EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0465

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali - Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali

/* KUMM/2008/0465 finali */

52008DC0465

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali - Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali /* KUMM/2008/0465 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.8.2008

KUMM(2008) 465 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali

1. Introduzzjoni

Id-dritt tal-proprjetà intellettwali jistabbilixxi l-protezzjoni tal-proprjetà intanġibbli. Per eżempju, meta jinbiegħ prodott manifatturat, il-prodott innifsu jsir il-proprjetà tax-xerrej. Madankollu, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jippermettu lil elementi intanġibbli assoċjati jibqgħu l-proprjetà tal-ħallieq jew l-inventur tal-prodott. Dawn l-elementi intanġibbli jinkludu l-idea jew l-invenzjoni wara l-prodott jew l-isem jew is-sinjal li jagħżluh minn oħrajn. Il-proprjetà intellettwali tista’ tradizzjonalment tinqasam f’żewġ kategoriji ewlenin: il-proprjetà industrijali u d-dritt ta’ l-awtur. Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq id- drittijiet tal-proprjetà industrijali[1] .

Il-privattivi u l-marki kummerċjali ( trademarks ) huma l-aktar drittijiet tal-proprjetà industrijali magħrufin. Il-privattivi huma dritt esklussiv b’terminu limitat mogħti lill-inventur għall-informazzjoni teknika li jiżvela dwar l-invenzjoni. B’kuntrast, id-drittijiet assoċjati mal-marki kummerċjali, li huma sinjali li jindikaw l-oriġini ta’ l-oġġetti u s-servizzi, m’għandhomx limitu ta’ żmien massimu fuqhom, dejjem sakemm ikomplu jintużaw fil-kummerċ. Madankollu, dawn iż-żewġ drittijiet it-tnejn jistgħu jinżammu fis-seħħ biss bil-ħlas ta’ miżata. Id-drittijiet tal-proprjetà industrijali huma varji u jinkludu drittijiet inqas magħrufa bħad-disinni industrijali, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti. Madankollu, li għandhom komuni dawn id-drittijiet huwa li jippermettu lid-dententuri jżommu milli jkun hemm użu mhux awtorizzat ta’ assi intanġibbli ta’ valur kummerċjali potenzjali, sew tkunx idea wara prodott jew proċess innovattiv, jew indikazzjoni lill-konsumatur ta’ l-oriġini.

L-Ewropa teħtieġ drittijiet qawwija tal-proprjetà industrijali sabiex tipproteġi l-innovazzjonijiet tagħha u tibqa’ kompetittiva fl-ekonomija globali msejsa fuq l-għarfien. Fl-UE, il-protezzjoni fuq livell Komunitarju teżisti għall-biċċa l-kbira tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali reġistrati. Madankollu, fl-istennija ta’ ftehim dwar il-privattiva Komunitarja, in-negozji m’għandhomx din il-possibbiltà bil-privattivi. Sabiex jimtela dan il-vojt, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni[2] f’April 2007 sabiex tqajjem mll-ġdid id-dibattitu dwar is-sistema tal-privatttivi fl-Ewropa u turi t-triq lejn privattiva Komunitarja u ġurisdizzjoni mtejba tal-privattiva għall-UE. Il-Kummissjonmi tqis li l-progress f’din il-kwistjoni huwa vitali u ttenni l-ħsieb li tfittex ftehim bħala prijorità għal dawn il-proposti.

Il-Komunikazzjoni tas-sena li għaddiet xprunat il-progress lejn is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet leġiżlattivi Komunitarji pendenti dwar il-privattivi. Issa li bdiet il-mixja lejn is-sejba ta’ soluzzjonijiet dwar il-privattivi, din il-Komunikazzjoni ddur lejn l-iżvilupp ta’ strateġija orizzontali u integreta fuq il-medda kollha tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali. Il-Komunikazzjoni mhix beħsiebha tiddiskuti l-merti relattivi tad-drittijiet formali tal-proprjetà industrijali u mudelli alternattivi ta’ negozju bħas-softwer open source jew is-sigrieti kummerċjali, iżda tiffoka fuq id-drittijiet tal-proprjetà industrijali nfushom. Tistħarreġ inizjattivi eżistenti bil-għan li tipproponi azzjonijiet biex is-sistema taħdem bl-aħjar mod sabiex tilqa’ għall-isfidi li l-Ewropa se tħabbat wiċċha magħhom fis-snin li ġejjin.

2. L-Isfidi

Fir-Rapport Strateġiku dwar l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, il-Kummissjoni identifikat l-investinent fl-għarfien u l-innovazzjoni bħala waħda mill-erba’ oqsma prijoritarji għall-azzjonijiet iffukati fiċ-ċiklu 2008-2010[3]. Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali hija kundizzjoni ta’ qafas ewlenija għall-inovazzjoni, billi tistimola l-investiment R&D u t-trasferiment ta’ l-għarfien mil-laboratorju għas-suq. Sistema ċara għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija kundizzjoni essenzjali għas-suq uniku u sabiex isir realtà il-“ħames libertà”, jiġifieri l-moviment ħieles ta’ l-għarfien. Dan jista’ wkoll jikkontribwixxi bħala parti minn politika usa’ għas-sejbien ta’ soluzzjonijiet li jkunu jistgħu jindirizzaw il-kwistjonijiet globali ta’ importanza dejjem akbar bħat-tibdil fil-klima, il-popolazzjoni dinjija kull ma jmur tixjieħ, u kriżi possibbli ta’ l-enerġija.

2.1. Il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali.

Il-proprjetà, sew dik tanġibbli sew dik li mhix, hija kruċjali għat-tħaddim ta’ ekonomija tas-suq. Id-drittijiet tal-proprjetà industrijali bħall-privattivi, id-disinni u d-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti jagħtu inċentiv biex jiġu prodotti invenzjonijiet ġodda u innovazzjonijiet oħra billi jagħtu dritt esklussiv għal perjodu limitat. Dawn id-drittijiet tal-proprjetà industrijali jiffaċilitaw id-dħul fis-suq lil min ikun għadu ġdid billi jgħinu biex wieħed jattira l-kapital ta’ riskju u jippermettu li l-produzzjoni tkun liċenzjata li min ġa qiegħed fis-suq. Id-drittijiet tal-marki kummerċjali huma essenzjali għal sistema ta’ kompetizzjoni mhux imxekkla, billi jippermettu lill-klijent jiddistingwi l-prodotti u s-servizzi ta’ l-impriżi. Il-marki kummerċjali jipprovdu mezz ta’ komunikazzjoni effettiv għall-aħħar. Minn naħa, iservu bħala mezz ta’ informazzjoni u reklamar, u mill-oħra, bħala simbolu li joħloq u jirrappreżenta l-kapaċità intraprenditorjali u l-immaġini ta’ impriża. Mingħajr imitazzjonijiet jikkompetulu, il-produttur jista’ jkabbar is-sehem tiegħu tas-suq, itejjeb il-marġni tal-qligħ u jiżviluppa l-lealtà tal-klijenti.

Il-benefiċċji tad-drittijiet tal-kompetituri jestendu wkoll lil hinn mid-detentur tad-drittijiet permezz tat-tixrid ta’ l-għarfien. Filwaqt li l-kumpaniji rivali jistgħu jitilfu s-sehem tas-suq minħabba l-privattivi tal-kompetituri, jistgħu jgawdu minn opportunitajiet teknoloġiċi ġodda f’invenzjonijiet ippubblikati, u b’hekk jitnaqqas il-bżonn ta’ inġinerija inversa. Dan jista’ joħloq ċirku virtwuż ta’ innovazzjoni li, għaż-żmien fit-tul, jibbilanċja l-effett tal-bidu tal-prezzijiet għolja waqt il-perjodu ta’ l-esklussività fis-suq. Il-proprjetà industrijali jista’ għalhekk ikollha effett pożittiv fuq il-kompetizzjoni meta tkun akkumpanjata minn applikazzjoni rigoruża tar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex ikun hemm prevenzjoni mill-abbuż tad-drittijiet.

Eżempju ta’ l-effetti favur il-kompetizzjoni tal-proprjetà industrijali huwa l-formazzjoni ta’ pools teknoloġiċi[4] fil-privattivi, permezz tat-tnaqqis ta’ l-ispejjeż għat-transazzjonijiet u billi jiġi stipulat limiti fuq id-drittijiet ( royalties ) kumulattivi. Il-ħolqien ta’ pool jippermetti liċenzjar fi stadju wieħed għtat-teknoloġiji koperti minnu. Fejn id-detenturi tal-liċenzja jirċievu servizzi ta’ assistenza kostanti rigward l-applikazzjoni tat-teknoloġija liċenzjata, il-liċenzjar u l-assistenza konġunti jistgħu jwasslu għal tnaqqis ulterjuri fl-ispejjeż.

Minkejja dawn il-benefiċċji, id-drittijiet tal-proprjetà industrijali mhumiex l-għan innifsu. Il-politika trid tqis il-kompromess bejn li wieħed joffri dritt esklussiv u t-tixrid tal-prodotti u l-proċessi ġodda sabiex id-drittijiet tal-proprjetà industrijali jkomplu jipproduċu benefiċċji ekonomiċi u soċjali fil-ġejjieni.

2.2. L-ambjent ta’ l-innovazzjoni dejjem jinbidel

Fl-ekonomija globali msejsa fuq l-għarfien, kibret l-importanza ta’ l-innovazzjoni bħal xprun għall-vantaġġ kompetittiv; in-negozju ta’ l-UE ma jistax jibqa’ jiddependi fuq il-prezzijiet biex iżomm il-kompetittività tiegħu. Fi ħdan dan l-ambjent, l-impriżi żgħar u medji (SMEs) u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika (PROs) inklużi l-universitajiet qed ikollhom rwol dejjem akbar bil-liċenzjar tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali li qiegħed dejjem isir aktar importanti. Il-Kummissjoni tefgħet ħafna aktar enfażi fuq l-SMEs fiċ-Ċiklu ta’ Liżbona ta’ l-2008-10 billi pproponiet miżuri ġodda fl-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa[5]. Barra minn hekk, l-importanza tat-trasferiment ta’ l-għarfien bejn il-PROs u s-settur privat sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea dan l-aħħar ġiet affermata mill-ġdid b’Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri. Dan jinkludi Kodiċi ta’ Prassi għall-PROs dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali[6] u jibni fuq is-sejħa għal-qafas Ewropew tat-trasferiment tal-għarfien[7]. Ir-Rakkomandazzjoni se tgħin fil-ħolqien ta’ ambjent aktar ekwu u se tiffaċilita t-trasferiment transnazzjonali ta’ l-għarfien. Dan jista’ wkoll jittejjeb permezz ta’ definizzjoni u applikazzjoni armonizzati tal-eżenzjoni tar-riċerka mill-infrazzjonijiet tal-privattivi [8]. Barra minn hekk, billi bosta PROs qed isiru aktar intraprenditorjali, pereżempju permezz ta’ attivitajiet ta’ liċenzjar jew il-ħolqien ta’ spin-offs , il-ħtiġijiet tagħhom kull ma jmur isiru dejjem aktar simili għal tal-SMEs. Bosta mill-miżuri għall-SMEs li qegħdin f’din il-Komunikazzjoni jistgħu għalhekk ikunu wkoll ta’ benefiċċju għall-istituzzjonijiet ta’ riċerka.

Bħala parti essenzjali mill-ġestjoni ta’ l-assi intellettwali, id-drittijiet tal-proprjetà industrijali qed ikollhom rwol dejjem akbar fl-istrateġija kumplessiva tan-negozju tal-kumpaniji. F’dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda drammatika fit-talba għall-privattivi, il-marki kummerċjali u drittijiet reġistrati oħra. Madankollu, jibqgħu importanti modi oħra ta’ kif tiġi ssalvagwardata informazzjoni bħas-sigrieti kummerċjali, bħalma jibqa’ daqstant importanti il-vantaġġ temporali fuq il-kompetituri. Barra minn dan, fis-settur ta’ l-ICT, il-mudelli tan-negozju li jaħdmu b’software open-source issa jikkoeżitu ma’ mudelli bbażati fuq id-drittijiet tal-proprjetà. Fi stħarriġ li sar is-sena li għaddiet fost diretturi eżekuttivi ta’ kumpaniji Ewropej, 53% qalu li l-użu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali se jkunu importanti jew kruċjali għall-aħħar għall-mudell tan-negozju tagħhom fi żmien sentejn, meta mqabbel ma’ 35% li qiesu li dan kien ukoll il-każ fil-waqt li kien qed isir l-istħarriġ[9]. Madankollu, l-importanza dejjem tikber ta’ l-assi intellettwali fil-ħolqien tal-valur tikkuntrasta man-nuqqas ta’ trattament standardizzat ta’ dawn l-assi fir-rappurtar kontabbli tal-kumpaniji, li jista’ jxekkel l-aċċess tal-finanzi għan-negozji. Dan għandu mnejn jiġi solvut minn żviluppi internazzjonali fil-ġejjieni fis-sistemi ta’ rappurtar tal-attivitajiet intanġibbli.

2.3. Strateġija għall-Ewropa dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali

Il-prinċipji maqbula internazzjonalment għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali jmorru lura sas-seklu 19[10]. Lejn l-aħħar tas-seklu 20, standards minimi ġew inkorporati fil-Ftehim TRIPs[11]. Fis-seklu 21, strateġija dwar id-drittijiet tal-proprjetà industrijali trid tiżgura li l-Ewropa twieġeb għall-isfidi ta’ l-ekonomija globali msejsa fuq l-għarfien. Is-sistema tal-proprjetà intellettwali għandha tkompli tkun katalist għall-innovazzjoni u tikkontribwixxi għall-istrateġija kumplessiva ta’ Liżbona. Il-Kummissjoni ffissat il-kriterji biex tilħaq dan: sistema bħal din għandha tkun ta’ kwalità għolja , u li jkollha standards ta’ l-eżaminar stretti għall-aħħar: affordabbli , fejn ikun hemm bilanċ bejn l-ispiża u l-kwalità u ċ-ċertezza ġuridika; konsistenti , b’interpretazzjoni komuni tal-liġijiet u proċedimenti unifikati tal-qrati; u bbilanċjata , bejn l-ippremjar tal-ħolqien intellettwali ta’ valur u l-iżgurar taċ-ċirkolazzjoni bla xkiel tal-ideat u l-innovazzjoni[12].

Filwaqt li qafas regolatorju diġà jeżisti għal għadd ta’ drittijiet tal-proprjetà industrijali fuq il-livell ta’ l-UE, il-qagħda hija differenti ħafna fil-qasam tal-privattivi. Huwa ċar li l-affordabbiltà, il-konsistenza u l-bilanċ bejn il-premju għall-inventur u ċ-ċirkolazzjoni ta’ l-ideat jitjieb bil-wisq aktar bis-saħħa ta’ l-adozzjoni ta’ Privattiva Komunitarja u ġurisdizzjoni tal-privattivi li tgħodd għall-UE kollha.

Din il-Komunikazzjoni tispjega azzjonijiet għal sistema ta’ kwalità għolja tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali sabiex tkun tista’ tippermetti ‘l Ewropa tgawdi mill-potenzjal tagħha li tindirizza l-isfidi tal-globalizzazzjoni ekonomika. L-istrateġija tikkumplimenta s-sistema tal-privattivi fl-Ewropa[13], iżda għandha ambitu usa’, billi tindirizza d-drittijiet tal-proprjetà industrijal b’mod orizzontali. Id-drittijiet ta’ kwalità għolja huwa rekwiżit essenzjali għall-aspetti kollha tas-sistema – appoġġ għan-negozji, inklużi l-SMEs, il-faċilitazzjoni tat-trasferiment ta’ l-għarfien u l-infurzar effettiv tad-drittijiet għall-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija. Huwa biss b’sistema ta’ kwalità li l-Ewropa tista’ tgawdi minn opportunitajiet ġodda fl-ekonomija globali u twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha.

L-elementi ta’ din l-istrateġija integrata huma interdipendenti u jsaħħu ‘l xulxin reċiprokament, iżda mhumiex eżawrjenti. Il-Komunità hija kompetenti dwar aspetti importanti tal-politika u b’hekk il-Kummissjoni għandha responsabbiltà partikolari biex tgħin fis-sejba ta’ toroq ġodda. Madankollu, ir-responsabbiltà għas-suċċess hija waħda maqsuma. Fil-kuntest tal-aġenda ta' Liżbona, l-Istati Membri huma għalhekk mistiedna jqisu din l-istrateġija meta jifformulaw l-istrateġiji tagħhom, billi jindirizzaw, fost l-oħrajn, possibbiltajiet għal simplifikazzjoni konformi ma’ regolamentazzjoni aħjar. Bl-istess mod, partijiet involuti oħra bħall-inventuri, l-universitajiet, in-negozji u l-utenti aħħarin għandhom rwol vitali u jridu jagħmlu għażliet infurmati fil-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali.

3. Il-Kwalità tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali

Sistema ta’ kwalità għolja ta’ drittijiet tal-proprjetà industrijali għandha tilħaq l-għanijiet rikonoxxuti tat-tħeġġiġ tal-innovazzjoni u t-tixrid tat-teknoloġija u l-għarfien ġodda. Dan imur lil hinn mill-eżaminar tekniku u legali tad-drittijiet individwali sabiex jitqies l-impatt ekonomiku tagħhom. Drittijiet ta’ kwalità għolja li jippremjaw biss l-invenzjonijiet li jilħqu r-rekwiżit legali huma essenzjali għal sistema li taħdem sew, flimkien ma’ aċċess li jkun faċli għall-utent għall-informazzjoni dwar dawn id-drittijiet għan-negozji u s-soċjetà..

3.1. Privattivi

Il-kwalità tal-privattivi fl-Ewropa hija ġeneralment meqjusa bħala waħda għolja. Madankollu, il-partijiet interessati humma kkonċernati biż-żamma u bit-titjib tal-kwalità fl-Ewropea u li jevitaw in-nuqqasijiet ta’ xi uffiċji tal-privattivi oħra[14]. Dan it-tħassib huwa wkoll maqsum mill-Parlament Ewropew[15]. Per eżempju, għadd kbir ta’ drittijiet tal-privattivi li jirkbu fuq xulxin jistgħu joħolqu ostakli addizzjonali sabiex jikkumerċjalizzaw teknoloġiji ġodda li ġa jeżistu f’"għenqied ta’ privattivi” ( patent thickets )[16]. Id-drittijiet ta’ kwalità baxxa jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal problemi b’”patent trolls”[17] li ġa nqalghħu fis-sistema ġudizzjarja tal-Istati Uniti.

L-Ewropa mhix eċċezjoni għax-xejra dinjija tal-għadd dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet għall-privattivi. Fl-2006, l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-privattivi rreġistrati mal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO) f’senma qabeż il-200,000 għall-ewwel darba u kiber b'5.6%[18]. L-applikazzjoni qegħdin ukoll isiru dejjem aktar voluminużi, b'sew it-talbiet sew il-paġni ta' l-applikazzjonijiet mal-EPO jirduppjaw fl-aħħar 20 sena[19]. Iż-żieda fl-għadd u l-kumplessità tal-applikazzjonijiet għall-privattivi madwar id-dinja ssarrfet f’għadd dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet pendenti[20], u dan ikabbar l-inċertezza tas-suq ikkawżata minn fatturi oħra bħall-privattivi mhux użati. Minbarra dan, proporzjoni akbar ta’ prior art[21] hija ppubblikata f’ilsna mhux Ewropej, bħaċ-Ċiniż u l-Korejan. Flimkien ma’ applikazzjonijiet f’oqsma ġodda tat-teknoloġija, dawn ix-xejriet jippreżentaw sfidi partikolari għall-uffiċji tal-privattivi. Hemm ukoll il-ħtieġa għal aċċess imtejjeb għall-informazzjoni dwar il-privattivi għall-kumpaniji u l-innovaturi.

Huwa vitali li l-privattivi jingħataw biss meta jsir kontribut li tassew ikun wieħed inventiv. L-għoti ta’ drittijiet tal-privattivi ta’ kwalità baxxa għandu effett negattiv, u jikkontribwixi għall-inċertezza ekonomika u legali. L-istrateġija tal-EPO fir-rigward tax-xogħol tagħha fil-ġejjieni huwa li tgħolli l-istandardes, u l-uffiċji tal-privattivi fl-Ewropa għandhom jaħdmu flimkien, per eżempju bl-isfruttament reċiproku tax-xogħol sabiex iżommu d-dritteijit ta’ kwalità għolja u jevitaw li l-privatti jingħataw f’oqsma li mhumiex brevettabbli bħas-software u l-metodi tan-negozju. L-eżaminaturi jridu wkoll jinżammu aġġornati mal-aħħar żviluppi fil-qasam tagħhom permezz ta’ żvilupp professjonali kontinwu. Barra minn hekk, ta’ min wieħed iqis, meta jiġi vvalutat ir-rwol tal-uffiċji tal-privattivi, li dan jinkludi wkoll li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet. Il-partijiet involuti għandhom ukoll rwol importanti sabiex iżommu milli l-uffiċji tal-privattivi jirċievu wisq applikazzjonijiet li ma jkollhomx karatteristika inventiva. Modi inkoraġġanti għat-titjib tal-kwalità tal-privattivi, fuq l-isfond ta’ domanda dejjem tikber, huma inizjattivi bħall skemi ta’ reviżjoni bejn il-pari minn kollegi esperti u kodiċijiet volontarji ta' l-aħjar prassi sabiex jittejjeb l-istandard tal-applikazzjonijiet li jkunu deħlin.

Il-mudelli ta’ utilità, li jeżistu f’xi Stati membri tal-UE, huma simili għall-privattivi billi jagħtu lid-detentur dritt esklussiv għal invenzjoni teknika, iżda l-validità tagħhom idum inqas minn dik tal-privattivi. L-invenzjoni protetta minn mudell ta’ utilità trid tkun ġdida, iżda ġeneralment il-livell ta’ inventiva mitlub huwa inqas minn dak għall-privattivi. Il-mudelli ta’ utilità u l-privattivi nazzjonali mogħtija fl-Istati Membri li ma jwettqux valutazzjoni fil-foond tal-kontenut inventiv jfiissru rotta ta' rpotezzjoni aktar veloċi. Madankollu, jistgħu jitqiesu bħal drittijiet ta’ kwalità inferjuriu meta mqabbla mal-privattivi eżaminati, u jistgħu għalhekk iżidu l-inċertezza ġuridika.

Il-Kummissjoni ser:

- tniedi studju komprensiv dwar il-kwalità tal-privattivi sabiex tistħarreġ ir-riskji tad-drittijiet bi kwalità baxxa u tesplora modi li bihom tista’ tevita l-preżenza tagħhom fl-Ewropa

- tistudja l-medda tal-problemi possibbli kkawżati mill-privattivi mhux użati, inkluż l-evalwazzjoni tal-kawżi tagħhom u s-suġġeriment ta' rimedji.

L-Istati Membri b’mudelli ta’ utilità u privattivi għall-kontenut inventiv huma mistiedna jivvalutaw il-kontribut li dawn id-drittijiet jagħtu għall-innovazzjoni.

3.2. Marki kummerċjali

L-Ewropa tiddependi minn marki ( brands ) qawwija[22]. Dan jeħtieġ protezzjoni qawwija tal-marki kummerċjali li tkun effettiva għal kontra l-liċenzjar mhux xieraq, in-non-użu jew l-użu inġust, jew l-infrazzjonijiet.

Il-proċessi tar-reġistrazzjoni, inklużi l-eżaminar tal-marki kummerċjali, iridu jkunu soġġetti għal standards ta’ kwalità għoljin, partikolarment sabiex jiġi żgurat li r-reġistrazzjonijiet li jirriżultaw ikunu intitolati għal assunzjoni ta’ validità li tiħaq l-istennijiet tal-klijenti. Għandhom ikunu trasparenti, affidabbli, konsistenti u affordabbli min-negozju. Fuq il-livell tal-UE, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) waqqaf Stħarriġ dwar is-Sodisfazzjon tal-Utent. Ir-riżultati tal-2007 juru żieda fis-sodisfazzjon kumplessiv tal-aġenti u tas-sidien, b’inqas ilment u effiċjenza akbar fis-soluzzjoni tagħhom. Hemm madankollu lok għat-titjib fid-deċiżjonijiet tal-appell, paartikolarment fit-tul ta’ żmien li dawn jieħdu. Barra minn hekk, minkejja użu akbar tal-għodod tan-negozju elettroniku, il-ħeffa u l-affidabbiltà jistgħu jkunu aħjar. L-OHIM żviluppat Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità, niedet Karta tas-Sevizz li tiddefinixxi x’jistgħu jistennew l-utenti, u għandha l-ambizzjoni ssir “organizzazzjoni-e”[23] kif xieraq.

Ir-reġistrazzjoni tal-marka kummerċjali fil-Komunità ilha tiġi armonizzata fl-Istati Membri għal aktar minn 15-il sena, bid-drittijiet nazzjonali u Komunitarji tal-marki kummerċjali li ilhom jikkoezistu għal aktar minn 10 snin. Minkejja li s-sistema tal-marki kummerċjali turi suċċessi ċari, wasal iż-żmien għal evalwazzjoni kumplessiva.

Il-Kummissjoni se tevalwa l-funzjonament kumplessiv tas-sistemi Komunitarji u nazzjonali tal-marki kummerċjali. L-istudju se janalizza l-impatti fuq il-partijiet ikkonċernati tas-sistemi tal-marki kummerċjali fl-UE, u jista’ jifforma bażi għal stħarriġ fil-ġejjieni tas-sistema Komunitarja tal-marki kummerċjali u kooperazzjoni msaħħa bejn l-OHIM u l-uffiċji nazzjonali.

3.3. Drittijiet tal-proprjetà industrijali oħra

Minbarra l-marki kummerċjali, jeżistu sistemi oħra fuq livell Komunitarju għad-drittijiet tal-proprjetà industrijali. Is-sistema tad-disinn Komunitarju[24] bdiet fl-2003 u issa tipprovdi rotta għall-protezzjoni fil-pajjiżi terzi wara l-adeżjoni fl-2008 tal-KE għall-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' The Hague dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinni. Minkejja li fil-biċċa l-kbira l-liġi nazzjonali tad-disinn ġiet armonizzata bid-Direttiva dwar id-Disinni[25], l-adozzjoni tal-proposta għal-liberalizzazzjoni tas-suq sekondarju tal-ispare parts[26] tista’ tipprovdi sistsma aktar konsistenti fis-Suq Uniku. Fi-dawl ta’ dawn l-iżviluppi li għaddejjin bħalissa u s-sistema tad-disinn Komunitarju relattivitament ġdida, il-Kummissjoni bħalissa m’għandhiex fi ħsiebha evalwazzjoni tas-sistema tad-disinn.

Sistemi Komunitarji ta’ protezzjoni li ilhom stabbiliti jinkludu l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) u d-drittijiet tal-Varjetajiet tal-Pjanti Komunitarji (CPV). Il-KE tipprovdi sistemi ta’ reġistrazzjoni tal-IĠ għall-inbejjed u l-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel permezz tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), u l-indikazzjoni protetta tal-oriġini (IĠP)(li testendi wkoll għall-ispirti.[27]. Dawn is-sistemi jassiguraw lill-konsumaturi li qegħdin jixtru prodott ġenwin li jaf l-identità jew ir-reputazzjoni tiegħu lir-reġjun tal-oriġini. Is-sistemi ta’ protezzjoni tal-IĠ għandhom funzjoni u għanijiet differenti minn dawk tal-protezzjoni tal-marki kummerċjali. Madankollu, iż-żewġ sistemi jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ismijiet tal-prodotti mill-użu hażin u mill-imitazzjoni. Bħalissa l-Kummissjoni qed twettaq evalwazzjoni ex post tal-applikazzjoni kumplessiva tas-sistema għall-prodotti agrikoli mill-1992 ‘il hawn. Ir-relazzjoni mal-marki kummerċjali hija parti mill-istudju. Sejra wkoll tippubblika Green Paper dwar il-politika dwar il-kwalità tal-prodott agrikolu fl-2008, li hi maħsuba biex tikkonsulta l-partijiet interessati dwar l-istandards tal-prodott, ir-rekwiżiti tal-produzzjoni u l-iskemi tal-kwalità inkluż l-iżvilupp ġejjieni tas-sistemi tal-IĠ. Barra minn hekk, kwistjoni oħra li qed tirrifletti dwarha l-Kummissjoni hija dwar kif tista’ tiġi ffaċilitata l-protezzjoni IĠ għall-prodotti mhux agrikoli, sabiex jintraddew benefiċċji lill-produtturi Ewropej u tal-pajjiżi terzi.

Għas-sistema CPV, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, li jagħti l-protezzjoni CPV, qed jikkummissjona evalwazzjoni dwar ir-rwol u l-attivitajiet tiegħu. Evalwazzjoni kumplessiva tal-leġiżlazzjoni Komunitaja li tirregola d-drittijiet CPV tista' wkoll tiġi kkunsidrata għal wara l-evalwazzjoni kurrenti dwar l- acquis dwar it-tqegħid fis-suq tal-materjal għat-taħwil taż-żrieragħ u l-pjanti li wkoll tqis ir-rabtiet mas-sistema CPV.

Il-Kummissjoni se:

- tippubblika Green Paper fl-2008 dwar il-politika tal-kwalità tal-prodott agrikolu li sejra tkopri l-IĠ

- twettaq valutazzjoni, inkluż permezz tal-konsultazzjoni pubblika, dwar il-fattibbiltà tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għall-prodotti mhux agrikoli.

3.4. Id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali u l-Kompetizzjoni

Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku huma għanijiet komuni tad-dritt dwar il-proprjetà industrijali u dwar il-kompetizzjoni. Il-protezzjoni b'saħħitha tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għandha tkun akkumpanjata minn applikazzjoni rigoruża tar-regoli tal-kompetizzjoni.

L-eżistenza u l-eżerċitar tad-dritt tal-proprjetà industrijali mhumiex fihom infushom inkompatibbli mal-liġi dwar il-kompetizzjoni. Huwa biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali li l-“eżercitar” ta’ dritt jista’ jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-KE dwar il-kompetizzjoni, partikolarment jekk il-kumpanija tkun dominanti u l-imġiba tagħha x’aktarx twassal għall-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni f’suq rilevanti. Il-Qorti tal-Prim’ Istanza kkonfermat li ċ-ċirkostanzi meta, pereżempju, rifjut ta’ liċenzja jista’ jkun abbużiv, jiġifieri meta l-informazzjoni rrifjutata tkun indispensabbli biex wieħed jikkompeti f’suq sekondarju, meta l-kompetizzjoni f’dak is-suq sekondarju x’aktarx tkun se tiġi eliminata, u meta prodotti ġodda li għalihom hemm talba mill-konsumatur jinżammu milli jidħlu fis-suq[28].

Qasam li qed jikseb prominenza kull ma jmur fir-rabta bejn il-proprjetà industrijali u l-liġi dwar il-kompetizzjoni hija l-istandardizzazzjoni. B’mod ġenerali, l-iffissar tal-istandards huwa kontribut pożittiv għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku. Madankollu, sabiex jiġi evitat xkiel potenzjali tal-kompetizzjoni, l-iffissar tal-istandards għandu jseħħ b’mod miftuħ u trasparenti [29]. Eżempju ta' xkiel jista' jkun "l-issajjar għall-privattiv", fejn sid tekonoloġija brevettata li hija essenzjali għal standard jikseb valur artifiċjalment minfuħ ex post (i.e. wara li jkun ġie ffissat standard) għat-teknoloġija brevettata tiegħu billi jaħbi b’mod deliberat il-privattiv tiegħu waqt il-proċess tal-istandardizzazzjoni.

Ir-regoli fi ħdan l-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni jistgħu jispeċifikaw l-obbligu ex ante (i.e qabel ma jiġi ffissat standard) li jiġi żvelati applikazzjonijiet għall-privattivi u/jew privattivi maħruġa jew obbligu biex jiġu offruti liċenzji għal dawn il-privattivi essenjzali skont termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji (FRAND)[30]. Xi korpi adottaw ukoll regoli li bihom id-detenturi ta’ teknoloġiji li possibilment huma essenzjali għal standard jiddikjaraw rati massimi ta’ royalties li kieku jżmmu kieku t-teknoloġija tagħhom kellha tintagħażel biex tkun parti mill-istandard. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet tal-istandards Ewropej jagħmlu dawn il-politiki effettivi.

Ir-regoli li jeħtieġu l-iżvelar ex ante tar-rati masimi tar- royalties m'għandhomx jintużaw bħala pretest għal diskussjonijiet illeġittimi dwar il-prezzijiet. Madankollu, mhumiex anti-kompetittivi fihom infushom. Tant hu hekk li, f’ċirkostanzi xierqa, jista’ jkollhom il-potenzjal ikunu pro-kompetittivi sew u jippermettu kompetizzjoni ex ante msejsa sew fuq il-mertu tekniku sew fuq il-prezz ta' teknoloġija. F’xenarju bħal dan, il-konsumatur ikun il-benefiċjarju aħħari, billi l-kompetizzjoni ex ante żżomm milli jinżamm prezz ex post artifiċjalment għoli. Minkejja dan, ġeneralment mhuwiex xogħol id-dritt dwar il-kompetizzjoni li jantiċipa politika speċifika tal-proprjetà industrijali ta’ korp ta’ standardizzazzjoni, iżda aktar huwa li jipprovdi gwida dwar liema elementi jistgħu jew ma jistgħux ikunu anti-kompetittivi. Huwa f’idejn l-industrija li tagħżel liema skema hija x-xierqa għall-ħtiġijiet tagħha fi ħdan dawn il-parametri[31].

Il-Kummissjoni se:

- tniedi studju li jistħarreġ ir-relazzjnoi bejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-istandards fil-promozzjoni tal-innovazzjoni[32]

- tadotta dokument konsultattiv dwar l-istandardizzazzjoni fit-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICT) fl-ewwel kwart tal-2009 li se jinkludu kif l-istandards jirrelataw mad-drittijiet tal-proprjetà industrijali fis-settur.

4. L-APPOġġ GħALL-INOVAZZJONI GħALL-IMPRIżI ŻGħAR U MEDJI

L-intrapriżi żgħar u medji (SMEs)[33], jgħoddu għal 99% tal-impriżi kollha, u jipprovdu 85 miljun impjieg fl-Ewropa. L-isfruttament b’suċċess tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali jistgħu jipprovdu l-element essenjzali sabiex jistgħanew l-SMEs Madankollu, spiss l-SMEs ma japproffitawx għal kollox mill-opportunitajiet biex jiġu sfruttati d-drittijiet tal-proprjetà industrijali[34]. Ir-riċerka tindika li jużaw id-drittijiet formali tal-proprjetà industrijali inqas u minflok jiddependu fuq metodi ta' protezzjoni oħrajn, bħas-sigrieti kummerċjali jew il-vantaġġi tal-marketing. Meta dan iseħħ minħabba nuqqas ta’ għarfien jew appoġġ, dan mhuwiex mixtieq u juri l-bżonn ta’ azzjonijiet politiċi rapidi.

4.1. It-titjib tal-aċċess tal-SMES għad-drittijiet tal-proprjetà industrijali

L-ispejjeż għoljin huma spiss ir-raġuni li jagħtu l-SMEs għala ma jkollhomx drittijiet formali tal-proprjetà industrijali. Bil-kontra tal-marki kummerċjali u d-disinni, l-SMEs ma jistgħux jagħżlu bejn l-iskemi nazzjonali u Komunitarji tal-privattivi. Id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Londra[35] fl-1 ta’ Mejjuu 2008 se jgħin lill-SMEs igawdu mis-Suq Uniku billi jnaqqsu l-ispejjeż tat-traslokazzjoni għall-privattivi Ewropej[36]. Hemm iżda potenzjal enormi għat-titjib permezz ta’ privattiv Komunitarju aċċessibbli u b’nefqa effettiva[37], li reġa’ ntalab mill-SMEs fil-konsultazzjoni dwar l-Att dwar in-Negozju ż-Zgħar[38]. L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar jistipula, bħala wieħed mill-għaxar prinċipji tiegħu, li l-UE u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-SMEs igawdu aktar mill-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku, fost l-oħrajn, l-aċċess tagħhom għall-privattivi u l-marki kummerċjali.

Soluzzjonijiet oħra li qed jiġu ssuġġeriti huma inċentivi għall-SMEs bħal tiftix għall- prior art u sussidji għall-ewwel 10 applikazzjonijiet għall-privattivi[39] li jistgħu jżidu l-użu tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-prorjetà industrijali. Jista’ jkun ukoll xieraq li jiġi studjat jekk ikunx aktar effettiv li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-SMEs kollha (eż. permezz ta’ miżati tal-ipproċessar imnaqqsa)[40]), jiġi offruti sussidji mmirati [41], jew inkella inċentivi biex titnaqqas it-tassazzjoni mid-dħul mil-liċenzjar tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali [42] [43].

Il-Kummissjoni

- tkompli taħdem fuq sistema tal-privattivi fuq il-livell Ewropew li tkun effiċjenti u bi nfiq effettiv, ta' kwalità għolja u legalment sikura, inkluż privattiv Komunitarju u ġurisdizzjoni għall-privattivi madwar l-UE

- se tesplora l-mod kif l-istruttura tal-miżata għall-privattiv Komunitarju tal-ġejjieni tista’ titfassal sabiex tiffaċilita l-aċċess għall-SMEs.

Sakemm jiġi adottat il-privattiv Komunitarju, l-Istati Membri huma mħeġġa, fi ħdan il-qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni,[44]

- jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet għall-appoġġ tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali

- jesploraw modi kif l-SMEs jistgħu jagħmlu użu aħjar mid-drittijiet fi ħdan dan il-qafas bħat-tnaqqis tal-miżati tal-privattivi, jew inċentivi fiskali għall-promozzjoni tal-attività tal-liċenzjar.

4.2. It-titjib tal-aċċess tal-SMES għall-proċeduri tas-soluzzjoni tat-tilwim

L-SMEs spiss ikollhom riżorsi limitati sabiex jibdew azzjonijiet legali, partikolarment litigazzjoni dwar il-privattivi. Ġurisdizzjoni tal-UE dwar il-privattivi li tkun affordabbli, effiċjenti u affidabbli tkun rimedju ovvju u effettiv għall-aħħar.

Soluzzjoni oħra li qed tiġi ssuġġerita hija l-assigurazzjoni għal-litigazzjoni dwar il-privattivi. L-aktar studju riċenti dwar dan is-suġġett mill-Kummissjoni[45] kien evalwa l-fattibbiltà ta’ għadd żgħir ta' skemi. Ikkonkluda li hija biss sistema obbligatorja li tkun eknomikament vijabbli. Madankollu, dan ir-riżulta qed jiġi ddubitat minn xogħol riċenti fit-twaqqif ta’ skemi volontarji. Il-Kummissjoni sejra għalhekk issgwi l-iżviluppi ulterjuri f’dan il-qasam.

Il-mekkaniżmi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR), partikolarment il-medjazzjoni, jistgħu jikkumplimentaw is-sistema ġudizzjarja u jkunu alternattiv vijabbli sew għall-SMEs sew għall-kumpaniji akbar jekk ikunu veloċi, affidabbli u jonfqu b’mod effettiv. Id-Direttiva 2008/52/KE[46] tipprovdi qafas għall-medjazzjoni fid-disputi transkonfinali. Tiffaċilita l-aċċess għas-soluzzjoni tat-tilwim billi tindirizza aspetti ewlenin tar-relazzjoni bejn il-medjazzjoni u l-proċeduri ċivili u tipprovdi għodod xierqa biex tippromowi l-medjazzjoni. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi wkoll l-applikazzjoni ta’ standards għoljin ta' medjazzjoni fid-disputi domestiċi u tappoġġa l-użu tal-Kodiċi ta' Mġiba Ewropew għall-Medjaturi[47] biex ittejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-servizzi ta' medjazzjoni.

Fil-kuntest tal-ħidma fuq il-privattiv Komunitarju u sistema integrata ta' ġurisdizzjoni għall-privattiv, il-ħolqien ta' ċentru ta' arbitraġġ u medjazzjoni għall-privattiv fuq livell Komunitarju qed tiġi esplorata sabiex titratta każijiet fejn il-validità ma tkunx kompromessa. Dan iċ-ċentru, li jikkumplimenta l-faċilitajiet ADR għall-privattivi bara l-qafas tal-Komunità, ikun jista’ jiżgura l-qrubija u aċċessibblità aħjar tad-disputi dwar il-privattivi mill-SMEs. Dan iċ-ċentru jista’ jistabbilixxi lista Komunitarja ta’ medjaturi u arbitri li jistgħu jassistu l-partijiet fis-soluzzjoni tad-disputa tagħhom. Minkejja li l-ADR ma jkunx obbligatorju, ġudikant tal-ġurisdizzjoni integrata tal-privattiv tinvestiga mal-partijiet il-possibbiltajiet għas-soluzzjoni tad-disputa miċ-ċentru tal-arbitraġġ u l-medjazzjoni.

Il-Kummissjoni ser:

- tesplora kif il-medjazzjoni u l-arbitraġġ jistgħu jkunu inkoraġġiti u faċilitati fil-kuntest tal-ħidma għaddejja dwar sistema ta’ litigazzjoni għall-privattivi madwar l-UE.

L-Istati Membri:

-huma mħeġġa, fi ħdan il-kuntest tal-istrateġija ta' Liżbona, jipprovdu biżżejjed appoġġ għall-SMEs biex jinfurza id-drittijiet tagħhom tal-proprjetà industrijali.

4.3. Appoġġ ta’ kwalità għall-SMEs dwar il-ġestjoni tad-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali

Minkejja l-għadd kbir ta’ servizzi ffinanzjati pubblikament fl-ewropa li jipprovdu appoġġ għall-SMEs, ftit ħafna jistgħu jiġu deskritti bħala li jrendu ħafna, minkejja li jeżistu xi “ rqajja’ ” ta' programmi mfassla b'mod xieraq.[48]. Id-drittijiet tal-proprjetà industrijali, tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, għandhom, flimkien ma’ assi intellettwali oħra, jiġu inklużi bħala element integrali tal-pjan tan-negozju tal-kumpaniji. L-appoġġ ta’ kwalità għall-SMEs dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali għandu jkun imfassal skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom. Dan jeħtieġ tagħqida rara ta’ għarfien espert legali, tekniku u tan-negozju. L-inizjattiva ip4inno “ħarreġ lil min iħarreġ”[49] tħejji li dawk li jħarrġu li qed jispeċjalizzaw fl-IPR biex ixerrdu l-għarfien lill-komunitajiet konsultattivi tan-negozju. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-SMEs jistgħu wkoll jagħlu użu aħjar mill-għarfien espert tagħhom. Meta jaħdmu flimkien l-uffiċji nazzjonali tal-privattivi u l-aġenziji teknoloġiċi/tal-iżvilupp, jistgħu joħolqu s-sinerġiji billi jgħaqqdu l-għarfien espert tekniku/legali u tan-negozju. L-għan tal-IP-Base Project huwa l-promozzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ azzjonijiet ġodda ta’ għarfien u appoġġ. Huwa bbażat fuq il-kollaborazzjoni bejn l-uffiċji nazzjonali tal-privattivi u l-istrutturi lokali tal-innovazzjoni, inkluż l-Enterprise Europe Network.

L-SMEs Ewropej iridu dejjem aktar joperaw fi swieq barra l-UE sabiex ikun jistgħu jissoppravvivu u jistgħanew. Il-protezzjoni IPR b’saħħitha hija vitali biex l-SMEs jużaw bi sħiħ l-opportunitajiet kummerċjali ġodda. Il-Kummissjoni sejra ttejjeb l-għajnuna għall-kumpaniji f’pajjiżi terzi. Fiċ-Ċina, pereżempju, ġiet varata IPR Helpdesk sabiex tipprovdi pariri dwar l-IPRs (marbuta man-negozju), inkluż dwar l-infurzar. Din l-azzjoni pilota se tiġi vvalutata sabiex jitqies jekk dan l-appoġġ għandux jitkompla fuq perjodu itwal ta’ żmien, jitwessa' jew jiġi mmodifikat sabiex jilħaq il-ħtiġijiet futuri ta' l-SMEs.

Il-Kummissjoni ser:

- tivvaluta l-IPR Helpdesk fiċ-Ċina bil-għan li tipprovdi servizzi ottimizzati ta’ appoġġ IPR għall-SMEs fil-pajjiżi terzi u biex issir valutazzjoni tal-potenzjal għal appoġġ kontinwat u mwessa’.

L-Istati Membri huma mħeġġa:

- iqajmu kuxjenza dwar il-ġestjoni tal-assi intellettwali għan-negozji u r-riċerkaturi kollha, inklużi l-SMEs.

5. L-INFURZAR TAD-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI – IL-ĠLIEDA KONTRA L-IFFALSIFIKAR U L-PIRATERIJA

Il-protezzjoni ta’ innovazzjonijiet ġodda mill-proprjetà intellettwali trid tkun akkumpanjata minn mekkaniżmi effettivi tal-infurzar. L-iffalsifikar u l-piraterija qed jilħqu livelli allarmanti, b’implikazzjonijiet sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, u r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini. Madwar id-dinja, il-kummerċ internazzjonali fil-prodotti foloz u pirati fl-2005 ġie stmat għal $200 biljun[50]. L-iffalsifikar u l-piraterija huma fenomenu enormi, u huwa maħsub li qed jikber fil-valur assolut u proporzjonalment għall-PGD globali pari passu max-xejriet fil-kummerċ internazzjonali. Hemm għalhekk bżonn mill-kbarnett għall-azzjoni intensifikata, sew fi ħdan l-UE sew fil-pajjiżi terzi, sabiex jitħarsu l-kumpaniji Ewropej u l-investimenti tagħhom fl-innovazzjoni.

5.1. Infurzar effettiv permezz tal-leġiżlazzjoni Komunitarja

Fi ħdan is-suq uniku, id-Direttiva tal-Infurzar[51] hija l-qofol tal-kontribut tal-UE għall-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-piraterija. It-traspożizzjoni koretta u l-applikazzjoni prattika huma meħtieġa sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-Kummissjoni qed tgħin fil-koordinazzjoni tar-rapporti tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri, li huma meħtieġa jaslu sad-29 ta’ April 2009.

Miżuri tal-liġi kriminali jikkostitwixxu wkoll, f’każi xierqa, mezz biex jiġu infurzati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Id-differenzi fl-implimentazzjoni tal-proċeduri u l-penali kriminali joħolqu diskrepanzi fil-livell tal-protezzjoni disponibbli għad-detenturi tad-drittijiet. Il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li l-Istati Membri jridu jimplimentaw miżuri tal-liġi kriminali effettivi.

Meta qorti tkun qieset li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu nkisru, l-infurzar tas-sentenza jew tal-ordni m’għandux jipprezenta diffikultajiet sinifikanti għad-detentur tad-drittijiet. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra kif l-infurzar transkonfinali jista’ jiġi ssimplifikat bħala parti mir-Regolament Brussels I[52]. Wieħed mill-elementi maħsuba huwa t-tneħħija tar-rekwiżit exequatur[53] bħala pre-kundizzjoni għall-infurzar ta’ sentenza minn Stat Membru ieħor.

Il-Kummissjoni ser:

- tiżgura traspożizzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva tal-Infurzar 2004/48/KE

- tqis kif l-infurzar transkonfinali tas-sentenzi jista’ jittejjeb bis-saħħa tal-istħarriġ tagħha tar-Regolament Brussels I.

5.2. Inizjattivi mal-fruntieri

Mal-fruntieri tal-Komunità, il-merkanzija li hija ssuspettata li qed tikser l-IPRs tista tiġi ssekwestrata skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja[54]. Sabiex dan ikun effettiv, id-detenturi tal-IPRs għandhom jikkoperaw bis-sħiħ mad-dwana u jiskambjaw informazzjoni li tgħin lid-dwana tillokalizza b’suċċess il-merkanzija suspetta. Din it-tip ta’ kooperazzjoni hija wieħed mill-pilastri għall-pjan ta’ azzjoni għad-dwana biex tikkumbatti l-iffalsifikar u l-piraterija, li ġie adottat mill-Kummissjoni f’Ottubru 2005[55] u approvat mill-Kunsill. Il-Kummissjoni dalwaqt se tippreżenta r-riżultati ta' l-implimentazzjoni tagħha u biħsiebha sussegwentament tniedi pjan ta' azzjoni ġdid għad-dwana li jibni fuq is-suċċess ta' l-ewwel wieħed. L-emendi li saru dan l-aħħar għall-Kodiċi Komunitarju sabiex jitjiebu l-kontrolli għal raġunijiet ta’ sikurezza u sigurtà joffru għodod ġodda għat-tixrid rapidu tal-informazzjoni ta’ traffiku b’riskju għoli. Dawn l-għodod għandhom jintużaw sal-massimu tal-potenzjal tagħhom.

L-għadd ta’ każi ttrattati mid-dwana li jinvolvu l-prodotti foloz u pirati tela’ b’aktar minn 15% għal aktar minn 43,000 każ fl-2007[56]. L-infurzar mid-dwana wassal għal riżultati sinifikanti iżda din hija ovvjament biss parti mis-soluzzjoni. Huwa kritikament importanti li dan siri flimkien ma’ azzjonijiet li jipprevjenu d-distribuzzjoni u fl-aħħar mill-aħħar il-manifattura ta’ merkanzija li tikser l-IPR. Barra minn hekk, huwa magħruf li hija essenzjali aktar kooperazzjoni mad-dwana fil-pajjiżi manifatturi. Għal dan il-għan, qed jitfassal mal-awtoritajiet fiċ-Ċina pjan konġunt ta’ azzjoni mid-dwana kontra l-iffalsfikar u l-piraterija. Dan il-pjan għandu jiġi ffinalizzat fl-2008.

Fl-istess ħin, it-titlu tal-privattiva Komunitarja unitarja li jipprovdi protezzjoni ġeografika mingħajr ebda kavilli legali jista’ jagħmel aktar effettiva l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkupjar tal-prodotti brevettati mill-kumpanijie Ewropej. Dan iżomm milli jidħlu prodotti foloz fis-Suq Uniku Ewropew u jiffaċilita s-sekwestru tagħhom mill-awtoritajiet tad-dwana mal-fruntieri esterni kollha tal-UE u t-tneħħija tagħhom mis-suq kull fejn jidħlu fil-kanali tad-distribuzzjoni.

Il-Kummissjoni ser:

- tfittex li tiżgura użu sħiħ mid-detenturi tad-drittijiet u d-Dwana tal-għodod tal-qsim tal-informazzjoni sabiex jintlaqat it-traffiku ta’ riskju għoli ta’ merkanzija falza

- tiżviluppa pjan ta’ azzjoni ġdid dwar ir-reazzjoni tad-dwana għall-iffalsifikar u l-piraterija

- tiżviluppa pjan konġunt ta’ azzjoni kontra l-iffalsfikar u l-piraterija mal-awtoritajiet doganali Ċiniżi għal waqt l-2008.

5.3. Azzjonijiet non-leġiżlattivi kumplimentari

L-infurzar effettiv jirrikjedi netwerks mtejba bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, bejn l-awtoritajiet nazzjonali differenti fl-Istati Membri, u bejn is-settur pubbliku u privat. Trid ukoll titjieb il-kuxjenza dwar il-ħsara li jġibu magħhom l-iffalsifikar u l-piraterija. Il-konsumaturi kultant jassoċjaw il-merkanzija falza mal-ħwejjeġ u l-prodotti tal-lussu rħas, iżda ma jkunux jafu dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-verżjonijiet foloz ta’ mediċina, prodotti għall-kura personali, komponenti elettroniċi u komponenti tal-vetturi. Minbarra dan, hemm ukoll għarfien limitat dwar ir-rabta bejn oġġetti foloz u l-evażjoni fiskali, il-ħasil tal-flus, il-kartelli tad-drogi, l-involviment paramilitar, assoċjazzjonijiet tal-kriminalità organizzata u t-tħaddim tat-tfal. L-idea ta’ edukazzjoni u tixrid ta’ kuxjenza dwar l-importanza ta’ dritt ta’ l-awtur għad-disponibbiltà ta’ kontenut qed tiġi appoġġata bis-sħiħ bħala għodda fil-ġlieda kontra l-piraterija.[57]. Approċċ pubbliku ta’ “tolleranza żero” lejn il-ksur tal-IPR jista’ jgħin fit-titjib ta' l-infurzar għad-detenturi tatd-drittijiet, inklużi l-SMEs[58].

Sabiex jittejbu n-netwerks tal- intelligence , il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri u ser tistudja kif il-ġbir u d-dokumentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-attività illegali jistgħu jkunu aktar effettivi. Fi ħdan Stat Membru, il-qsim tal-aħjar prattiki jista’ jsaħħaħ il-kooordinazzjoni bejn il-protagonisti ewlenin, fosthom l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, l-uffiċjali, il-prosekuturi, l-uffiċji tal-proprjetà intellettwali u l-qrati Fost l-Istati Membri, netwerk effiċjenti ta' kooperazzjoni amministrattiva transkonfinali jista' jitwaqqaf sabiex jiffaċilita l-iskambju rapidu ta' l-informazzjoni. Dan jista’ jissejjes fuq sistemi eżistenti, bħas-sistema ta' informazzjoni tas-suq intern[59] li tista' tintuża biex ixxerred l-informazzjoni dwar l-oġġetti ffalsifikati.

L-infurzar jista’ wkoll jitjieb permezz ta’ kooperazzjoni akbar bejn is-settur pubbliku u s-settur privat. Il-Kummissjoni se tesplora sa liema punt jista’ jintlaħaq nqbil inter-industrijali fuq il-livell tal-UE sabiex jitrażżan it-tniżżil elettroniku fuq skala kbira ta' materjal protett mid-dritt ta' l-awtur, filwaqt li jinstab il-bilanċ bejn il-bżonn li titħares id-dejta personali u l-impatt li għandhom il-websites tal-qsim tal-fajls fuq l-industrija kreattiva. Ftehim bejn il-partijiet interessati fuq il-livell tal-UE jista’ wkoll jintlaħaq bħala pass lejn l-eliminazzjoni tal-bejgħ tal-prodotti foloz fuq l-internet.

Il-Kummissjoni ser:

- tqis il-kontribut potenzjali li aktar attività ta’ tqajjim ta’ kuxjenza tista’ tagħti lejn il-bdil tal-perċezzjoni pubblika dwar l-oġġetti foloz u pirati, sew fuq livell Ewropew sew mill-Istati Membri

- tistudja kif il-ġbir tal-informazzjoni jista’ jittejjeb sabiex ikun jista’ jkun hemm dokumentazzjoni komprensiva bħala bażi għal azzjonijiet ta’ infurzar li jkunu mmirati aħjar

- taħdem biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha involuti fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-pirateriaj fi ħdan l-Istati Membri individwali sabiex issaħħaħ l-effiċjenza tal-azzjonijiet fuq livell nazzjonali

- tesplora soluzzjonijiet biex tistabbilixxi netwerk effettiv għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri sabiex tippermetti għal azzjonijiet madwar l-Ewropa

- taġixxi sabiex tiffaċilita ftehimiet bejn is-setturi pubbliċi u privati kontra l-ksur tal-proprjetà intellettwali

- tfittex li tasal għal ftehim bejn l-insutriji fuq il-livell tal-UE sabiex jitnaqqas it-traffiku fuq l-internet marbut mal-piraterija u l-bejgħ ta’ oġġetti foloz.

L-Istati Membri huma mistiedna, fi ħdan l-ambitu tal-istrateġija ta’ Liżbona, jiżguraw li hemm informazzjoni u riżorsi biżżejjed għall-awtoritajiet tal-infurzar biex jaħdmu kostruttivament mad-detenturi tad-drittijiet fil-ġlieda kontra l-vjolazzjonijiet tal-proprjetà intellettwali.

6. Id-dimensjoni internazzjonali

6.1. Ir-riforma tal-marki kummerċjali

It-Trattat WIPO ta’ Singapor dwar id-Dritt tal-Marki Kummerċjali[60] ta’ l-2006 jibni fuq it-Trattat tad-Dritt tal-Marki Kummerċjali ta’ l-1994 u għandu l-għan li joħloq qafas internazzjonali modern u dinamiku għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi tar-reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali. It-Trattat jipprovdi għal żviluppi ġodda fit-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, miżuri ta’ solliev fuq limiti ta’ żmien, u jirrikonoxxi espliċtament il-marki kummerċjali viżiblli non-tradizzjonali u l-marki mhux viżibbli, bħall-marki tal-ħoss u tat-togħma. Hemm ukoll arranġamenti speċjali sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jingħataw assistenza teknika sabiex ikunu jistgħu jieħu l-aħjar vantaġġ mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat. L-industrija Ewropea tista’ tgawdi mill-ftehim b’suċċess tat-Trattat biss bir-ratifika jew l-adeżjoni minn Stati Membri tal-UE u l-KE.

Il-Kummissjoni se twitti t-triq għall-adeżjoni tal-KE għat-Trattat ta' Singapor dwar id-Dritt tal-Marki Kummerċjali u tħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw dan it-Trattat.

6.2. L-aġenda għar-riforma tal-privattivi

L-armonizzazzjoni tal-liġi dwar il-privattivi tista’ tagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji Ewropej biex jibbrevettaw l-invenzjonijiet tagħhom barra mill-UE. Sa mill-1970, it-Trattat għall-Kooperazzjoni fil-Privattivi (PCT)[61] offra rotta għall-protezzjoni globali tal-privattivi permezz ta' applikazzjoni internazzjonali waħdanija. Il-formalitajiet ġew fil-biċċa l-kbira armonizzati mit-Trattat dwar id-Dritt tal-Privattivi[62] tal-2000, iżda ftit li xejn sar progress fl-ilħqi ta’ qbil dwar Trattat ta' Dritt Sostanzjali dwar il-Privattivi (SPLT). Pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw qajmu tħassib dwar il-fatt li sistema ta’ privattivi għandha tqis b’mod xieraq l-interessi tagħhom. Iżda anki fost il-pajjiżi industrijalizzati jippersistu differenzi fis-sistema tal-privattivi. Fl-Istati Uniti, is-sjieda ta’ privattiv tingħata lill-ewwel individwu li jwettaq invenzjoni, bil-kontra tal-Ewropa fejn is-sjieda tingħata li min japplika l-ewwel għall-privattiv. Differenzi oħra huma l-perjodu ta’ grazzja fl-Istati Uniti qabel ma tintefa’ applikazzjoni fejn jista’ jsir żvelar mingħajr ma jiġu ppreġudikati applikazzjonijiet għall-privattivi sussegwenti, u l-ebda obbligu biex jiġu ppublikati l-applikazzjoniet pendenti kollha fl-Istati Uniti mid-data tad-depożitu jew tal-prijorità. Fil-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, il-Kummissjoni se taħdem ma’ Stati Membri tal-UE sabiex tistabbilixxi l-ġejjieni għall-armonizzazzjoni tad-dritt internazzjonali tal-privattivi.

Armonizzazzjonin sostanza tad-dritt tal-privattivi kieku tissimplifika l-ipproċessar tal-privattivi, tiffaċilita attivitatjiet akbar ta’ qsim ta’ xogħol bejn l-uffiċji tal-privattivi, u fl-aħħar twassal għar-rikonoxximent reċiproku bejn l-uffiċji tal-privattivi mogħtija. L-Ewropa għandha r-responsabbilotà tiżgura li l-istandards ta’ kwalità għolja tal-brevettabbiltà huma wkoll parti minn oqfsa multilaterali.

Il-Kummissjoni se taħdem ma’ Stati Membri tal-UE għal armonizzazzjoni tad-dritt internazzjonali tal-privattivi fin-negozjati għal Trattat tad-Dritt Sostantiv dwar il-Privattivi u fil-Kunsill Ekonomiku Transatlntiku.

6.3. L-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-pajjiżi terzi

Bħala assi kompetittiv ewlieni għan-negozji tal-UE, dejjem qed jikber it tħassib dwar miżapproprjazzjoni akbar ta' l-IPRs f'pajjiżi terzi. Wara l-Istrateġija għall-Infurzar tal-IPRs fil-Pajjiżi Terzi fl-2004,[63] il-Kummissjoni saħqet dwar il-ħtieġa li ssaħaħ l-attività tal-infurzar tal-IPR u l-kooperazzjoni ma’ għadd ta’ pajjiżi prijoriotarji[64] ddefiniti abbażi ta’ stħarriġ separat[65] li se jiġi regolarment aġġornat. L-azzjonijiet mal-pajjiżi prijoritarji jinkludu t-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjżi simili, it-twaqqif ta’ djalogi IPR, iċ-ċaqliq tar-riżorsi tal-assistenza teknika lejn l-infurzar, u t-tqajjim ta’ kuxjenza dwar kwistjonijiet IPR f’kumpaniji tal-UE li qed joperaw f’dawn il-pajjiżi. Fuq livell bilaterali, il-ftehimiet kummmerċjali kollha li qed jiġu diskussi jinkludu kapitoli speċifiċi dwar l-IPR. Permezzta’ konverġenza regolatorja, dawn għandhom jilħqu livell effettiv ta’ protezzjoni uu infurzar tal-IPRs u jiċċaraw aktar l-obbligi internazzjonali.

Mil-lat multilaterali, ħarġu inizjattivi ġodda dwar l-infurzar fi ħdan forums differenti bħall-Kunsill tad-WTO/TRIPs, il-GB (il-proċess ta' Helingendamm), l-OECD u d-WPO. Proposta li saret dan l-aħħatr għat-tisħiħ tal-qafas IPR internazzjonali huwa l-ftehim kummerċjali kontra l-iffalsifikar (ACTA). Din l-inizjattiva konġunta bejn l-Istati Uniti u l-Ġappun tfittex ftehim internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-ksur ta' l-IPR. Tidentifika tliet oqsma ta' qbil: il-kooperazzjoni internazzjonali, l-aktar bejn id-dwana u aġenziji oħra ta' l-infurzar, it-tisħiħ tal-qafas ta' l-infurzar permezz tat-tijib ta' l-għarfien espert, u l-qafas stautotrju. Fid-dawl tal-potenzjali li tist’a toffri l-azzjoni koordinata, il-Kummissjoni qed tħadem skont mandat ta’ negozjar sabiex tasal għal ftehim formali.

Il-Kummissjoni ser:

- twettaq stħarriġ IPR fuq bażi regolari dwar l-attività ta’ infurzar barra l-UE

- tfittex protezzjoni u infurzar effettivi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil–ftehimiet kummerċjali bilaterali

- issaħħaħ l-attività tal-infurzar u l-kooperazzjoni fil-pajjiżi terzi bis-saħħa ta’ djalogi regolatorji, partikolarment dawk b’livelli għolja ta’ falsifikar u piraterija

- taħdem lejn ftehim kummerċjali multilaterali kontra l-iffalsifikar

6.4. Kwistjonijiet ta’ żvilupp

Fl-aħħar snin, id-diskussjonijiet internazzjonal raw enfażi fuq il-proprjetà industrijali fid-dinja li qed tiżviluppa, u kif din tista' tkun għodda għall-iżvilupp soċjali, ambjentali, ekonomiku u internazzjonali. Il-Kumitat Permanenti dwar l-Iżvilupp u l-Prprjetà Intellettwali fi ħdan id-WPO maħluq fl-2007 jista’ jirrapreżenta pjattaforma sinfikanti sabiex isir progress f’dan id-dibattitu. Eżempju ieħor huwa l-Grupp ta’ Ħidma Intergovernattiv ad hoc tad-WHO (IGWG) dwar is-Saħħa Pubblika, l-Innovazzjoni u l-Proprjetà Intellettwali li dan l-aħħar iffinalizza strateġija globali[66] bil-għan li jitjieb l-aċċess għall-mediċini u tiġi affrontata l-problema dejjem tiber ta’ mard ittraskurat, speċjalment fil-pajjżi li qed jiżviluppaw. L-UE ikompli jkollha rwol ewlieni fl-inizjattivi dwar il-proprjetà industrijali biex igawdu minnu dawk fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk l-inqas żviluppati.

Fil-qafas tal-Konvenzjon Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, ir-relazzjoni bejn il-politiki dwar id-drittijiet tal-proprjetà intelettwali u l-kundizzjonijiet ix-xierqa għat-trasferiment teknoloġiku ġew stabbiliti fil-Bali Roadmap tal-2007[67]. L-UE lesta tidħol għad-diskussjonijiet kull fejn effetti sekondarji possibbli jistgħu jxekklu l-progress tal-pajjżi li qed jiżviluppaw fil-ġlieda konrra t-tibdil fil-klima.

Fil-Kumitat Intergovernattiv tal-WIPO dwar il-Proprjetà Intellettwali, ir-riżorsi ġenetiċi, l-għarfien tradizzjonali u l-folklor (IGC), il-Komunità Ewropea ressqet proposta fl-2004 biex jiġi stabbilit rekwiżit obbligatorju biex applikant għal privattiv jikxef is-ors/l-oriġini ta kull riżorsa ġenetika u għarfien tradizzjonali assoċjat li jkun ġew użati fl-applikazzjonijiet tiegħu għall-privattiva[68]. Dan ir-rekwiżit ikun jista’ jgħin lill-komunitajiet indiġeni li jkunu ġejjin minnhom dawn ir-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali biex jippermettu l-verifika mar-regoli dwar il-Qsim tal-Aċess u l-Benefiċċji (ABS) sabiex jaqsmu l-benefċċiji mill-isfruttament kummerċjali tal-priovattivi u jgħin8 wkoll lill-Uffiċji tal-Privattivi fl-eżaminar tan-novità ta’ dawn l-invenzjonijiet, Il-Kummissjoni għalhekk tkompli tappoġġa l-isforzi lejn l-adozzjoni tal-proposta u tinnota li l-liġijiet dwar il-privattivi f’xi pajjżi Membri fihom dispożizzjonijiet dwar l-iżvelar tal-oriġini ġeografika tal-materja bijoloġika fl-applikazzjoni għall-privattivi.

Wara d-Dikjarazzjoni ta’ Doha adotatta mid-WTO fl-2001[69] u d-deċiżjonijiet sussegwenti[70] biex jiġi emendat il-Ftehim TRIPs, l-UE adottat, f’Mejju 2006, ir-Regolament dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika,[71]. Ir-ratifika tal-UE tal-Protokoll 2005 li jemenda l-Ftehim TRIPS tikkostitwxxxi sinjal importanti ta’ impenn f'dan il-qasam partikolari.

Il-Kummissjoni se tieħu sehem attiv fid-diskussjonijiet internazzjonali li għandhom l-għan li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw iwettqu l-potenzjali tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali tagħhom.

7. KONKLUżJONIJIET

Sabiex issewwi n-nuqqasijiet li hemm fis-sistema kurrenti tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali sabiex toħroġ l-aħjar riżultati mill-poetznjal u l-kompetittività ta' l-Ewropa, hija meħtieġa azzjoni integrata. Fil-qasam tal-privattivii, il-privattiv Komunitarju waħda jkun soluzzjoni mill-kbar għad-diffikultajiet fil-protezzjoni tal-invenzjonijiet, bħal ma huma l-ispejjeż u l-kumplessitajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom l-inventuri u n-negozjanti fl-Ewropa. Minbarra dan, sistema ġurisdiżzjonali integrta tal-UE tkun tista’ ttejjeb sostanzjalment l-aċċessibbiltà għass-oluzzjoni tat-tilwimiet u ċ-ċertezza legali għad-detenturi tad-drittijiet kif ukoll għall-partijet terzi. Huwa għalhekk ta’ importanza ewlenija li jintlaħqu dawn l-għanijiet bħala kwistjoni ta’ urġenza.

Wara l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi pendenti, se jitwaqqfu, fuq livell Komunitarju, sistemi ta’ protezzjoni għad-drittijiet tal-proprjetà industrijali ewlenin. Madankollu, se jkun hemm bżonn evalwazzjoni tul is-żmien tas-sistemi sabiex tiġi żgurata l-effettiviotà ottimali tagħhom. Barra minn hekk, huma meħtieġa azzjonijiet kumplimentari importanti sabiex jintrifed il-qafas legali ħalli jkun jista’ jipprovdi drittijiet infurzabbli u qawwija lin-negozji Ewropej ta' kull settur u daqs kif ukoll inventuri u organizzazzjonijiet ta' riċerka sabiex jittieħed vantaġġ sħiħ mill-opprtunitajiet ipprovduti minn ekonomija globali bbażata fuq l-għarfien.

Din il-Komunikazzjoni prinċipalemnt titratta azzjonijiet fuq livell Komunitarju. Madankollu, maħsuba biex tnebbaħ aktar djalogu u azzjonijiet mill-Istati Membri u l-partijiet interessati tas-soċjetà. L-Istati Membri għandhom rwol importanti hawnhekk fil-formulazzjoni tal-istrateġiji fl-oqsma tal-kompetenmza tagħhom. Barra minn hekk, l-inventuri, l-organizzazjzonijiet ta’ riċerka u l-SMEs irid ikolhom kuxjenza akbar dwar il-potenzjal tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Meta jkunu qed jużaw drittijiet tal-prorjetajà insustrijali formali, in-negozji in ġenerai jridu jibnuhom b’tali mod mod li jaslu għal stratġeija globali tan-negozju. Ir-responsabbiltà li jitwettaq il-potenzjal sħiħ li jistgħu jipprovdu dawk id-drittijiet tal-proprjetà industrijali lill-ekonomija tal-Ewropa hija għalhekk waħda komuni u maqsuma.

[1] Dwar id-dritt ta’ l-awtur, il-Kummissjoni ppublikat Green Paper "Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien" COM(2008) 466 finali

[2] “Insaħħu s-sistema tal-privattivi fl-Ewropa” - COM(2007)165 finali

[3] “Rapport Strateġiku dwar il-verżjoni mġedda ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi: it-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010) Jinżamm ir-ritmu tal-bidla” COM(2007) 803 finali PARTI I

[4] Avviż tal-Kummissjoni — Guidelines on the application of Article 81 of the EC Treaty to technology transfer agreements (Linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE għall-ftehimiet dwar it-trasferiment teknoloġiku) ĠU C 101, 27.04.2004, p.2

[5] “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa” - COM(2008)394 finali

[6] “Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali f'attivitajiet ta’ trasferiment ta’ għarfien u Kodiċi ta’ Prattika għall-universitajiet u għal organizzazzjonijiet oħra ta' riċerka pubblika", COM(2008)1329 ta’ l-10.4.2008;

[7] “Titjib it-trasferiment ta' l-għarfien bejn istituzzjonijiet ta' riċerka u l-industrija madwar l-Ewropa: it-tħaddim ta' l-innovazzjoni miftuħa", COM(2007) 182 finali

[8] L-eżenzjoni tar-riċerka mill-infrazzjoni tal-privattivi tippermetti li teknika brevettata tintuża mir-riċerkaturi għal għanijiet sperimentali jew privati jew mhux kummerċjali. L-applikazzjoni tagħha fl-Istati Membri tal-UE qiegħda bħalissa tiġi evalwata fi studju fuq bażi wiesgħa, ara http://www.eutechnologytransfer.eu/deliverables/experimental_use_exemption.pdf

[9] "The value of knowledge: European firms and the intellectual property challenge", white paper ta’ l-Economist Intelligence Unit 2007 ippubblikata minn The Economist

[10] Il-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (magħmula f’Pariġi 1883, riveudta l-aħħar fi Stokkolma 1967)

[11] Aspetti marbuta mal-kummerċ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Ara http://www.wto.int/english/docs_e/legal_e/27-trips_01_e.htm

[12] “Ewropa moderna, miftuħa għall-innovazzjoni” - COM(2006)589 finali

[13] “Insaħħu s-sistema tal-privattivi fl-Ewropa” - COM(2007)165 finali

[14] Konsultazzjoni u smigħ pubbliku dwar il-politika tal-privattivi għall-ġejjieni fl-Ewropa fl-2006 http://ec.europa.eu/internal_market/indprop/docs/patent/hearing/preliminary_findings_en.pdf

[15] "Policy options for the improvement of the European patent system" – studju mitlub mill-grupp Science Technology Options Assessment (STOA) group fil-Parlament Ewropew fuq http://www.europarl.europa.eu/stoa/publications/studies/stoa16_en.pdf

[16] "Għanqud ta' privattivi" tirreferi għall-problema li tista' tinqala' meta għadd kbir ta' privattivi jkunu meħtieġa għall-manifatturar ta' prodott u l-innovazzjoni fis-settur tonqos għal xi żmien minħabba l-biża' ta' sospensjoni jew ta' tilwim għall-ksur ta' privattiva.

[17] “Patent trolls” huma sidien ta’ privattivi li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jużaw id-drittijiet tal-privattivi biex bihom jheddu lill-kumpaniji b’azzjonijiet ta’ ksur sabiex jiksbu ordni interlokutorja u jiġbru miżati tal-liċenzji minn partijiet terzi.

[18] Ir-rapport annwali tal-EPO tal-2006 fuq http://www.epo.org/about-us/office/annual-reports/2006.htm

[19] "When small is beautiful: measuring the evolution and consequences of the voluminosity of patent applications at the EPO", Eugenio Archontopoulos et al . Information Economics and Policy, Vol 19, No. 2 (June 2007)

[20] Hemm daqs 10 miljun privattiv mhux eżaminat fid-dinja, u għand l-EPO, l-għadd ta' proċeduri ta' eżaminar pendenti laħaq 304100 fl-2006, żieda minn 285400 fl-2005.

[21] “Prior art” hija l-informazzjoni magħmula disponibbli lill-pubbliku qabel data partikolari li hija rilevanti għall-oriġinalità ta’ applikazzjoni għall-privattiva, u għalhekk għal-ambitu tad-drittijiet tal-privattiva li għandhom jingħataw.

[22] Study Eurobrand2007: http://study.eurobrand.cc/valueranking2007/

[23] Ara l-websajt ta’ l-OHIM għad-dettalji: http://oami.europa.eu/en/userscorner/default.htm

[24] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tal-21 ta’ Diċembru 1997 dwar id-disinji Komunitarji, OJ L 3, 5.1.2002, p.1

[25] Id-Direttiva 98/71/KE tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' disinji OJ L 289, 28.10.1998, p.2

[26] “Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/71/KE dwar il-protezzjoni legali tad-disinni “ COM (2004) 582}

[27] Il-protezzjoni tingħata minn tliet Regolamenti li jkopru l-inbejjed (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 ĠU L 179 14.7.1999, p.1), l-ispirti (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 110/2008 ĠU L 39, 13.2.2008, p.16) u l-prodotti agrikoli u tal-ikel (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 510/2006 OJ L 93 31.3.2006, p.12)

[28] Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) tas-17 ta' Settembru 2007, Microsoft v Commission , Każ T-201/04

[29] Avviż tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 għal ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali, Ġurnal Uffiċjali C 3 tas-6.01.2001, p. 2;

[30] Linji gwida Ġenerali għall-Kooperazzjoni bejn CEN, Cenelec u ETSI u l-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, iffirmata fit-28 ta’ Marzu 2003, ĠU C 91, 16.04.2003, p.7

[31] Pereżempju, f’xi ċirkostanzi, liċenzji mingħajr royalties jistgħu jkunu effettivi fil-promozzjoni ta’ adozzjoni wiesgħa ta’ standards f’oqsma fejn japplikaw effetti qawwija tan-netwerks.

[32] “Lejn aktar kontribuzzjoni min-naħa ta’ l-istandardizzazzjoni għall-innovazzjoni fl-Ewropa” COM(2008) 133 finali

[33] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2003)1422 tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar it-tifsira ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ĠU L 124 20.5.2003 p.36

[34] “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni li timplimenta l-Programm Komunitarju ta’ Liżbona Politika Moderna tal-SMEs għat-Tkabbir u l-Impjiegi” COM(2005) 551 finali

[35] Il-Ftehim iddatat 17 ta’ Ottubru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 65 EPC [2001] OJEPO 549

[36] Ara http://www.epo.org/patents/law/legislative-initiatives/epc2000.html

[37] “Insaħħu s-sistema tal-privattivi fl-Ewropa” - COM(2007)165 finali – ara l-Anness II u referenzi fih għall-kalkoli dwar il-benefiċċji min-nefqa li joħorġu mill-Ftehim ta’ Londra u l-privattiva Komunitarja

[38] http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/sba_en.htm#aa

[39] http://ec.europa.eu/internal_market/indprop/docs/patent/hearing/preliminary_findings_en.pdf

[40] Entitajiet żgħar jistgħu jieħdu tnaqqis ta’ 50% tal-miżata taħt il-liġi tal-IstatiI Uniti dwar il-privattivi, ara http://www.uspto.gov/web/offices/pac/mpep/mpep_e8r6_appxl.pdf

[41] Pereżempju, is-sussidjar ta' min japplika għall-ewwel darba għall-privattiv (eż. is-servizz 1er brevet ta’ OSEO Innovation fi France jew INSTI SME Patent Action fil-Ġermanja), jew li jiġu permessi aktar sussidji (eż. is-servizz IPAS fl-Irlanda).

[42] Xi pajjiżi jippermettu t-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul mid-dħul tal-liċenzji mill-privattivi.

[43] Memorandum dwar it-tneħħija tal-ostakli għal użu aħjar tas-sistema IPR mill-SMEs: Rapport mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija fuq http://www.proinno-europe.eu/NWEV/uploaded_documents/IPR_Expert_group_report_final_23_07_07.pdf

[44] ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1

[45] "The possible introduction of an insurance against costs for litigation in patent cases" minn CJA Consultants Ltd fuq http://ec.europa.eu/internal_market/indprop/docs/patent/studies/pli_report_en.pdf - a follow-up study

[46] Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, OJ L 136, 25.5.2008, p.3.

[47] Ara http://ec.europa.eu/civiljustice/adr/adr_ec_code_conduct_en.htm

[48] Benchmarking National and Regional Support Services for SMEs in the Field of Intellectual and Industrial Property fuq http://www.proinno-europe.eu/admin/uploaded_documents/Benchmarking-Report-SME.pdf

[49] Ara http://www.proinno-europe.eu/index.cfm?fuseaction=page.display&topicID=63&parentID=5 4

[50] Organisation for Economic Cooperation and Development, The Economic Impact of Counterfeiting and Piracy 4/6/07 DSTI/IND(2007)9/PART4/REV1

[51] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ĠU L 157, 30.4.2004, p. 16.

[52] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (Brussell I), ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.

[53] Meta jkun hemm rekwiżit exequatur, sentenza mogħtija fi Stat Membru li hija infurzabbli f’dak l-Istat Membru hija infurzabbli fi Stati Membri oħra meta tkun ġiet iddikjarata infurzabbli hemmhekk.

[54] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat- 22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettata li tikser ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tinstab li tkun kisret dawk id-drittijiet OJ L 328, 30.10.2004, p.16

[55] “Rispons tad-Dwana għax-xejriet ta’ dan l-aħħar fl-Iffalsifikar u l-Piraterija” COM (2005) 479 finali

[56] Ara http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/statistics2007.pdf

[57] “Kontenut Kreattiv Onlajn fis-Suq Uniku” COM(2007) 836 finali

[58] L-effetti tal-iffalsifikar fuq l-SMEs tal-UE u stħarriġ ta’ inizjattivi u riżorsi varji IPR pubbliċi u privati fuq http://www.ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/industry/doc/Counterfeiting_Main%20Report_Final.pdf

[59] Ara http://ec.europa.eu/idabc/en/document/5378/5637

[60] Ara http://www.wipo.int/treaties/en/ip/singapore/

[61] Ara http://www.wipo.int/treaties/en/registration/pct/

[62] Ara http://www.wipo.int/treaties/en/ip/plt/index.html

[63] ĠU C 129, 26.5.2005, p. 3

[64] “L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija - Kontribut lill-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir, Ekonomiku u l-Impjiegi' (COM(2006)567),

[65] http://ec.europa.eu/trade/issues/sectoral/intell_property/survey2006_en.htm

[66] http://www.who.int/phi/documents/POAWhitePaper.pdf

[67] Ara http://unfccc.int/meetings/cop_13/items/4049.php

[68] Ara http://www.wipo.int/tk/en/genetic/proposals/european_community.pdf

[69] Ara http://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/min01_e/mindecl_trips_e.htm

[70] Ara http://www.wto.org/english/tratop_e/trips_e/implem_para6_e.htm and http://www.wto.org/english/tratop_e/trips_e/wtl641_e.htm

[71] Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika, ĠU L 157 09.06.2006. p.1

Top