Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010DC0171

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni - Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma

    /* KUMM/2010/0171 finali */

    52010DC0171




    [pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

    Brussel 20.4.2010

    KUMM(2010) 171 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-EwropaPjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma

    1. Il-kisba ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa

    Iż-żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja hija, flimkien mal-istrateġija Ewropa 2020, element ċentrali tar-reazzjoni tal-UE għall-isfidi globali għat-tul, u kontribut għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-mudell Ewropew tal-ekonomija tas-suq soċjali lejn is-seklu 21.

    Fi żmien ta' bidla, hekk kif id-dinja qed tibda ħierġa mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-Unjoni Ewropea għandha aktar minn qatt qabel id-dmir li tipproteġi u tipproġetta l-valuri tagħna, u li tiddefendi l-interessi tagħna. Ir-rispett lejn il-persuna umana u lejn id-dinjità umana, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà huma l-valuri tagħna li jibqgħu għal dejjem, fi żmien ta' tibdil soċjali u teknoloġiku bla waqfien. Dawn il-valuri għandhom għalhekk ikunu fil-qalba tal-isforzi tagħna.

    Il-programm ta' Stokkolma adottat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2009[1] jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp taż-żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fil-ħames snin li ġejjin. Dak li fih jirrifletti d-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill, mal-Istati Membri u ma' dawk kollha involuti matul l-aħħar snin. Fil-qalba tiegħu hemm l-ambizzjonijiet li l-Kummissjoni fissret fil-Komunikazzjoni[2] tagħha f'Ġunju 2009, li wasslet għall-adozzjoni tal-Programm ta' Stokkolma.

    Il-forza ewlenin tal-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam fis-snin li ġejjin ser tkun "Is-Sedqa tal-Ewropa tan-nies", biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom u jibbenefikaw bis-sħiħ mill-integrazzjoni Ewropea.

    Huwa fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja li ċ-ċittadini jistennew l-aktar minn dawk li jfasslu l-politika, peress li dan jaffetwahom fil-ħajja ta' kuljum. In-nisa u l-irġiel fl-Ewropa bi dritt jistennew li jgħixu f'Unjoni prospera u paċifika, fiduċjużi li d-drittijiet tagħhom ikunu rispettati bis-sħiħ u li s-sigurtà tagħhom tkun garantita.

    Żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandha tkun qasam fejn in-nies kollha, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi, jibbenefikaw mir-rispett effettiv tad-drittijiet fundamentali kif imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    L-għan ta' dan il-pjan ta' azzjoni huwa dak li jinkisbu dawk il-prijoritajiet, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell globali, biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jibbenefikaw mill-progress li jsir fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Għandu wkoll jippermettilna li nħarsu lil hinn u nakkwistaw reazzjoni Ewropea determinata u adegwata għal sfidi Ewropej u globali.

    Id-dħul fid-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jippermetti lill-Unjoni li turi ambizzjoni akbar fit-tweġiba li għandna nagħtu għat-tħassib u l-aspirazzjonijiet ta' kuljum tan-nies fl-Ewropa. L-ewwel nett, ir-rwol akbar tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur f'ħafna oqsma u l-involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali se jagħmlu lill-UE aktar responsabbli għall-azzjonijiet tagħha fl-interessi taċ-ċittadin u sseddaq il-leġittimità demokratika tal-Unjoni. It-tieni nett, l-introduzzjoni ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika sejra tirrazzjonalizza t-teħid tad-deċiżjonijiet. U fl-aħħar nett, se jittejjeb l-istħarriġ ġudizzjarju peress li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tassumi s-superviżjoni ġudizzjarja tal-aspetti kollha tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, filwaqt li l-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali se ssir legalment vinkolanti. It-Trattat jagħti lill-Unjoni l-għanijiet il-ġodda ta' ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u kontra d-diskriminazzjoni, u jirrijafferma l-għan li tisseddaq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

    L-Unjoni għandha għalhekk tkun determinata meta twieġeb għall-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini tagħna. L-Unjoni għandha tirreżisti t-tendenzi li s-sigurtà, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali jiġu ttrattati f'iżolament minn xulxin. Dawn jimxu id f'id f'approċċ koerenti biex jintlaqgħu l-isfidi tal-lum u tas-snin li ġejjin.

    2. Garanzija tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali

    Il-ħarsien tad-drittijiet imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li għandha tkun il-boxxla għal-liġi kollha, u għal-linji ta' politika tal-UE, għandha tingħata l-effettività kollha u d-drittijiet tagħha għandhom isiru aktar tanġibbli u effettivi. Il-Kummissjoni se tapplika "Politika ta' Tolleranza Żero" fejn jidħlu każijiet ta' ksur tal-Karta. Il-Kummissjoni sejra ssaħħaħ il-mekkaniżmi li għandha biex tara li jkun hemm konformità mal-Karta, u se tirrapporta dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F'soċjetà globali kkaratterizzata minn tibdil teknoloġiku mgħaġġel, fejn l-iskambju ta' informazzjoni ma jafx b'konfini, huwa importanti b'mod partikolari li għandha titħares il-privatezza. L-Unjoni għandha tara li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta jkun applikat b'mod konsistenti. Għandna bżonn insaħħu l-pożizzjoni tal-UE fil-ħarsien tad-dejta personali tal-individwu fil-kuntest tal-linji politiċi kollha tal-UE, inkluż l-infurżar tal-liġi u l-prevenzjoni tal-kriminalità kif ukoll fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħna.

    L-istrumenti ta' politika kollha se jintużaw biex ikun hemm reazzjoni Ewropea soda għall-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, inklużi l-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenetika femminili, biex jiġu mħarsa d-drittijiet tat-tfal u biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, razziżmu, ksenofobija u omofobija. Għandu jingħata kas partikolari fuq il-bżonnijiet ta' dawk f'sitwazzjoni vulnerabbli.

    Id-differenzi fil-garanziji pprovduti lill-vittmi tal-kriminalità u t-terroriżmu madwar is-27 Stat Membru għandhom jiġu analizzati u mnaqqsa bil-ħsieb li tiżdied il-protezzjoni bil-mezzi kollha disponibbli. Il-liġi Ewropea għandha tiggarantixxi livell għoli ta' drittijiet għall-akkużat f'termini ta' ġustizzja fil-proċeduri. Il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, inkluż fil-ħabsijiet, għandhom ukoll jiġu indirizzati.

    3. L-għoti tas-saħħa liċ-ċittadini Ewropej

    Iċ-ċittadinanza Ewropea għandha tkompi timxi minn kunċett imnaqqax fit-Trattati biex issir realità tanġibbli li turi fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini il-valur miżjud tagħha 'l fuq miċ-ċittadinanza nazzjonali. Jeħtieġ li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom li ġejjin mill-integrazzjoni Ewropea.

    L-iffaċilitar tal-mobilità taċ-ċittadini huwa ta' importanza kruċjali fil-proġett Ewropew. Il-moviment ħieles huwa dritt ċentrali taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom. Jeħtieġ li jkun infurzat b'rigorożità. Il-mobilità għandha tittejjeb billi jitneħħa x-xkiel li ċ-ċittadini għadhom isibu quddiemhom meta jiddeċiedu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jmorru jgħixu fi Stat Membru barra dak tagħhom biex jistudjaw jew biex jaħdmu, biex jistabbilixxu negozju, biex jibdew familja jew biex jirtiraw. Iċ-ċittadini għandhom jitħarsu kull fejn ikunu madwar id-dinja. Kull ċittadin tal-UE li jinsab f'pajjiż fejn l-Istat Membru tiegħu ma jkunx rappreżentat għandu jirċievi assistenza konsulari minn ambaxxati jew konsulati ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tiegħu.

    L-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, u l-inkoraġġiment tiegħu, huwa kruċjali biex iċ-ċittadini jinġiebu eqreb lejn il-proġett Ewropew. Hija ambizzjoni komuni li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-votanti fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Id-dritt taċ-ċittadini li jivvotaw u jiġu eletti fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej fejn jgħixu għandu jkompli jiġi promoss u msaħħaħ. L-Iniżjattiva taċ-Ċittadin hija spinta qawwija għad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej u tal-leġittimità demokratika tal-Unjoni.

    4. It-tisħiħ tal-fiduċja fiż-żona ġudizzjarja Ewropea

    Iż-żona ġudizzjarja Ewropea u t-tħaddim kif xieraq tas-suq wieħed huma mibnija fuq il-prinċipju ċentrali tal-għarfien reċiproku. Dan jista' jaħdem b'mod effettiv biss fuq il-bażi ta' fiduċja reċiproka fost l-imħallfin, il-professjonisti legali, in-negozjanti u ċ-ċittadini. Il-fiduċja reċiproka tirrikjedi livelli minimi u gharfien imsaħħaħ tat-tradizzjonijiet legali u tal-metodi differenti.

    Mhux biżżejjed li jiġu stabbiliti drittijiet. Id-drittijiet u l-obbligi jsiru realità biss jekk ikunu disponibbli b'faċilità għal dawk li jkollhom dritt għalihom. L-individwi għandhom jingħataw id-dritt li dawn id-drittijiet jiġu invokati kulfejn jinzertaw li jkunu jinsabu fl-Unjoni.

    Żona ġudizzjarja Ewropea li tkun taħdem tajjeb hija ta' benefiċċju għal-linji ta' politika kollha tal-Unjoni, u tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni b'suċċess tagħhom. B'mod partikolari għandha tkun għas-servizz taċ-ċittadini u tan-negozjanti sabiex tkun ta' sostenn għall-attività ekonomika fis-suq wieħed, u jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni issa għandha l-għodda biex il-ħajja ta' kuljum tan-nies, u l-prattiki ta' negozju ta' kuljum, jiħfiefu, b'mod li jiġu rikonċiljati l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tas-suq wieħed mad-diversità tat-tradizzjonijiet legali fost l-Istati Membri.

    Il-liġi tal-Unjoni tista' tiffaċilita l-mobilità u tagħti s-saħħa liċ-ċittadini li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment ħieles. Għal koppji internazzjonali, tista' tnaqqas tensjoni bla bżonn meta dawn jiddivorzjaw jew jinfirdu u tista' tneħħi l-inċertezza legali li teżisti bħalissa fejn jidħlu t-tfal u l-ġenituri tagħhom f'sitwazzjonijiet transkonfinali. Tista' tgħin fl-eliminazzjoni tal-għarfien ta' atti legali u twassal għal għarfien reċiproku tal-effetti ta' dokumenti tal-istat ċivili. Meta ċ-ċittadini jsuqu lejn Stat Membri ieħor u jkollhom l-isfortuna li jaħbtu bil-karozza, għandhom bżonn taċ-ċertezza legali dwar iż-żmien ta' limitazzjoni tal-klejms tal-assikurazzjoni.

    Il-liġi tal-Unjoni tista' tkun ta' kontribut konkret u qawwi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 u biex tittaffa l-ħsara li saret mill-kriżi finanzjarja. Se tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida tal-UE kulfejn ikun meħtieġ u xieraq biex jissaħħaħ is-suq wieħed tagħna, b'mod li n-negozji jiġu mgħejjuna billi jitneħħa x-xkiel amministrattiv u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet.

    Li tonqos il-burokrazija għan-negozji hija prijorità ċara u l-proċess ikkumplikat u għali exequatur , li hu meħtieġ għall-għarfien u l-infurzar ta' sentenza f'ġuriżdizzjoni oħra għandu sistematikament jiġi kkunsinjat lill-istorja filwaqt li jinżammu s-salvagwardji neċessarji. Il-garanzija li d-dejn transkonfinali jkun jista' jiġi rkupart malajr daqs dak domestiku tkun ta' għajnuna biex in-negozji tagħna jafdaw is-suq wieħed u l-proċedimenti effiċjenti tal-insolvenza tagħna u tista' tkun ta' għajnuna fl-irkupru mill-kriżi ekonomika. It-tranżazzjonijiet transkonfinali jistgħu jsiru b'mod aktar faċli billi tiżdied il-koerenza tal-liġi Ewropea tal-kuntratti. In-negozji mhux qed jieħdu vantaġġ biżżejjed mill-potenzjal li joffri l-internet biex iżidu il-bejgħ: Il-liġi tal-Unjoni tista' tkun ta' għajnuna billi żżid il-ħtieġa tan-negozji għaċ-ċertezza legali u fl-istess ħin tiggarantixxi l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-konsumatur. Il-konsumaturi għandhom ikunu jafu d-drittijiet tagħhom u jingħataw aċċess għal rimedju f'każijiet transkonfinali. Fl-aħħar nett, iż-żieda fl-użu ta' riżoluzzjoni alternattiva tal-kunflitti tista' tkun ta' kontribut lejn l-amministrazzjoni effiċjenti tal-ġustizzja.

    Il-liġi kriminali hija qasam relattivament ġdid ta' azzjoni tal-UE li għalih it-Trattat ta' Lisbona jistabbilixxi qafas legali ċar. Strateġija ta' ġustizzja kriminali, li tkun tirrispetta bis-sħiħ is-sussidjarjetà u l-koerenza, għandha tiggwida l-politika tal-UE għall-approssimazzjoni tal-liġi kriminali sostantiva u proċedurali. Għandha titwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u l-Kunsill u tagħraf li l-attenzjoni tkun primarjament fuq l-għarfien reċiproku u l-armonizzazzjoni ta' offiżi u jsiru sanzjonijiet għal każijiet magħżula.

    L-amministrazzjoni tal-ġustizzja m'għandhiex tittellef minn differenzi mhux ġustifikati bejn is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri: il-kriminali m'għandhomx ikunu jistgħu jaħarbu mill-prosekuzzjoni u l-ħabs billi jaqsmu l-fruntieri u jisfruttaw id-differenzi bejn is-sistemi legali nazzjonali. Hija meħtieġa bażi proċedurali komuni Ewropea solida. Sistema ġdida u komprensiva biex tinkiseb l-evidenza f'każijiet transkonfinali u skambju aħjar ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar offiżi kommessi huma għodda essenzjali fl-iżvilupp ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Kummissjoni se tħejji t-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust, bir-responsabbiltà li jinvestiga, jagħmel il-prosekuzzjoni ta', u jressaq għall-proċess offiżi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Meta tkun qed tagħmel hekk, il-Kummissjoni se tkompli tirriflett fuq il-kooperazzjoni mal-atturi involuti, inkluż l-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF).

    5. Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa

    L-Ewropa qed taffaċċja żieda fil-kriminalità transkonfinali. Huwa l-obbligu tagħna li naħdmu id f'id mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew, ma' pajjiżi terzi kruċjali u mal-komunità tan-negozju fejn ikun xieraq, u nagħmlu li nistgħu biex naraw li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jgħixu f'ambjent bla perikli.

    It-Trattat ta' Lisbona jipprovdi lill-Unjoni b'għodda aħjar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

    Strateġija ta' Sigurtà Interna, ibbażata fuq ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, se tkun implimentata bil-galbu u b'rieda soda li jiġu ffaċċjati l-isfidi transkonfinali, li qed jiżdiedu. Hija timplika approċċ koordinat għall-kooperazzjoni tal-pulizija, tal-ġestjoni tal-fruntieri, kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali u l-protezzjoni ċivili. Jeħtieġ li nindirizzaw it-theddid kollu komuni ta' sigurtà, mit-terroriżmu u mill-kriminalità organizzata sad-diżastri kkawżati mill-bniedem u oħrajn naturali. Meta wieħed iqis iż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji ġodda, it-trattament effiċjenti ta' dak it-theddid jeħtieġ ukoll politika kumplimentari li tiżgura l-istat ta' tħejjija u l-qawwa tan-netwerks u tal-infrastruttura ICT tal-Ewropa.

    Biex tirnexxi, din l-istrateġija trid tibni fuq l-esperjenza u l-lezzjonijiet li ttieħdu. Wasal iż-żmien li nevalwaw l-approċċi li użajna fil-passat, meta l-Unjoni kellha tirreaġixxi għal avvenimenti traġiċi mhux mistennija, ħafna drabi kull każ għalih, u biex nikkapitalizzaw fuq il-qafas istituzzjonali ġdid li hemm fit-trattat ta' Lisbona, b'approċċ koerenti u multidixxiplinarju.

    It-twaqqif ta' aġenda strateġika għall-iskambju ta' informazzjoni tinħtieġ ħarsa ġenerali tal-ġabra ta' dejta eżistenti, is-sistemi ta' pproċessar u ta' skambju ta' dejta, b'evalwazzjoni fil-fond tal-utilità, l-effiċjenza, l-effettività, il-proporzjonalità tagħhom, kif ukoll ir-rispett tagħhom tad-dritt għall-privatezza. Għandha wkoll tifrex it-tapit għal żvilupp koerenti tas-sistemi ta' informazzjoni kollha eżistenti u tal-futur.

    Bħala prijorità għandna bżonn naraw fejn qegħdin fil-miżuri ta' kontra t-terroriżmu li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin u kif jistgħu jittejbu biex ikunu ta' kontribut biex iċ-ċittadini tagħna jitħarsu u jkun hemm valur miżjud għall-azzjoni tal-Istati Membri. Il-qafas istituzzjonali ġdid joffri lill-Unjoni opportunità bla preċedenti biex tgħaqqad flimkien l-istrumenti differenti tagħha fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

    Miżuri dwar il-kriminalità organizzata li jistgħu jittieħdu fil-futur għandhom jużaw il-qafas istituzzjonali ġdid bl-aktar mod qawwi possibbli. It-traffikar tal-bnedmin, il-pornografija tat-tfal, il-kriminalità fuq l-internet, il-kriminalità finanzjarja, il-falsifikazzjoni tal-mezzi tal-pagamenti u t-traffikar tad-drogi għandhom kollha jkunu affaċċjati b'mod komprensiv. Iż-żieda fl-effettività tal-prosekuzzjoni u s-sejba tal-ħtija hija ħaġa importanti daqs kemm hi l-attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-vittmi ta' dawn l-atti kriminali, u tnaqqas id-domanda għal servizzi minn vittmi potenzjali. Il-ġabra tal-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fejn jidħlu drogi u rotot speċifiċi se tkun l-ewwel tweġiba operattiva konkreta.

    Għandna bżonn ukoll inneħħu l-ostakoli kollha li jxekklu l-kooperazzjoni effettiva fl-infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri. L-aġenziji u l-entitajiet tal-UE, bħalma huma l-FRONTEX, il-Europol, u l-Eurojust, kif ukoll l-OLAF, għandhom rwol kruċjali. Għandhom jikkooperaw aħjar u jingħataw il-poteri u r-riżorsi meħtieġa biex jakkwistaw l-għanijiet tagħhom fi ħdan rwoli definiti b'mod ċar.

    L-Unjoni se tkompli b'approċċ integrat ta' kontroll fuq l-aċċess għat-territorju tagħha f'żona Schengen imkabbra, biex tkompli tiffaċilita l-mobilità u tiżgura livell għoli ta' sigurtà interna. Se tkompli l-liberalizzazzjoni tal-viża, speċjalment ma' pajjiżi ġirien, sabiex jiġu ffaċilitati l-kuntatti bejn in-nies, abbażi ta' kundizzjonijiet definiti b'mod ċar.

    L-użu intelliġenti ta' teknoloġiji moderni f'ġestjoni usa' kumplimentari ma' għodda eżistenti bħala parti minn proċess ta' ġestjoni tar-riskju jista' wkoll jagħmel lill-Ewropa aktar aċċessibbli għal vjaġġaturi bona fide u jistimula l-innovazzjoni fost l-industriji tal-UE, biex b'hekk ikun ta' kontribut għall-ġid u t-tkabbir tal-Ewropa, u jiżgura s-sensazzjoni ta' sigurtà fost iċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-bidu tat-tħaddim tas-sistemi SIS II u VIS se jkompli jkun ta' prijorità għolja.

    Il-protezzjoni taċ-ċittadini mir-riskji li hemm fil-kummerċ internazzjonali ta' prodotti ffalsifikati, projbiti u perikolużi tirrikjedi wkoll approċċ koordinat, li jibni fuq is-saħħa tal-awtoritajiet tad-dwana. Il-protezzjoni kontra prodotti li jagħmlu ħsara u perikolużi trid issir b'mod effettiv u strutturat permezz ta' ġestjoni tar-riskju bbażata fuq kontrolli ta' prodotti, tal-katina tal-provvista u ta' kull tip ta' fluss ta' prodotti.

    L-isforzi tagħna biex tingħata għajnuna lin-nies se tinkludi r-rwol tal-UE fil-prevenzjoni tal-kriżi u d-diżastri, fl-istat ta' tħejjija u fir-reazzjoni. L-evalwazzjoni ulterjuri u l-azzjoni neċessarja fil-livell tal-UE fil-ġestjoni tal-kriżi se tkun ta' prijorità immedjata. Il-Mekkaniżmu tal-UE tal-Protezzjoni Ċivili se jissaħħaħ biex jitjiebu d-disponibbiltà, l-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni tal-assistenza mogħtija mill-Istati Membri. Trid tittejjeb ukoll il-prevenzjoni. L-Unjoni se timplimenta l-klawżola ta' solidarjetà.

    6. It-tqegħid tas-solidarjetà u r-responsabbiltà fil-qalba tar-reazzjoni tagħna

    Id-difiża robusta tad-drittijiet fundamentali tal-immigranti li ġejja mir-rispett għall-valuri tagħna ta' dinjità u solidarjetà umana se tippermettilhom li jikkooperaw bis-sħiħ fl-ekonomija u fis-soċjetà Ewropea tagħna. L-immigrazzjoni għandha rwol siewi biex tiġi indirizzata l-isfida demografika tal-Unjoni u biex il-prestazzjoni ekonomika qawwija tal-UE tiġi sostnuta għat-tul. Għandha potenzjal qawwi biex tikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 billi tipprovdi sors addizzjonali ta' tkabbir dinamiku.

    Matul il-ftit snin li ġejjin, l-attenzjoni se tkun fuq il-konsolidazzjoni ta' politika komuni ġenwina dwar l-immigrazzjoni u l-ażil. Il-kriżi ekonomika preżenti m'għandhiex tfixkilna biex nagħmlu hekk b'ambizzjoni u deteminazzjoni. Għall-kuntrarju, huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel li jiġu żviluppati dawn il-linji ta' politika, fi ħdan viżjoni għat-tul ta' rispett għad-drittijiet fundamentali u għad-dinjità umana u biex tissaħħaħ is-solidarjetà, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri hekk kif flimkien jerfgħu il-piż ta' sistema umana u effiċjenti. Ladarba dawn il-linji ta' politika jiġu kkonsolidati, il-progress li jkun sar għandu jiġi evalwat skont l-għanijiet ambizzjużi tagħna. Skont kif ikun xieraq, jiġu proposti miżuri ulterjuri.

    L-Unjoni se tiżviluppa politika ta' migrazzjoni komuni ġenwina li tkun tikkonsisti minn oqfsa ġodda u flessibbli għad-dħul ta' immigranti legali. Dan jippermetti lill-Unjoni tadatta għal mobilità li tiżdied u għall-ħtiġijiet tas-swieq nazzjonali tax-xogħol, fir-rispett tal-kompetenzi tal-Istati Membri f'dan il-qasam.

    L-UE għandha tirsisti għal livell uniformi ta' drittijiet u obbligi għall-immigranti legali li jkun kumparabbli ma' dak taċ-ċittadini Ewropej. Dawn id-drittijiet, ikkonsolidati f'kodiċi ta' immigrazzjoni, u regoli komuni biex tiġi ġestita b'mod effiċjenti r-rijunifikazzjoni tal-familji, huma essenzjali biex jiġu massimizzati l-effetti pożittivi tal-immigrazzjoni legali għall-benefiċċju ta' dawk kollha involuti u se jsaħħu l-kompetittività tal-Unjoni L-integrazzjoni tal-immigranti se tibqa' ssir, fil-ħarsien ta' drittijiethom filwaqt li jiġu enfasizzati wkoll ir-responsabbiltajiet tagħhom stess li jintegraw fis-soċjetajiet li fihom jgħixu.

    Il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-immigrazzjoni irregolari, f'konformità mal-Karta tad-Dritittijiet Fundamentali, hija daqstant ieħor importanti għall-kredibbiltà u s-suċċess tal-linji ta' politika tal-UE f'dan il-qasam. Is-sitwazzjoni ta' tfal waħedhom se tingħata attenzjoni speċjali.

    Ir-reazzjoni tagħna għal din l-isfida globali tinħtieġ tisħib ġenwin ma' pajjiżi terzi ta' oriġini u ta' tranżitu u l-inkorporazzjoni tal-kwistjonijiet kollha tal-immigrazzjoni f'qafas komprensiv ta' politika . L-approċċ globali lejn l-immigrazzjoni għalhekk se jibqa' jiġi segwit u implimentat.

    Għandna nonoraw l-obbligu tagħna li nirrispettaw id-dritt fundamentali tal-ażil, inkluż il-prinċipju li l-applikanti ma jintbagħtux lura. It-twaqqif ta' sistema ta' ażil komuni Ewropea u tal-uffiċċju Ewropew ta' appoġġ għall-ażil għandu jiżgura stejtus uniformi, livelli komuni għolja ta' protezzjoni fl-UE u proċedura komuni ta' ażil, b'għarfien reċiproku bħala l-għan għat-tul. Is-solidarjetà se tkun fil-qalba tal-politika tagħna tal-ażil u ta' sistemazzjoni mill-ġdid, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll ma' dawk li madwar id-dinja qed jaffaċċjaw il-persekuzzjoni.

    7. Kontribuzzjoni lejn Ewropa globali

    L-għanijiet politiċi mfissra hawn fuq ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn effettiv ma' sħabna f'pajjiżi mhux tal-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Dimensjoni esterna qawwija, konsistenti mal-azzjoni esterna ġenerali tal-Unjoni, se tgħinna nantiċipaw l-isfidi u nilħqu l-għanijiet, inklużi l-promozzjoni tal-valuri tagħna u t-twettiq tal-obbligi internazzjonali tagħna fejn jidħlu drittjiet tal-bniedem.

    Politiki interni u esterni fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà huma marbuta flimkien b’mod intrinsiku. Il-kontinwità u l-konsistenza bejn linji ta' politika interni u esterni huma essenzjali fil-kisba tar-riżultati, bħalma huma l-koerenza u l-kumplimentarità bejn l-Unjoni u l-azzjoni tal-Istati Membri.

    It-Trattat ta' Lisbona joffri possibbiltajiet ġodda għall-Unjoni Ewropea biex taġixxi b'mod aktar effiċjenti fir-relazzjonijiet esterni. Skont dan it-Trattat, il-Kummissjoni għandha r-rwol ċentrali biex twettaq id-dimensjoni esterna tal-UE tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Skont dan it-Tratat, ir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President tal-Kummissjoni u l-Kummissjoni se jiżguraw koerenza bejn ir-relazzjonijiet esterni u l-aspetti l-oħra tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluża l-ħidma mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna.

    8. Minn prijoritajiet politiċi għal azzjonijiet u riżultati

    Il-progress fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja jinħtieġ implimentazzjoni b'suċċess ta' dawn il-prijoritajiet politiċi. Sabiex tarma ruħha biex tilħaq l-ambizzjonijiet imfissra mit-Trattat ta' Lisbona, il-Kummissjoni għandha, għall-ewwel darba, talloka responsabbiltajiet dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni lil żewġ Kummissarji, wieħed minn Viċi President tal-Kummissjoni.

    Il-boxxla tagħna se tkun il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-metodoloġija tagħna se jkollha ħames punti: integrazzjoni aħjar ma' linji ta' politika oħrajn tal-Unjoni; it-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni Ewropea; implimentazzjoni aħjar f’livell nazzjonali; it-titjib tal-użu li jsir mill-għodda ta' evalwazzjoni; kif ukoll it-tlaqqigħ tal-prijoritajiet politiċi tagħna ma' riżorsi finanzjarji adegwati, fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali.

    Il-fiduċja reċiproka hija essenzjali biex isir il-progress ta' veru. Dan jirrekjedi li jiġu stabbiliti livelli minimi (eż. dwar drittijiet ta' proċedura) kif ukoll l-għarfien tat-tradizzjonijiet u metodi legali differenti. Kultura komuni Ewropea f'dan il-qasam, permezz tat-taħriġ u tal-iskambju tip ta' Erasmus, kif ukoll Istitut tal-Liġi Ewropea, li jibni fuq strutturi eżistenti kif ukoll netwerks, jistgħu jkunu ta' kontribut validu u se jkunu inkoraġġiti b'mod attiv.

    Ħafna drabi ma jkunx biżżejjed li jitfasslu strumenti legali. L-ambizzjonijiet għandhom ikunu diskussi b'mod wiesa' u r-riżultati għandhom jiġu spjegati bis-sħiħ. Ħafna drabi ma jkun ċar xejn jekk iċ-ċittadini tal-Ewropa jkunux għal kollox konxji mid-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. M'għandhomx għalhekk biżżejjed saħħa biex jeżerċitawhom. Komunikazzjoni aħjar għandha tgħin liċ-ċittadini jibbenefikaw mill-progress li sar fil-livell tal-UE u tagħlaq il-qasma bejn ir-realtà tal-integrazzjoni Ewropea u l-perċezzjonijiet tan-nies.

    It-tabella mehmuża hija gwida għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fil-ħames snin li ġejjin. Għandha l-għan li tikseb l-għanijiet politiċi kollha mfissra mill-Kunsill Ewropew fil-Programm ta' Stokkolma, li tirrispondi għall-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew f'dawn l-oqsma u li tilqa' l-isfidi li hemm quddiemna. Hija tinkludi azzjonijiet konkreti b'perjodi ċari ta' meta għandhom ikunu adottati u implimentati. Il-Kummissjoni tqis dawn l-azzjonijiet bħala marbuta ma' xulxin, indispensabbli u konsistenti mal-livell ta' ambizzjoni li l-Unjoni trid li turi.

    Inizjattivi li jwettqu l-prijoritajiet politiċi komuni għandhom ikunu żviluppati u implimentati bil-għan li jintlaħaq l-aktar riżultat ambizzjuż possibbli, f'konformità mal-aspettattivi taċ-ċittadini. Huwa ż-żmien li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jibbenefikaw bis-sħiħ mill-progress li sar fuq livell Ewropew. L-implimentazzjoni b'suċċess ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni tiddependi fuq l-impenn politiku tal-atturi kollha konċernati: il-Kummissjoni bħala l-qawwa ta' tmexxija tiegħu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill meta jiddibattu u jifformalizzaw il-proposti, il-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju tagħhom tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. L-istess livell ta' impenn għandu jiggwida lill-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni tissorveljaha, u l-Qrati tal-Unjoni u l-qrati nazzjonali jiżguraw l-applikazzjoni korretta tagħha. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, iċ-ċittadin attiv u infurmat li għalih qed isir dan kollu huwa mutur ċentrali u attur fil-proċess kollu.

    Dan il-Pjan ta' Azzjoni m'għandux jidher bħala aġenda li hija ffissata darba għal dejjem. L-Unjoni għandha tkun tista' tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija, għandha tkun ħafifa biex taħtaf l-opportunitajiet u fl-antiċipazzjoni u l-adattazzoni għal bżonnijiet fil-futur. Il-Kummissjoni sejra għalhekk tuża d-dritt tagħha ta' inizjattiva kulfejn ikun meħtieġ biex dan jiġi żgurat. Il-Kummissjoni sejra wkoll tissottometti reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma fl-2012 biex tiżgura li l-programm jibqa' f'konformità mal-iżviluppi fl-Ewropa u fid-dinja.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw dan il-Pjan ta' Azzjoni biex jitwettaq il-Programm ta' Stokkolma, u biex b'mod attiv ikunu impenjati għall-implimentazzjoni tiegħu.

    ANNESS

    Garanzija tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali

    Ewropa mibnija fuq id-drittijiet fundamentali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rakkomandazzjoni biex ikun awtorizzat in-negozjar tal-adezjoni mal-UE fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Komunikazzjoni dwar il-politika tad-Drittijiet Fundamentali | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Il-Qafas Multiannwali tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali għandu jkopri l-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f'affarijiet kriminali, | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport dwar il-memorja ta' atti kriminali mwettqa minn reġimi totalitarji | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport Annwali dwar il-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali | Il-Kummissjoni | 2010 Għaddejjin bħalissa |

    Rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA dwar 'l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra' | Il-Kummissjoni | 2011 |

    In-netwerk Ewropew ta' punti ta' kuntatt fejn jidħlu persuni responsabbli għall-ġenoċidju, atti kriminali kontra l-umanità u l-atti kriminali ta' gwerra | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadin fis-soċjetà tal-informazzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar qafas legali ġdid għall-protezzjoni ta' dejta personali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Qafas legali komprensiv ġdid għall-protezzjoni tad-dejta | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar il-Privatezza u d-direzzjoni fl-Ewropa Diġitali: il-garanzija tal-fiduċja taċ-ċittadini fis-servizzi l-ġodda | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rakkomandazzjoni biex jiġi awtorizzat in-negozjar ta' ftehim dwar ijl-protezzjoni tad-dejta personali għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi mal-Istati Uniti tal-Amerika | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar elementi fil-qalba għal protezzjoni tad-dejta personali fi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi għal skopijiet ta' infurżar tal-liġi | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Ngħixu flimkien f'żona li tirrispetta d-diversità u li tipproteġi lill-aktar persuni vulnerabbli |

    Razziżmu u ksenofobija |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/913/JHA dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija | Stati Membri Il-Kummissjoni | Novembru 2010 Għaddejjin bħalissa |

    Komunikazzjoni dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskriminazzjoni | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Diskriminazzjoni tar-Razza 2004/43/KE | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/913/JHA dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Id-drittijiet tat-tfal |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar l-istrateġija dwar id-drittijiet tat-tfal (2010 2014), fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-impatt tal-istrumenti tal-UE, sew internament kif ukoll esternament, li jaffettwaw id-drittijiet tat-tfal | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Inizjattivi dwar il-possibilitajiet li tintuża l-medjazzjoni tal-familja f'livell internazzjonali | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar mekkaniżmi ta' twissija fil-każ tal-ħtif tat-tfal | Stati Membri | 2011 |

    Regolament dwar hotlines tal-UE għal tfal rappurtati nieqsa | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Gruppi vulnerabbli |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-Roma fl-Ewropa | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Komunikazzjoni dwar strateġija biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenetika femminili, li għandha tiġi segwita minn pjan ta' azzjoni tal-UE | Il-Kummissjoni | 2011 - 2012 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-2000 dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti, bl-evalwazzjoni anki tal-ħtieġa ta' proposti addizzjonali fejn jidħlu adulti vulnerabbli | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Appoġġ prattiku u s-sedqa ta' l-aħjar prattiċi biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi tal-Artikolu 10 tat-TFUE, inkluż fejn jidħlu r-Roma | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-2000 dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti | L-Istati Membri | Għaddejja bħalissa |

    Vittmi tal-kriminalità, inkluż it-terroriżmu |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta leġiżlattiva dwar strument komprensiv dwar il-protezzjoni tal-vittmi u pjan ta' azzjoni dwar miżuri prattiċi inkluż l-iżvilupp ta' Ordni ta' Protezzjoni Ewropew | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Id-drittijiet tal-individwi fil-proċeduri kriminali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta leġiżlattiva dwar it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Proposta leġiżlattiva dwar l-Informazzjoni dwar id-Drittijiet u Informazzjoni dwar l-Ispejjeż | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva dwar il-Konsulenza Legali u l-Għajnuna Legali | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta Leġiżlattiva dwar il-Komunikazzjoni mal-Qraba, ma' Min Iħaddem u mal-Awtoritajiet Konsulari | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Proposta Leġiżlattiva dwar Salvagwardji Speċjali għal Persuni Suspettati jew Akkużati li jkunu Vulnerabbli | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Green paper dwar jekk elementi ta' drittijiet proċedurali minimi għal persuni akkużati u suspettati, barra minn dawk koperti mill-proposti leġiżlattivi ta' qabel, għandhomx jiġu indirizzati | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Detenzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Green paper dwar kwistjonijiet li jolqtu d-detenzjoni u s-segwitu meħtieġ | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/909/JHA dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' għarfien reċiproku għal sentenzi f'affarijiet kriminali li jimponu sentenzi kustodjali jew miżuri li jinkludu ċ-ċaħda tal-libertà għall-iskop tal-infurzar tagħhom fl-Unjoni Ewropea | Il-Kummissjoni | 2013 |

    L-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini Ewropej

    Eżerċizzju sħiħ tad-dritt għall-moviment liberu |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Segwitu tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt tal-moviment ħieles | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    It-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE | Il-Kummissjoni | 2013 |

    L-inzjattiva ewlenija f'Ewropa 2020 "Iż-Żgħażagħ Mobbli" | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Dritt ta' protezzjoni fi stati mhux membri |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar investigazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti, u żviluppi futuri lejn protezzjoni konsulari aktar effiċjenti għaċ-ċittadini tal-UE | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva dwar it-titjib tal-kumpens finanzjarju ta' protezzjoni konsulari f'sitwazzjonijiet ta' kriżi | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal direttiva li tistabbilixxi l-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari (li temenda d-Deċiżjoni 1995/553/KE) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rapport taċ-Ċittadini li jinkludi analiżi u rimedji għal ostakoli kontra l-moviment ħieles, inkluż rapport dwar l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2009 | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/80/KE dwar il-parteċipazzjoni ta' ċittadini tal-UE f'elezzjonijiet muniċipali u dwar l-għoti ta' deroga skont l-Artikolu 22(1) tat-TFUE | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta leġiżlattiva li temenda d-Direttiva 93/109/KE dwar l-elezzjonijijet għall-PE, bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ċittadini u fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali | Il-Kummissjoni | 2011-2012 |

    Raport mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew dwar prattiki nazzjonali fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rapport dwar l-għoti ta' deroga skont l-Artikolu 22(2) tat-TFUE, ippreżentat skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 93/109/KE dwar l-elezzjonijiet għall-PE | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rapport dwar iċ-Ċittadinanza li jinkludi aktar analiżi u rimedji dwar l-ostakoli kontra l-moviment ħieles | Il-Kummissjoni | 2013 |

    It-tisħiħ tal-fiduċja fiż-żona ġudizzjarja Ewropea

    It-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku |

    Liġi Kriminali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rapporti ta' implimentazzjoni dwar id-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/JHA dwar l-għarfien reċiproku tal-ordni ta' konfiska | Il-Kummissjoni | 2010 2013 |

    Rapport dwar l-implimentazzoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/JHA dwar il-Warrant Ewropew ta' Arrest, u s-segwitu xieraq | Il-Kummissjoni | 2010 2014 |

    Proposta Leġiżlattiva dwar sistema komprensiva dwar kif tiġi kkumpilata x-xhieda f'affarijiet kriminali abbażi tal-prinċipju tal-għarfien reċiproku u li tkopri kull tip ta' xhieda | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta leġiżlattiva biex jiddaħħlu livelli komuni biex tiġi kkumpilata x-xhieda f'affariiet kriminali sabiex tiġi żgurata l-ammissibbiltà tagħha | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal Regolament li jagħti lill-Eurojust il-poteri li jibda investigazzjonijiet, jagħmel l-istruttura interna tal-Eurojust aktar effiċjenti u jinvolvi lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti nazzjonali fl-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Proposta leġiżlattiva dwar għarfien reċiproku tad-diskwalifiki | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Komunikazzjoni dwar it-twaqqif ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (EPPO) mill-Eurjoust | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Proposta Leġiżlattiva dwar għarfien reċiproku ta' penali finanzjarji, inkluż dawk marbuta ma' kontravenzjonijiet tat-traffiku tat-triq | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Il-liġi ċivili |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (Brussell I) | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni msaħħa fejn tidħol il-liġi applikabbli dwar id-divorzju (Ruma II) | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Proposta għal Regolament dwar il-kunflitti tal-liġijiet f'affarijiet li jikkonċernaw drittijiet ta' proprjetà matrimonjali, inkluż il-kwistjoni ta' ġuriżdizzjoni u għarfien reċiproku, u għal Regolament dwar il-konsegwenzi fuq il-proprjetà tas-separazzjoni ta' koppji minn tipi oħra ta' unjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Kompendju ta' leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni fil-ġustizzja ċivili | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Konsultazzjoni dwar strumenti ta' rimedju kollettiv fil-leġiżlazzjoni tal-UE | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Kompendju ta' leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-liġi tal-konsumatur | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta' testmenti, wara l-adozzjoni mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew ta' Regolament dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, l-għarfien u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u strumenti awtentiċi f'dak li jolqot is-suċċessjoni u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni | Il-Kummissjoni | 2013 |

    It-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka |

    Titjib fl-għodda |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (materji ċivili) - l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' emenda tan-NĠE (Deċiżjoni 568/2009/KE) - It-titjib tal-websajt tan-NĠE f'konformità mal-iżviluppi fil-Portal Ewropew tal-e-Justice - Rappurtar dwar l-attivitajiet tan-netwerk Ġudizzjarju Ewropew | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (materji kriminali) - l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/JHA dwar in-NĠE - it-titjib tat-tqassim ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni ta' strumenti tal-UE dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja | Il-Kummissjoni L-Istati Membri L-Istati Membri u n-NĠE | Għaddejjin bħalissa |

    Implimentazzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Ktieb ta' struzzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna legali reċiproka UE-Stati Uniti, u ftehimijiet ta' estradizzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Gwida Prattika dwar l-Ordni Ewropew ta' Pagament (Regolament (KE) Nru 1896/2006) | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Gwida Prattika dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħir (Regolament (KE) Nru 861/2007) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Ġabra ta' fatti dwar ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar l-obbligi ta' manteniment | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Ġabra ta' fatti dwar id-Direttiva 2008/52/KE dwar il-medjazzjoni | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Ktieb ta' struzzjonijite dwar id-Deċiżjoni ta' Qafas 2003/577/JHA dwar l-iffriżar tal-proprjetà | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Ktieb ta' struzzjonijiet dwar id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/JHA dwar penali finanzjarji | Il-Kummissjoni | 2012 |

    L-Iżvilupp ta' qalba ta' regoli minimi komuni |

    Liġi kriminali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta leġiżlattiva dwar l-approssimazzjoni ta' ksur u penali fejn tidħol id-dwana | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Proposta leġiżlattiva li tissupplimenta d-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u d-Direttiva 2009/123/KE dwar it-tniġġis mill-vapuri | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Il-liġi ċivili |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, jekk ikun meħtieġ segwit minn proposta ta' reviżjoni li tista' tkun tinkludi it-tfassil ta' livelli minimi komuni | Il-Kummissjoni | 2011 2012 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar il-kumpilazzjoni ta' xhieda f'affarijiet ċivili u kummerċjali, jekk ikun meħtieġ segwit minn proposta ta' reviżjoni li tista' tkun tinkludi it-tfassil ta' livelli minimi komuni | Il-Kummissjoni | 2012 2013 |

    Proposta ta' Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, inkluż it-tfassil ta' livelli minimi komuni fejn jidħol ir-rikonoximent ta' deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, wara rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu | Il-Kummissjoni | 2011 2013 |

    Rapport dwar it-tħaddim tas-sistema preżenti fl-UE fejn tidħol il-liġi ċivili proċedurali lil hinn mill-fruntieri | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Green paper dwar il-livelli minimi għal proċeduri ċivili u s-segwitu neċessarju | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Proposta leġiżlattiva maħsuba biex titjieb il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi ta' proċedura ċivili | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Il-vantaġġi għaċ-ċittadini ta’ żona ġudizzjarja Ewropea |

    L-iffaċilitar tal-aċċess għall-ġustizzja |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Il-ftuħ tal-Portal Ewropew tal-e-Justice u l-preparazzjoni għal ħarġiet fil-futur | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Green papaer dwar iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' dokumenti: Dokumenti dwar l-istat ċivili, atti awtentiċi u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Regolament dwar preskrizzjoni fejn jidħlu aċċidenti tat-traffiku lil hinn mill-fruntieri | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE dwar l-għajnuna legali | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni/Green Paper dwar is-sedqa tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tal-Kwistjonijjiet fl-UE | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva dwar l-għarfien reċiproku tal-effetti ta' ċerti dokumenti dwar l-istat ċivili (eż. dwar twelid, affiljazzjoni, adozzjoni, isem) | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Proposta leġiżlattiva biex jitneħħew il-formalitajiet għal-legalizzazzjoni ta' dokumenti bejn l-Istati Membri | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-medjazzjoni | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Appoġġ għall-attività ekonomika |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar il-liġi Ewropea tal-kuntratti - Metodu lejn l-adozzjoni tal-Qafas Komuni ta' Referenza | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta għal Regolament biex titjib l-effiċjenza tal-infurzar ta' sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva dwar il-Qafas Komuni ta' Referenza | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar il-proċedimenti ta' falliment, wara rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu | Il-Kummissjoni | 2012 2013 |

    Proposta għal Regolament biex titjieb l-effiċjenża tal-infurzar ta' sentenzi fl-Unjoni Ewropea: Trasparenza tal-assi tad-debitur | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Green paper dwar aspetti ta' liġi internazzjonali privata, inkluż liġi applikabbli, dwar kumpaniji, assoċjazzjonijiet u persuni legali oħra | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Rapporti ta’ implimentazzjoni u segwitu |

    Rapport dwar l-assenjazzjoni ta' klejms skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għal relazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 805/2008 dwar l-Ordni Ewropea ta' Infurzar fejn jidħlu klejms mhux kontestati | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 804/2007 dwar il-liġi applikabbli f'obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li jistabbilixxi ordni Ewropea għal proċedura ta' ħlas | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Rapport dwar il-liġi applikabbli fejn jidħlu kuntratti ta' assikurazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għal relazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur (COM(2008) 614 finali) | Il-Kummissjoni | Għaddejja bħalissa |

    Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva 90/314/KEE dwar l-ivvjaġġar kollox imħallas | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki inġusti tan-negozjanti fuq il-konsumaturi | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva 98/6/KE dwar prezzijiet bl-imnut | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Il-modernizzazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE dwar riklamar qarrieqi u komparattiv | Il-Kummissjoni | 2012 |

    It-tisħiħ tal-preżenza internazzjonali tal-Unjoni Ewropea fil-qasam legali |

    Il-liġi ċivili |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġi negozjat ftehim bejn l-UE u n-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja dwar is-servizz ta' dokumenti u l-kumpilazzjoni tax-xhieda | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġi negozjat ftehim bejn l-UE u n-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera dwar protokoll addizzjonali dwar kwistjonijiet ta' manteniment għall-Konvenzjoni ta' Lugano 2007 | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jiġi negozjat, biex jiġi aġġornat il-mandat preżenti, dwar il-Protokoll tal-Ispazju UNIDROIT | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni li tiddefinixxi strateġija għall-preżenza internazzjonali tal-UE fil-qasam tal-liġi ċivili | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposti dwar l-awtorizzazzjoni ta' ċerti Stati Membri biex jaderixxu mal-Konvenzjoni tal-Aja dwar is-Servizz ta' Dokumenti u dwar il-Kumpilazzjoni ta' Xhieda, fl-interess tal-UE | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta dwar il-konklużjoni mill-UE tal-Protkoll tal-Lussemburg dwar materjal ferrovjarju fuq ir-roti | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta dwar il-konklużjoni mill-UE tal-Konvenzjoni tal-2005 tal-Aja dwar l-Għażla tal-Qorti | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Valutazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi fil-Konvenzjoni ta' Lugano | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Proposta dwar l-iffirmar u l-konklużjoni mill-UE tal-Protokoll dwar l-Apparat Spazjali | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Proposta għall adeżjoni tal-UE mal-UNIDROIT | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Liġi Kriminali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar aspetti internazzjonali tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropej

    Strateġija ta' Sigurtà Interna |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Mezzi msaħħa |

    Ġestjoni tal-fluss tal-informazzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar is-superviżjoni fuq il-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva dwar approċċ komuni tal-UE fl-użu tad-dejta reġistrata ta' ismijiet tal-passiġġier għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar it-trasferiment ta' dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lejn pajjiżi terzi | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta għall-awtorizzazzjoni ta' negozjati, u l-innegozjar ta' ftehimiet dwar id-dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi relevanti | Il-Kummissjoni | Għaddejja bħalissa 2011-2014 |

    Rapport ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta 2006/24/KE, jekk ikun hemm bżonn wara proposta ta' reviżjoni | Il-Kummissjoni | 2010 2012 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/960/JHA (Inizjattiva Svediża) dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/JHA (Deċiżjoni ta' Prüm) dwar l-interkonnessjoni ta' databases tad-DNA, marki tas-swaba' u informazzjoni dwar il-vetturi | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar il-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni, segwitu minn Pjan ta' Azzjoni | Il-Kummissjoni | 2012 2013 |

    Komunikazzjoni dwar it-titjib tat-traċċabbiltà ta' utenti ta' servizzi ta' komunikazzjoni mħallsin minn qabel, għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Green paper dwar informazzjoni kummerċjali relevanti għall-infurzar tal-liġi u mudelli ta' skambju ta' informazzjoni | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Il-kodiċi tal-pulizija, inkluża l-kodifikazzjoni tal-istrumenti ewleni ta' aċċess għall-informazzjoni | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Mobilizzazzjoni tal-għodod tekonoloġiċi meħtieġa |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta leġiżlattiva għal reġistru Ewropew ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu nstabu ħatja ta' reati | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposti dwar miżuri ta' implimentazzjoni dwar is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar Rekords Kriminali (ECRIS) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar is-sostenibbiltà tat-twaqqif ta' Sistema tal-UE ta' Indiċi ta' Rekords tal-Pulizija (ERIS) | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar miżuri possibbli biex jisseddaq l-iskambju ta' informazzjoni bejn Stati Membri, inkluż il-Europol, dwar l-ivvjaġġar ta' persuni li jkunu wettqu atti vjolenti, f'rabta ma' avvenimenti maġġuri | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar evalwazzjoni tal-ECRIS u dwar l-iżvilupp futur tagħha, biex tiġi estiża biex isir skambju ta' informazzjoni dwar miżuri ta' superviżjoni | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Politiki effettivi |

    Tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fejn jidħol l-infurzar tal-liġi |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta għal Regolament li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-manifattura illeċita u t-traffikar ta' armamenti, tal-partijiet u l-elementi tagħhom, u tal-munizzjon, dwar "Rekwiżiti ġenerali għal sistemi ta' esportazzjoni, importazzjoni u liċenzjar ta' tranżitu jew awtorizzazzjoni" | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar l-istat ta' kooperazzjoni bejn il-missjoni tal-pulizija ESDP u l-Europol | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal Regolament dwar il-Europol | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Proposta għall-konklużjoni tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-manifattura illeċita u t-traffikar ta' armamenti, tal-partijiet u l-elementi tagħhom, u tal-munizzjoni, f'isem l-Unjoni | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Proposta dwar skambju ta' informazzjoni bejn il-Europol, il-Eurojust u l-Frontex | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Evalwazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2009/905/JHA dwar l-akkreditazzjoni ta' attivitajiet tal-laboratorji forensiċi u riflessjonijiet dwar il-possibbiltajiet li jiġu żviluppati standards komuni ta' kwalità fi ħdan il-qasam forensiku | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Komunikazzjoni dwar it-titjib tal-kooperazzjoni fil-qasam doganali u tal-pulizija fl-UE, inklużi riflessjonijiet dwar uffiċjali sigrieti, dwar Kooperazzjoni tal-Pulizija u Ċentri Doganali, dwar approċċ tal-UE dwar ħidma tal-pulizija bbażata fuq tagħrif miksub, u dwar azzjonijiet komuni biex titjieb il-kooperazzjoni operattiva tal-pulizija: Evalwazzjoni tal-istat tal-fatti u rakkomandazzjonijiet possibbli | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Jeħtieġ li tiġi stabbilita metodoloġija bbażata fuq parametri komuni biex tkun tista' ssir valutazzjoni tat-theddida fil-livell Ewropew. Għandu jsir użu sħiħ tal-Europol, taċ-Ċentru ta' Sitwazzjonijiet Konġunt (SitCen) u tal-Eurojust fil-ġlieda kontra t-terroriżmu | Il-Kummissjoni Stati Membri | Għaddej bħalissa |

    Prevenzjoni aktar effettiva tal-kriminalità |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Evalwazzjoni tal-funzjonament tan-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u proposta leġiżlattiva dwar it-twaqqif ta' Osservatorju għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (OPC) | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Jiġi mseddaq il-kunċett tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata permezz ta' approċċ amministrattiv | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    L-iżvilupp ta' qafas ta' ġestjoni tar-riskju doganali sabiex issir prevenzjoni ta' kriminalità organizzata marbuta mal-merkanzija | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Statistiki |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-iżvilupp ta' statistiki dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali 2011-2015 | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal klassifikazzjoni Ewropea ta' tipi ta' atti kriminali | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Stħarriġ ta' Sigurtà fl-UE | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Il-ġbir ta' statistika kumparattiva dwar oqsma magħżula ta' kriminalità: il-ħasil tal-flus, il-kriminalità fuq l-internet, il-korruzzjoni, it-traffikar tal-bnedmin | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Il-protezzjoni kontra kriminalità serja u organizzata |

    Il-ġlieda kontra kriminalità serja u organizzata |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/841/JHA dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Traffikar ta’ nies |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    It-twaqqif ta' Koordinatur tal-UE għall-ġlieda kontra t-Traffikar (ATC) fi ħdan il-Kummissjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE dwar il-permessi ta’ residenza maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin jew li kienu suġġetti ta’ azzjoni biex tkun iffaċilitata l-immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti, u possibbiltà ta' segwitu | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin 2005-2009 | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Dokument Orjenat lejn l-Azzjoni dwar it-traffikar tal-bnedmin ta' Novembru 2009 | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar strateġija integrata ġdida dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u dwar miżuri biex jiġu protetti u mgħejjuna l-vittmi (inkluż l-iżvilupp ta' skemi ta' kumpens, ritorn bla perikli u assistenza fir-rijintegrazzjoni fis-soċjetà fil-pajjiż tal-oriġini jekk dawn jirritornaw minn jeddhom) bl-użu ta' ftehimijiet ta' kooperazzjoni ad hoc ma' pajjiżi terzi speċifiċi | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Linji-gwida għas-servizzi konsulari u għall-gwardjani tal-fruntieri għall-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin | Il-Kummissjoni | 2012 |

    L-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-esplojtazzjoni sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Is-sedqa ta' tisħib mas-settur privat, jiġifieri s-settur finanzjarju sabiex jitfixklu t-trasferimenti tal-flus marbuta ma' websajts b'kontenut li jġib tfal abbużati | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Is-sedqa ta' miżuri relevanti skont il-Programm Internet bla Perikli 2009-2013 | Il-Kummissjoni | Għaddejja bħalissa |

    Kriminalità fuq l-internet u Sigurtà tal-Informazzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Miżuri mmirati lejn Politika ta' Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni msaħħa u ta' livell għoli, inkluż inizjattivi leġiżlattivi bħal dik dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) kif ukoll miżuri oħra li jippermettu reazzjonijiet aktar malajr fil-każ ta' attakki fuq l-internet | Il-Kunsill Il-Kummissjoni Il-Parlament Ewropew | 2010-2012 |

    Proposta leġiżlattiva dwar attakki kontra sistemi ta' informazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Il-ħolqien ta' pjattaforma biex twissi dwar kriminalità fuq l-internet fuq livell Ewropew | L-Europol Il-Kummissjoni | 2010-2012 |

    Jiġi żviluppat ftehim mudell Ewropew dwar tisħib bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-ġlieda kontra l-kriminalità fuq l-internet u għas-sigurtà fuq l-internet | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar mediċini ffalsifikati | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Miżuri, inklużi proposti leġiżlattivi biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fuq l-internet f'livell Ewropew kif ukoll internazzjonali | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Ir-ratifika tal-Konvenzjoni tal-2001 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kriminalità fuq l-Internet | L-Istati Membri |

    Kriminalità ekonomika u korruzzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/845/JHA dwar l-Uffiċċji għall-Irkupru ta' Assi | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar politika komprensiva kontra l-korruzzjoni fl-Istati Membri, inkluż it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni kif ukoll il-preżentazzjoni ta' modalitajiet ta' kooperazzjoni mal-Grupp ta' Stati tal-Kunsill tal-Ewropra kontra l-Korruzzjoni (GRECO) għal dak l-iskop | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal qafas legali ġdid għall-irkupru tal-assi | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta leġiżlattiva dwar miżuri kriminali mmirati lejn garanzija tal-effiċjenza tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (li tieħu post il-proposta COM(2006) 168 finali) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettata li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tinstab li tkun kisret dawk id-drittijiet | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rikonduzzjoni u implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-kooperazzjoni doganali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar drittiiet ta' proprjetà intellettwali | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | Għaddejjin bħalissa |

    Komunikazzjoni dwar Stratġija Ewropea għall-investigazzjoni finanzjarja u analiżi finanzjarja u kriminali | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Proposta Leġiżlattiva li taġġorna l-qafas Ewropew dwar il-liġi kriminali fejn jidħol il-ħasil tal-flus | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Adozzjoni u segwitu ta' rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 dwar il-kontroll ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità | Il-Kummissjoni | 2010 - 2011 |

    Evalwazzjoni tal-bżonn ta' aktar miżuri biex titjieb it-trasparenza ta' persuni ġuridiċi u arranġamenti/fondazzjonijiet ġuridiċi, fil-għan li jiġi identifikat is-sid li jibbenefika, biex wara jitressqu proposti leġiżlattivi | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Linji gwida dwar għodod ġodda għall-irkupru ta' dħul mill-kriminalità, bħalma hu l-ħolqien ta' reġistri nazzjonali u ta' kontijiet tal-bank | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Strateġija Ewropea dwar il-ġestjoni tal-identità, inklużi proposti leġiżlattivi dwar il-kriminalizzazzjoni tas-serq tal-identità u dwar l-identità elettronika (eID) u sistemi ta' awtentifikazzjoni sigura | Il-Kummissjoni | 2012 |

    It-twaqqif ta' qafas istituzzjonali sostenibbli għal FIU.NET (in-Netwerk tal-Unitajiet ta' Intelliġenza Finanzjarja tal-UE), inkluż database possibbli dwar tranżazzjonijiet suspettużi, wara studju ta' sostenibbiltà | Il-Kummissjoni | 2013 |

    L-ewwel evalwazzjoni tal-linji ta' politika ta' kontra l-korruzzjoni tal-Istati Membri | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Rapport dwar il-konverġenza ta' sanzjonijiet fil-qasam tas-servizzi finanzjarji | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar aspetti ta' infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra l-iffalsifikazzjoni | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Drogi |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposti leġiżlattivi li jemendaw id-Deċiżjoni 2005/387/JHA dwar sostanzi psikoattivi ġodda, wara evalwazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Konklużjoni tan-negozjati għal Ftehim bejn l-UE u r-Russja dwar il-kontroll tal-kummerċ ta' prekursuri tad-droga | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Evalwazzjoni tal-Istrateġija preżenti tal-UE dwar id-droga, u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga, inkluż dwar il-koerenza bejn il-politika dwar id-droga interna u esterna tal-UE, u t-tiġdid tal-Istrateġija u tal-Pjan ta' Azzjoni | Il-Kummissjoni | 2010-2012 |

    Proposti leġiżlattivi biex tiġi emendata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga sabiex jissaħħu l-kontrolli f'ċerti oqsma | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Kampanja ta' komunikazzjoni u avvenimenti pubbliċi madwar l-Azzjoni Ewropea dwar id-Drogi, wara evalwazzjoni fl-2010 ta' kif qed titħaddem | Il-Kummissjoni | Għaddejja bħalissa |

    Komunikazzjoni dwar strutturi permanenti tal-UE għall-koordinazzjoni operattiva ta' azzjonijiet tad-drogi barra mill-UE, b'mod partikolari fl-Afrika tal-Punent | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Sostenn finanzjarju u ta' politika għal organizzazzjonijiet internazzjonali, pjattaformi ta' sigurtà u inizjattivi simili li qed jiġġieldu kontra t-traffikar tad-droga u tal-prekursuri tad-droga | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    L-implimentazzjoni tad-Dokument Orjentat lejn l-Azzjoni dwar l-Afganistan dwar it-traffikar tad-droga, u d-djalogu ma' pajjiżi tal-Amerika Latina u tal-Karibew (LAC) b'mod komprensiv f'livell bilaterali u bireġjonali | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Terroriżmu |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti fejn jidħlu miżuri ta' kontra t-terroiżmu | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rakkomandazzjoni biex jiġu awtorizzati negozjati għal ftehim għat-tul bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fl-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta minn messaġġi finanzjarji għall-iskop tal-ġlieda kontra t-terroriżmu | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar radikalizzazzjoni vjolenta (miżuri mhux leġiżlattivi biex issir prevenzjoni tat-tqassim ta' kontenut radikali vjolenti fuq l-Internet; websajt dwar radikalizzazzjoni vjolenti; l-iżvilupp ta' għodda ta' benchmarking biex titkejjel l-effettività ta' inizjattivi kontra r-radikalizzazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Żvilupp ulterjuri tal-aspetti esterni tal-fenomenu tar-radikalizzazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva dwar prekursuri tal-isplussivi | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Djalogu bejn is-settur pubbliku u dak privat dwar attivitajiet illegali fuq l-internet marbuta mat-terroriżmu u oqsma oħra | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar linji gwida dwar iffinanzjar voluntarju kontra t-terroriżmu għal organizzazjonijiet mhux għal profitt ibbażati fl-UE | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar sforz flimkien fil-livell tal-UE biex fost il-pubbliku jqumu, jissaħħu u jinxterdu kurrenti u ideoloġiji li jiċħdu l-estremiżmu u l-vjolenza | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar strateġija għal approċċ ħolistiku ta' radikalizzazzjoni, imsejjes fuq evalwazzjoni tal-effettività ta' linji nazzjonali ta' politika biex tiġi miġġielda r-radikalizzazzjoni fi gruppi vulnerabbli | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2008/919/JHA dwar it-terroriżmu | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar miżuri mhux leġiżlattivi biex jiġi miġġieled l-użu tal-Internet għal skopijiet ta' terroriżmu | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar is-sostenibbiltà ta' Programm Ewropew ta' Rintraċċar tal-Iffinanzjar għat-Terroriżmu | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Evalwazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Isplussivi u miżuri ta' segwitu | Il-Kummissjoni | 2011 2012 |

    Proposta leġiżlattiva dwar il-kontroll ta' sigurtà ta' persuni li jkollhom aċċess għal CBRN (Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari), jew splussivi | Il-Kummissjoni | 2011-2012 |

    Valutazzjoni ta' metodi alternattivi u ġodda ta' ħlas b'attenzjoni għall-abbuż potenzjali li jista' jsir biex jiġi ffinanzjat it-terroriżmu | Il-Kummissjoni | 2012 |

    L-introduzzjoni ta' ftehimiet ta' sigurtà doganali ta' Għarfien Reċiproku bejn l-UE u pajjiżi sħab identifikati sabit tiġi mħarsa l-katina ta' provvista internazzjonali u jiġu pprovduti benefiċċji transkonfinali lill-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati ta' xulxin | Il-Kummissjoni | 2010/11 |

    Komunkazzjoni dwar miżuri biex jitjiebu l-kummenti ta' reazzjoni lil istituzzjonijiet finanzjarji dwar ir-riżultati tal-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu | Il-Kummissjoni | 2014 |

    L-iżvilupp ta' kriterji komuni ta' riskju u standard għas-sigurtà tal-merkanzija | Il-Kummissjoni | għaddej bħalissa |

    Titjib fil-ġlieda kontra l-użu illeċitu ta' prodotti b'użu doppju | Il-Kummissjoni | għaddej bħalissa |

    Ġestjoni komprensiva u effettiva tad-Diżastri mill-UE : it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE li tipprevjeni, tħejji għal, u tirreaġixxi għal kull xorta ta' diżastri |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-Istrumenti ta' Politika tal-UE dwar il-Protezzjoni Ċivili | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tal-Kapaċità tal-UE ta' Reazzjoni għad-Diżastri | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Tisħiħ tal-kapaċità analitika u ta' koordinazzjoni taċ-Ċenti ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) | Il-Kummissjoni | Mill-2010 'l quddiem |

    Proposta dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà | Il-Kummissjoni | 2010-2011 |

    Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2009 tal-UE dwar theddid Kimiku, Bijoloġiku, Radjoloġiku u Nukleari (CBRN) (skema ta' liċenzjar għal ċerti kimiċi ta' riskju għoli; approċċ Ewropew għas-sejba ta' CBRN, inklużi standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni ta' apparat ta' sejba, standards minimi ta' sejba għas-CBRN) | Il-Kummissjoni | 2010-2014 |

    Evalwazzjoni tal-fażi pilota tas-sistema tan-Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar Infrastruttura kritika (CIWIN) bi tħejjija għad-deċiżjoni dwar aktar progress | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposti leġiżlattivi dwar it-tiġdid tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili u l-Istrument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/114 dwar l-identifikazzjoni ta' Infrastruttura Kritika Ewropea, u wara reviżjoni tad-Direttiva li tkun tinkludi l-kunsiderazzjoni ta' estensjoni tal-ambitu | Il-Kummissjoni | 2011 2012 |

    Rapport ta' progress komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni CBRN | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Ħarsa ġenerali tar-riskji naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem li l-UE tista' taffaċċja fil-futur | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Programm ta' evalwazzjoni bejn l-isħab dwar prattiki u approċċi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tas-CBRN | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni minn partijiet terzi fejn jidħol il-Programm ta' Infrastruttura Kritika (CIP), l-Isplussivi u s-CBRN | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Programm ta' Reżiljenza tas-CBRN fil-qasam tal-protezzjoni ċivili | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Aċċess għall-Ewropa f'dinja globalizzata |

    Ġestjoni integrata tal-iruntieri esterni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Frontex (KE) Nru 2007/2004 | Il-Kummissjoni | 2010 (adottata) |

    It-tieni rapport ta' progress dwar is-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Konfini (Eurosur) | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Il-Frontex għandha tistabbilixxi uffiċċji reġjonali u/jew speċjalizzati | FRONTEX | 2010 |

    L-iżvilupp ta' approċċ favur il-klijenti fil-protezzjoni tas-sigurtà taċ-ċittadini kontra r-riskji inerenti fil-kummerċ internazzjonali f'merkanzija perikoluża | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta leġiżlattiva li temenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen (Regolament (KE) Nru 562/2006) | Il-Kummissjoni | 2010-2011 |

    Proposta leġiżlattiva biex titwaqqaf Sistema ta' Dħul u Ħruġ (EES) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta leġiżlattiva biex jitwaqqaf Programm ta' Vjaġġatur Reġistrat (RTP) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Uffiċċju Ewropew ta' Sostenn dwar l-Ażil (EASO) biex jiżvilupp metodi biex jiġu identifikati aħjar dawk li jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali fi flussi mħallta, u biex jikkoopera mal-Frontex fejn ikun possibbli | EASO | 2011 |

    Proposti leġiżlattiva dwar l-iżvilupp tal-Eurosur | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Adozzjoni ta' linji gwida għal kontrollo doganali fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | 2011 |

    Żvilupp u dħul fis-seħħ tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | Diċembru 2011 jew 2013, skont is-soluzzjoni teknika li tiġi segwita |

    Bidu tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar kooperazzjoni, koordinazzjoni, integrazzjoni u razzjonalizzazzjoni aħjar tal-kontrolli differenti li jsiru fil-fruntieri esterni bil-ħsieb li jiġu magħquda l-għanijiet ta' aċċess aħjar u t-titjib tas-sigurtà | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar l-iżvilupp għat-tul tal-FRONTEX, inkluż is-sostenibbiltà tal-ħolqien ta' sistema Ewropea ta' gwardjani tal-fruntieri | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Użu tas-CRMS (Sistema ta' Ġestjoni tar-Riskji tal-Komunità) sabiex tiġi skambjata informazzjoni dwar ir-riskji bejn uffiċjali doganali fil-fruntiera u żvilupp ulterjuri tal-evalwazzjoni tar-riskju komuni, kriterji u standards għall-ġestjoni, is-sigurtà u n-nuqqas ta' perikli fil-fruntieri esterni | Il-Kummissjoni | għaddejjin bħalissa |

    Kooperazzjoni msaħħa bejn il-portijiet, l-ajruporti u l-fruntieri fuq l-art fil-ħwejjeġ kollha ta' relevanza għall-ġestjoni tal-fruntiera esterna | Il-Kummissjoni | għaddejja bħalissa |

    Il-politika dwar il-visas |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Finalizzazzjoni ta' djalogi dwar il-viża mal-Albanija u mal-Bosnja- Ħerżegovina, u t-tnedija ta' djalogu dwar il-viża mal-Kosovo* *Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99. | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Ktieb ta' struzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi tal-Viża u aġġornamenti regolari | Il-Kummissjoni | 2010 Għaddejjin bħalissa |

    Negozjar, iffirmar u konklużjoni ta' Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża ma' pajjiżi terzi | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Żvilupp u dħul fis-seħħ tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u d-dħul fl-użu gradwali tal-VIS | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | Diċembru 2010 |

    Komunikazzjoni dwar programmi ta' kooperazzjoni konsulari Reġjonali u dwar it-twaqqif ta' ċentri komuni għall-applikazzjonijiet għall-viża | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar il-possibbiltà li tiddaħħal ESTA tal-UE (Sistema Elettronika għall-Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjon tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Viża (Regolament (KE) Nru 810/2009) | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Komunikazzjoni dwar kunċett ġdid tal-politika Ewropea dwar il-viża u evalwazzjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu komuni Ewropew biex jinħarġu viżi għal żjara qosra | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Evalwazzjoni tal-VIS | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Segwitu tar-Reċiproċità tal-Viża (negozjar u konklużjoni ta' ftehimiet ta' eżenzjoni mill-viża, rapporti regolari dwar ir-reċiproċità tal-viża) | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Reviżjonijiet regolari tal-lista ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntiera esterna u proposti għal reviżjonijiet perjodiċi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Laqgħat regolari tal-Kumitati Konġunti li jissorveljaw l-implimentazjoni ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u tar-rijammissjoni | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Is-solidarjetà u r-responsabbiltà jitqiegħdu fil-qalba tar-reazzjoni tagħna

    EWROPA TA' RESPONSABBILTÀ, SOLIDARJETÀ U TISħIB FI ħWEJJEġ LI JOLQTU L-IMMIGRAZZJONI U L-AżIL |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar aktar koerenza bejn il-politika dwar l-immigrazzjoni u linji ta' politika oħra relevanti tal-UE, b'mod partikolari dwar kif għandha tissaħħaħ ir-rabta bejn l-iżvilupp tal-politika tal-immigrazzjoni u l-istrateġija Ewropa 2020 | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport Annwali dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (implimentazzjoni tal-Patt Ewrope u, mill-2011, tal-Programm ta' Stokkolma) | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Statistiki |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Miżuri bil-għan li: - il-Kumitat Ewropew dwar is-Sistema Statistika jadotta qafas kunċettwali u programm ta' ħidma għall-iżvilupp ta' statistiki dwar l-immigrazzjoni u biex suġġetti marbuta mal-immigrazzjoni jiġu integrati fi statistiki soċjali u ekonomiċi - jiġi applikat l-Iżvilupp ta' diżaggregazzjoni addizzjonali għal statistiki dwar l-immigrazzjoni, possibbilment bl-inklużjoni ta' Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | 2010 - 2011 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta’ statistika dwar ħaddiema barranin | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Politika dwar l-immigrazzjoni dinamika u komprensiva |

    Konsolidar, Żvilupp u Implimentazzjoni tal-approċċ globali tal-UE lejn il-Migrazzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazjzoni dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Approċċ Globali lejn l-Immigrazzjoni | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Iż-żamma ta' missjonijiet tal-UE dwar djalogu politiku bħala mod kif jiġi xprunat id-djalogu dwar din il-kwistjoni ma' pajjiżi terzi li jaqgħu taħt l-Approċċ Globali | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | Għaddejjin bħalissa |

    Tnedija ta' proċessi ta' profil tal-immigrazjoni (inkluż il-bini tal-kapaċitajiet u l-użu tal-profil tal-migrazzjoni bħala għodda għad-definizzjoni tal-politika, l-ipprogrammar tal-kooperazzjoni, l-evalwazzjoni) ma' pajjiżi ewlenin | Il-Kummissjoni | Għaddejja bħalissa |

    Aktar żvilupp ta' tisħib għall-mobilità | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Aktar twaqqif ta' pjattaformi ta' kooperazzjoni li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni fost l-atturi relevanti | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    It-titjib tad-djalogu dwar l-immigrazzjoni fi ħdan it-Tisħib tal-Lvant | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    It-tkomplija u t-titjib tal-implimentazzjoni ta' Tisħib bejn l-UE u l-Afrika dwar il-migrazzjoni, il-mobilità u l-impjiegi u l-preparazzjoni ta' Laqgħa ta' Uffiċjali Għolja bejn l-UE u l-Afrika dwar dan it-tisħib matul it-tieni sitt xhur tal-2010 | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Jiġi kkonkretizzat is-segwitu tal-Proċess Rabat/Pariġi permezz tal-implimentazzjoni tal-programm ta' Kooperazzjoni u t-tħejjija tal-Konferenza ta' Dakar fl-2011 | Il-Kummissjoni | 2010-2011 |

    L-iżvilupp tad-djalogu EU/LAC dwar il-migrazzjoni | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Titjib fil-kooperazzjon mal-Indja, l-Afganistan u l-Pakistan dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni, kif ukoll mal-Asja Ċentrali, fuq bażi reġjonali | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Migrazzjoni u żvilupp |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq l-immigrazzjoni internazzjonali, inkluż l-effetti potenzjali tagħha fuq l-immigrazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar il-massimizzazzjoni tal-aspetti pożittivi u l-minimizzazzjoni tal-aspetti negattivi tal-immigrazzjoni fl-Iżvilupp (immigrazzjoni ċirkolari, dħul mill-ġdid inkluż is-sostenibbiltà li jinħoloq portal komuni tal-UE dwar id-dħul mill-ġdid; l-iżvilupp ta' netwerks tad-Dijaspora u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' komunitajiet ta' emigranti lejn proġetti ta' żvilupp fil-pajjiżi tagħhom ta' oriġini, drittijiet tal-Migranti, telf ta' nies kompetenti) | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Appoġġ għat-twaqqif ta' netwerk ta' osservatorji tal-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-AKP | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Appoġġ lil pajjiżi terzi biex jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika tagħhom dwar l-immigrazzjoni permezz tal-kooperazzjoni tagħna b'mod partikolari fi ħdan l-Afrika 'l isfel mis-Saħara, jiġifieri permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali għal ġestjoni u governanza aħjar tal-migrazzjoni, kif ukoll il-possibbltà tal-ftuħ ta' Ċentru ġdid tal-migrazzjoni f'pajjiżi Afrikani ewlenin | Il-Kummissjoni |

    Politika koordinata li żżomm mar-rekwiżiti bażiċi nazzjonali tas-suq tax-xogħol |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposta għal Direttiva dwar kundizzjonijiet ta' dħul għal ċittadini minn pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrakorporattiv | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġjonali | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/114/KE dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz voluntarju, segwit minn proposta għall-modifika tad-Direttiva | Il-Kummissjoni | 2010 2011 |

    Rapport dwar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE dwar l-istejtus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, u segwitu possibbli | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Rapport dwar id-Direttiva 2005/71/KE dwar proċedura speċifika biex jidħlu ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ riċerka xjentifika, u segwitu possibbli | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjon dwar l-indirizzar ta' nuqqas ta' ħaddiema permeżż tal-migrazzjoni fl-Istati Membri tal-UE | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg bi kwalifiki għoljin | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Aktar żvilupp tan-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni bil-ħsieb li l-għażliet ta' politika jkunu bażati fuq informazzjoni aħjar, li jagħti kas ukoll ta' żviluppi reċenti | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Linji ta' politia proattivi, u d-drittijiet tagħhom |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Green paper dwar id-dritt għar-rijunifikazzjoni tal-familja | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta għal modifika tad-Direttiva 2003/86/KE dwar id-dritt għal rijunifikazzjoni tal-familja | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Kodiċi tal-Immigrazzjoni – It-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni legali, bil-kunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, tal-ħtiġijiet għas-simplifikazzjoni u fejn ikun meħtieġ l-estenzjoni tad-dispozizzjonijiet eżistenti għal kategoriji ta' ħaddiema li bħalissa mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Integrazzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Tnedija tat-tielet edizzjoni tal-"Manwal dwar l-Integrazzjoni għal min ifassal il-politika u għall-prattikanti' | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Rapport dwar il-Konferenza Ministerjali tal-2010 dwar l-Integrazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar aġenda tal-UE għall-integrazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Linji ta' politika effettivi fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjomi ta' ftehimiet ta' rijammissjoni u dwar l-iżvilupp ta' strateġija korenti dwar ir-rijammissjoni, bil-kunsiderazzjoni tar-relazzjoni ġenerali mal-pajjiż ikkonċernat, inkluż approċċ komuni lejn pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fir-rijammissjoni taċ-ċittadini tagħhom stess | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-politika komuni dwar ir-ritorn u l-iżvilupp futur tagħha (inklużi miżuri ta' appoġġ għar-ritorn u r-rijintegrazzjoni ta' persuni rijammessi, il-bini tal-kapaċitajiet f'pajjiżi terzi; It-tixrid ta' informazzjoni f'pajjiżi destinatarji dwar l-opportunitajiet ta' ritorn u rijintegrazzjoni, netwerk ta' uffiċjali ta' kuntatt fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta leġiżlattiva li temenda d-Direttiva 2002/90/KE li tiddefinixxi l-faċilitazzjoni ta' dħul, tranżitu u residenza bla awtorizzazzjoni (u possibilment il-fużjoni mad-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/946/JHA dwar it-tisħiħ tal-qafas penali għall-prevenzjoni tal-faċilitazjoni ta' dħul, tranżitu u residenza bla awtorizzazzjoni; u l-estenzjoni ta' disposizzjonijiet eżistenti) | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Rapport dwar id-Direttiva 2009/52/KE li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tar-Ritorn 2008/115/KE | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Aktar sforzi għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' rijammissjoni ma' pajjiżi terzi relevanti u esplorazzjoni tal-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet ta' rijammissjoni ma' pajjiżi terzi oħra | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Minuri mhux akkompanjati |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjon dwar Pjan ta' Azzjoni dwar minuri waħedhom fil-proċess ta' immigrazzjoni | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Ażil: żona komuni u solidali ta' protezzjoni |

    Żona komuni ta' protezzjoni |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Aktar żvilupp ta' pjattaforma edukattiva komuni għal uffiċjali nazzjonali tal-ażil, li tibni b'mod partikolari fuq il-Kurrikulu Ewropew tal-Ażil | L-EASO | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar l-iżvilupp Eurodac, jiġifieri dwar is-sostenibbiltà li jiġi żviluppat bħala għodda ta' appoġġ għas-Sistema Ewropea Komuni dwar l-Ażil (CEAS) kollha | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar kemm ikun xieraq, dwar il-possibilitajiet u d-diffikultajiet kif ukoll l-implikazzjonijiet legali u prattiki ta' pproċessar konuġunt ta' applikazzjonijiet għall-ażil fi ħdan l-Unjoni | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Rapport tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi legali u prattiċi tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Protokoll tagħha tal-1967 | Il-Kummissjoni | 2013 |

    L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni tal-impatt tal-EASO fuq il-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil u fuq is-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil. | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar qafas għat-trasferiment ta' protezzjoni ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali u għarfien reċiproku ta' deċiżjonijiet ta' ażil | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Żvilupp ta' metodoloġija komuni bil-ħsieb li jitnaqqsu d-differenzi bejn deċiżjonijiet ta' ażil | L-EASO |

    Il-qsim tar-responsabbiltajiet u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    It-twaqqif ta' mekkaniżmu li jirrevedi s-sistemi ta' ażil tal-Istati Membri u jidentifika l-kwistjonijiet marbuta mal-kapaċitajiet li jippermettu lill-Istati Membri jgħinu lil xulxin fit-tiswir tal-kapaċitajiet | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar solidarjetà mtejba fi ħdan l-UE | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Evalwazzjoni u żvilupp ta' proċeduri għall-faċilitazzjoni tas-sekondar ta' uffiċjali sabiex tingħata għajnuna lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari minn dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil | L-EASO | 2011 |

    Id-dimensjoni esterna tal-ażil |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    It-twaqqif ta' tisħib strateġiku mal-UNHCR (Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-Programm tal-UE tas-Sistemazzjoni mill-Ġdid | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Komunikazzjoni dwar approċċi ġodda dwar l-aċċess għal proċeduri ta' ażil immirati lejn il-pajjiż ewlenin ta' tranżitu | Il-Kummissjoni | 2013 |

    Proposta dwar kif għandu jittejjeb il-Programm tal-UE tas-Sistemazzjoni mill-Ġdid | Il-Kummissjoni | 2014 |

    Rapporti Annwali dwar sforzi tal-UE għas-sistemazzjoni mill-ġdid | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    It-tnedija u l-iżvilupp ta' Programmi ta' Protezzjoni Reġjonali ġodda, inkluż fil-qarn tal-Afrika | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Kontribuzzjoni lejn Ewropa globali

    L-Ewropa f'dinja globalizzata – id-dimensjoni esterna tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja |

    Id-dimensjoni esterna tal-politika tal-UE fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja qed issir aktar u aktar marbuta mal-aspetti interni tagħha u kruċjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-għanijiet tal-programm ta' Stokkolma L-Unjoni trid tkompli tara li jkun hemm implimentazzjoni effettiva u koerenti tad-dimensjoni esterna tal-linji ta' politika JLS tagħha, u anki twettaq valutazzjonijiet regolari f'dan il-qasam. |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Rappurtar regolari dwar l-istat ta' implimentazzjoni tad-dimensjoni esterna tal-Programm ta' Stokkolma | Il-Kummissjoni | 2011-2014 |

    Dimensjoni esterna msaħħa |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Is-sedqa tal-kompetenza JLS f'delegazzjoni ta' prijorità tal-UE billi tingħata informazzjoni xierqa u taħriġ dwar linji ta' politika JLS, lil delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi, inkluż billi jintbagħtu esperti tal-JLS f'delegazzjonijiet tal-UE f'xi pajjiżi terzi relevanti | Il-Kummissjoni | 2010 - 2014 |

    Uffiċjali ta' kuntatt fl-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu mħajra jkomplu jsaħħu l-kooperazzjoni, l-iskambju ta' informazzoni u l-aħjar prattiki tagħhom | L-Istati Membri Il-Kunsill Il-Kummissjoni | 2010-2014 |

    Rapport dwar modi kif tiġi żgurata l-komplimentarjetà bejn l-azzjoni tal-UE u dik tal-Istati Membri | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa għal azzjoni relevanti fil-kooperazzjoni bejn il-missjoni tal-pulizija tal-ESDP u l-Europol |

    Drittijiet tal-bniedem |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-UE biex jisseddqu l-valuri tagħha fid-dimensjoni esterna tal-linji ta' politika tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (JHA) | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Prijoritajiet tematiċi li jitkomplew b'għodod ġodda |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa għal azzjonijiet relevanti dwar ftehimiet ta' kooperazzjoni possibbli ma' pajjiżi terzi biex titqawwa l-ġlieda kontra t-traffikar u l-kuntrabandu u għal azzjonijiet kontra r-radikalizzazzjoni u l-ingaġġ, kif ukoll il-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi |

    Il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Ara t-taqsima Garanzija tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali għal azzjonijiet relevanti dwar qafas leġiżlattiv koerenti għall-Unjoni għal trasferimenti ta' dejta personali lejn pajjiżi terzi għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi; u ara t-taqsima It-tisħiħ tal-fiduċja fiż-żona ġudizzjarja Ewropea għal azzjonijiet relevanti dwar ftehimiet ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari fejn tidħol il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-liġi ċivili u kriminali |

    Prijoritajiet ġeografiċi u organizzazzjonijiet internazzjonali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Il-Balkani tal-Punent |

    Tkompli tiġi indirizzata r-riforma tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-proċess tat-tkabbir, b'mod partikolari permezz ta' aktar tisħiħ tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u l-assistenza mmirata | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa għal azzjonijiet relevanti dwar il-finalizzazzjoni ta' djalogi dwar il-viża mal-Balkani tal-Punent |

    It-Turkija |

    Pjan ta' azzjoni għall-kooperazzjoni mat-Turkija | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Ara t-taqsima Is-solidarjetà u r-responsabbiltà jitqiegħdu fil-qalba tar-reazzjoni tagħna għal azzjonijiet relevanti dwar in-negozjati ta' rijammisjoni tal-EU mat-Turkija |

    Il-Politika Ewropea tal-Viċinat – is-Sħubija tal-Lvant |

    Pjan ta' azzjoni għal pajjiżi tas-Sħubija mal-Lvant rigward aspetti JHA, inklużi kwistjonijiet marbuta mal-mobilità bħalma hija l-viża, inklużi passi ftit ftit lejn liberalizzazzjoni tal-viża bħala għan għat-tul għal pajjiżi sħab individwali abbażi ta' każ b'każ, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri, kif ukoll aspetti marbuta mas-sigurtà, permezz tad-djalogu ma' pajjiżi sħab | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa rigward ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-viża ma' pajjiżi tat-Tisħib mal-Lvant |

    Azzjonijiet biex jiġu promossi l-istabbiltà u s-sigurtà fir-Reġjun tal-Baħar l-Iswed ibbażati fuq l-inizjattiva ta' kooperazzjoni reġjonali Sinerġija tal-Baħar l-Iswed. Dawn l-attivitajiet se jkunu kumplimentari ma' dawk ippjanati skont is-Sħubija mal-Lvant |

    Politika Ewropea tal-Viċinat – Unjoni għall-Mediterran |

    Pjan dwar l-Unjoni għall-Mediterran li jtejjeb il-ħidma li nbdiet fil-kuntest tal-proċess ta' Barċellona u s-Sħubija Ewro-Mediteerranja, b'mod partikolari rigward il-migrazzjoni, is-sorveljanza tal-fruntiera (marittima), il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, il-protezzjoni ċivili, l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Ara t-taqsima Is-solidarjetà u r-responsabbiltà jitqiegħdu fil-qalba tar-reazzjoni tagħna għal azzjonijiet relevanti dwar in-negozjati ta' rijammisjoni tal-UE mal-Marokk, l-Alġerija u l-Eġittu |

    L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA |

    Segwitu tad-dikjarazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-tijib tal-kooperazzjoni transatlantika fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà tat-28 ta' Ottubru 2009 | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Ara t-taqsima Garanzija tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali għal azzjonijiet relevanti dwar ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-protezzjoni ta' dejta personali għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi; it-taqsima It-tisħiħ tal-fiduċja fiż-żona Ewropea ġudizzjarja dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza legali reċiproka bejn l-UE u l-Istati Uniti, u l-ftehimiet ta' estradizzjoni; it-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa dwar ftehim għat-tul bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta minn messaġġi finanzjarji għall-iskop tal-Programm tar-Rintraċċar tal-Iffinanzjar tat-Terroriżmu; dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-aspetti esterni tal-fenomenu tar-radikalizzazzjoni, b'mod partikolari mal-Istati Uniti; It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-ġlieda kontra l-kriminalità fuq l-internet |

    Ir-Russja |

    Implimentazzjoni tal-Pjan għal Spazju Komuni ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja | Il-Kummissjoni | Għaddejja bħalissa |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa dwar azzjonijiet relevanti għan-negozjar ta' ftehim bejn l-UE u r-Russja għall-faċilitazzjoni tal-viża u għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' faċililtazzjoni tal-viża u tar-rijammissjoni bejn l-UE u r-Russja; kif ukoll dwar in-negozjati ta' Ftehim dwar il-prekursuri tad-Droga; |

    L-UE u l-Afrika |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa għal azzjoni kontra t-traffikar fil-Punent tal-Afrika; it-taqsima Is-solidarjetà u r-responsabbiltà jitqiegħdu fil-qalba tar-reazzjoni tagħna għal azzjonijiet relevanti fis-segwitu tal-Proċess Rabat/Pariġi u dwar l-implimentazzjoni tat-Tisħib bejn l-UE u l-Afrika dwar l-immigrazzjoni, il-mobilità u l-impjiegi; għas-segwitu għall-Konklużjonijiet ta' Ġunju 2009 tal-Kunsill Ewropew dwar il-migrazzjoni fil-Mediterran u dwar in-negozjati ta' rijammissjoni mal-Marokk, l-Alġerija, l-Eġittu u t-tkomplija tad-diskussjoni dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni, inklużi r-rijammissjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, fil-ftehim ta' qafas mal-Libja; it-tnedija tal-proċess ta' Tripli; u t-twaqqid ta' Programm ta' Protezzjoni Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika; |

    Iċ-Ċina u l-Indja |

    Jisseddaq id-djalogu maċ-Ċina u l-Indja dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, l-immigrazzjoni, inkluża l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, filwaqt li jitkompla d-djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem maċ-Ċina (ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà fl-Ewropa għall-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina dwar infurzar doganali ta' Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali), |

    Ara t-taqsima Is-solidarjetà u r-responsabbiltà jitqiegħdu fil-qalba tar-reazzjoni tagħna għal azzjoni dwar id-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni mal-Indja u dwar il-ftehim ta' rijammissjoni bejn l-UE u ċ-Ċina |

    il-Brażil |

    Implimentazzjoni u żvilupp ulterjuri tas-Sħubija Strateġika u tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunta mal-Brażil |

    EU-LAK u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali |

    Ara l-kapitlu Politika dwar l-immigrazzjoni dinamika u komprensiva għal azzjoni dwar id-djalogu dwar l-immigrazzjoni ma' pajjiżi tal-Asja li jservu ta' ankra u t-titjib tal-kooperazzjoni mal-Asja Ċentrali, relevanti mal-interess tal-UE u l-iżvilupp tad-djalogu bejn l-UE u l-LAK dwar il-migrazzjoni; Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-LAK dwar id-droga |

    L-Afganistan, il-Pakistan, l-Iraq u l-Bangladexx |

    Ara t-taqsima Niżguraw is-sigurtà tal-Ewropa għal azzjoni relevanti dwar it-tijib tal-kooperazzjoni dwar id-drogi u għal kooperazzjoni dwar it-terroriżmu; it-taqsima Is-solidarjetà u r-responsabbiltà jitqiegħdu fil-qalba tar-reazzjoni tagħna għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni; għal ftehimiet ta' rijammissjoni ma' dawk il-pajjiżi u dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati |

    Organizzazzjonijiet internazzjonali u s-sedqa tal-istandards Ewropej u internazzjonali |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa bbażata fuq il-Memorandum ta' Ftehim iffirmat fl-2006 u t-tkomplija tas-sostenn tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet importanti tiegħu bħalma huma l-Konvenzjoni dwar it-Traffikar u dawk dwar it-Traffikar tal-bnedmin, il-Protezzjoni tad-Dejta, il-Protezzjoni tat-Tfal, il-Kriminalità fuq l-Internet u l-Korruzzjoni. | Il-Kummissjoni Il-Kunsill | Għaddejjin bħalissa |

    Ikompli jingħata sostenn lill-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata u s-sħab tagħha jiġu inkuraġġiti biex jirratifikaw il-konvenzjonijiet fejn l-UE hija jew se ssir Parti, jew fejn l-Istati Membri kollha huma Parti. | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Minn prijoritajiet politiċi għal azzjonijiet u riżultati

    Aktar koerenza |

    Action | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunjikazzjoni dwar il-proċeduri għal kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar l-arranġamenti ta' assoċjazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali fil-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-Eurojust. | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Evalwazzjoni |

    Azzjoni | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar l-evalwazzjoni ta' linji ta' politika tal-JHA | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Proposta għal mekkaniżmu ta' evalwazzjoni tal-linji ta' politika tal-Istati Membri kontra l-korruzzjoni | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proposta għal mekkaniżmu ta' evalwazzjoni għal kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali | Il-Kummissjoni | 2012 |

    Taħriġ |

    Azzjoni | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Komunikazzjoni dwar Pjan ta' Azzjoni dwar taħriġ Ewropew għall-professjonijiet legali kollha | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Komunikazzjoni dwar Pjan ta' Azzjoni dwar taħriġ Ewropew għall-professjonisti tal-UE tas-sigurtà interna | Il-Kummissjoni | 2011 |

    Proġetti pilota dwar programmi ta' skambju "Stil ta' Erasmus" għal awtoritajiet ġudizzjarji u professjonisti legali | Il-Kummissjoni | 2010-2012 |

    Proġetti pilota dwar programmi ta' skambju "Stil ta' Erasmus" għal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi | Il-Kummissjoni | 2010-2012 |

    Żvilupp ta' Istitut Ewropew tal-Liġi | Il-Kummissjoni | 2011-2012 |

    Komunikazzjoni |

    Azzjoni | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Azzjoni ta' komunikazzjoni mmirata biex iċ-ċittadini tal-UE jingħata informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom ta' Ċittadini, speċjalment dwar id-dritt għal protezzjoni konsulari f'pajjiżi terzi u d-dritt tal-moviment ħieles u r-residenza fi ħdan l-UE | Il-Kummissjoni | 2010 |

    Attivitajiet li jqajmu l-għarfien dwar drittijiet ta' protezzjoni tad-dejta | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Tqajjim ta' għarfien kontra l-piena tal-mewt |

    Attivitajiet li jqajmu l-għarfien dwar id-drittijiet tal-individwu fi proċedimenti kriminali | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Għarfien dwar l-għodod li jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet transkonfinali | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Għarfien dwar id-drittijiet tal-konsumatur | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Tqajjim ta' għarfien dwar l-antidiskriminazzjoni | Il-Kummissjoni | Għaddej bħalissa |

    Għarfien dwar l-infurzar doganali tad-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali fil-fruntieri esterni | Il-Kummissjoni L-Istati Membri | Għaddej bħalissa |

    Djalogu mas-soċjetà ċivili |

    Azzjonijiet | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Laqgħat tal-Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Laqgħat tal-Forum Ewropew tal-Integrazzjoni | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Laqgħat tal-Forum tal-Ġustizzja | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Laqgħat tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Laqgħat ta' kull sitt xhur mal-Pjattaforma tal-NGOs Soċjali | Il-Kummissjoni | Għaddejjin bħalissa |

    Il-finanzjament |

    Azzjoni | Il-parti responsabbli | Skeda |

    Proposti għal programmi finanzjarji ġodda u fondi fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss. | Il-Kummissjoni | 2011-2013 |

    [1] Dokument tal-Kunsill 17024/09, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-10 u l-11 ta' Diċembru 2009.

    [2] COM(2009) 262: "Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini"

    Top