaċilita l-moviment ta' persuni permezz tal-użu ta' informazzjoni kkomunikata b'din is-sistema. Is-SIS hija sistema ta' informazzjoni ċentralizzata li tinkludi parti nazzjonali f'kull Stat li jipparteċipa u funzjoni ta' appoġġ tekniku fi Franza. L-Istati Membri jistgħu joħorġu allerti għal persuni mfittxija biex jiġu arrestati jew estraditi; ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom jiġu mċaħħda d-dħul; persuni mitlufa; xhieda jew dawk li jirċievu taħrika ġudizzjarja; persuni u vetturi suġġetti għal monitoraġġ eċċezzjonali minħabba li jkunu ta' theddida għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali; vetturi, dokumenti u armi tan-nar mitlufa jew misruqa; u karti tal-flus suspettużi. Id-dejta li tiddaħħal fis-SIS tinkludi ismijiet u psewdonimi, karatteristiċi fiżiċi, post u data tat-twelid, iċ-ċittadinanza u jekk individwu jkunx armat u vjolenti. Il-pulizija, l-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntiera, tad-dwana u l-awtoritajiet ġudizzjarji involuti fi proċedimenti kriminali jistgħu jaċċessaw din id-dejta skont is-setgħat legali rispettivi tagħhom. L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-uffiċċji konsulari għandhom aċċess għal dejta relatata ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fil-lista u għal allerti dwar dokumenti mitlufa jew misruqa. Il-Europol jista' jkollha aċċess għal xi kategoriji ta' dejta mis-SIS, fosthom allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest u dawk il-persuni suġġetti għal monitoraġġ eċċezzjonali minħabba li jkunu ta' theddida għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali. Il-Eurojust tista' taċċessa allerti dwar persuni mfittxija biex jiġu arrestati u estraditi u dwar xhieda jew persuni li fil-konfront tagħhom tkun inħarġet taħrika ġudizzjarja. Id-dejta personali tista' tintuża għall-finijiet ta' allerti speċifiċi li jkunu nħarġu għalihom. Id-dejta personali li tiddaħħal fl-SIS għall-finijiet tal-ittraċċar ta' persuna tista' tinżamm biss għal dak il-perjodu meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-finijiet għaliex tkun ingħatat, u mhux għal aktar minn tliet snin wara li tiddaħħal. Id-dejta dwar persuni suġġetti għal monitoraġġ eċċezzjonali minħabba li jkunu ta' theddida għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali għandha titħassar wara sena. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli nazzjonali għal livell ta' protezzjoni tad-dejta li minn tal-anqas ikun ugwali għal dak li jirriżulta mill-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' Individwi tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1981 fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali u r-Rakkomdazzjoni tal-1987 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija.[10] Filwaqt li l-Konvenzjoni ta' Schengen ma tinkludix mekkaniżmu ta' valutazzjoni, il-firmatarji jistgħu jipproponu emendi għaliha, f'liema każ it-test emendat għandu jiġi approvat b'umanimità u rratifikat mill-parlamenti nazzjonali. Is-SIS hija applikabbli bis-sħiħ fi 22 Stat Membru, u kif ukoll fl-Isvizzera, fin-Norveġja u fl-Islanda. Ir-Renju Unit u l-Irlanda jipparteċipaw fl-aspetti tal-kooperazzjoni tal-pulizija tal-Konvenzjoni ta' Schengen u tas-SIS, għajr għal allerti relatati ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fil-lista ta' projbizzjoni ta' dħul. Ċipru ffirma l-Konvenzjoni ta' Schengen, iżda għadu ma implimentahiex. Il-Liechtenstein mistenni jimplimentaha fl-2010; Il-Bulgarija u r-Rumanija mistennija jagħmlu dan fl-2011. It-tiftix fil-proċedura tas-SIS jipproduċi 'sejba' meta d-dettalji ta' persuna jew oġġett li jkunu qed jiġu mfittxija jaqblu ma' dawk ta' allert eżistenti. Wara li tinkiseb is-sejba, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu, permezz tan-netwerk tagħhom tas-SIRENE bureaux, jitolbu għal aktar informazzjoni dwar is-suġġetti ta' allert[11].

Hekk kif Stati Membri ġodda ssieħbu fiż-żona ta' Schengen, id-daqs tal-bażi tad-dejta tal-SIS kibret b'mod korrispondenti: bejn Jannar 2008 u 2010, l-għadd totali ta' allerti tas-SIS żdied minn 22.9 għal 31.6 miljun.[12] Billi din iż-żieda fil-volumi tad-dejta u t-tibdil fil-ħtiġijiet tal-utenti kienet ġiet antiċipata, fl-2001 l-Istati Membri ddeċidew li jiżviluppaw Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), u fdaw dan il-kompitu f'idejn il-Kummissjoni.[13] Is-SIS II qiegħda tiġi żviluppata bħalissa bl-iskop li tiżgura livell għoli ta' sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja billi ttejjeb il-funzjonijiet tas-sistema tal-ewwel ġenerazzjoni u biex tiffaċilita l-moviment ta' persuni permezz tal-użu ta' informazzjoni kkomunikata b'din is-sistema. Barra mill-kategoriji ta' dejta oriġinali koperti mis-sistema tal-ewwel ġenerazzjoni, is-SIS II ser tkun tista' tittratta marki tas-swaba', ritratti, kopji tal-Mandat ta' Arrest Ewropew, dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi ta' persuni li l-identità tagħhom ma tkunx qed tiġi użata b'mod xieraq u konnessjonijiet bejn allerti differenti. Pereżempju, is-SIS II tkun tippermetti l-interkonnessjoni ta' allerti relatati ma' persuna mfittxija għal sekwsetru, l-individwu sekwestrat u l-vettura użata għal dan ir-reat. Ir-regoli dwar id-drittijiet ta' aċċess u ż-żamma ta' dejta huma l-istess għal dawk tas-sistema tal-ewwel ġenerazzjoni. Id-dejta personali tista' tintuża għall-finijiet ta' allerti speċifiċi li jkunu nħarġu għalihom. Id-dejta personali fis-SIS II għandha tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-atti legali bażiċi li jirregolaw din is-sistema (ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI), li jiċċaraw il-prinċipji tad-Direttiva 95/46/KE u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Konvenzjoni 108 u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[14] Is-SIS II ser tuża l-s-TESTA, in-netwerk tal-Kummissjoni ta' komunikazzjoni sikura ta' dejta.[15] Ladarba tibda topera, din is-sistema ser tkun applikabbli fl-Istati Membri kollha, fl-Isvizzera, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Islanda.[16] Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' progress darbtejn fis-sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-SIS II u l-migrazzjoni potenzjali mis-SIS tal-ewwel ġenerazzjoni.[17]

L-iżvilupp tal- EURODAC jista' jiġi traċċat lura għall-abolizzjoni tal-fruntieri interni, li għamilha neċessarja li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal asil. Il-EURODAC hija sistema awtomatizzata ċentralizzata ta' identifikazzjoni ta' marki tas-swaba' li tiġbor fiha d-dejta tal-marki ta' swaba' ta' ċerti ċittadini ta' pajjiżi terzi. Din ilha topera minn Jannar 2003, u l-iskop tagħha huwa li tiddeċiedi liema Stat Membru għandu jkun responsabbli, taħt ir-Regolament ta' Dublin, mill-analiżi ta' applikazzjoni partikolari għal asil.[18] L-individwi li jkollhom 14-il sena jew aktar u li jitolbu asil fi Stat Membru jitteħdulhom il-marki tas-swaba' awtomatikament, u dan jgħodd ukoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinqabdu f'rabta ma' qsim irregolari ta' fruntiera esterna. Permezz tat-tqabbil tal-marki tas-swaba' ta' dawn l-individwi mar-reġistru tal-EURODAC, l-awtoritajiet nazzjonali jippruvaw jistabbilixxu l-post fejn il-persuna tkun issotmettiet applikazzjoni għal asil jew minn fejn tkun daħlet fl-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba. L-awtoritajiet jistgħu wkoll iqabblu l-marki tas-swaba' ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu nstabu fit-territorju tagħhom b'mod illegali mar-reġistru tal-EURODAC. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-lista tal-awtoritajiet li jkollhom aċċess għall-bażi tad-dejta, li tipikament tkun tinkludi l-awtoritajiet responsabbli mill-asil u l-migrazzjoni, l-għassiesa tal-fruntiera u l-pulizija. L-Istati Membri jtellgħu d-dejta rilevanti fil-bażi tad-dejta ċentrali permezz tal-punti ta' aċċess nazzjonali tagħhom. Id-dejta personali fil-EURODAC tista' tintuża biss għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-applikazzjoniet tar-Regolament ta' Dublin; kwalunkwe użu ieħor huwa suġġett għal pieni. Il-marki tas-swaba' ta' persuni li jfittxu asil jinżammu għal 10 snin; dawk ta' migranti irregolari, għal sentejn. Ir-rekords ta' dawk li jfittxu asil jitħassru ladarba jakkwistaw iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru; dawk ta' migranti irregolari jitħassru ladarba jiksbu permess ta' residenza jew ċittadinanza, jew jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri. Id-Direttiva 95/46/KE tapplika għall-ipproċessar ta' dejta personali taħt dan l-istrument.[19] Il-EURODAC topera fuq in-netwerk s-TESTA tal-Kummissjoni u hija applikabbli f'kull Stat Membru, kif ukoll għan-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera. Il-ftehim li jippermetti l-konnessjoni tal-Liechtenstein għadu fil-proċess li jiġi konkluż. Il-Kummissjoni hija meħtieġa tissottometti rapporti kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħidma tal-unità ċentrali tal-EURODAC.

Wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, l-Istati Membri ddeċidew li jgħaġġlu l-implimentazzjoni ta' politika komuni dwar il-viża billi joħolqu forma ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-viżi għal żjajjar qosra.[20] L-abolizzjoni tal-fruntieri interni għamlitha wkoll aktar faċli li jsir abbuż mis-sistemi tal-Istati Membri. Is- Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha l-għan li tindirizza dan it-tħassib: l-iskop tagħha huwa li tgħin fl-implimentazzjoni ta' politika komuni dwar il-viża permezz tal-iffaċilitar tal-analiżi ta' applikazzjonijiet għal viżi u l-kontrolli tal-fruntieri esterni filwaqt li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna tal-Istati Membri.[21] Il-VIS ser tkun sistema ta' informazzjoni ċentralizzata li tinkludi parti nazzjonali f'kull Stat li jipparteċipa u funzjoni ta' appoġġ tekniku fi Franza. Din ser tuża sistema ta' tqabbil bijometriku li tiżgura t-tqabbil affidabbli tal-marki tas-swaba' u tivverifika l-identità ta' detenturi ta' viża fil-fruntieri esterni. Hija ser tinkludi dejta dwar applikazzjonijiet għal viża, ritratti, marki tas-swaba', deċiżjonijiet relatati ma' awtoritajiet tal-viża u konnessjonijiet bejn applikazzjonijiet relatati. L-awtoritajiet tal-viża, tal-asil, tal-immigrazzjoni u tal-kontroll tal-fruntiera ser ikollhom aċċess għal din il-bażi ta' dejta għall-finijiet li jivverifikaw l-identità ta' detenturi ta' viża u l-awtentiċità tal-viżi; il-pulizija u l-Europol jistgħu jikkonsultawha għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u forom oħra ta' kriminalità serja.[22] Il-fajls ta' applikazzjoni jkunu jistgħu jinżammu għal ħames snin. Id-dejta personali fil-VIS għandha tiġi pproċessata skont ir-regoli speċifiċi misjuba fl-istrument leġiżlattiv bażiku li jirregola din is-sistema (ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI), li jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjonali 181 tagħha u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa[23]. Il-VIS ser tkun applikabbli f'kull Stat Membru (għajr fir-Renju Unit u fl-Irlanda), u kif ukoll fl-Isvizzera, fin-Norveġja u fl-Islanda. Hija ser topera abbażi tan-netwerk s-TESTA tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ser tevalwa din is-sistema tliet snin wara li titnieda u kull erba' snin minn dakinhar.

Fuq inizjattiva Spanjola, fl-2004 l-Kunsill adotta direttiva li tirregola t-trażmissjoni ta' Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (API) mingħand it-trasportaturi bl-ajru lill-awtoritajiet ta' kontroll tal-fruntiera.[24] L-iskop ta' dan l-istrument huwa t-titjib tal-kontroll tal-fruntieri u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari. Meta jintalbu, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jikkomunikaw lil dawn l-awtoritajiet l-isem, id-data tat-twelid, il-post tal-imbark u l-post tad-dħul fil-fruntiera tal-passiġġieri li jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn l-UE minn pajjiżi terzi. Tipikament din id-dejta personali tittieħed mill-parti tal-passaporti tal-passiġġieri li tinqara minn magna u mbagħad tintbagħat lill-awtoritajiet wara li jitlesta ċ- check-in . Wara l-wasla tat-titjira, l-awtoritajiet u t-trasportaturi tal-ajru jistgħu jżommu d-dejta tal-API għal 24 siegħa. Is-sistema taħdem b'mod deċentralizzat permezz ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn operaturi privati u awtoritajiet pubbliċi. L-istrument ma jippermettix l-iskambju ta' API bejn l-Istati Membri. madanakollu, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, għajr l-għassiesa tal-fruntiera, jistgħu jitolbu għal aċċess għal din l-informazzjoni għall-finijiet ta' nfurzar tal-liġi. Id-dejta personali tista' tintuża biss minn awtoritajiet pubbliċi għall-finijiet ta' kontroll tal-fruntiera u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u għandha tiġi pproċessata skont id-Direttiva 95/46/KE.[25] Dan l-istrument jinsab fis-seħħ madwar l-UE kollha iżda jintuża biss f'għadd żgħir ta' Stati Membri. Il-Kummissjoni sejra terġa' tanalizza d-direttiva fl-2011.

Parti importanti tal-Programm tal-Kummissjoni tal-1992, li kien jistabbilixxi s-suq intern, kienet tikkonċerna l-abolizzjoni tal-kontrolli u l-formalitajiet kollha fir-rigward tal-moviment ta' oġġetti fil-Komunità.[26] L-eliminazzjoni ta' tali proċeduri fil-fruntieri interni żiedet ir-riskju ta' frodi, u għalhekk l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu, fuq in-naħa l-waħda, mekkaniżmu ta' assistenza amministrattiva reċiproka li jgħin fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jsiru bi ksur ta' leġiżlazzjoni doganali u agrikola Komunitarja u, fuq in-naħa l-oħra, kooperazzjoni doganali bil-għan tal-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta' ksur ta' dispożizzjonijiet dognali nazzjonali, prinċipalment permezz tat-tisħiħ tal-iskambju ta' informazzjoni fuq bażi transkonfinali. Bla ħsara għall-kompetenza tal-Komunità fl-unjoni doganali,[27] il- Konvenzjoni Napli II dwar l-assistenza u l-kooperazzjoni reċiproċi bejn l-amministrazzjonijiet doganali għandha l-għan li l-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali jitpoġġew f'pożizzjoni li jkunu jistgħu jipprevjenu u jiskopru ksur ta' dispożizzjonijiet doganali nazzjonali filwaqt li tgħinhom fil-prosekuzzjoni u fit-teħid ta' passi kontra ksur ta' dispożizzjonijiet doganali Komunitarji u nazzjonali.[28] Taħt dan l-istrument, għadd ta' unitajiet ċentrali ta' koordinazzjoni jitolbu assistenza bil-miktub mill-kontrapartijiet tagħhom fi Stati Membri oħrajn għal investigazzjonijiet kriminali dwar ksur ta' regoli doganali nazzjonali u Komunitarji. Dawn l-unitajiet jistgħu jipproċessaw biss dejta personali għall-finijiet tal-Konvenzjoni Napli II. Dawn jistgħu jibagħtu din l-informazzjoni lil awtoritajiet doganali nazzjonali, jinvestigaw awtoritajiet u korpi ġudizzjarji u, suġġett għal kunsens minn qabel mill-Istat Membru li jissupplixxi d-dejta, lil awtoritajiet oħrajn. Id-dejta tista' tinżamm għal perjodu li ma jaqbiżx il-limitu meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat. Id-dejta personali fl-Istat Membru riċevitur tgawdi mill-istess livell ta' protezzjoni tal-Istat Membru li jissupplixxi u l-ipproċessar tagħha għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u tal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill tal-Ewropa.[29] Il-Konvenzjoni Napli II ġiet irratifikata minn kull Stat Membru. Dawn jistgħu jipproponu li jsirulha emendi, u wara dan it-test emendat ikollu jiġi adottat mill-Kunsill tal-Ministri u rratifikat mill-Istati Membri.

Tikkumplimenta l-Konvenzjoni Napli II hemm is- Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS) li tagħmel użu mit-teknoloġija tal-informazzjoni għal għajnuna fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ksur serju ta' liġijiet nazzjonali billi żżid, permezz tat-tixrid rapidu ta' informazzjoni, l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.[30] Is-CIS, li hija ġestita mill-Kummissjoni, hija sistema ta' informazzjoni ċentralizzata aċċessibbli permezz ta' terminali f'kull Stat Membru u fil-Kummissjoni, fil-Europol u fil-Eurojust. Hija tinkludi dejta personali b'referenza għal prodotti, mezzi ta' trasport, negozji, persuni u oġġetti u kontanti li jinżammu, jinqabdu jew jiġu kkonfiskati. Id-dejta personali hija magħmula minn ismijiet u psewdonimi, data u post tat-twelid, nazzjonalità, sess, karatteristiċi fiżiċi, dokumenti tal-identità, indirizz, kwalunkwe każ preċedenti ta' vjolenza, ir-raġuni għaliex tkun iddaħħlet id-dejta fis-CIS, azzjoni ssuġġerita u r-reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport. Fil-każ li jinżammu, jinqabdu jew jiġu kkonfiskati oġġetti u kontanti, fis-CIS ikunu jistgħu jiddaħħlu biss dejta bijografika u indirizz. Tali informazzjoni tista' tintuża biss għal finijiet ta' dhir, irrappurtar jew it-twettiq ta' spezzjonijiet partikolari jew kontrolli speċifiċi fuq, jew għal analiżijiet strategiċi u operazzjonali dwar, persuni ssuspettati li jkunu kisru dispożizzjonijiet doganali nazzjonali. Awtoritajiet nazzjonali tad-dwana, tat-tassazzjoni, agrikoli, tas-saħħa pubblika u awtoritajiet tal-pulizija jistgħu jaċċessaw dejta mis-CIS.[31] L-ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun konformi mar-regoli speċifiċi stabbiliti mis-CIS u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Konvenzjoni 108 u r-Rakkomadazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[32] Id-dejta personali tista' tiġi kkupjata biss mis-CIS għal fuq sistemi oħrajn li jipproċessaw id-dejta għal analiżi tal-ġestjoni tar-riskju jew analiżi operazzjonali, u l-uniċi persuni li jkunu jistgħu jaċċessawha jkunu l-analisti maħtura mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni. Id-dejta personali kkupjata mis-CIS tkun tista' tinżamm biss għall-perjodu ta' żmien meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ikkupjata u mhux għal aktar minn 10 snin. Is-CIS tistabbilixxi wkoll Bażi ta' dejta ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali (FIDE) li tgħin fil-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ksur serju tal-liġijiet nazzjonali.[33] Il-FIDE tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mit-tmexxija ta' investigazzjonijiet doganali u d-dipartimenti relevanti tal-Kummissjoni li, meta jiftħu fajl ta' investigazzjoni, jidentifikaw awtoritajiet oħrajn li possibbilment ikunu diġà investigaw persuna jew negozju partikolari. Dawn l-awtoritajiet jistgħu jdaħħlu dejta fil-FIDE mill-fajls ta' investigazzjoni tagħhom, fosthom dejta bijografika ta' persuni taħt investigazzjoni u l-isem tan-negozju, l-isem tal-kummerċ, in-numru tal-VAT u l-indirizz ta' negozji li jkunu qegħdin jiġu investigati. Id-dejta li s-sors tagħha jkunu fajls ta' investigazzjoni fejn ma tkun instabet l-ebda frodi doganali tista' tinżamm għal mhux aktar minn tliet snin; dejta minn fajls fejn ikun instab każ ta' frodi doganali tkun tista' tinżamm għal mhux aktar minn sitt snin; u dawk il-fajls fejn tkun inħarġet sentenza jew penali jkunu jista' jinżammu għal mhux aktar minn 10 snin. Is-CIS u l-FIDE jużaw in-Netwerk komuni ta' komunikazzjoni, Netwerk komuni ta' interface tas-sistema jew aċċess sikur tal-web ipprovdut mill-Kummissjoni. Is-CIS tinsab fis-seħħ fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-operat tas-CIS.

Strumenti tal-UE bil-għan tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u ta' forom oħra ta' reati kriminali transkonfinali serji

L-attakki terroristiċi f'Madrid ta' Marzu 2004 rriżultaw f'diversi inizjattivi ġodda fil-livell tal-UE. Fuq talba tal-Kunsill Ewropew, fl-2005 l-Kummissjoni ppreżentat proposta għal strument li jirregola l-iskambju ta' informazzjoni taħt il-prinċipju tad-disponibbiltà.[34] Minflok ma approva din il-proposta, fl-2006 l-Kunsill adotta l- inizjattiva Svediża , li tissimplifika l-iskambju bejn l-Istati ta' kull informazzjoni eżistenti jew intelligence kriminali li tista' tkun neċessarja għal investagazzjoni kriminali jew għal operazzjoni ta' intelligence kriminali.[35] Dan l-istrument huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' politika 'aċċess ekwivalenti', li jfisser li l-kundizzjonijiet applikabbli għall-iskambju transkonfinali ta' dejta ma għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk li jirregolaw l-aċċess domestiku. L-inizjattiva Svediża topera f'manjiera deċentralizzata u tagħti l-possibbiltà li l-pulizija, l-awtoritajiet doganali u kwalunkwe awtorità oħra mogħnija bis-setgħa li tinvestiga reati kriminali (bl-eċċezzjoni tas-servizzi tal- intelligence , li tipikament jittrattaw intelligence relatata mas-sigurtà nazzjonali jew tal-Istat) jikkondividu informazzjoni u intelligence kriminali mal-kontrapartijiet tagħhom fl-UE. L-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali li jittrattaw talbiet uġenti għal informazzjoni. Din il-miżura tistabbilixxi skadenzi ċari għall-iskambju ta' informazzjoni u tirrekjedi lill-Istati Membri li jimlew formola meta jagħmlu talbiet għal dejta. L-Istati Membri huma meħtieġa li jirrispondu għal talbiet għal informazzjoni u ta' intelligence fi żmien 8 sigħat f'każi urġenti, fi żmien ġimgħa f'każi mhux urġenti u fi żmien ġimagħtejn fil-każi l-oħrajn kollha. L-użu ta' informazzjoni u intelligence miksuba permezz ta' dan l-istrument hija suġġetta għal liġijiet domestiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta, u f'dan l-ambitu l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw trattament differenzjali bejn dik l-informazzjoni b'sors domestiku u dik li tkun ġejja minn Stati Membri oħrajn. Madanakollu, l-Istat Membru li jissupplixxi l-informazzjoni jista' jistabbilixxi kundizzjonijiet dwar l-użu ta' informazzjoni jew intelligence fi Stati Membri oħrajn. Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, u anke f'konformità mal-Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjoni 181 tagħha u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[36] Mill-31 firmatarju (fosthom l-Istati Membri tal-UE, u kif ukoll in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein), 12 minnhom adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali biex jimplimentawha; ħames stati jimlew il-formola għal talba għal informazzjoni b'mod regolari; iżda huma biss żewġ stati li jużawha fuq bażi frekwenti għall-iskambju ta' informazzjoni.[37] Il-Kummissjoni għandha tressaq ir-rapport ta' evalwazzjoni tagħha lill-Kunsill sa qabel tmiem l-2010.

Id- Deċiżjoni ta' Prüm tibni fuq ftehim konkluż mill-Ġermanja, Franza, Spanja, l-Istati tal-Benelux u l-Awstrija fl-2005 biex tiżdied il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transkonfinali u l-migrazzjoni irregolari. Fi tweġiba għall interess muri minn diversi Stati Membru li jissieħbu ma' dan il-ftehim, matul il-presidenza tagħha fl-2007 l-Presidenza Ġermaniża pproponiet li tittrasformah fi strument tal-UE. Id-Deċiżjoni ta' Prüm tal-2008, li għandha tiġi implimentata sa Awwissu 2011, tistabbilixxi r-regoli għall-iskambju transkonfinali ta' profili ta' DNA, marki tas-swaba', dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi u informazzjoni dwar individwi suspettati bi pjani ta' attakki terroristiċi.[38] Hija tipprova ttejjeb il-prevenzjoni ta' reati kriminali, partikolarment it-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u żżomm l-ordni pubbliku f'konnessjoni ma' avvenimenti maġġuri. Din is-sistema ser taħdem b'mod deċentralizzat b'interkonnessjoni, permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali, bejn il-bażijiet tad-dejta tad-DNA, il-marki tas-swaba' u r-reġistrazzjoni ta' vetturi tal-Istati li jipparteċipaw fiha. Permezz tan-netwerk s-TESTA tal-Kummissjoni, il-punti ta' kuntatt ser ikunu jistgħu jittrattaw talbiet li jidħlulhom u li jagħmlu huma għal tqabbil transkonfinali ta' profili tad-DNA, marki tas-swaba' u dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi. Is-setgħat tagħhom li jittrażmettu tali dejta lil utenti finali huma kkontrollati mil-liġi nazzjonali. Minn Awwissu 2011, it-tqabbil tad-dejta ser iseħħ b'mod għalkollox awtomatizzat. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom jgħaddu minn proċess rigoruż ta' evalwazzjoni (jivvalutaw, b'mod partikolari, il-konformità tagħhom ma' rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta u rekwiżiti tekniċi) biex jirċievu l-awtorizzazzjoni biex jibdew kondiviżjoni awtomatizzata ta' dejta. Id-dejta personali ma tistax tiġi skambjata taħt dan l-istrument sakemm l-Istati Membri ma jiggarantux livell ta' protezzjoni tad-dejta li minn tal-anqas ikun ugwali għal dak li jirriżulta minn Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjonali 181 tiegħu u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[39] Il-Kunsill ser jiddeċiedi b'mod unanimu jekk il-kundizzjonijiet ikunux intlaħqu. L-informazzjoni personali tista' tintuża biss għall-finijiet li tkun ingħatat, sakemm l-Istat Membru li jagħti l-informazzjoni ma jagħtix il-kunsens tiegħu biex tintuża għal finijiet oħrajn. L-individwi jistgħu wkoll jitolbu lill-uffiċjali nazzjonali tagħhom responsabbli mill-protezzjoni tad-dejta, maħtura skont id-Direttiva 95/46/KE, biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom dwar l-ipproċessar ta' dejta personali. It-tqabbil ta' profili tad-DNA u tal-marki tas-swaba' ser jopera fuq bażi ta' 'sejba/l-ebda sejba' (anonima), fejn l-awtoritajiet ser ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni personali dwar suġġett ta' dejta biss fil-każ li t-tiftixa oriġinali tkun wasslet għal sejba ta' informazzjoni. Normalment dawn it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali ser jingħaddew permezz tal-inizjattiva Svediża. Id-Deċiżjoni ta' Prüm tinsab fil-fażi ta' implimentazzjoni madwar is-27 Stat tal-UE; filwaqt li n-Norveġja u l-Islanda jinsabu fil-proċess li jaderixxu magħha.[40] Il-Kummissjoni għandha tressaq ir-rapport ta' evalwazzjoni tagħha lill-Kunsill fl-2012.

Fit-tweġiba għall-attakki bil-bombi li saru f'Londra f'Lulju 2005, ir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Isvezja u Franza pproponew l-adozzjoni ta' strument tal-UE għall-armonizzazzjoni ta' regoli nazzjonali applikabbli għaż-żamma ta' dejta. Id- Direttiva dwar iż-Żamma ta' Dejta tal-2006 tobbliga lill-fornituri ta' servizzi ta' telefonija u internet biex iżommu, għall-finijiet ta' investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta' kriminalità serja, traffiku ta' komunikazzjoni elettronika u dejta dwar il-lok, u kif ukoll informazzjoni dwar abbonati (fosthom numru tat-telefon, indirizz IP u identifikatur ta' tagħmir mobbli).[41] Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta' Dejta la tirregola l-aċċess, u lanqas l-użu ta' dejta miżmuma minn awtoritajiet nazzjonali. L-ambitu tagħha jeskludi b'mod espliċitu l-kontenut ta' komunikazzjoni elettronika; fi kliem ieħor, dan l-istrument ma jippermettix it-tbagħbis ta' linji tat-telefon biex jissemma' x'ikun qiegħed jingħad (wiretapping). Din il-miżura tħalliha f'idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu 'reati kriminali serji'. L-Istati Membri jiddeterminaw ukoll liema awtoritajiet nazzjonali jistgħu jingħataw aċċess għal tali dejta fuq bażi ta' każ b'każ u l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni. Il-perjodu taż-żamma tad-dejta jvarja bejn 6 xhur u 24 xahar. Id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta personali taħt dan l-istrument.[42] Sitt Stati Membri għadhom ma ttrasponewx bis-sħiħ din il-miżura, u l-qrati kostituzzjonali fil-Ġermanja u r-Rumanija ddikjaraw li l-leġiżlazzjoni implimentattiva nazzjonali tmur kontra l-kostituzzjoni. Il-qorti kostituzzjonali Ġermaniża sabet li r-regoli li jirregolaw l-aċċess u l-użu tad-dejta, kif stipulati fil-liġi nazzjonali, kienu jmorru kontra l-kostituzzjoni[43]. Il-qorti kostituzzjonali Rumena sabet li ż-żamma ta' dejta per se kienet tikser l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem) u għalhekk tmur kontra l-kostituzzjoni.[44] Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tevalwa dan l-istrument u tard fl-2010 għandha tressaq ir-rapport ta' valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), li għadu għaddej, imur lura għal inizjattiva Belġjana fl-2004 li ppruvat tiskwalifika lil dawk ħatja ta' reati sesswali milli jaħdmu mat-tfal fi Stati Membri oħra. Fl-imgħoddi l-Istati Membri kienu jiddependu fuq il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali biex jiskambjaw informazzjoni dwar il-kundanni taċ-ċittadini tagħhom, iżda eventwalment din is-sistema wriet li ma kinitx waħda effiċjenti.[45] Il-Kunsill ħa l-ewwel pass favur ir-riforma permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/867/ĠAI, li kienet titlob li kull Stat Membru jistabbilixxi awtorità ċentrali li, f'intervalli regolari, tibgħat il-kundanni kollha li jkunu nħarġu fil-konfront ta' persuni li ma jkunux ċittadini tagħha lill-Istat(i) Membr/i li tagħha l-persuna kkundannata jkollha ċ-ċittadinanza.[46] Dan l-istrument ippermetta wkoll lill-Istati Membri li jiksbu, għall-ewwel darba u suġġett għal-liġi nazzjonali, il-kundanni preċedenti li jkunu ngħataw fil-konfront taċ-ċittadini tagħhom fi Stati Membri oħrajn. Huma setgħu jitolbu tali informazzjoni billi jimlew formola standardizzata u mhux permezz ta' proċeduri reċiproki ta' assistenza legali. Fl-2006 u l-2007, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett leġiżlattiv komprensiv li kien jikkonsisti minn tliet strumenti: Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI li tobbliga lill-Istati Membri li jikkunsidraw kundanni preċedenti fi proċedimenti kriminali ġodda; Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali; u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, li stabbilixxa l-ECRIS bħala l-mezz tekniku ta' skambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali.[47] Id-Deċiżjonijiet Kwadru 2009/315/ĠAI and 2009/316/ĠAI, li għandhom jiġu implimentati sa April 2012, għandhom l-għan li jiddefinixxu l-mezzi li permezz tagħhom l-Istat Membru li jagħti kundanna għandu jibgħat informazzjoni dwar kundanna ġdida lil Stat(i) Membru/i li tiegħu l-persuna kkundannata jkollha ċ-ċittadinanza, l-obbligi taż-żamma, u qafas għal sistema kompjuterizzata ta' skambju ta' informazzjoni. L-ECRIS ser tkun sistema ta' informazzjoni deċentralizzata li permezz tagħha tinħoloq interkonnessjoni bejn il-bażi tad-dejta tar-rekords kriminali tal-Istati Membri permezz tan-netwerk s-TESTA tal-Kummissjoni. Sett ta' awtoritajiet ċentrali jiskambjaw dejta dwar il-kundanni ġodda u r-rekords kriminali mgħoddija taċ-ċittadini. Id-dejta ser tkun kkriptata, struttura skont format predeterminat u tinkludi dan li ġej: dettalji bijografiċi; il-kundanna, is-sentenza u r-reat li jkun twettaq; u informazzjoni addizzjonali (fosthom il-marki tas-swaba', jekk ikunu disponibbli). Minn April 2012, għandhom jiġu pprovduti estratti minn rekords kriminali għal proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin u jintbagħtu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti, bħal korpi awtorizzati li jeżaminaw persuni fir-rigward ta' impjiegi sensittivi jew sjieda ta' armi tan-nar. Id-dejta personali li tingħata għal proċedimenti kriminali tista' tintuża biss għal dawn il-finijiet; l-użu ta' kwalunkwe finijiet oħra tkun tirrekjedi l-kunsens mill-Istat Membri li jagħti d-dejta. L-ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, li tinkorpora r-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/876/ĠAI, u kif ukoll id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI u l-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa.[48] Għal kwalunkwe dejta personali pproċessata minn istituzzjonijiet tal-UE permezz ta' ECRIS, pereżempju biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001.[49] Dan il-pakkett leġiżlattiv ma fihx regoli dwar iż-żamma ta' dejta, billi ż-żamma ta' informazzjoni b'rabta ma' kundanni kriminali hija rregolata mil-liġi nazzjonali. Bħalissa ħmistax-il Stat Membru qegħdin jipparteċipaw fi proġett pilota, u disgħa minnhom bdew skambju elettroniku ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti żewġ rapporti ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan il-pakkett leġiżlattiv. Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/675/ĠAI ser tiġi analizzata mill-ġdid fl-2011; Id-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI ser tiġi analizzata mill-ġdid fl-2015. Mill-2016, il-Kummissjoni għandha wkoll tippubblika rapporti regolari dwar il-ħidma ta' ECRIS.

Fuq inizjattiva Finlandiża, fis-sena 2000 il-Kunsill adotta strument li jorganizza l-iskambju ta' informazzjoni bejn l- Unitajiet ta' Intelligence Finanzjarja (FIUs) għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u, aktar tard, tal-iffinanzjar tat-terroriżmu.[50] Tipikamanet l-FIUs huma stabbiliti fi ħdan aġenziji tal-infurzar tal-liġi, awtoritajiet ġudizzjarji jew korpi amministrattivi li jirrappurtaw lil awtoritajiet finanzjarji. Huma obbligati jikkondividu d-dejta finanzjarja jew tal-infurzar tal-liġi neċessarja, inkluż id-dettalji ta' tranżazzjonijiet finanzjarji, mal-kontrapartijiet tagħhom fl-UE, għajr f'każi fejn tali żvelar ikun sproporzjonat fil-konfront tal-interessi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi. L-informazzjoni li tiġi pprovduta għall-finijiet tal-analiżi jew l-investigazzjoni ta' ħasil ta' flus jew iffinanzjar terroristiku tista' tintuża wkoll għal investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet kriminali sakemm l-Istat Membru li jipprovdi d-dejta jipprojbixxi dan l-użu. L-ipproċessar ta' dejta personali għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa u r-Rakkomandazzjoni tagħha dwar il-Pulizija.[51] Fl-2002, diversi Stati Membri stabbilixxew l-FIU.net, applikazzjoni ta' netwerk deċentralizzata li tittratta l-iskambju ta' dejta bejn l-FIUs u li topera fuq in-netwerk s-TESTA tal-Kummissjoni.[52] Din l-inizjattiva għandha għoxrin FIU bħala membri. Għaddejjin diskussjonijiet dwar l-użu tal-applikazzjoni SIENA tal-Europol biex jopera l-FIU.net.[53] Wara li vvalutaw il-konformità tal-Istati Membri ma' dan l-istrument, il-Kunsill ta s-setgħa lill-FIUs, fit-Tielet Direttiva dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus, li jirċievu, janalizzaw u jxerrdu rapporti dwar tranżazzjoni suspettużi relatati mal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar ta' terroristi.[54] Bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji, il-Kummissjoni ilha mill-2009 tanalizza l-implimentazzjoni tat-Tielet Direttiva dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus.[55]

Fuq inizjattiva proposta mill-Awstrija, il-Belġju u l-Finlandja, fl-2007 l-Kunsill adotta strument li l-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l- Uffiċċji tal-Irkupru ta' Assi (AROs) fl-ittraċċar u l-identifikar tar-rikavati minn attività kriminali.[56] L-istess bħall--FIUs, l-AROs jikkooperaw fuq bażi deċentralizzata, għalkemm m'għandhomx il-benefiċċju ta' pjattaforma onlajn. Huma obbligati jużaw l-inizjattiva Svediża biex jiskambjaw informazzjoni, jispeċifikaw id-dettallji tal-proprjetà li tkun fil-mira ta' azzjoni, bħal kontijiet tal-bank, proprjetà immobbli u vetturi, u kif ukoll id-dettalji tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu mfittxija, fosthom l-isem, l-indirizz, id-data tat-twelid u informazzjoni dwar ishma u kumpaniji. L-użu ta' informazzjoni skambjata taħt dan l-istrument hija suġġetta għal liġijiet domestiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta, u f'dan l-ambitu l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw trattament differenzjali bejn dik l-informazzjoni b'sors domestiku u dik li tkun ġejja minn Stati Membri oħrajn. L-ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjonali 181 tagħha u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[57] Sal-lum, aktar minn għoxrin Stat Membru stabbilixxew AROs. Fid-dawl tan-natura sensittiva tal-informazzjoni li tiġi skambjata, għaddejjin diskussjonijiet dwar l-użu tal-applikazzjoni SIENA għall-iskambju ta' dejta bejn AROs differenti. Fi proġett pilota mniedi f'Mejju 2010, tnax-il ARO bdew jużaw is-SIENA biex jiskambjaw informazzjoni relevanti għat-traċċar ta' assi. Fl-2010 l-Kummissjoni hija mitluba tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Kunsill.

Fl-2008, il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill stiednet lill-Istati Membri biex jistabbilixxu Pjattaformi Nazzjonali ta' Allert dwar iċ-Ċiberkriminalità , filwaqt lill-Europol stednitha toħloq Pjattaforma Ewropea ta' Allert dwar iċ-Ċiberkriminalità, bil-għan li jiġbru, janalizzaw u jiskambjaw informazzjoni dwar reati li jitwettqu fuq l-internet[58]. Iċ-ċittadini jkunu jistgħu jirrapportaw dwar każi ta' kontenut jew imġiba illeċita li jaraw fuq l-internet lill-pjattafformi nazzjonali tagħhom. Il-Pjattaforma Ewropea kontra ċ-Ċiberkriminalità (ECCP), ġestita mill-Europol, tkun taġixxi bħala pern ta' informazzjoni għall-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni relatata maċ-ċiberkriminalità li taqa' taħt il-mandat tal-Europol mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġi.[59] Sal-lum, kważi l-Istati Membri kollha stabilixxew pjattaformi nazzjonali ta' allert dwar iċ-ċiberkriminalità. Il-Europol qiegħda taħdem fuq l-implimentazzjoni teknika tal-ECCP u huwa possibbli li fi ftit żmien tibda tuża l-applikazzjoni SIENA biex ittejjeb l-iskambju ta' dejta ma' pjattaformi nazzjonali. Safejn tali skambju ta' informazzjoni jkollu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' dejta personali mill-Europol, ikunu japplikaw ir-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Europol (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI), u kif ukoll ir-Regolament (KE) 45/2001, il-Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjoni Nru 181 tagħha u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[60] Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI jirregolaw l-iskambju ta' dejta personali bejn l-Istati Membri u l-Europol.[61] Fin-nuqqas ta' strument legali, ma hemm l-ebda mekkaniżmu formali ta' valutazzjoni għall-pjattaforma ta' allert dwar iċ-ċiberkriminalità. Madanakollu, il-Europol diġà tkopri dan il-qasam importanti u, fil-ġejjieni, ser tirrapporta dwar l-attivitajiet tal-ECCP fir-Rapport Annwali tagħha li ser tressaq biex jiġi approvat mill-Kunsill u għall-informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

L-aġenziji u l-korpi tal-UE li għandhom mandat li jassistu lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali transkonfinali serji

L- Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) twaqqaf fl-1995, beda jopera fl-1999, u sar aġenzija tal-UE f'Jannar 2010.[62] L-għan tiegħu huwa li jgħin lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' reati kriminali serji li jolqtu lil żewġ Stati Membri jew aktar. Il-kompiti ewlenin tiegħu jinkludu l-ġbir, iż-żamma, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence ; l-assistenza f'investigazzjonijiet; u l-għoti ta' intelligence u appoġġ analitiku lill-Istati Membri. Il-korpi ewlenin ta' kollegament bejn il-Europol u l-Istati Membri huma l-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol (ENUs), li jissekondaw uffiċjali ta' kollegament lill-Europol. Il-kapijiet tal-ENUs jiltaqgħu fuq bażi regolari biex jassistu lill-Europol f'materji operazzjonali, filwaqt li l-iffunzjonar tal-aġenzija huwa kkontrollat mill-bord amministrattiv u d-direttur tagħha. L-istrumenti ta' ġestjoni ta' informazzjoni tal-Europol jinkludu s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (EIS), Fajls ta' Ħidma Analitika (AWF) u l-applikazzjoni SIENA. L-EIS tiġbor fiha d-dejta personali, inkluż, fost l-oħrajn, l-identifikaturi bijometriċi, il-kundanni kriminali u r-rabtiet ma' kriminalità organizzata, ta' persuni suspettati li wettqu reati li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol. L-aċċess huwa limitat għall-ENUs, l-uffiċjali ta' kollegament, il-persunal awtorizzat u d-direttur tal-Europol. l-AWFs, li jinfetħu bil-għan li tingħata għajnuna f'investigazzjonijiet kriminali, jinkludu dejta dwar individwi u kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ENUs jistgħu jiddeċiedu li jżidu. L-aċċess jingħata lill-uffiċjali ta' kollegament, iżda huma biss l-analisti tal-Europol li jistgħu jdaħħlu dejta f'dawn il-fajls. Sistema ta' indiċi tippermetti lill-ENUs u lill-uffiċjali ta' kollegament li jivverifikaw jekk AWF ikollux informazzjoni ta' interess għall-Istat Membru tagħhom. Kull ma jmur l-applikazzjoni SIENA tal-Europol qiegħda tintuża dejjem aktar mill-Istati Membri għall-iskambju ta' dejta sensittiva għal finijiet ta' infurzar tal-liġi. Il-Europol tista' tipproċessa informazzjoni u intelligence , fosthom dejta personali, biex iwettaq il-kompiti tiegħu; L-Istati Membri jistgħu jużaw l-informazzjoni li jieħdu mill-fajls ta' dejta tal-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati kriminali serji ta' natura transkonfinali biss. Kwalunkwe restrizzjoni li titpoġġa fuq l-użu ta' informazzjoni minn Stat Membri li jissupplixxiha tapplika wkoll għal utenti oħrajn li jaċċessaw din id-dejta mill-fajls tad-dejta tal-Europol. Il-Europol jista' wkoll jiskambja informazzjoni personali ma' pajjiżi terzi li jkunu kkonludew ftehimiet operazzjonali mal-Europol u jiggarantixxu livell xieraq ta' protezzjoni tad-dejta. Huwa jista' jżomm id-dejta jekk dan ikun neċessarju għall-qadi tal-kompiti tiegħu biss. L-AWFs jistgħu jinżammu għal mhux aktar minn tliet snin, bil-possibbiltà ta' estensjoni ta' tliet snin oħra. L-ipproċessar tad-dejta personali min-naħa tal-Europol għandu jkun konformi mar-regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-istrument li jirregola tiegħu (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI), u kif ukoll ir-Regolament (KE) 45/2001, il-Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjonali 181 tagħha u r-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa.[63] Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI japplikaw għall-iskambju ta' dejta personali bejn l-Istati Membri u l-Europol.[64] Korp ta' Sorveljanza Konġunta, magħmul minn membri ta' korpi nazzjonali ta' sorveljanza, iwettaq monitoraġġ ta' dejta personali mill-Europol, u kif ukoll it-trażmissjoni, min-naħa tal-Europol, ta' dejta personali lil partijiet oħrajn. Dan jibgħat rapporti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Europol iressaq rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu għall-approvazzjoni tal-Kunsill u għall-informazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Barra mill-impatt li ħallew fuq diversi strumenti msemmija aktar 'il fuq, l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, dawn wasslu għat-twaqqif tal- Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjara tal-Unjoni Ewropea (Eurojust) fl-2002.[65] Il-Eurojust huwa korp tal-UE bil-għan li jtejjeb il-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet fi Stati Membri u jqawwi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Huwa jkopri l-istess tipi ta' kriminalità u reati kriminali bħall-Europol. F'dak il-mandat u għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħhom, is-27 membru nazzjonali tal-Eurojust li flimkien jagħmlu l-Kulleġġ, għandhom aċċess għad-dejta personali ta' suspettati u ta' awturi ta' ksur. Fost l-oħrajn, din id-dejta tinkludi dan li ġej: informazzjoni bijografika, dettalji ta' kuntatt, dejta dwar reġistrazzjoni ta' vetturi, profili tad-DNA, ritratti, marki tas-swaba', u kif ukoll dejta dwar traffiku, lok u abbonati pprovduti mill-fornituri ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni. L-Istati Membri huma mistennija jiskambjaw tali informazzjoni mal-Eurojust u jippermettulha li twettaq il-kompiti tagħha. Kull dejta personali relatata ma' każi għandha tiddaħħal fis-sistema awtomatizzata tal-ġestjoni tal-każi tal-Eurojust, li topera fuq in-netwerk s-TESTA tal-Kummissjoni. Sistema ta' indiċi taħżen id-dejta personali u mhux personali relevanti għal investigazzjonijiet li jkunu jinsabu għaddejjin. Il-Eurojust jista' jipproċessa dejta personali għat-twettiq tal-kompiti tagħha, iżda tali operazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-regoli speċifiċi li jinsabu fl-istrument li jirregola tal-Eurojust infisha (2009/426/ĠAI), u kif ukoll mal-Konvenzjoni 108, il-Protokoll Addizzjonali Nru 181 tagħha, ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI japplikaw għall-iskambju ta' dejta personali bejn l-Istati Membri u l-Eurojust.[66] Il-Eurojust tista' tiskambja dejta ma' awtoritajiet nazzjonali u pajjiżi terzi li tkun ikkonkludiet ftehim magħhom, sakemm dak il-membru nazzjonali li jkun ta d-dejta jagħti l-kunsens tiegħu għal dan it-trasferiment u l-pajjiż terz jiggarantixxi livell xieraq ta' protezzjoni tad-dejta personali. Id-dejta personali tista' tinżamm għall-perjodu kollu meħtieġ biex il-Eurojust tilħaq l-għanijiet tagħha, iżda għandha titħassar ladarba jingħalaq il-każ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-bażi legali emendata tal-Eurojust sa' Ġunju 2011. Sa Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid, u tista' tipproponi kwalunkwe tibdil li tqis li jkun meħtieġ dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-membri nazzjonali tal-Eurojust. Sa Ġunju 2013, il-Eurojust għandu jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-esperjenza li jipprovdi aċċess fil-livell nazzjonali għas-sistema tagħha ta' ġestjoni tal-każi. L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw id-drittijiet għall-aċċess nazzjonali abbażi ta' dan. Korp ta' Sorveljanza Konġunta, magħmul minn imħallfin innominati mill-Istati Membri, iwettqu monitoraġġ tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Eurojust u jirrapporta lill-Kunsill darba fis-sena. Il-President tal-Kulleġġ iressaq rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Eurojust lill-Kunsill, u dan tal-aħħar jibagħtu lill-Parlament Ewropew.

Ftehimiet internazzjonali bil-għan tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u ta' forom oħra ta' reati kriminali transkonfinali serji

Minħabba l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-Istati Uniti adottat leġiżlazzjoni li tirrekjedi li t-trasportaturi tal-ajru, li joperaw titjiriet mit-territorju jew minn fuq it-territorju tagħha, jipprovdu dejta mir- Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) miżmuma fis-sistemi ta' prenotazzjoni awtomatizzati tagħhom lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Ma għaddiex ħafna żmien qabel ma l-Kanada u l-Awstralja ddeċidew li jagħmlu l-istess. Billi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE tirrekjedi valutazzjoni minn qabel tal-livell ta' protezzjoni tad-dejta garantit minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni daħlet biex twettaq il-funzjoni tagħha u nnegozjat ftehimiet dwar PNR ma' dawn il-pajjiżi.[67] Hija ffirmat ftehim mal-Istati Uniti f'Lulju 2007, wieħed mal-Awstralja f'Ġunju 2008 u ftehim dwar API/PNR mal-Kanada f'Ottubru 2005.[68] Il-ftehimiet mal-Istati Uniti u mal-Awstralja huma applikabbli fuq bażi provviżorja, filwaqt li dak Kanadiż għadu fis-seħħ minkejja l-iskadenza tiegħu, f'Settembru 2009, tad-deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-Kummissjoni dwar l-istandards Kanadiżi tal-protezzjoni tad-dejta.[69] Il-Parlament ikkritika l-kontentut tagħhom u sejjaħ lill-Kummissjoni biex tinnegozja mill-ġdid it-tliet ftehimiet abbażi ta' sett ċar ta' prinċipji[70]. Meta tintbagħat ħafna qabel it-tluq ta' titjira, id-dejta tal-PNR tgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiċċekkjaw lill-passiġġieri għal rabtiet potenzjali ma' terroriżmu jew ma' forom oħrajn ta' reati kriminali serji. F'konformità ma' dan, l-iskop ta' kull ftehim huwa l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u kull forma oħra ta' reati serji transkonfinali. Bħala tpattija għad-dejta ta' PNR li jikseb mill-UE, id-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) jikkondividi 'informazzjoni ewlenija' li tirrizulta minn analiżi tal-PNR mal-awtoritajiet tal-UE responsabbli mill-infurzar tal-liġi, mal-Europol u mal-Eurojust; u fil-ftehimiet rispettivi tagħhom, kemm il-Kanada u kif ukoll l-Istati Uniti kkommettew ruħhom li jikkooperaw fil-ħolqien ta' sistema ta' PNR tagħhom stess. Il-ftehimiet mal-Istati Uniti u mal-Awstralja fihom 19-il kategorija ta' dejta, fosthom informazzjoni bijografika, ta' prenotazzjonijiet, ħlasijiet u informazzjoni supplimentari; il-ftehim Kanadiż fih 25 tip ta' dejta simili. L-informazzjoni supplimentari tinkludi, fost l-oħrajn, dejta dwar biljetti mingħajr ritorn, status ta' standby u status ta' 'no show' . Il-ftehim mal-Istati Uniti jippermetti wkoll, taħt kundizzjonijiet speċjali, l-użu ta' informazzjoni sensittiva. Id-DHS tista' tipproċessa din l-informazzjoni jekk il-ħajja ta' suġġett tad-dejta jew ħajjet oħrajn jitpoġġew f'riskju, iżda għandha tħassarha fi żmien 30 jum. Id-dejta ta' PNR tintbagħat lil sett ta' unitajiet ċentrali fi ħdan id-DHS, l-Aġenzija Kanadiża tas-Servizzi tal-Fruntiera u s-Servizzi Doganali Awstraljan, li jistgħu jittrasferixxu dejta lil awtoritajiet domestiċi oħrajn li jkunu responsabbli mill-infurzar tal-liġi jew mill-ġlieda kontra t-terroriżmu. Fil-ftehim mal-Istati Uniti, id-DHS tistenna li l-livell ta' protezzjoni tad-dejta li jkollha tapplika għall-ipproċessar ta' dejta ta' PNR li toriġina mill-UE ma tkunx 'aktar stretta' minn dik applikata mill-awtoritajiet tal-UE fis-sistemi domestiċi ta' PNR tagħhom. Jekk din l-istennija ma tiġix issodisfata, tista' tissospendi ċerti partijiet tal-ftehim. L-UE tikkunsidra li l-Kanada u l-Awstralja jipprovdu livell 'xieraq' ta' protezzjoni ta' dejta ta' PNR li toriġina mill-UE jekk huma jibqgħu konformi mat-termini tal-ftehimiet rispettivi tagħhom. Fl-Istati Uniti, dejta ta' PNR li toriġina mill-UE tinżamm għal seba' snin fuq bażi attiva, u għal tmien snin oħra f'bażi tad-dejta passiva. Fl-Awstralja, din tiddaħħal f'bażi tad-dejta attiva għal 3.5 snin, u mbagħad f'bażi tad-dejta passiva għal sentejn. Fiż-żewġ pajjiżi, il-bażijiet tad-dejta passivi huma aċċessibbli b'awtorizzazzjoni speċjali. Fil-Kanada, id-dejta tinżamm għal 3.5 snin, u l-informazzjoni ssir waħda anonima wara 72 siegħa. Kull ftehim jipprovdi għal valutazzjonijiet pejodiċi, filwaqt li l-ftehimiet mal-Kanada u l-Awstralja jinkludu wkoll klawsola ta' terminazzjoni. Fl-UE, huwa biss ir-Renju Unit li għandu sistema ta' PNR. Franza, id-Danimarka, l-Isvezja u l-Pajjiżi l-Baxxi jew daħħlu fis-seħħ leġiżlazzjoni rilevanti jew bħalissa qegħdin jittestjaw l-użu ta' dejta ta' PNR fi tħejjija għall-ħolqien ta' sistemi ta' PNR. Diversi Stati Membri oħrajn qegħdin jikkunsidraw il-ħolqien ta' sistemi ta' PNR, u l-Istati Membri kollha jużaw, fuq bażi ta' każ b'każ, dejta ta' PNR għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.

Wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti żviluppa Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (TFTP) għall-identifikazzjoni, l-ittraċċar u l-insegwiment ta' terroristi u s-sostenituri finanzjarji tagħhom. Taħt it-TFTP, it-Teżor tal-Istati Uniti huwa obbligat, permezz ta' taħrik amministrattiv, il-fergħa fl-Istati Uniti ta' kumpanija Belġjana li tittrasferixxi lit-Teżor settijiet limitati ta' dejta dwar messaġġi finanzjarji li saru fuq in-netwerk tagħha. F'Jannar 2010, din il-kumpanija bidlet l-arkitettura tas-sistema tagħha, u naqqset b'aktar minn nofs l-ammont ta' dejta taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Uniti li tipikament kienet suġġetta għal taħrik mit-Teżor. F'Novembru 2009, il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti ffirmaw ftehim interim dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta dwar messaġġi finanzjarji mill-UE lejn l-Istati Uniti għall-finijiet tat-TFTP, li ma ġiex approvat mill-Parlament Eworpew.[71] Abbażi ta' mandat ġdid, il-Kummissjoni nnegozjat abbozz ta' ftehim ġdid mal-Istati Uniti, u lill-Kunsill fit-18 ta' Ġunju 2010 ppreżentatu bi proposta għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' Dejta dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (il-Ftehim dwar TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti.[72] Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim fit-8 ta' Lulju 2010.[73] Issa l-Kunsill huwa mistenni jadotta Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi dan il-ftehim, u wara l-ftehim jidħol fis-seħħ permezz ta' skambju ta' ittri bejn iż-żewġ partijiet. L-għan tal-Ftehim dwar TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti huwa l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni tat-terroriżmu jew l-iffinanzjar tiegħu. Huwa jobbliga lil fornituri magħżula ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji li jittrasferixxu lit-Teżor tal-Istati Uniti, abbażi ta' valutazzjonijiet ta' theddid minn postijiet ġeografiċi postijiet u ta' talbiet partikolari, settijiet ta' dejta dwar messaġġi finanzjarji li jkunu jiġbru, fost l-oħrajn, l-isem, in-numru tal-kont, l-indirizz u n-numru ta' identifikazzjoni tal-oriġinatur u r-riċevitur(i) ta' tranżazzjonijiet finanzjarji. It-Teżor tista' tfittex biss dik id-dejta li taqa' fl-ambitu tal-għan tat-TFTP. Tista' tagħmel hekk biss jekk ikollha raġuni biex temmen li persuna identifikata jkollha kuntatt mat-terroriżmu u l-iffinanzjar tiegħu. L-imminar ta' dejta u t-trasferiment ta' dejta dwar tranżazzjoni fiż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-Euro huma pprojbiti. L-Istati Uniti tipprovdi lill-Istati Membri tal-UE, lill-Europol u lill-Eurojust bi kwalunkwe 'informazzjoni importanti' dwar komplotti terroristiċi potenzjali fl-UE u ser tgħin lill-UE biex tistabbilixxi sistema ekwivalenti għat-TFTP. Jekk l-UE tistabbilixxi programm bħal dan, iż-żewġ naħat jistgħu jaġġustaw mill-ġdid it-termini ta' dan il-ftehim. Qabel ma tiġi ttrasferita informazzjoni, kull talba għal informazzjoni mill-Istati Uniti tiġi kkontrollata mill-Europol biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' dan il-ftehim. L-informazzjoni estratta minn messaġġi finanzjarji tista' tinżamm għal mhux aktar mill-perjodu ta' żmien neċessarju biex jitwettqu investigazzjonijiet jew proskeuzzjonijiet speċifiċi; id-dejta li ma tiġix estratta tista' tinżamm sa 5 snin. Għal raġunijiet ta' investigazzjoni, prevenzjoni jew prosekuzzjoni ta' terroriżmu jew l-iffinanzjar tiegħu, it-Teżor jista' jittrasferixxi kwalunkwe dejta personali estratta minn messaġġi finanzjarji lil awtoritajiet tal-Istati Uniti responsabbli mill-infurzar, is-sigurtà pubblika jew il-ġlieda kontra t-terroriżmu, lill-Istati Membri tal-UE, lill-Europol jew lill-Eurojust. Tista' wkoll tikkondividi kwalunkwe informazzjoni importanti dwar ċittadini u residenti tal-UE ma' pajjiżi terzi, dejjem skont il-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat. Il-konformità tal-partijiet mal-limitazzjoni stretta tal-iskop tal-ftehim fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u ta' salvagwardji oħra hija suġġetta għal monitoraġġ minn kontrolluri indipendenti, fosthom minn persuna maħtura mill-Kummissjoni. Il-ftehim għandu skadenza ta' ħames snin u jista' jiġi tterminat jew sospiż minn kwalunkwe parti. Tim ta' analiżi mill-UE mmexxi mill-Kummissjoni, u li jinkludi rappreżentanti minn żewġ awtoritajiet responsabbli mill-protezzjoni tad-dejta u persuna ġudizzjarja, ser jivvaluta mill-ġdid dan il-ftehim wara sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ, u jevalwa b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-partijiet tal-limitazzjoni tal-iskop u d-dispożizzjonijiet ta' proporzjonalità u kif ukoll il-konformità mal-obbligi tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom. Ir-rapport tal-Kummissjoni ser jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Inizjattivi skont il-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma

Proposti leġiżlattivi li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni

Fil-Programm ta' Stokkolma, il-Kunsill Ewropew sejjaħ biex il-Kummissjoni tippreżenta tliet proposti ta' rilevanza diretta ma' din il-komunikazzjoni: sistema ta' PNR tal-UE għall-prevenzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta' terroriżmu u reati kriminali serji; Sistema ta' Dħul/Ħruġ; u Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati. Il-Kunsill Ewropew enfasizza li dawn l-aħħar tnejn għandhom jiġu ppreżentati 'mill-aktar fis'. Il-Kummissjoni inkorporat dawn it-tliet talbiet fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkoma.[74] Issa l-għan tagħha ser ikun li timplimenta dawn it-talbiet u, fil-ġejjieni tevalwa dawn l-istrumenti abbażi tal-prinċipji tal-politika tal-iżvilupp stabbiliti fit-taqsima 4.

F'Novembru 2007, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta tal-PNR għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.[75] Din l-inizjattiva rċeviet appoġġ fil-Kunsill u sussegwentment kienet immodifikata biex tikkunsidra l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew u l-fehmiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Din laħqet skadiet bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Kif indikat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Progamm ta' Stokkolma, issa l-Kummissjoni qiegħda taħdem biex kmieni fl-2011 tippreżenta pakkett ta' Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri li jkun jikkonsisti minn dan li ġej: komunikazzjoni dwar streteġija esterna tal-UE dwar il-PNR li tagħti deskrizzjoni ġenerali tal-prinċipji ewlenin li jiggwidaw il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi; direttivi ta' nnegozjar għall-innegozjar mill-ġdid ta' ftehimiet ta' PNR mal-Istati Uniti u l-Awstralja; u direttivi ta' nnegozjar għal ftehim ġdid mal-Kanada. Il-Kummissjoni tinsab ukoll fil-proċess li tħejji proposta ġdida tal-UE dwar il-PNR.

Fl-2008, il-Kummissjoni ressqet għadd ta' suġġerimenti għall-iżvilupp ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri permezz tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar għal ċittadini ta' pajjiżi terzi u fl-istess ħin għat-titjib tas-sigurtà interna.[76] Wara li nnutat li dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih ( overstayers ) kienu jikkostitwixxu l-akbar grupp ta' migranti irregolari fl-UE, hija ssuġġeriet il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE għal żjajjar qosra sa tliet xhur. Din is-sistema tirreġistra l-ħin u l-post ta' dħul u t-tul taż-żjara awtorizzata u tittrażmetti allerti awtomatizzati lill-awtoritajiet kompetenti li jidentifikaw individwi bħala 'dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih'. Fuq bażi ta' verifika ta' dejta bijometrika, din tkun tuża l-istess sistema ta' tqabbil bijometriku u tagħmir operazzjonali bħal dak li jintuża mis-SIS II u l-VIS. Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda twettaq valutazzjoni tal-impatt, kif iddikjarat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, u ser tipprova tippreżenta proposta leġiżlattiva fl-2011.

Il- Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati (RTP) kienet it-tielet proposta li ġiet ikkunsidrata.[77] Dan il-programm ikun jippermetti lil ċerti gruppi ta' vjaġġaturi frekwenti minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE, suġġett għal iċċekkjar minn qabel permezz ta' kontrolli tal-fruntiera ssimplifikati b'bibien awtomatizzati. L-RTP tkun ibbażata wkoll fuq il-verifika tal-identità permezz tal-użu ta' dejta bijometrika u b'hekk twassal għal bidla gradwali mill-approċċ kurrenti ta' kontroll ġeneriku tal-fruntiera jen wieħed ibbażat fuq riskju individwali. Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt u, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, qed tistenna li tippreżenta proposta leġiżlattiva fl-2011.

Inizjattivi li għandhom jiġu eżaminati mill-Kummissjoni

Fil-Programm ta' Stokkolma, il-Kunsill Ewropew sejjaħ biex il-Kummissjoni tippreżenta tliet inizjattivi ta' rilevanza diretta ma' din il-komunikazzjoni: il-possibbiltajiet tat-traċċar tal-iffinanzjar tat-terroriżmu fl-UE; il-possibbiltà u l-utilità tal-iżvilupp ta' Sistema Ewropea ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar; u l-ħtieġa u l-valur miżjud tal-ħolqien ta' Sistema ta' Indiċi Ewropea tar-Rekords tal-Pulizija. Barra minn hekk il-Kummissjoni inkorporat dawn l-inizjattivi fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Pogramm ta' Stokkolma. Issa hija ser tivvaluta l-vjabbiltà ta' dawn l-inizjattivi u tiddeċiedi jekk u kif tipproċedi dwarhom abbażi tal-prinċipji tal-politika tal-iżvilupp deskritta b'mod ġenerali fit-taqsima 4.

Il-Ftehim dwar TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti jitlob biex il-Kummissjoni Ewropea tagħmel studju dwar il-possibbiltà tal-introduzzjoni ta' sistema tal-UE ta' traċċar tal-finanzjament tat-terroriżmu ekwivalenti għat-TFTP tal-Istati Uniti, li jippermetti t-trasferiment aktar iffokat ta' dejta mill-UE lill-Istati Uniti. L-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' dan il-ftehim jitlob ukoll li, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni tressqilhom qafas legali u tekniku għall-estrazzjoni ta' dejta fit-territorju tal-UE, u dan mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti.[78] Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' progress dwar l-iżvilupp ta' sistema ewivalenti għal din fl-UE. Jekk din is-sistema ma tinħoloqx fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim, l-UE tista' tiddeċiedi li twaqqaf il-ftehim. Barra minn hekk, il-Ftehim dwar TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti jikkommetti wkoll li l-Istati Uniti tikkoopera mal-UE u tipprovdi assistenza jekk kemm-il darba l-UE tiddeċiedi li toħloq sistema bħal din. Bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tista' tittieħed, il-Kummissjoni bdiet tikkunsidra l-implikazzjonijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta, tar-riżorsi u l-implikazzjonijiet prattiċi ta' din l-inizjattiva. Kif kien indikat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, sal-2011 il-Kummissjoni ser tippreżenta komunikazzjoni dwar il-vjabbiltà tal-ħolqien ta' Programm tal-UE għat-Traċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (EU TFTP).

Fil-komunikazzjoni tal-2008 dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, il-Kummissjoni ssuġġeriet il-ħolqien potenzjali ta' Sistema Elettronika ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ESTA) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex suġġetti għal rekwiżiti ta' viża.[79] Taħt dan il-programm, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi eliġibbli jintalbu jagħmlu applikazzjoni elettronika fejn jagħtu dettalji bijografiċi, tal-passaport u tal-ivvjaġġar qabel ma jagħmlu l-vjaġġ. Meta mqabbla mal-proċedura tal-viża, l-ESTA tkun toffri metodu aktar rapidu u aktar sempliċi biex issir verifika dwar jekk il-persuna tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-dħul. Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tagħmel studju dwar il-vantaġġi, l-iżvantaġġi u l-implikazzjonijiet prattiċi tal-introduzzjoni tal-ESTA. Kif kien indikat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, l-għan tagħha huwa li sal-2011 tippreżenta komunikazzjoni dwar il-vjabbiltà tal-ħolqien ta' programm bħal dan.

Matul il-Presidenza tal-Kunsill fl-2007, il-Ġermanja nediet diskussjoni dwar il-ħolqien potenzjali ta' Sistema ta' Indiċi Ewropea ta' Rekords tal-Pulizija (EPRIS).[80] L-EPRIS jkun jista' jgħin lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex jillokalizzaw informazzjoni madwar l-UE, partikolarment dwar konnessjonijiet bejn individwi ssuspettati minn kriminalità organizzata. Fl-2010 il-Kummissjoni ser tippreżenta l-abbozz tagħha ta' termini ta' referenza għall-istudju dwar EPRIS lill-Kunsill. Kif kien indikat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, l-għan tagħha huwa li sal-2012 tippreżenta komunikazzjoni dwar il-vjabbiltà tal-ħolqien ta' sistema bħal din.

ANALIżI TAL-ISTRUMENTI LI QEGħDIN JINTUżAW, LI QEGħDIN JIġU IMPLIMENTATI JEW IKKUNSIDRATI

Din id-deskrizzjoni ġenerali t'hawn fuq tissuġġerixxi l-osservazzjonijiet preliminari segwenti:

Struttura deċentralizzata

Fost l-istrumenti varji li qed jiġu operati bħalissa, li qed jiġu implimentati jew ikkunsidrati, huma biss sitta dawk li jinvolvu l-ġbir jew il-ħażna ta' dejta personali fil-livell tal-UE, li huma s-SIS (u s-SIS II), il-VIS, il-EURODAC, il-Europol u l-Eurojust. L-istrumenti l-oħra kollha jirregolaw l-iskambju jew it-trasferiment ta' informazzjoni transkonfinali deċentralizzata lil pajjiżi terzi miġbura fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet pubbliċi jew mill-kumpaniji privati. Il-maġġoranza tad-dejta personali tinġabar u tinħażen nazzjonalment; l-UE qed tfittex li żżid il-valur billi tippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-iskambju ta' tali informazzjoni ma' sieħba tal-UE u pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni riċentement issottomettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta emendata dwar it-twaqqif ta' Aġenzija għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.[81] Il-ħidma tal-Aġenzija tal-IT li se titwaqqaf se tkun li tissodisfa l-ġestjoni operazzjonali tas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC, u kull sistema oħra futura tal-IT fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, sabiex iżżomm dawn is-sistemi jiffunzjonaw fuq bażi permanenti, u b'hekk jiġi żgurat li l-fluss tal-informazzjoni ma jiġix interrott.

Skop limitat

Il-parti l-kbira tal-istrumenti analizzati hawn fuq għandhom għan unitarju: Il-EURODAC ifittex li jtejjeb il-funzjonament tas-sistema ta' Dublin; l-API li jtejjeb il-kontroll tal-fruntieri; l-inizjattiva Svediża, li ttejjeb l-investigazzjonijiet kriminali u l-operazzjonijiet ta' intelligence ; il-Konvenzjoni ta' Napli II li tgħin tipprevjeni, issib, tressaq il-qorti u tikkastiga l-frodi doganali; is-CIS biex jgħin fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ksur serju tal-liġijiet nazzjonali billi tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali; l-ECRIS, FIUs u AROs biex il-qsim transkonfinali tad-dejta jsir aktar effiċjenti f'oqsma partikolari; u d-Deċiżjoni Prüm, id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta, it-TFTP u l-PNR biex jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità. Is-SIS, is-SIS II u l-VIS jidhru li huma l-eċċezzjonijiet ewlenin f'din ix-xejra: l-iskop oriġinali tal-VIS kien biex tiffaċilita l-iskambju transkonfinali tad-dejta tal-viża, imma wara, dan ġie estiż għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji. Is-SIS u s-SIS II għandhom l-għan li jiżguraw livell għoli ta' sigurtà fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja u li jiffaċilitaw il-moviment tal-persuni billi tintuża informazzjoni komunikata permezz ta' din is-sistema. Bl-eċċezzjoni ta' dawn is-sistemi ta' informazzjoni, il-limitazzjoni tal-iskop tidher li hija fattur ewlieni fit-tfassil tal-miżuri tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-UE.

Dupplikar potenzjali tal-funzjoni

L-istess informazzjoni personali tista' tinġabar permezz ta' għadd ta' strumenti differenti, imma tista' tintuża biss għal skop limitat taħt strument partikolari (bl-eċċezzjoni tal-VIS, is-SIS u s-SIS II). Per eżempju, id-dejta bijografika ta' individwu, inkluż l-isem, id-data jew il-post tat-twelid u n-nazzjonalità, jistgħu jiġu pproċessati permezz tas-SIS, SIS II, VIS, API, CIS, l-inizjattiva Svediża, id-Deċiżjoni ta' Prüm, ECRIS, FIUs, AROs, Europol, Eurojust, u l-ftehimiet PNR u TFTP. Madanakollu, tali dejta tista' tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-kontroll tal-fruntiera fil-każ tal-API; għall-prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-frodi doganali fil-każ tas-CIS; għall-investigazzjonijiet kriminali u l-operazzjonijiet ta' intelligence fil-każ tal-inizjattiva Svediża; għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali fil-każ tad-Deċiżjoni ta' Prüm; għall-eżaminazzjoni tal-isfond kriminali ta' persuna fil-każ tal-ECRIS; għall-investigazzjoni tar-rabtiet ta' persuna mal-kriminalità organizzata u netwerks ta' terroristi fil-każ tal-FIUs, għall-intraċċar tal-assi fil-każ tal-AROs; għall-investigazzjoni u biex tgħin fil-prosekuzzjoni ta' reati serji fil-każ tal-Europol u l-Eurojust; għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u ta' forom oħra ta' kriminalità transkonfinali fil-każ tal-PNR; u biex jiġu identifiki u segwiti t-terroristi u dawk li jiffinanzjawhom fil-każ tat-TFTP. Id-dejta bijometrika, bħall-marki tas-swaba' u r-ritratti, jistgħu jiġu proċessati taħt is-SIS II, VIS, EURODAC, inizjattiva Svediża, Deċiżjoni ta' Prüm, ECRIS, Europol u Eurojust, u mill-ġdid, għall-iskop limitat ta' kull miżura. Id-Deċiżjoni ta' Prüm hija l-unika strument li jippermetti l-iskambju transkonfinali ta' profili anonimi tad-DNA (għalkemm tali dejta tista' titressaq ukoll mill-Europol u l-Eurojust). Miżuri oħra jipproċessaw informazzjoni personali ferm speċjalizzata relevanti għall-għanijiet uniċi tagħhom: is-sistemi tal-PNR jipproċessaw id-dettalji tal-prenotazzjonijiet tat-titjiriet tal-passiġġieri; FIDE, dejta relevanti għall-investigazzjoni tal-frodi doganali; id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta, l-identifikaturi tal-indirizzi tal-IP u tat-tagħmir tal-mowbajl; ECRIS, rekords kriminali; AROs, assi privati u dettalji tal-kumpaniji; pjattaformi tal-kriminalità fuq l-internet u offiżi fuq l-internet; Europol, rabtiet ma' netwerks kriminali; u t-TFTP, dejta dwar il-messaġġi finanzjarji. L-iskambju tad-dejta u l- intelligence transkonfinali għall-investigazzjonijiet kriminali jipprovdi l-unika eżempju ta' dupplikar sostanzjali tal-funzjonijiet. Mill-punt di vista legali, l-inizjattiva Svediża tkun biżżejjed għall-iskambjar ta' kull tip ta' informazzjoni relevanti għal tali investigazzjonijiet (sakemm l-iskambju ta' tali dejta personali huwa permess taħt il-liġi nazzjonali). Minn perspettiva operazzjonali, madanakollu, id-Deċiżjoni ta' Prüm tista' tiġi preferuta għall-qsim ta' profili tad-DNA u dejta tal-marki tas-swaba', minħabba li s-sistema tagħha 'sejba/l-ebda sejba' tiżgura tweġiba fil-pront u l-metodu awtomatiku tal-qsim tad-dejta jiggarantixxi sigurtà ta' livell għoli.[82] Bl-istess mod, jista' jkun aktar effiċjenti li l-FIUs, l-AROs u l-pjattaformi tal-kriminalità fuq l-internet jikkomunikaw mal-kontrapartijiet tagħhom fl-UE mingħajr ma jimlew il-formoli meħtieġa mill-inizjattiva Svediża biex jitolbu l-informazzjoni.

Drittijiet tal-aċċess kontrollati

Drittijiet tal-aċċess għall-istrumenti li tfasslu fuq il-loġika ta' kontra t-terroriżmu u reati serji għandhom it-tendenza li jkunu limitati għal definizzjoni aktar stretta mill-komunità tal-infurzar tal-liġi, i.e. il-pulizija, il-kontrolluri tal-fruntieri u l-awtoritajiet doganali. Id-drittijiet tal-aċċess għal miżuri bażati fuq il-loġika ta' 'Schengen' tipikament jingħataw lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u, taħt ċerti kundizzjonijiet, lill-pulizija, il-kontrolluri tal-fruntieri u l-awtoritajiet doganali. Il-fluss tal-informazzjoni huwa kkontrollat mill-interfaces nazzjonali fil-każ tas-SIS u l-VIS ċentralizzati u mill-punt ta' kuntatt nazzjonali jew l-unitajiet ta' koordinazzjoni ċentrali fil-każ ta' strumenti deċentralizzati, bħad-Deċiżjoni ta' Prüm, l-inizjattiva Svediża, il-Konvenzjoni ta' Napli II, l-ECRIS, it-TFTP, il-ftehimiet PNR, l-FIUs, l-AROs, u l-pjattaformi tal-kriminalità fuq l-internet.

Regoli dwar iż-żamma ta' dejta varjabbli

Il-perjodi taż-żamma tad-dejta jvarjaw bil-kbir u dan jiddependi fuq l-għanijiet tal-istrumenti varji. Il-ftehim PNR li sar mal-Istati Uniti għandu l-itwal perjodu ta' żamma ta' dejta – 15-il sena, filwaqt li l-API għandu l-iqsar wieħed – 24 siegħa. Il-ftehimiet PNR jintroduċu distinzjoni interessanti bejn dejta f'użu attiv u passiv: wara ċertu perjodu, l-informazzjoni trid tinħażen u tista' 'tinfetaħ' biss b'awtorizzazzjoni speċjali. L-użu mill-Kanada tad-dejta tal-PNR tal-UE joffri eżempju tajjeb: l-informazzjoni trid issir anonima wara 72 siegħa, imma tibqa' disponibbli għal uffiċjali awtorizzati għal 3.5 snin.

Ġestjoni effettiva tal-identità

Għadd ta' miżuri analizzati hawn fuq, inklużi s-SIS u l-VIS futuri, bil-għan li jippermettu l-verifika tal-identità permezz tal-użu tad-dejta bijometrika. L-implimentazzjoni tas-SIS II hija mistennija li żżid is-sigurtà fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja billi tgħin, per eżempju, biex jiġu identifikati individwi li għalihom inħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew, dawk li ġew miċħuda li jidħlu fiż-Żona Schengen u dawk li qed jiġu mfittxija għal raġunijiet ta' investigazzjoni speċifika oħra (bħal persuni nieqsa jew xhieda f'każijiet fil-qorti) irrispettivament mid-disponibbiltà jew l-awtentiċità tad-dokumenti ta' identifikazzjoni. L-implimentazzjoni tal-VIS għandha tiffaċilità l-ħruġ tal-viża u l-proċess ta' ġestjoni.

Sigurtà tad-dejta permezz tas-soluzzjonijiet tal-UE

Għall-iskambju ta' informazzjoni sensittiva bejn il-fruntieri Ewropej, l-Istati Membri jippreferu s-soluzzjonijiet tal-UE. Għadd ta' strumenti ta' daqs, struttura u skop varji jiddependu fuq in-netwerk ta' komunikazzjoni tad-dejta s-TESTA li huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni biex jaqsmu informazzjoni sensittiva. Dawn jinkludu s-SIS II, il-VIS u s-sistemi tal-EURODAC li huma ċentralizzati, il-Prüm, u l-istrumenti ECRIS u FIU li huma deċentralizzati, kif ukoll il-Europol u l-Eurojust. Is-CIS u l-FIDE jużaw in-Netwerk ta' komunikazzjoni komuni, in-Netwerk ta' interface ta' sistema komuni jew aċċess sigur għall-internet provdut mill-Kummissjoni. Sadanittant, l-applikazzjoni tan-netwerk tal-Europol għall-iskambju tal-informazzjoni SIENA jidher li qed ikun l-għażla ewlenija għal xi inizjattivi riċenti li jeħtieġu trasferiment sigur tad-dejta: għaddejjin diskussjonijiet sabiex l-FIU.net, l-AROs u l-pjattaformi ta' twissija ta' kriminalità fuq l-internet joperaw fuq il-bażi ta' din l-applikazzjoni.

Mekkaniżmu ta' reviżjoni diverġenti

L-istrumenti analizzati hawn fuq fihom firxa ta' mekkaniżmi differenti ta' reviżjoni. Fil-każ ta' sistemi ta' informazzjoni kumplessi, bħas-SIS II, il-VIS u l-EURODAC, il-Kummissjoni hija meħtieġa tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti kull sena jew kull sentejn dwar l-operar jew l-istat ta' implimentazzjoni ta' dawn is-sistemi. L-istrumenti ta' skambjar tal-informazzjoni deċentralizzati jeħtieġu li l-Kummissjoni tissottometti lill-istituzzjonijiet l-oħra rapport uniku ta' valutazzjoni ftit snin wara l-implimentazzjoni: id-Direttiva għaż-Żamma tad-Dejta, l-Inizjattiva Svediża u l-miżuri tal-AROs iridu jiġu valutati fl-2010; id-Deċiżjoni ta' Prüm fl-2012; u l-ECRIS fl-2016. It-tliet ftehimiet PNR jipprovdu għall-analiżi perjodiku u ad hoc , u tnejn minnhom jinkludu wkoll klawsoli ta' għeluq kmieni. Il-Europol u l-Eurojust jissottomettu rapport annwali lill-Kunsill, li jgħaddihom għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jissuġġerixxu li l-istruttura kurrenti ta' ġestjoni tal-informazzjoni fl-UE ma twassalx għall-adozzjoni ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni unika għall-istrumenti kollha. Fid-dawl ta' dik id-diversità, huwa essenzjali li l-emendi futuri ta' kull strument fil-qasam tal-ġestjoni tal-informazzjoni jieħdu kont tal-impatt potenzjali tagħhom fuq il-miżuri l-oħra kollha li jirregolaw il-ġbir, il-ħażna u l-iskambju tad-dejta personali fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

IL-PRINċIPJI TAL-IżVILUPP TAL-POLITIKA

It-taqsima 2 iddeskriviet għadd ta' inizjattivi li l-Kummissjoni Ewropea implimentat, preżentat jew qieset fis-snin riċenti. In-numru ta' ideat ġodda u l-korp li qed jikber ta' leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà interna u l-ġestjoni tal-migrazzjoni jagħmluha neċessarja biex jiġu definiti sett ta' prinċipji ewlenin biex iservu bħala kejl għall-inizjazzjoni u l-valutazzjoni ta' proposti ta' politika fis-snin li ġejjin. Dawn il-prinċipji jkomplu jibnu u jfittxu li jikkumplimentaw il-prinċipji ġenerali stabbiliti fit-Trattati tal-UE, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ftehimiet Inter-Istituzzjonali rilevanti bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tipproponi li tiżviluppa u timplimenta inizjattivi ġodda u tevalwa l-istrumenti kurrenti fuq il-bażi taż-żewġ settijiet ta' prinċipji li ġejjin:

Prinċipji sostantivi

Salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta

Is-salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Funadamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment id-dritt għall-privatezza u l-ħarsien tad-dejta personali, huma ta' tħassib ewlieni għall-Kummissjoni meta tiżviluppa proposti ġodda li jinvolvu l-ipproċessar tad-dejta personali fil-qasam tas-sigurtà interna jew il-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-Artikoli 7 u 8 tal-Karta jiddikjaraw li kulħadd għandu dritt għar-'rispett tal-ħajja privata u tal-familja' u għall-'ħarsien tad-dejta personali li tirrigwardah.'[83] L-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE), li huwa vinkolanti fir-rigward tal-attivitajiet tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji u l-korpi, jafferma mill-ġdid id-dritt ta' kulħadd 'għall-ħarsien tad-dejta personali li tirrigwardah.'[84] Meta tiżviluppa strumenti ġodda li jiddependu fuq l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni, il-Kummissjoni se tfittex li ssegwi l-istrateġija magħrufa bħala 'privatezza bit-tfassil.' Din timplika li l-protezzjoni tad-dejta personali tiġi inserita fil-bażi teknoloġika tal-istrument propost, u hekk l-ipproċessar tad-dejta li huwa meħtieġ jiġi limitat għal skop partikolari u l-aċċess għad-dejta jingħata biss lil dawk l-entitajiet 'li għandhom bżonn ikunu jafu.'[85]

Neċessità

L-indħil minn awtorità pubblika fid-drittijiet tal-privatezza tal-individwu jista' jkun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew il-prevenzjoni tal-kriminalità.[86] Il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tistabbilixxi tliet kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu ġustifikati tali restrizzjonijiet: jekk ikunu legali, jekk isegwu għan leġittimu u jekk ikunu meħtieġa f'soċjetà demokratika. L-indħil fid-dritt tal-privatezza huwa meqjus neċessarju jekk ikun qed iwieġeb għal bżonn soċjali importanti, jekk ikun proporzjonat mal-għan segwit u jekk ir-raġunijiet imressqa mill-awtorità pubblika biex jiġġustifikawh ikunu relevanti u suffiċjenti.[87] F’kull proposta ta' politika fil-futur, il-Kummissjoni se tevalwa l-impatt mistenni tal-inizjattiva fuq id-dritt tal-individwu għall-privatezza u l-ħarsien tad-dejta personali u se turi 'l għala tali impatt huwa meħtieġ u 'l għala s-soluzzjoni hija proporzjonata għall-għan leġittimu li tinżamm sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-prevenzjoni tal-kriminalità jew il-ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-konformità mar-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta personali fil-każijiet kollha se tkun soġġetta għall-kontroll minn awtorità indipendenti fuq livell nazzjonali jew tal-UE.

Is-Sussidjarjetà

Il-Kummissjoni se tfittex li tiġġustifika l-proposti ġodda tagħha, fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, f'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 2 mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Kull proposta leġiżlattiva ġdida se jkun fiha dikjarazzjoni li tagħmilha possibbli li tiġi valutata l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Din id-dikjarazzjoni se jkun fiha valutazzjoni tal-impatt finanzjarju, ekonomiku u soċjali tal-proposta u, fil-każ ta' direttiva, tal-implikazzjonijiet għar-regoli biex jiddaħħlu fis-seħħ mill-Istati Membri.[88] Ir-raġunijiet għall-konklużjoni li għan tal-UE jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-UE jiġi sostanzjat minn indikaturi kwalitattivi. Il-proposti leġiżlattivi għandhom iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż li jaqa' fuq l-UE, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, ikun minimizzat kemm jista' jkun u jkun proporzjonat mal-objettiv li jrid jintlaħaq. Fil-każ ta' proposti li jirrikjedu ftehimiet internazzjonali ġodda, din id-dikjarazzjoni tqis l-impatti mistennija tal-proposta f'relazzjoni mal-pajjiżi terzi in kwestjoni.

Ġestjoni tar-riskju preċiża

L-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja, tipikament tiġi skambjata biex jiġu analizzati theddidiet għas-sigurtà, jiġu identifikati xejriet fl-attività kriminali jew jiġu valutati r-riskji f'oqsma ta' politika relatati.[89] Ir-riskji huma spiss konnessi, imma mhux bilfors, ma' individwi li l-imġiba tagħhom fil-passat tindika riskju fil-futur. Madanakollu, ir-riskji għandhom ikunu bażati fuq l-evidenza u mhux ikunu ipotetiċi. L-ittestjar tal-ħtieġa u l-limitazzjoni tal-iskop huma essenzjali għal kull miżura ta’ ġestjoni tal-informazzjoni. L-iżvilupp ta' profili tar-riskji - li m'għandux jiġi mħallat mal-profili razzjali jew diskriminatorji b'xi mod ieħor, li huwa inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali - huwa relevanti. Tali profili jistgħu jgħinu biex ir-riżorsi jiġu ffokati fuq individwi speċifiċi sabiex jiġi identifikat theddid għas-sigurtà u jitħarsu l-vittmi tal-kriminalità.

Prinċipji orjentati lejn il-proċess [90]

Kost-effettività

Is-servizzi pubbliċi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni għandhom jippermettu servizzi aħjar u aktar valur għal dawk li jħallsu t-taxxa. Fid-dawl tal-klima ekonomika kurrenti, il-proposti l-ġodda kollha, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mat-twaqqif u l-aġġornament tas-sistemi tal-informazzjoni, se jkollhom l-għan li jkunu kost-effettivi kemm jista' jkun. Tali strateġija se tieħu kont tas-soluzzjonijiet pre-eżisteni biex jiġi minimizzat id-dupplikar u biex jiġu massimizzati s-sinerġiji possibbli. Il-Kummissjoni se tevalwa jekk jistax ikun possibbli li jinkisbu l-għanijiet tal-proposta permezz ta' użu aħjar tal-istrumenti eżistenti. Hija se tikkunsidra wkoll li żżid funzjonijiet awżiljarji lis-sistemi ta' informazzjoni eżistenti qabel ma tipproponi sistemi ġodda.

Politika mfassla fuq l-għeruq

L-iżvilupp tal-inizjattivi l-ġodda jrid, fl-aktar stadju bikri possibbli, jibbaża fuq il-kontribut tal-partijiet interessati kollha relevanti, inkluż l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni, l-atturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili. It-tfassil ta' politiki li jqisu l-interessi tal-utenti aħħarija jirrikjedi li wieħed jaħseb b'mod orizzontali u li jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa.[91] Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni se tfittex litistabbilixxi kuntatt permanenti mal-uffiċjali nazzjonali u l-prattikanti permezz tal-istrutturi tal-Kunsill, il-kumitati ta' ġestjoni u formazzjonijiet ad hoc .

Allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet

Fid-dawl tal-kumplessità teknika tal-ġbir tal-informazzjoni u l-proġetti ta' skambju fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, trid tingħata attenzjoni partikolari lit-tfassil inizjali tal-istrutturi tal-gvern. L-esperjenza tal-proġett SIS II turi li jekk ikun hemm nuqqas ta' definizzjoni ċara u stabbli tal-għanijiet, rwoli u responsabbiltajiet ġenerali minn kmieni, dawn jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż b'mod sinifikanti kif ukoll jevitaw id-dewmien fl-implimentazzjoni. Valutazzjoni bikrija tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm tissuġġerixxi li struttura ta' governanza deċentralizzata mhix rimedju lanqas, minħabba li l-Istati Membri m'għandhomx mexxej tal-proġett lejn min jirrikorru għal parir rigward l-aspetti finanzjarji jew tekniċi tal-implimentazzjoni. L-Aġenzija tal-IT futura tista' tkun kapaċi tipprovdi tali pariri tekniċi lill-kustodji tas-sistemi ta' informazzjoni fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja. Hija tista' toffri wkoll pjattaforma għal involviment wiesa' mill-partijiet interessati fil-ġestjoni operazzjonali u fl-iżvilupp tas-sistemi tal-IT. Bħala salvagwardja possibbli kontra żieda fl-ispejjeż u dewmien li jirriżultaw minn bidla fil-kundizzjonijiet, kull sistema tal-informazzjoni ġdida fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, partikolarment jekk tkun tinvolvi sistema tal-IT fuq skala kbira, ma tiġix żviluppata qabel mal-istrumenti legali li jistabbilixxu l-għanijiet, l-iskop, il-funzjonijiet u d-dettalji tekniċi tagħha jkunu ġew adottati b'mod definittiv.

Klawsoli ta' reviżjoni u tal-għeluq

Il-Kummissjoni se tevalwa kull strument kopert f'din il-komunikazzjoni. Dan se jsir f'relazzjoni ma' firxa sħiħa ta' strumenti li jeżistu fil-qasam tal-ġestjoni tal-informazzjoni. Dan għandu jwassal għal stampa affidabbli ta' kif l-istrumenti individwali jiffittjaw fix-xena wiesgħa ta' sigurtà interna u ġestjoni tal-migrazzjoni. Proposti futuri se jinkludu, fejn xieraq, obbligu ta' rappurtar annwali, reviżjonijiet perjodiċi u ad hoc, kif ukoll klawsola ta' estinsjoni. Strumenti eżistenti jinżammu biss jekk ikomplu jservu l-iskop leġittimu li kienu tfasslu għalih. L-Anness II jistabbilixxi d-data ta' reviżjoni u l-mekkaniżmu għal kull strument kopert f'din il-komunikazzjoni.

IT-TRIQ ’IL QUDDIEM

Din il-komunikazzjoni tippreżenta, għall-ewwel darba, sommarju ċar u komprensiv tal-miżuri fil-livell tal-UE li huma fis-seħħ, li qegħdin jiġu implimentati jew ikkunsidrati li jirregolaw il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni personali għall-fini tal-infurzar tal-liġi u l-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Hija tagħti liċ-ċittadini ħarsa ġenerali dwar liema informazzjoni tinġabar, tinħażen u tiġi skambjata, dwarhom, u għal liema skop u minn min. Hija għodda ta' referenza trasparenti għall-partijiet interessati li jixtiequ jieħdu sehem fid-dibattitu dwar id-direzzjoni futura tal-politika tal-UE f'dan il-qasam. Fl-istess ħin, hija tipprovdi l-ewwel tweġiba għas-sejħa mill-Kunsill Ewropew għall-iżvilupp tal-istrumenti tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-UE skont l-Istrateġija ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-UE[92] u għal riflessjoni dwar il-bżonn ta' Mudell Ewropew għall-Iskambjar tal-Informazzjoni.[93]

Il-Kummissjoni bi ħsiebha ssegwi din il-komunikazzjoni billi tippreżenta komunikazzjoni dwar il-Mudell Ewropew għall-Iskambjar tal-Informazzjoni fl-2012.[94] Għal dak il-għan, il-Kummissjoni nediet eżerċizzju 'ta' mmappjar tal-informazzjoni' f'Jannar 2010 fuq il-bażijiet legali u operazzjoni prattika tal-iskambju tal-informazzjoni u l- intelligence dwar il-kriminalità bejn l-Istati Membri, li l-Kummissjoni bi ħsiebha tippreżenta r-riżultati tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fl-2011.[95]

Finalment, din il-komunikazzjoni tistabbilixxi, għall-ewwel darba, il-viżjoni tal-Kummissjoni ta' prinċipji wiesgħa li l-Kummissjoni bi ħsiebha ssegwi fl-iżvilupp futur tal-istrumenti għall-ġbir, il-ħażna jew l-iskambju tad-dejta. Dawn il-prinċipji se jintużaw ukoll meta jiġu valutati strumenti eżistenti. L-adottar ta' tali strateġija għall-iżvilupp u l-valutazzjoni tal-politika hija mistennija li ttejjeb l-effettività u t-trasparenza tal-istrumenti futuri u kurrenti b'mod li jiġu rispettati b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.

ANNESS I

Id-dejta u l-eżempji segwenti għandhom l-għan li juru l-operazzjoni fil-prattika tal-miżuri ta' ġestjoni tal-informazzjoni li huma fis-seħħ bħalissa.

Sistema ta’ informazzjoni Schengen (SIS)

Numru totali ta' twissijiet SIS li daħlu fil-bażi tad-dejta SIS ċentrali (C.SIS)[96] |

Kategoriji ta' twissijiet | 2007 | 2008 | 2009 |

Karti tal-flus | 177,327 | 168,982 | 134,255 |

Dokumenti vojta | 390,306 | 360,349 | 341,675 |

Armi | 314,897 | 332,028 | 348,353 |

Dokumenti maħruġa | 17,876,227 | 22,216,158 | 25,685,572 |

Vetturi | 3,012,856 | 3,618,199 | 3,889,098 |

Persuni mfittxija (psewdonimi) | 299,473 | 296,815 | 290,452 |

Persuni mfittxija (isem ewlieni) | 859,300 | 927,318 | 929,546 |

Li minnhom: |

Persuni mfittxija għall-arrest għal għanijiet ta’ estradizzjoni | 19,119 | 24,560 | 28,666 |

Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista ta' projbizzjoni tad-dħul | 696,419 | 746,994 | 736,868 |

Persuni adulti nieqsa | 24,594 | 23,931 | 26,707 |

Persuni minorenni nieqsa | 22,907 | 24,628 | 25,612 |

Xhieda jew persuni soġġetti għal taħrika ġudizzjarja | 64,684 | 72,958 | 78,869 |

Persuni soġġetti għal sorveljanza eċċezzjonali għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika | 31,568 | 34,149 | 32,571 |

Persuni soġġetti għal sorveljanza eċċezzjonali għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà nazzjonali | 9 | 98 | 253 |

Total | 22,933,370 | 27,919,849 | 31,618,951 |

IL-EURODAC – Il-moviment ta' persuni li jfittxu asil li ssottomettew applikazzjonijiet ġidda fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri oħra (2008)

Stat Membru fejn ġiet sottomessa l-ewwel applikazzjoni għall-asil[97] | Total tat-tieni applikazzjoni |

Numru ta' azzjonijiet meħuda fl-2009 |

Passat marbut mal-kriminalità (il-persuna miċħuda mid-dħul) | 379 |

Passaporti mitlufin, misruqin jew kanċellati (sekwestrati) | 56 |

Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS)

Numru totali ta' każijiet li jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta tas-CIS (2009)[99] |

Azzjoni | CIS (bażat fuq il-Konvenzjoni CIS) |

Każijiet maħluqa | 2,007 |

Każijiet attivi | 274 |

Każijiet konsultati | 11,920 |

Każijiet imħassra | 1,355 |

L-Inizjattiva Svediża

Eżempji tal-użu tal-inizjattiva Svediża għall-investigazzjoni ta' reati kriminali[100] |

Omiċidju | Fl-2009, seħħ omiċidju f'kapitali ta' Stat Membru. Il-pulizija ġabret kampjun bijoloġiku minn tazza li l-persuna suspettata kienet qed tixrob minnha. Hija kisbet id-DNA minn dan il-kampjun, u x-xjentisti forensiċi ġġeneraw profil tad-DNA. Paragun ta' dan il-profil ma' profili ta' referenza fil-bazi tad-dejta nazzjonali tad-DNA ma ta l-ebda riżultat. Għalhekk, il-pulizija li kienu qed iwettqu l-investigazzjoni bagħtu, permezz tal-punt ta' kuntatt ta' Prüm, talba biex iqabblu l-profili ta' referenza tad-DNA li kellhom l-Istati Membri l-oħra li kienu awtorizzati li jiskambjaw tali dejta fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta' Prüm jew il-Ftehim ta' Prüm. Il-paragun transkonfinali pproduċa 'riżultat'. Fuq il-bażi tal-inizjattiva Svediża, il-forza tal-pulizija li kienet qed tinvestiga talbet aktar dejta dwar il-persuna suspettata. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali rċieva tweġiba mingħand għadd ta' Stati Membri oħra fi żmien 36 siegħa li ppermetta lill-pulizija li tidentifika l-persuna. |

Stupru | Fl-2003, persuna mhux identifikata stuprat mara. Il-pulizija ġabret kampjuni mingħand il-vittma, imma l-profil tad-DNA ġenerat mill-kampjun ma qabel ma' ebda profil ta' referenza fil-bażi tad-dejta nazzjonali tad-DNA. Talba għat-tqabbil tad-DNA, li ntbagħtet mill-punt ta' kuntatt Prüm lill-Istati Membri l-oħra li kienu awtorizzati li jiskambjaw profili ta' referenza tad-DNA fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta' Prüm jew il-Ftehim ta' Prüm, produċiet 'riżultat'. Il-forza tal-pulizija li kienet qed tinvestiga imbagħad talbet aktar informazzjoni dwar il-persuna taħt l-inizjattiva Svediża. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali rċieva tweġiba fi żmien tmien sigħat li ppermetta lill-pulizija li tidentifika l-persuna. |

Id-Deċiżjoni ta' Prüm

Il-Ġermanja kisbet 'riżultati' bi tqabbil ta' profili tad-DNA skont it-tip ta' reat (2009)[101] |

Riżultati skont it-tip ta' reat | L-Awstrija | Spanja | Il-Lussemburgu | Il-pajjiżi baxxi | Is-Slovenja |

Reati kontra interessi pubbliċi | 32 | 4 | 0 | 5 | 2 |

Reati kontra l-libertà personali | 9 | 3 | 5 | 2 | 0 |

Reati sesswali | 40 | 22 | 0 | 31 | 4 |

Reati kontra l-persuna | 49 | 24 | 0 | 15 | 2 |

Reati oħra | 3,005 | 712 | 18 | 1,105 | 71 |

Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta

Eżempji ta' Stati Membri li jsolvu każijiet ta' reati serji permezz taż-żamma tad-dejta[102] |

Omiċidju | Awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru rnexxielha tirrintraċċa qattiela responsabbli minn qtil ta' sitt individwi b'motiv razzjali. Il-qattiela ppruvaw jevitaw milli jinqabdu billi bidlu s-SIM cards tagħhom, imma l-listi tat-telefonati u l-identifikaturi tat-tagħmir tal-mowbajl kixfuhom. |

Omiċidju | L-awtorità tal-pulizija setgħet iġġib provi dwar l-involviment ta' żewġ persuni suspettati f'każ ta' omiċidju permezz tal-analiżi ta' dejta tat-traffiku mill-mowbajl tal-vittma. Dan ippermetta lill-pulizija li jirrikostruwixxu r-rotta li l-vittma u ż-żewġ persuni suspettati kienu vjaġġaw flimkien. |

Serq | L-awtoritajiet irrintraċċaw ħalliel li kien wettaq 17-il serqa billi studjaw it-traffiku tad-dejta li kien għadda mis-SIM card anonima bla kuntratt. Wara li identifikaw lit-tfajla tiegħu, kienu kapaċi jaqbdu l-ħalliel. |

Frodi | L-investigaturi kixfu qerq fejn grupp ta' persuni li kienu qed jirreklamaw karozzi ta' valur fuq l-internet bi prezz 'għal flus kontanti' kienu qed jisirqu lil dawk li kienu qed jiġu biex jiġbru l-karozza. Billi sabu l-indirizz tal-IP il-pulizija setgħu jsibu l-isem tal-persuna li fuqha kien sar l-abbonament tal-internet u jarrestaw lill-ħallelin. |

Kooperazzjoni tal-Unità ta' Intelligence Finanzjarja (FIU)

Numru totali ta' talbiet ta' informazzjoni li saru mill-FIUs nazzjonali permezz tal-FIU.net[103] |

Sena | Talbiet ta' informazzjoni | Utenti attivi |

2007 | 3,133 | 12-il Stat Membru |

2008 | 3,084 | 13-il Stat Membru |

2009 | 3,520 | 18-il Stat Membru |

Kooperazzjoni Uffiċċju tal-Irkupru ta' Assi (ARO)

Talbiet għall-intraċċar tal-assi sottomessi mill-Istati Membri u ġestiti mill-Europol[104] |

Sena | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 |

Talbiet | 5 | 57 | 53 | 133 |

Li minnhom: |

Każijiet relatati mal-frodi | 29 |

Każijiet relatati mal-ħasil tal-flus | 26 |

Każijiet relatati mad-drogi | 25 |

Każijiet relatati ma' reati oħra | 18 |

Każijiet relatati mad-drogi u l-ħasil tal-flus | 19 |

Każijiet relatati mal-frodi u l-ħasil tal-flus | 7 |

Każijiet relatati ma' taħlita ta' reati | 9 |

Każijiet ta' konfiskar tal-assi ġestiti mill-Eurojust (2006-2007)[105] |

Tipi ta' każijiet | Każijiet mibdija minn |

Każijiet relatati ma' reati ambjentali | 1 | Il-Ġermanja | 27% |

Każijiet relatati mal-parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni kriminali | 5 | Il-pajjiżi Baxxi | 21% |

Każijiet relatati mat-traffikar tad-drogi | 15 | Ir-Renju Unit | 15% |

Każijiet relatati mal-frodi fit-taxxi | 8 | Il-Finlandja | 13% |

Każijiet relatati mal-frodi | 8 | Franza | 8% |

Każijiet relatati mal-frodi fil-VAT | 1 | Spanja | 6% |

Każijiet relatati mal-ħasil tal-flus | 9 | Il-Portugall | 4% |

Każijiet relatati mal-korruzzjoni | 1 | L-Isvezja | 2% |

Każijiet relatati ma' kriminalità kontra l-propjetà | 2 | Id-Danimarka | 2% |

Każijiet relatati mat-traffikar tal-armi | 1 | Il-Latvja | 2% |

Każijiet relatati mal-iffalsifikar u l-piraterija tal-prodotti | 2 |

Kazijiet relatati mal-frodi fi ħlas bil-quddiem | 2 |

Każijiet relatati mal-iffalsifikar ta' dokumenti amministrattivi | 1 |

Każijiet relatati ma' reati relatati ma' vetturi | 1 |

Każijiet relatati mat-terroriżmu | 1 |

Każijiet relatati mal-iffalsifikar | 2 |

Każijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin | 1 |

Pjattaformi ta' Twissija għal kontra ċ-Ċiberkriminalità

Eżempji ta' Pjattaforma Franċiża għal Twissija taċ-Ċiberkriminalità, Pharos, li investigat każijiet ta' ċiberkriminalità.[106] |

Pornografija li tinvolvi t-tfal | Utent tal-internert avża lil Pharos dwar l-eżistenza ta' blogg li fih ritratti u stampi stil ta' cartoons ta' abbuż sesswali tat-tfal. L-editur tal-blogg, li deher għarwien f'waħda mill-istampi, kien iħejji t-tfal għal kuntatt sesswali permezz tal-blogg. L-investigaturi identifikaw għalliem tal-matematika bħala s-susspettat ewlieni. Tiftixa fid-dar tiegħu rriżultat f'49 vidjow li kien fihom xbihat ta' pedopornigrafija. L-investigazzjoni żvelat ukoll li kien għamel tħejjijiet biex jibda jagħti kors mid-dar. L-akkużat instab ħati u ngħata sentenza ta' ħabs sospiża. |

Abbuż sesswali tat-tfal | Il-pulizija Franċiża ngħataw informazzjoni dwar individwu li kien qed joffri l-flus fuq l-internet għas-sess mat-tfal. Pulizija pajżan tal-Pharos li għamilha ta' bir-ruħu li huwa minorenni kkuntattja lill-persuna susspettata li offrietlu l-flus għas-sess. Billi qagħdu jkellmuh fuq l-internet, il-persunal tal-Pharos setgħu jiksbu l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet, u rrintraċċawh għal villaġġ li huwa magħruf għar-rata għolja ta' abbuż sesswali tat-tfal. L-akkużat instab ħati u ngħata sentenza ta' ħabs sospiża. |

Europol

Eżempji tal-kontribut tal-Europol fil-ġlieda kontra reati serji transkonfinali[107] |

Operazzjoni Andromeda | F'Diċembru tal-2009, il-Europol għenet biex timplimenta operazzjoni kbira transkonfinali tal-pulizija kontra xibka tat-traffikar tad-droga b'kuntatti fi 42 pajjiż. Dan in-netwerk kien ibbażat fil-Belġju u fin-Norveġja u kien jittraffika d-drogi mill-Peru permezz tal-Pajjiżi Baxxi, lill-Belġju, ir-Renju Unit, l-Italja u Stati Membri oħra. Il-kooperazzjoni tal-pulizija kienet koordinata mill-Europol; il-kooperazzjoni ġudizzjarja mill-Eurojust. L-awtoritajiet li pparteċipaw waqqfu uffiċċju mobbli f'Pisa; il-Europol, waqqfu kamra għall-operazzjonijiet fl-Aja. Il-Europol qasmu l-informazzjoni dwar il-persuni susspettati u pproduċew rapport li jagħti stampa ċara tan-netwerk kriminali. |

Parteċipanti | L-Italja, il-Pajjiżi Baxxi, il-Ġermanja, il-Belġju, ir-Renju Unit, il-Litwanja, in-Norveġja u l-Eurojust. |

Riżultati | Il-forzi tal-pulizija li pparteċipaw qabdu 49 kg ta' kokaina, 10kg ta' eroina, 6000 pillola ekstasi, żewġ pistoli, ħames dokumenti tal-identità foloz u EUR 43,000 fi flus kontanti u arrestaw 15-il persuna. |

Operazzjoni Typhon | Bejn April tal-2008 u Frar tal-2010, Europol ipprovda appoġġ analitiku lill-forzi tal-pulizija minn 20 pajjiż involut fl-Operazzjoni Typhon. F'din l-operazzjoni kbira kontra xibka ta' pedofili li kienu qed iqassmu stampi pornografiċi tat-tfal permezz ta' websajt Awstrijaka, il-Europol taw appoġġ tekniku u għamlu analiżi tal-intelligence kriminali fuq il-bażi tal-istampi li waslu mill-Awstrija. Huma imbagħad evalwaw l-affidabbiltà tad-dejta u rristrutturawha qabel ma ħejjew il-materjal tal-intelligence tagħhom. Billi qabblu d-dejta mal-informazzjoni li kien hemm fil-Fajl ta' Ħidma Analitika, huma pproduċew 30 rapport ta' intelligence li taw bidu għal investigazzjonijiet f'għadd ta' pajjiżi. |

Parteċipanti | L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kanada, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvizzera u r-Renju Unit. |

Riżultati | Il-forzi parteċipanti identifikaw 286 persuna suspettata, u arrestaw 118 minnhom u salvaw ħames vittmi f'erba' pajjiżi li sofrew l-abbuż f'dan il-każ. |

Il-Eurojust

Eżempji ta' koordinazzjoni mill-Eurojust ta' operazzjonijiet ġudizzjarji transkonfinali kbar kontra reati serji[108] |

Traffikar fil-bnedmin u ffinanzjar tat-terroristi | F'Mejju tal-2010, il-Eurojust ikkoordina operazzjoni transkonfinali li rriżultat fl-arrest ta' ħames membri ta' xibka ta' kriminalità organizzata attiva fl-Afganistan, il-Pakistan, ir-Rumanija, l-Albanija u l-Italja. Il-grupp kien jissupplixxi lil ċittadini Afgani u Pakistani b'dokumenti foloz, u jittraffikahom lejn l-Italja mill-Iran, it-Turkija u l-Greċja. Meta jaslu l-Italja, l-immigranti kienu jintbagħtu l-Ġermanja, l-Isvejza, il-Belġju, ir-Renju Unit u n-Norveġja. Id-dħul mit-traffikar kien intenzjonat biex jiffinanzja t-terroriżmu. |

Frodi b'kards bankarji | Billi kkoordinaw il-kooperazzjoni transkonfinali ġudizzjarja u bejn il-pulizija, il-Eurojust u l-Europol għenu biex qabdu netwerk ta' frodi ta' kards tal-banek attiv fl-Irlanda, l-Italja, il-Pajjiżi baxxi, il-Belġju u r-Rumanija. Dan in-netwerk kien jisraq id-dejta ta' identifikazzjoni ta' xi 15,000 kards tal-ħlas u kkawża telf ta' EUR 6.5 miljuni. Qabel din l-operazzjoni, li rriżultat f'24 arrest f'Lulju tal-2009, il-maġistrati Belġjani, Irlandiżi, Taljani, Olandiżi u Rumeni ffaċilitaw il-ħruġ ta' Mandat ta' Arrest Ewropew u talbu biex isir wiretapping fuq il-persuni susspettati. |

It-traffikar tal-bnedmin u tad-drogi | Wara laqgħa ta' koordinazzjoni organizzata mill-Eurojust f'Marzu tal-2009, l-awtoritajiet Taljani, Olandiżi u Kolumbjani arrestaw 62 individwu susspettati bit-traffikar fil-bnedmin u tad-drogi. Dan in-netwerk kien jittraffika nisa vulnerabbli min-Niġerja lejn l-Olanda, u jisfurzahom fil-prostituzzjoni fl-Italja, Franza u Spanja. Id-dħul mill-prostituzzjoni kien jiffinanzja netwerk ta' xiri tal-kokaina fil-Kolombja, li kienet tintbagħat fl-UE għall-konsum. |

Ir-Reġistrazzjoni ta’ Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR)

Eżempji ta' analiżi tal-PNR li taw informazzjoni f'investigazzjoni ta' reati serji transkonfinali[109] |

Traffikar tat-tfal | L-analiżi tal-PNR żvela li tlett itfal mhux akkompanjati kienu qed jivvjaġġaw minn Stat Membru tal-UE lejn pajjiż terz, b'ebda indikazzjoni dwar min kellu jiltaqa' magħhom meta jaslu. Twissija mill-pulizija tal-Istat Membru tat-tluq, lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz wasslet għall-arrest tal-persuna li kien qiegħda tmur tiġbor it-tfal: persuna mniżżla fir-reġistru ta' dawk li jwettqu reati sesswali fl-Istat Membru. |

It-traffikar tal-bnedmin | L-analiżi tal-PNR kixef grupp ta' traffikanti tal-bnedmin li kienu dejjem jivvjaġġaw fl-istess rotta. Huma kienu jużaw dokumenti foloz biex jagħmlu check-in għal titjiret ġewwa l-UE, u fl-istess ħin kienu jużaw dokumenti awtentiċi biex jagħmlu check-in għal titjira oħra lejn pajjiż terz. Ladraba jidħlu fiż-żona sigura tal-ajruport, huma kienu jitilgħu fuq ajruplan li se jtir lejn l-UE stess. |

Frodi b'kards ta' kreditu | Għadd ta' familji vjaġġaw lejn Stat Membru b'biljetti mixtrija b'kards ta' kreditu misruqa. Ir-riċerka wriet li grupp kriminali uża dawn il-kards biex jixtri l-biljetti, imbagħad biegħhom permezz ta' ċentri tal-bejgħ bit-telefon. Kien permezz tad-dejta tal-PNR li nstabet il-konnessjoni bejn il-kards tal-kreditu u l-bejjiegħa. |

Traffikar tad-drogi | Awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru kellha informazzjoni li tissuġġerixxi li raġel kien involut fit-traffikar tad-drogi minn pajjiż terz imma l-gwardjani tal-fruntieri ma sabulu xejn meta wasal fl-UE. L-analiżi tal-PNR żvelat li huwa kien dejjem jivvjaġġa ma' persuna oħra. Tfittxija fuq il-persuna li kienet tkun miegħu żvelat kwantitajiet kbar ta' droga. |

Programmar tal-Intraċċar tal-Finanzjament tat-Terroristi (TFTP)

Eżempji ta' informazzjoni li nkisbet mit-TFTP fl-investigazzjoni ta' pjanijiet ta' attentati terroristiċi[110] |

Attentat terroristiku f'Barċellona fl-2008 | F'Jannar tal-2008 għaxar persuni suspettati ġew arrestati f'Barċellona wara li l-attentat tagħhom li jattakkaw is-sistema tat-trasport pubbliku tal-belt ġie sfrattat. Id-dejta tat-TFTP intużat biex tidentifika l-konnessjoni tal-persuni sospettati mal-Asja, l-Afrika u l-Amerika ta' Fuq. |

Attent b'bomba likwida fuq titjira transatlantika fl-2006 | L-informazzjoni tat-TFTP intużat biex jiġu investigati u arrestati individwi li kienu qed jippjanaw li, f'Awwissu tal-2006 jisplodu għaxar ajruplani fuq l-Atlantiku fi triqithom lejn l-Istati Uniti u l-Kanada mir-Renju Unit. |

Il-bombi f'Londra fl-2005 | Id-dejta tat-TFTP intużat biex tipprovdi indizzji ġodda lill-investigaturi, tikkonferma l-identità tal-persuni susspettati u tiżvela r-relazzjonijiet bejn l-individwi responsabbli minn dan l-attakk. |

Il-bombi f'Madrid fl-2004 | Dejta tat-TFTP ġiet provduta minn għadd ta' Stati Membri tal-UE biex jgħinu fl-investigazzjonijiet wara dan l-attakk. |

ANNESS II

Tabella b'ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti li qegħdin jintużaw, li qegħdin jiġu implimentati jew ikkunsidrati |

Strument | Sfond | Għan(ijiet) | Struttura | Inklużjoni ta' dejta personali | Aċċess għad-dejta | Protezzjoni tad-dejta | Iż-żamma tad-dejta | Stat ta' implimentazzjoni | Analiżi | | Sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen (SIS) |Mibdija mill-Istati Membri |Biex tinżamm is-sigurtà pubblika, inkluż is-sigurtà nazzjonali fi ħdan iż-żona ta' Schengen u jiġi faċilitat il-moviment tal-persuni permezz tal-użu tal-informazzjoni li tiġi kkomunikata permezz tas-sistema. |Ċentralizzata: N.SIS (partijiet nazzjonali) konnessi ma' interface għas-C.SIS (parti ċentrali). |Ismijiet u psewdonimi, karatteristiċi fiżiċi, post u data tat-twelid, iċ-ċittadinanza u jekk individwu jkunx armat jew vjolenti. Twissijiet tas-SIS jinvolvu għadd ta' gruppi differenti ta' persuni. |Il-pulizija, pulizija tal-fruntieri, dwana u l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom aċċess għad-dejta kollha; l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u konsulari għandhom aċċess għal-lista ta' projbizzjoni ta' dħul u dokumenti mitlufin u misruqin. Il-Europol u l-Eurojust għandhom aċċess għal xi dejta. |Kunsill tal-Ewropa (CoE) Konvenzjoni 108 u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. |Id-dejta personali li tiddaħħal fis-SIS għall-fini tar-rintraċċar tal-persuni tista' tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan, u mhux aktar minn tliet snin. Dejta dwar persuni soġġetti għal monitoraġġ eċċezzjonali minħabba li huma theddida għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali, trid titħassar wara sena. |Is-SIS hija applikabbli bis-sħiħ fi 22 Stat Membru, u kif ukoll fl-Isvizzera, fin-Norveġja u fl-Islanda. Ir-Renju Unit u l-Irlanda jipparteċipaw fis-SIS bl-eċċezzjoni tat-twissijiet relatati ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fuq il-lista ta' projbizzjoni ta' dħul. Il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Liechtenstein huma mistennija li jimplimentaw din il-miżura dalwaqt. |Il-firmatarji jistgħu jipproponi emendi għall-Konvenzjoni ta' Schengen. It-test emendat ikollu jiġi adottat permezz ta' unanimità u ratifikat mill-parlamenti. | | Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen II

(SIS II) |Mibdija mill-Kummissjoni |Biex tiżgura livell għoli ta' sigurtà fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja u li tiffaċilita l-moviment tal-persuni billi tintuża informazzjoni komunikata permezz ta' din is-sistema. |Ċentralizzata: N.SIS (partijiet nazzjonali) konnessi ma' interface għas-CS-SIS (parti ċentrali). Is-SIS II se titħaddem fuq in-netwerk sigur s-TESTA |Il-kategoriji tad-dejta fis-SIS flimkien ma' marki tas-swaba' u ritratti, kopji tal-Mandat ta' Arrest Ewropew, twissijiet ta' identità użata ħażin u konnessjonijiet bejn it-twissijiet. Twissijiet tas-SIS II jinvolvu għadd ta' gruppi differenti ta' persuni. |Il-pulizija, pulizija tal-fruntieri, dwana u l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom aċċess għad-dejta kollha; l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u konsulari għandhom aċċess għal-lista ta' projbizzjoni ta' dħul u dokumenti mitlufin u misruqin. Il-Europol u l-Eurojust għandhom aċċess għal xi dejta. |Regoli speċifiċi stabbiliti taġt l-atti legali bażiċi li jiggvernaw is-SIS II u d-Direttiva 95/46/KE, ir-Regolament (KE) 45/2001, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ir-Regolament (KE) 45/2011, Konvenzjoni 108 CoE Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15. |Id-dejta personali li tiddaħħal fis-SIS għall-fini tar-rintraċċar tal-persuni tista' tinżamm biss għaż-żmien meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan, u mhux aktar minn tliet snin. Dejta dwar persuni soġġetti għal monitoraġġ eċċezzjonali minħabba li huma theddida għas-sigurtà pubblika jew nazzjonali, trid titħassar wara sena. |Is-SIS II qed tiġi implimentata. Ladarba tibda topera, ser tkun applikabbli fl-UE-27, fl-Isvizzera, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Islanda. Ir-Renju Unit u l-Irlanda ser jipparteċipaw fis-SIS II bl-eċċezzjoni tat-twissijiet relatati ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fuq il-lista ta' projbizzjoni ta' dħul. |Il-Kummissjoni trid tibgħat rapport ta' progress kull sentejn lill-Parlament Ewropew (PE) u lill-Kunsill dwar l-iżvilupp tas-SIS II u migrazzjoni potenzjali mis-SIS. | | EURODAC |Mibdi mill-Kummissjoni |Biex jgħin jiddetermina liema Stat Membru għandu jevalwa applikazzjoni tal-asil. |Ċentralizzat, jikkonsisti f'punti ta' aċċess nazzjonali konnessi ma' interface għall-unità ċentrali tal-EURODAC. Il-EURODAC jitħaddem fuq in-netwerk s-TESTA. |Dejta tal-marki tas-swaba', sess, il-post u d-data tal-applikazzjoni għall-asil, in-numru ta' referenza użat mill-Istat Membru tal-oriġini u d-data li fiha ttieħdu l-marki tas-swaba' u ġew trażmessi u mdaħħla fis-sistema. |L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-lista tal-awtoritajiet li jkollhom aċċess għad-dejta, li tipikament tkun tinkludi l-awtoritajiet responsabbli mill-asil u l-migrazzjoni, l-għassiesa tal-fruntiera u l-pulizija. |Id-Direttiva 95/46/KE. |10 snin għall-marki tas-swaba' ta' dawk li qed ifittxu asil; sentejn għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinqabdu fi qsim irregolari tal-fruntieri esterni. |Ir-Regolament tal-EURODAC huwa fis-seħħ f'kull Stat Membri, fin-Norveġja, fl-Islanda u fl-Isvizzera. Ftehim li jippermetti l-konnessjoni tal-Liechtenstein qed jiġi konkluż. |Il-Kummissjoni trid tibgħat rapport annwali lill-PE u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tal-unità ċentrali tal-EURODAC. | | Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-VIŻA (VIS) |Mibdija mill-Kummissjoni |Biex tgħin timplimenta politika komuni dwar il-viża u tipprevjeni theddid għas-sigurtà interna. |Ċentralizzata, tikkonsisti f'partijiet nazzjonali li jiġu konnessi b'interface mal-parti ċentrali. Il-VIS titħaddem fuq in-netwerk s-TESTA. |Applikazzjonijiet tal-viża, ritratti, deċiżjonijiet relatati mal-viża u konnessjonijiet bejn applikazzjonijiet relatati. |Viża, asil, awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-kuntroll tal-fruntieri jkollhom aċċess għad-dejta kollha. Il-pulizija u l-Europol jistgħu jikkonsultaw il-VIS għall-prevenzjoni, is-sejba u l-investigazzjoni ta' reati serji. |Regoli speċifiċi stabbiliti taħt l-atti legali bażiċi li jiggvernaw il-VIS u d-Direttiva 95/46/KE, ir-Regolament (KE) 45/2001, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108, Protokoll Addizzjoniji 181 CoE u CoE Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15. |5 snin. |Il-VIS qed tiġi implimentata u se tkun applikabbli f'kull Stat Membru (ħlief fir-Renju Unit u fl-Irlanda) kif ukoll fin-Norveġja, fl-Islanda u fl-Isvizzera |Il-Kummissjoni trid tirrapporta lill-PE u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tal-VIS tliet snin wara li titnieda u imbagħad kull erba' snin. | | Is-Sistema ta' Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (API) |Mibdija minn Spanja. |Biex ittejjeb il-kontroll tal-fruntieri u tiġi miġġielda l-immigrazzjoni irregolari. |Deċentralizzata |Dejta personali mill-passaporti, il-punt tal-embarkazzjoni u l-punt tad-dħul fl-UE. |L-awtoritajiet tal-kontroll tal-fruntieri u, fuq talba, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. |Id-Direttiva 95/46/KE. |Id-dejta trid titħassar 24 siegħa wara li titjira tasal fl-UE. |L-API hija fis-seħħ f'kull Stat Membru, imma ftit minnhom jużawha. |Il-Kummissjoni se tevalwa s-sistema tal-API fl-2011. | | Konvenzjoni Napli II |Mibdija mill-Istati Membri |Biex tgħin l-awtoritajiet doganali nazzjonali jipprevjenu u jsibu ksur tad-dispożizzjonijiet doganali nazzjonali u biex jgħinuhom iressqu l-qorti u jikkastigaw ksur tad-dispożizzjonijiet doganali nazzjonali u tal-Komunità. |Deċentralizzata, topera permezz ta' sett ta' unitajiet ta' koordinazzjoni ċentrali. |Kull informazzjoni relatata ma' persuna identifikata jew identifikabbli. |L-unitajiet ta' koordinazzjoni ċentrali jgħaddu d-dejta lill-awtoritajiet doganali nazzjonali, lill-awtoritajiet investigattivi u lill-korpi ġudizzjarji u, soġġetti għal kunsens minn qabel tal-Istat Membru li jipprovdi d-dejta, lil awtoritajiet oħra. |Id-Direttiva 95/46/KE u l-Konvenzjoni 108 CoE . Id-dejta fl-Istat Membru li jirċeviha trid tingħata livell ta' protezzjoni li mill-anqas ikun ekwivalenti għall-dak tal-Istat Membru li jipprovdiha. |Id-dejta tista' tinżamm għal perjodu li ma jaqbiżx dak li huwa neċessarju għall-iskop li għalih tiġi provduta. |Din il-Konvenzjoni ġiet ratifikata minn kull Stat Membru. |Il-firmatarji jistgħu jipproponi emendi għall-Konvenzjoni Napli II. It-test emendat ikollu jiġi adottat mill-Kunsill u ratifikat mill-Istati Membri. | | Is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS) |Mibdija mill-Istati Membri |Biex tgħin awtoritajiet kompetenti biex jipprevjenu u jinvestigaw u jressqu l-qorti ksur serju tal-liġijiet doganali nazzjonali. |Ċentralizzata, aċċessibbli permezz ta' terminals f'kull Stat Membri u fil-Kummissjoni. Is-CIS u l-FIDE joperaw fuq il-bażi tal-AFIS, li tuża in-Netwerk ta' komunikazzjoni komuni, in-Netwerk ta' interface ta' sistema komuni jew aċċess sigur għall-internet provdut mill-Kummissjoni. |Ismijiet u psewdonimi, karatteristiċi fiżiċi, post u data tat-twelid, dokumenti tal-identità, indirizz, kull passat ta' vjolenza, ir-raġuni 'l għala tiddaħħal id-dejta fis-CIS, azzjoni proposta u r-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport. |Awtoritajiet doganali nazzjonali, il-Europol u l-Eurojust jista' jkollhom aċċess għad-dejta. |Regoli speċifiċi stabbiliti mill-Konvenzjoni CIS u d-Direttiva 95/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Konvenzjoni 108 CoE u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. |Dejta personali kkuppjata mis-CIS għal sistemi oħra għall-immaniġġjar tar-riskju jew għall-analiżi operazzjonali jistgħu jinżammu boss għaż-żmien neċessarju biex jinkiseb l-iskop li għalih ġew ikkuppjati u mhux aktar minn 10 snin. |Fis-seħħ f'kull Stat Membru. |Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tirrapporta kull sena lill-PE u lill-Kunsill dwar l-operat tas-CIS. | | L-Inizjattiva Svediża |Mibdija mill-Isvezja. |Biex ittejjeb l-iskambju tal-informazzjoni għall-fini ta' investigazzjonijiet kriminali u operazzjonijiet ta' intelligence kriminali. |Deċentralizzata, l-Istati Membri jridu jaħtru punti ta' kuntatt nazzjonali li jitrattaw talbiet urġenti għall-informazzjoni. |Kull informazzjoni eżistenti jew intelligence kriminali disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. |Pulizija, dwana u kull awtorità bis-setħa li tinvestiga l-kriminalità (bl-eċċezzjoni tas-servizzi tal-intelligence). |Ir-regoli nazzjonali tal-ħarsien tad-dejta, kif ukoll il-Konvenzjoni 108 CoE, Protokoll Addizzjonali 181 CoE u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. |Informazzjoni intelligence fornuta taħt dan l-istrument tista' tintuża għall-iskop li għalih ġiet provduta u taġt kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mill-Istat Membru li jipprovdihom. |12 mill-31 firmatarju (l-UE u l-istati tal-EFTA) għaddew liġijiet nazzjonali biex jimplimentaw dan l-istrument; ħamsa jimlew il-formola u jitolbu d-dejtal u tnejn spiss jużawha biex jiskambjaw l-informazzjoni. |Fl-2010 l-Kummissjoni se tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Kunsill. | | Id-Deċiżjoni ta' Prüm |Mibdija mill-Istati Membri |Biex ittejjeb il-prevenzjoni tal-kriminalità, partikolarment it-terroriżmu, u ż-żamma tal-ordni pubblika. |Deċentralizzata, interkonnessa permezz tan-netwerk s-TESTA. Punti ta' kuntatt nazzjonali jitrattaw talbiet li jidħlu u joħorġu għat-tqabbil tad-dejta. |Marki tas-swaba' u profili tad-DNA anonimi, dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi u informazzjoni dwar individwi suspettati b'rabtiet mat-terroriżmu. |Talbiet ta' trażmissjoni mill-punti ta' kuntatt; l-aċċess domestiku huwa regolat mil-liġi nazzjonali. |Ir-regoli speċifiki stabbiliti mid-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Konvenzjoni 108 CoE, Protokoll Addizzjonali 181 CoE u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. L-individwi jistgħu jirrikorru għand is-superviżur nazzjonali għall-ħarsien tad-dejta biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom rigward l-ipproċessar tad-dejta personali. |Id-dejta personali trid titħassar ladarba ma tkunx aktar meħtieġa għall-iskop li għalih tkun ġiet provduta. Il-perjodu massimu domestiku ta' żamma tad-dejta tal-istat li jipprovdiha japplika b'mod vinkolanti fuq l-istat li jirċeviha. |Id-Deċiżjoni ta' Prüm qed tiġi implimentata. Għaxar Stat Membri ġew awtorizzati biex jiskambjaw id-DNA, ħamsa biex jiskambjaw il-marki tas-swaba', seba' biex jiskambjaw id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. In-Norveġja u l-Islanda se jidħlu f'dan l-istrument. |Fl-2012 il-Kummissjoni se tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Kunsill. | | Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta |Mibdija mill-Istati Membri |Biex ittejjeb l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta' reati serji billi tinżamm dejta tat-traffiku tal-komunikazzjoni u dwar il-lok. |Deċentralizzata, dan l-instrument jimponi obbligi fuq il-fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni biex iżommu d-dejta. |Numru tat-telefon, indirizz tal-IP u identifikatur tat-tagħmir tal-mowbajl. |L-awtoritajiet bid-drittijiet tal-aċċess huma definiti nazzjonalment. |Id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE. |Bejn 6 xhur u 24 xahar. |Sitt Stati Membri għadhom ma trasponewx din id-direttiva, u l-qrati kostituzzjonali Ġermaniżi u Rumeni ddeċidew li r-regoli tal-implimentazzjoni jmorru kontra l-kostituzzjoni. |Fl-2010 l-Kummissjoni se tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-PE u lill-Kunsill. | | Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) |Mibdija mill-Belġju u proposta mill-Kummissjoni. |Biex ittejjeb il-qsim transkonfinali tad-dejta rigward ir-rekords kriminali ta' ċittadini tal-UE. |Deċentralizzata, interkonnessa permezz ta' sett ta' awtoritajiet ċentrali li jiskambjaw l-informazzjoni miġjuba mir-rekords kriminali permezz tan-netwerk s-TESTA. |Dejta bijografika; kundanna, sentenza u akkuża; dejta addizzjonali inkluż il-marki tas-swaba' (jekk ikunu disponibbli). |Awtoritajiet amministrattivi kompetenti u ġudizzjarji. |Regoli speċifiċi stabbiliti mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, li tinkorpora r-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/876/ĠAI, kif ukoll id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108 CoE u Rakkomandazzjoni (KE) Nru 45/2001. |Japplikaw ir-regoli domestiċi taż-żamma tad-dejta, minħabba li dan l-istrument jirregola biss l-iskambjar tad-dejta. |L-ECRIS qed jiġi implimentat. Disa' Stati Membri bdew jiskambjaw l-informazzjoni elettronikament. |Il-Kummissjoni se tissottometti żewġ rapporti ta' evalwazzjoni lill-PE u lill-Kunsill: dwar Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI, fl-2011; dwar Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, fl-2015. Mill-2016, il-Kummissjoni trid tippubblika regolarment rapporti dwar l-operar tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (ECRIS). | | Kooperazzjoni taħt l-Unità ta' Intelligence Finanzjarja (FIU.net) |Mibdija mill-Pajjiżi baxxi. |Biex jiskambjaw informazzjoni meħtieġa għall-analiżi u l-investigazzjoni ta' ħasil ta' flus u finanzjar tat-terroristi. |Deċentralizzata, l-FIUs jiskambjaw id-dejta permezz tal-FIU.net, li titħaddem fuq in-netwerk s-TESTA. L-applikazzjoni SIENA tal-Europol tista' dalwaqt issaħħaħ l-FIU.net. |Kull dejta relevanti għall-analiżi jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus jew l-iffinanzjar tat-terroristi. |Unitajiet ta' Intelligence Finanzjarja (fi ħdan il-forzi tal-pulizija, awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet finanzjarji li jirrapportaw lill-awtoritajiet finanzjarji). |Kunsill Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI Konvenzjoni 108 CoE u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. |Japplikaw ir-regoli domestiċi taż-żamma tad-dejta, minħabba li dan l-istrument jirregola biss l-iskambjar tad-dejta. |Għoxrin Stat Membri jipparteċipaw fl-FIU.net, applikazzjoni onlajn għall-qsim tad-dejta li titħadden fuq s-TESTA. |Bħala ġarti mill-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji, il-Kummissjoni ilha mill-2009 tanalizza l-implimentazzjoni Direttiva 2005/60/KE. | | Kooperazzjoni tal-Uffiċċju għall-Irkuprar tal-Assi (ARO) |Mibdija mill-Istati Membri |Biex tiġi skambjata l-informazzjoni meħtieġa għall-intraċċar u l-identifikar tad-dħul mill-kriminalità. |Deċentralizzata, l-AROs huma meħtieġa biex tiġi skambjata informazzjoni permezz tal-inizjattiva Svediża. L-applikazzjoni SIENA tal-Europol tista' dalwaqt issaħħaħ il-kooperazzjoni ARO. |Dettalji ta' propjetà mmirata, bħal kontijiet bankarji, propjetà immobbli u vetturi, kif ukoll dettalji tal-persuni mfittxija, bħall-isem, indirizz, azzjonisti u informazzjoni tal-kumpanija. |L-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi. |Konvenzjoni 108 CoE, Protokoll addizzjonali 181 CoE u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. |Japplikaw ir-regoli domestiċi taż-żamma tad-dejta, minħabba li dan l-istrument jirregola biss l-iskambjar tad-dejta. |Aktar minn għoxrin Stat Membru waqqfu AROs; tnax minnhom qed jipparteċipaw fi proġett pilota li nediet l-applikazzjoni SIENA tal-Europol biex tiġi skambjata d-dejta għar-rintraċċar tal-assi. |Fl-2010 l-Kummissjoni se tissottometti rapport ta' evalwazzjoni lill-Kunsill. | | Pjattaformi tal-Ċiberkriminalità Nazzjonali u tal-UE |Mibdija minn Franza. |Biex tinġabar u tiġi skambjata informazzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità. |Deċentralizzati, jġibu flimkien pjattaformi ta' twissijiet nazzjonali u l-Pjattaforma taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol tal-UE. L-applikazzjoni SIENA tal-Europol tista' dalwaqt issaħħaħ l-iskambju tad-dejta bejn il-pjattaformi ta' twissija. |Kontenut jew imġiba illegali li tinstab fuq l-internet. |Il-pjattaformi nazzjonali jirċievu rapporti taċ-ċittadini; Il-pjattaforma tal-Kriminalità tal-UE tal-Europol tirċievi rapport tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi dwar iċ-ċiberkriminalità transkonfinali serja. |Regoli speċifiċi stabbiliti mid-Deċiżjoni Europol u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108 CoE, il-Protokoll Addizzjonali 181 CoE u CoE Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 u –Regolament (KE) 45/2001. |Japplikaw ir-regoli domestiċi taż-żamma tad-dejta, minħabba li din il-miżura tirregola biss l-iskambjar tal-informazzjoni. |Kważi l-Istati Membri kollha stabbilixxew pjattaformi ta' twissija nazzjonali; Il-Europol qed taħdem fuq il-Pjattaforma taċ-Ċiberkriminalità tagħha. |Il-Europol tkopri ċ-ċiberkriminalità u, fil-futur, se tirrapporta dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma taċ-Ċiberkriminalità tal-UE fir-Rapport Annwali tagħha sottomess lill-Kunsill għall-approvazzjoni u lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni. | | Europol |Mibdija mill-Istati Membri |Biex tgħin lill-Istati Membri jipprevjenu u jikkumbattu l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' reati serji li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew iżjed. |Il-Europol hija aġenzija tal-UE bbażata f'The Hague. Hija qed tiżviluppa SIENA, applikazzjoni ta' netwerk tagħha stess għall-iskambjar ta' informazzjoni sigura. |Is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (l-EIS) fiha dejta personali, inkluż identifikatur bijometriċi, kundanni, u rabtiet ma' kriminalità organizzata, ta' persuni suspettati b'reati li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol. Fajls ta' Xogħol ta' Analiżi (AWF) fihom dejta personali ta' relevanza. |L-aċċess għall-EIS jista' jsir mill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol, l-uffiċjali ta' kuntatt, il-persunal tal-Europol u d-direttur. L-aċċess tal-AWF huma mogħti lill-uffiċjali ta' kuntatt. Id-dejta personali tista' tiġi skambjata ma' pajjiżi terzi li għandhom ftehim mal-Europol. |Regoli speċifiċi stabbiliti mid-Deċiżjoni Europol u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108 CoE, il-Protokoll Addizzjonali 181 CoE u CoE Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 u r-Regolament (KE) 45/2001. |Il-fajls AWF jistgħu jinżammu għal massimu ta' tliet snin, b'possibbiltà ta' estensjoni ta' tliet snin oħra. |Il-Europol huwa użat b'mod attiv minn kull Stat Membru kif ukoll pajjiżi terzi li għandhom ftehim operazzjonali miegħu. Il-bażi legali l-ġdid tal-Europol ġie implimentat minn kull Stat Membru. |Korp ta' Superviżjoni Konġunta jissorvelja l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Europol u t-trażmissjoni ta' tali dejta lil partijiet oħra. Huwa jissottometti rapporti perjodiċi lill-PE u lill-Kunsill. Il-Europol jissottometti wkoll rapport annwali lill-Kunsill għall-apporvazzjoni u lill-PE għall-informazzjoni. | | Eurojust |Mibdi mill-Istati Membri |Biex itejjeb il-kooperazzjoni ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri u biex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti. |Il-Eurojust huwa korp tal-UE bażat f'The Hague, li juża s-Testa għall-iskambjar tad-dejta. |Id-dejta personali ta' persuni suspettati u persuni kundannati f'każijiet ta' reati serji li jaffettwaw żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż dejta bijografika, dettalji ta' kuntatt, profili tad-DNA, marki tas-swaba', ritratti u dejta dwar it-traffiku tal-komunikazzjoni u dwar il-lok. |Is-27 membri nazzjonali tal-Europol, li jistgħu jaqsmu d-dejta mal-awtoritajiet nazzjonali u pajjiżi terzi jekk is-sors tal-informazzjoni jaqbel. |Ir-regoli speċifiki stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Eurojust u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, il-Konvenzjoni 108 CoE, Protokoll Addizzjonali 181 CoE u Rakkomandazzjoni tal-Pulizija R (87) 15 CoE. |L-informazzjoni trid titħassar ladarba li l-iskop li għalih tkun ġiet provduta jinkiseb, u ladarba l-każ jingħalaq. |Il-bażi legali emendata tal-Eurojust bħalissa qed tiġi implimentata mill-Istati Membri. |Sa Ġunju 2014, il-Kummissjoni se tirrevedi l-iskambjar tad-dejta bejn il-membri nazzjonali tal-Eurojust. Sa Ġunju 2013, il-Eurojust se jirrapporta lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-provvediment ta' aċċess nazzjonali lis-sistema ta' ġestjoni tal-każ tiegħu. Korp ta' Superviżjoni Konġunta jissorvelja l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Eurojust u jirrapporta lill-Kunsill kull sena. Il-President tal-Kulleġġ tal-Eurojust jissottometti lill-Kunsill rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Eurojust, li dan imbagħad jgħaddihom lill-PE. | | Il-ftehimiet PNR mal-Istati Uniti u l-Awstralja; Ftehim API/PNR mal-Kanada |Mibdija mill-Kummissjoni |Biex jipprevjeni u jikkumbattu t-terroriżmu u forom oħra ta' reati transnazzjonali serji. |Ftehimiet internazzjonali. |Il-Ftehimiet mal-Istati Uniti u l-Awstralja fihom 19-il kategorija ta' dejta tal-PNR, inkluż bijografija, prenotazzjoni, ħlas u informazzjoni supplimentari; il-ftehim mal-Kanada fih 25 punt simili tad-dejta. |Id-Dipartiment tal-Istati Uniti tas-Sigurtà Interna, l-Aġenzija Kanadiża għas-Servizzi tal-Fruntieri, u s-Servizzi Doganali Awstraljani, li jistgħu jaqsmu dejta ma' servizzi domestiċi tal-infurzar tal-liġi u ta' kontra t-terroriżmu. |Ir-regoli għall-ħarsien tad-dejta huma stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali speċifiċi. |L-Istati Uniti: seba' snin użu attiv, tmien snin użu passiv; l-Awstralja: 3.5 snin użu attiv, sentejn użu passiv; il-Kanada: 72 siegħa użu attiv, 3.5 snin użu passiv. |Il-ftehimiet mal-Istati Untii u mal-Awstralja huma applikabbli b'mod proviżorju; il-ftehim Kanadiż huwa fis-seħħ. Il-Kummissjoni se tinnegozja mill-ġdid dawn il-ftehimiet. Sitt Stati Membri tal-UE għaddew liġijiet li jippermettu l-użu tad-dejta tal-PNR għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. |Kull ftehim jipprovdi għak reviżjoni perjodika, filwaqt li l-ftehimiet Awstraljani u Kanadiżi jinkludu wkoll klawsoli ta' twaqqif. | | Ftehim TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti |Mibdi mill-Kummissjoni |Biex jipprevjeni, jinvestiga u jsib jew iressaq il-qorti t-terroristi jew l-iffinanzjar tat-terroristi. |Ftehim internazzjonali. |Dejta ta' messaġġi finanzjarji li tinkludi inter alia , l-isem, in-numru tal-kont, l-indirizz u n-numru tal-ID ta' min jagħmel u għand min jaslu t-tranżazzjonijiet finanzjarji. |It-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jista' jaqsam id-dejta miġbura mill-messaġġi finanzjarji mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà pubblika jew ta' kontra t-terroriżmu tal-Istati Uniti, mal-Istati Membri, mal-Europol jew il-Eurojust. It-trasferiment lejn pajjiżi terzi huwa soġġett għall-kunsens tal-Istati Membri. |Il-ftehim għandu limitazzjoni tal-iskop stretta u klawsoli tal-proporzjonalità. |Id-dejta personali li tinħareġ mill-messaġġi finanzkarko ma tistax tinżamm għal aktar milli huwa meħtieġ għal investigazzjonijiet individwali jew prosekuzzjonijiet; id-dejta mhux estratta tista' tinżamm biss għal 5 snin. |Fit-8 ta' Lulju 2010 l-PE ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti. Issa l-Kunsill mistenni jadotta Deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonkludi dan il-ftehim, u wara dan il-ftehim jidħol fis-seħħ permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-partijiet. |Il-Kummissjoni trid tirrevedi dan il-ftehim sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-rapport ta' valutazzjoni tagħha jrid jintbagħat lill-PE u lill-Kunsill. | |

[1] Bħalissa l-UE m'għandha l-ebda definizzjoni armonizzata ta' 'reati kriminali serji'. Pereżempju, d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lill-Europol li tikkonsulta mal-VIS (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129) tiddefinixxi 'reati kriminali serji' b'referenza għal-lista ta' reati stabbilita fil-Mandat ta' Arrest Ewropew (id-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI, ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1). Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta' Dejta (id-Direttiva 2002/58/KE, ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54), tħalliha f'idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu 'reati kriminali serji'. Id-Deċiżjoni dwar il-Europol (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37) fiha lista oħra ta' reati ddefiniti bħala 'reati kriminali serji', li hija simili ħafna, iżda mhijiex identifika għal-lista li tinsab fil-Mandat ta' Arrest Ewropew.

[2] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, P7_TA-PROV(2010)0279, 8.7.2010.

[3] F'kuntrast ma' kriminalità serja, 'reati terroristiċi' huma ddefiniti b'mod ċar fid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI, ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3; emendata mid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI, ĠU L 330, 9/12/2008, p. 21).

[4] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna tal-UE, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 30.11.2009 (Strateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni); Libertà, Sigurtà, Privatezza — L-Affarijiet Interni Ewropej f'dinja miftuħa, ir-Rapport tal-Grupp Informali ta' Konsulenza ta' Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika Ewropea tal-Affarijiet Interni ("Il-Grupp tal-Futur"), Ġunju 2008.

[5] Il-Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sikura għas-sevizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini, Dokument tal-Kunsill 5731/10, 3.3.2010, Taqsima 4.2.2.

[6] COM(2010)252, 26.5.2010.

[7] COM(2010)171, 20.4.2010 (Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma).

[8] F'dik li kienet it-tielet kolonna tal-Unjoni Ewropea dwar il-kooperazjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkondividu d-dritt ta' inizjattiva. It-Trattat ta' Amsterdam integra l-oqsma dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni, il-viżi, l-asil u l-immigrazzjoni fil-kolonna Komunitarja (l-ewwel waħda), fejn il-Kummissjoni kienet tgawdi d-dritt esklussiv ta' inizjattiva. It-Trattat ta' Lisbona elimina l-istruttura ta' kolonni tal-Unjoni, u afferma mill-ġdid id-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni. Madanakollu, fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (fosthom il-kooperazzjoni amministrattiva), għadha tista' tiġi pproposta leġiżlazzjoni fuq l-inizjattiva ta' kwart tal-Istati Membri.

[9] Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Lulju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, ĠU L 239, 22.09.2000, p. 19.

[10] Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropea, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea 108); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropea, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[11] SIRENE tfisser Talba għal Informazzjoni Supplimentari fid-Dħul Nazzjonali (Supplementary Information Request at National Entry)

[12] Id-Dokument tal-Kunsill 5441/08, 30.1.2008. Id-Dokument tal-Kunsill 6162/10, 5.2.2010.

[13] Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1; Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4; Id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.

[14] Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4; Id-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63; Id-Direttiva 95/46/KE ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31; Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropea, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[15] S-TESTA, li tfisser Servizzi Trans-Ewropej Sikuri għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet, hija netwerk ta' komunikazzjoni ta' dejta ffinanzjata mill-Kummissjoni li tippermetti l-iskambju sikur u kkriptat ta' informazzjoni bejn amministrazzjonijiet nazzjonali, istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-UE.

[16] Ir-Renju Unit u l-Irlanda ser jipparteċipaw fl-SIS II bl-eċċezzjoni ta' allerti relatati ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu jinsabu fuq il-lista ta' projbizzjoni ta' dħul.

[17] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008, ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI, ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.

[18] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1 (ir-Regolament ta' Dublin), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2725/2000, ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1 (Ir-Regolament EURODAC). Dawn l-istrumenti jibnu fuq il-Konvenzjoni ta' Dublin tal-1990 (ĠU C 254, 19.8.1997, p. 1) li ppruvat tiddetermina liema Stat Membru għandu jeżamina l-applikazzjonijiet għal asil. Is-sistema ta' valutazzjoni ta' applikazzjonijiet għal asil hija magrħufa bħala 's-sistema Dublin.'

[19] Id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[20] Il-Kunsill Straordinarju tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 20.9.2001.

[21] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5; Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129. Ara wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill Ewropew, 25.3.2004.

[22] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

[23] Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129. Id-Direttiva 95/46/KE ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31; Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1; Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropea, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea 108); Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali fir-rigward tal-awtoritajiet ta' sorveljanza u flussi transkonfinali ta' dejta (ETS No. 181), il-Kunsill tal-Ewropa, 8.11.2001 (Protokoll Addizzjonali Nru 181); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[24] Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24.

[25] Id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[26] Ir-Regolament (KEE) 2913/92, ĠU L 302, 19.10.1992.

[27] Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1, emendat bir-Regolament (KE) Nru 766/2008, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 48.

[28] Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar assistenza u kooperazzjoni reċiproċi bejn l-amministrazzjonijiet doganali, ĠU C 24/2, 23.1.1998 (il-Konvenzjoni Napli II).

[29] Id-Direttiva 95/46/KE ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108).

[30] Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni għal skopijiet doganali, ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34, emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI, ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20.

[31] Minn Mejju 2011, il-Europol u l-Eurojust ser ikollhom ukoll aċċess għas-CIS abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).

[32] Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni għal skopijiet doganali, ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34, emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI, ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20; Id-Direttiva 95/46/KE ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31; Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[33] Il-FIDE, li tfisser d’Identification des Dossiers d’Enquêtes douanières , hija msejsa fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 766/2008 u l-Protokoll stabblit skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jemenda, fir-rigward tal-ħolqien ta' bażi ta' dejta ta' identifikazzjoni ta' fajls doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu ta' teknoloġija tal-informazzjoni għal finijiet doganali, ĠU C 139, 13.6.2003, p. 1.

[34] COM(2005) 490, 12.10.2005; Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza — Il-Programm tal-Aja, 4/5.11.2004. Ara wkoll id-Dikjarazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill Ewropew, 25.3.2004.

[35] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI, ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89.

[36] Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali fir-rigward tal-awtoritajiet ta' sorveljanza u flussi transkonfinali ta' dejta (ETS No. 181), il-Kunsill tal-Ewropa, 8.11.2001 (Protokoll Addizzjonali Nru 181); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[37] Din l-informazzjoni hija bbażata fuq tweġibiet għal kwestjonarju li r-riżultati tiegħu ġew ippreżentati mill-presidenza Spanjola tal-Kunsill f'laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma Ad Hoc tal-Kunsill dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni fit-22 ta' Ġunju 2010.

[38] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI, ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI, ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12.

[39] Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropea 108); Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali fir-rigward tal-awtoritajiet ta' sorveljanza u flussi transkonfinali ta' dejta (ETS No. 181), il-Kunsill tal-Ewropa, 8.11.2001 (Protokoll Addizzjonali Nru 181); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[40] Sal-lum, għaxar Stati Membri ngħataw l-awtorizzazzjoni li jibdew l-iskambju awtomatizzat ta' profili tad-DNA, ħamsa ġew awtorizzati għall-marki tas-swaba' u sebgħa għal dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi. il-Ġermanja, l-Awstrija, Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi(skont il-lista l-ġdida) pprovdew statistika parzjali lill-Kummissjoni dwar l-użu li qegħdin jagħmlu minn dan l-istrument.

[41] Id-Direttiva 2006/24/KE, ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.

[42] Id-Direttiva 95/46/KE ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31; Id-Direttiva 2002/58/KE, ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37 (id-Direttva dwar il-Privatezza elettronika).

[43] Is-Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża, Bundesverfassunggericht 1 BvR 256/08, 11.3.2008.

[44] Id-Deċiżjoni Nru 1258 tal-Qorti Kostituzzjonali Rumena, 8.10.2009.

[45] Il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali (ETS Nru 30), il-Kunsill tal-Ewropa, 20.4.1959. Ara wkoll COM(2005) 10, 25.1.2005.

[46] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/876/ĠAI, ĠU L 322, 9.12.2005, p. 33.

[47] Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI, ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32; Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33. Ara wkoll COM(2005) 10, 25.1.2005.

[48] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/876/ĠAI, ĠU L 322, 9.12.2005, p. 33; Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108).

[49] Regolament (KE) Nru 45/2001, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[50] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI, ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4.

[51] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[52] http://www.fiu.net/

[53] SIENA tfisser Applikazzjoni ta' Netwerk Sikura għall-Iskambju ta' Informazzjoni.

[54] Id-Direttiva 2005/60/KE, ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15 (it-Tielet Direttiva dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus).

[55] Ara, pereżempju, l-Evalwazzjoni tal-impatti ekonomiċi tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji — Rapport finali (ara l-Kummissjoni Ewropea, DĠ MARKT), CRA International, 03.2009.

[56] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI, ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.

[57] Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali fir-rigward tal-awtoritajiet ta' sorveljanza u flussi transkonfinali ta' dejta (ETS No. 181), il-Kunsill tal-Ewropa, 8.11.2001 (Protokoll Addizzjonali Nru 181); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[58] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' pjattaforma Ewropea ta' allert għar-rappurtar ta' reati nnutati fuq l-Internet, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 24.10.2008; Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni ta' strateġija koordinata għall-ġlieda kontra l-kriminalità, Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali, 26.4.2010. Il-Europol semmiet il-proġett 'Pjattaforma Ewropea kontra ċ-Ċiberkriminalità' (ECCP).

[59] L-għanijiet tal-Europol huma l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħra ta' reati kriminali serji li jolqtu lil żewġ Stati Membri jew aktar. Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

[60] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37; Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropea, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali fir-rigward tal-awtoritajiet ta' sorveljanza u flussi transkonfinali ta' dejta (ETS No. 181), il-Kunsill tal-Ewropa, 8.11.2001 (Protokoll Addizzjonali Nru 181); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropea, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[61] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

[62] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37, li tissostitwixxi l-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

[63] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37; Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1; Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali (ETS Nru 108), il-Kunsill tal-Ewropa, 28.1.1981 (il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 108); Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali fir-rigward tal-awtoritajiet ta' sorveljanza u flussi transkonfinali ta' dejta (ETS No. 181), il-Kunsill tal-Ewropa, 8.11.2001 (Protokoll Addizzjonali Nru 181); Ir-Rakkomadazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' dejta personali fil-qasam tal-pulizija, il-Kunsill tal-Ewropa, 17.9.1987 (ir-Rakkomandazzjoni dwar il-Pulizija).

[64] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

[65] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI, ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1, emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/ĠAI, ĠU L 138, 4.6.2009, p. 14. Ara wkoll il-Kunsill Straordinarju tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 20.9.2001.

[66] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.

[67] Id-Direttiva 95/46/KE (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta), ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31

[68] Il-pakkett Kanadiż jikkonsisti minn impenn Kanadiż dwar it-trattar ta' dejta API/PNR, id-deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-Kummissjoni dwar l-istandards Kanadiżi ta' protezzjoni tad-dejta u ftehim internazzjonali (ara ĠU L 91, 29.3.2006, p. 49; ĠU L 82, 21.3.2006, p. 14). Il-ftehim mal-Istati Uniti jinsab fil-ĠU L 204, 4.8.2007, p. 16; dak Awstraljan fil-ĠU L 213, 8.8.2008, p. 47.

[69] Fl-2009, il-Kanada kkommettiet ruħha mal-Kummissjoni, mal-Presidenza tal-Kunsill u mal-Istati Membri tal-UE li kienet ser tissokta tapplika l-impenn li kienet ħadet qabel, fl-2005, dwar l-użu ta' dejta dwar PNR tal-UE. Id-deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-Kummissjoni kienet imsejsa fuq dak l-impenn preċedenti.

[70] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, P7_TA(2010)0144, 5.5.2010.

[71] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, P7_TA(2010)0029, 11.2.2010.

[72] COM(2010)316 finali/2, 18.6.2010.

[73] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, P7_TA-PROV(2010)0279, 8.7.2010.

[74] Il-Programm ta' Stokkolma — Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini, Dokument tal-Kunsill 5731/10, 3.3.2010; COM(2010)171, 20.4.2010 (Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma).

[75] COM(2007)654, 6.11.2007.

[76] COM(2008)69, 13.2.2008.

[77] COM(2008)69, 13.2.2008.

[78] Id-Dokument tal-Kunsill 11222/1/10 REV 1, 24.6.2010; id-Dokument tal-Kunsill 11222/1/10 REV 1 COR 1, 24.6.2010.

[79] COM(2008)69, 13.2.2008.

[80] Id-Dokument tal-Kunsill 15526/1/09, 2.12.2009.

[81] COM(2010)93, 19.3.2010.

[82] Id-Deċiżjoni ta' Prüm (Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI, ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1) għandha deċiżjoni ta' implimentazzjoni korrispondenti (Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI, ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12) li għandha l-għan li tiggarantixxi l-użu ta' miżuri tekniċi mill-aktar moderni biex jiġu żgurati l-protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta, kif ukoll proċeduri ta' kodifikar u awtorizzazzjoni għall-aċċess tad-dejta u tinkludi wkoll regoli speċifiċi li jirregolaw l-ammissibbiltà tat-tiftixiet.

[83] Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 83, 30.3.2010, p.389.

[84] Verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 83, 30.3.2010.2008, p. 1.

[85] Għal deskrizzjoni komprensiva tal-'privatezza bit-tfassil,' irreferi għall-Opinjoni tas-Superviżur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta dwar il-Promozzjoni tal-Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni bit-Trawwim tal-Ħarsien tad-Dejta u l-Privatezza, is-Superviżur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta, 18.3.2010.

[86] Ara l-Artikolu 8, tal-Konvenzjoni tal-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Drittijiet Fundamentali (ETS Nru 5), il-Kunsill tal-Ewropa, 4.11.1950.

[87] Ara Marper v ir-Renju Unit, sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Strasburgu, 4.12.2008.

[88] Il-prinċipji bażiċi għall-valutazzjonijiet tal-impatt huma stabbiliti fil-Linji Gwida għall-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea (SEC(2009)92, 15.1.2009).

[89] Eżempji prattiċi tar-riskji ġestiti b'suċċess jinkludu l-prevenzjoni ta' persuna mkeċċija li wettqet reat serju fi Stat Membru milli terġa' tidħol fiż-żona ta' Schengen minn Stat Membru ieħor (SIS) jew li tipprevjeni persuna milli tapplika għall-asil f'għadd ta' Stati Membri (EURODAC).

[90] Dawn il-prinċipji huma bażati fuq il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna tal-UE, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, 30.11.2009.

[91] Il-prinċipji ġenerali u l-istandards minimi tal-konsultazzjoni pubblika huma stabbiliti f'COM(2002)704, 11.12.2002.

[92] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni għal sigurtà interna tal-UE, il-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern, 30.11.2009 (Strateġija tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-UE).

[93] Il-Programm ta' Stokkolma - Ewropa miftuħa u sigura li sservi u tħares iċ-ċittadini, Dokument tal-Kunsill 5731/10, 3.3.2010, Taqsima 4.2.2.

[94] Dan huwa indikat fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Programm ta' Stokkolma tal-Kummissjoni (COM(2010)171, 20.4.2010).

[95] Dan l-eżerċizzjoni ta' mmappjar tal-informazzjoni jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib ma' Tim tal-Proġett ta' Mmappjar tal-Informazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE u tal-EFTA, il-Europol, il-Eurojust il-Frontex u s-Superviżur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta.

[96] Id-Dokument tal-Kunsill 6162/10, 5.2.2010: Id-Dokument tal-Kunsill 5764/09, 28.1.2009; Id-Dokument tal-Kunsill 5441/08, 30.1.2008.

[97] COM(2009) 494, tal-25.9.2009. 'Riżultat pożittiv intern' tirreferi għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-asil ġdida fl-Istat Membru fejn ġiet sottomessa dik preċedenti.

[98] L-Aġenzija tal-Fruntieri tar-Renju Unit provdiet din l-informazzjoni lill-Kummissjoni għall-fini ta' din il-komunikazzjoni.

[99] Din l-informazzjoni kienet provduta mill-Kummissjoni.

[100] Forza tal-pulizija ta' Stat Membru provdiet dwar l-eżempji lill-Kummissjoni għall-fini ta' din il-komunikazzjoni.

[101] It-tweġiba tal-Gvern Ġermaniż għall-Mistoqsija Parlamentai li saret minn Ulla Jelpke, Inge Höger u Jan Korte (Nru ta' Referenza 16/14120), Bundestag, 16-il Sessjoni, Referenza Nru 16/14150, 22.10.2009. Dawn iċ-ċifri huma relatati mal-perjodu li jibda minn meta Stat Membru jibda jiskambja d-dejta mal-Ġermanja u jispiċċaw fit-30 ta' Settembru 2009.

[102] Dawn l-eżempji anonimi huma bażati fuq it-tweġibiet tal-Istati Membri għal kwestjonarju tal-Kummissjoni tal-2009 rigward it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE (Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta).

[103] L-Uffiċċju FIU.net provda din l-informazzjoni lill-Kummissjoni għall-fini ta' din il-komunikazzjoni.

[104] Jevalwa l-effettività tal-prattiċi tal-Istati Membri tal-UE fl-identifikazzjoni, rintraċċar, friżar u konfiskar ta' assi kriminali – Rapport Finali (għall-Kummissjoni Ewrpea EĠ ĠAI), Matrix Insight, 6.2009.

[105] Ibid.

[106] Pharos tirreferi għal "plate-forme d’harmonisation, d’analyse, de recoupement et d’orientation des signalements".

[107] Il-Europol provda din l-informazzjoni lill-Kummissjoni għall-fini ta' din il-komunikazzjoni. Aktar informazzjoni dwar l-Operazzjoni Andromeda tinsab fis-sit http://www.eurojust.europa.eu/.

[108] Dawn l-eżempji nksibu mis-sit http://www.eurojust.europa.eu/.

[109] Dawn l-eżempji qed jiġu mogħtija b'mod anonimu biex jiġu protetti s-sorsi tal-informazzjoni.

[110] It-tieni rapport dwar l-ipproċessar tad-dejta personali li toriġina fl-UE mid-Dipartment tat-Teżor tal-Istati Uniti għall-fini tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-Imħallef Jean-Louis Bruguière, Jannar 2010.

Top