This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0158
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions From Monterrey to the European Consensus on Development: honouring our commitments {COM(2007) 163 final} {COM(2007) 164 final}
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-ParlamentEwropew, il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u l-Kumitattar-Regjuni - Minn Monterrey għall-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp: nonoraw l-impenji li ħadna {KUMM(2007) 163 fínali} {KUMM(2007) 164 fínali}
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-ParlamentEwropew, il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u l-Kumitattar-Regjuni - Minn Monterrey għall-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp: nonoraw l-impenji li ħadna {KUMM(2007) 163 fínali} {KUMM(2007) 164 fínali}
/* KUMM/2007/0158 finali */
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-ParlamentEwropew, il-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew u l-Kumitattar-Regjuni - Minn Monterrey għall-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp: nonoraw l-impenji li ħadna {KUMM(2007) 163 fínali} {KUMM(2007) 164 fínali} /* KUMM/2007/0158 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.4.2007 KUMM(2007) 158 finali KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI Minn Monterrey għall-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp: nonoraw l-impenji li ħadna {KUMM(2007) 163 fínali}{KUMM(2007) 164 fínali} WERREJ Introduzzjoni 3 1. L-Unjoni Ewropea onorat l-impenji globali tagħha li żżid l-għajnuna fl-2006 – iżda biex tirrispetta l-iskadenzi li jmiss jinħtieġu sforzi supplimentari u konġunti 3 2. L-għajnuna għall-kummerċ għandha tiżdied biex il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu jistgħu jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ - ser ikun jinħtieġ pjan ta' implimentazzjoni 5 3. Il-Kwalità u l-effettività ta' l-għajnuna Ewropea għandhom jitkattru - Il-Kummissjoni pproponiet kodiċi ta' mġiba dwar it-tqassim tax-xogħol 6 4. Konklużjoni 7 INTRODUZZJONI Bl-adozzjoni tal-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp f'Diċembru 2005, l-Unjoni Ewropea (UE) poġġiet l-iżvilupp fil-qalba ta' l-azzjoni esterna tagħha u tatu dimensjoni politika mingħajr preċedenti. Għall-ewwel darba, viżjoni komuni li torbot lill-Kunsill, lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lil kull wieħed mis-sebgħa u għoxrin Stat Membru, toffri l-qafas ta' referenza neċessarju għall-azzjoni ta' l-Unjoni biex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv il-faqar u ż-żieda ta' l-inugwaljanzi fid-dinja, u biex jiġu ffaċċjati b'aktar koerenza l-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima, l-enerġija, il-migrazzjoni, is-sigurtà, u d-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni. Dan jifforma dimensjoni importanti ta' l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli li llum hija fost l-għanijiet ġenerali ta' l-UE. Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza u l-varjetà tal-mezzi ta' azzjoni favur l-iżvilupp, l-UE ddeċidiet li żżid l-isforzi ta' għajnuna tagħha b'mod sostanzjali, meqjusa neċessarji aktar minn qatt qabel biex jitħaffef il-progress lejn l-Għanijiet tal-Millenju. Mill-konferenza ta' Monterrey dwar il-finanzjament ta' l-iżvilupp lilhawn, fl-2002 l-Unjoni impenjat ruħha li żżid il-volum ta' l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp. B'mod partikolari impenjat ruħha li tiddedika total ta' 0.39% tad-dħul gross nazzjonali tagħha għall-għajnuna għall-iżvilupp fl-2006 u 0.56% fl-2010, biex tilħaq 0.7% fl-2015. Bil-kontribut attiv tagħha għall-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-effettività ta' l-għajnuna, l-UE impenjat ruħha wkoll li twettaq riforma fil-fond tas-sistema ta' għajnuna tagħha. L-Unjoni Ewropea rrikonoxxiet li l-pajjiżi msieħba għandhom ir-responsabbiltà ewlenija ta' l-iżvilupp tagħhom u ntrabtet li tagħti għajnuna adattata għall-ħtiġiet speċifiċi tagħhom. L-UE tikkontribwixxi f'dan il-proċess permezz ta' l-investiment tagħha fis-setturi soċjali, fl-infrastruttura, fir-riformi istituzzjonali u fl-appoġġ tagħha għall-isforzi ta' tmexxija tajba. B'hekk tfassal qafas politiku mingħajr preċedenti bejn il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u l-Unjoni Ewropea, li jgħaqqad l-għajnuna mad-djalogu politiku. L-Ewropa għandha d-dmir li tagħmel id-differenza. L-influwenza tagħha għandha tkun tirrifletti r-riżorsi fornuti. Il-Kunsill ta l-mandat tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura t-twettiq ta' dawn l-impenji. L-aħħar analiżi llum iwassluha biex tressaq tliet proposti biex tiżgura li l-impenji meħuda jiġu onorati kompletament. 1. L-UNJONI EWROPEA ONORAT L-IMPENJI GLOBALI TAGħHA LI żżID L-GħAJNUNA FL-2006 – IżDA BIEX TIRRISPETTA L-ISKADENZI LI JMISS JINħTIEġU SFORZI SUPPLIMENTARI U KONġUNTI Fl-2002, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha b'mod partikolari li fl-2006 tiddedika total ta' 0.39% tad-dħul gross nazzjonali tagħha għall-iżvilupp. Hija mhux biss laħqet dan it-tragward, iżda qabżitu. Fl-2006 l-UE allokat total ta' 0.42% tad-dħul gross nazzjonali tagħha għall-għajnuna fl-iżvilupp. Biex jiġi apprezzat dan l-isforz, ta' min iħares lejn iċ-ċifri komparattivi li ġejjin: - Fl-2006 l-għajnuna għall-iżvilupp ta' l-UE telgħet għal EUR 48 biljun, żieda apprezzabbli meta mqabbla ma' l-ammont ta' EUR 35 biljun fl-2004 u ta' EUR 45 biljun fl-2005. - L-għajnuna ta' Stat Membru qabżet il-1% tad-dħul gross nazzjonali tiegħu. - L-għaxar Stati Membri li daħlu fl-UE fl-2004, li kienu jipprovdu biss ammonti ta' għajnuna żgħar, min-naħa tagħhom irduppjaw l-isforzi tagħhom f'termini ta' volum, biex b'hekk urew l-impenn tagħhom lejn l- acuis Komunitarju u l-volontà li jilħqu l-għanijiet individwali tagħhom. - Dan l-isforz ta' għajnuna jirrappreżenta qrib EUR 100 għal kull ċittadin kull sena u EUR 40 għal kull persuna ħajja li taqla' anqas minn dollaru kuljum fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Għall-fini ta' paragun, l-għajnuna ta' l-Istati Uniti tirrappreżenta 0.17% tad-dħul gross nazzjonali u tirrappreżenta EUR 53 għal kull ċittadin Amerikan; fil-każ tal-Ġappun, iċ-ċifri rispettivi huma ta' 0.25% u EUR 69. Dan l-isforz kollettiv jaħbi disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri. Filwaqt li xi wħud jallokaw għall-iżvilupp aktar minn 0.80% tad-dħul gross nazzjonali tagħhom, biex b'hekk jaqbżu l-għanijiet l-aktar ambizzjużi b'mod sinifikanti, oħrajn għadhom 'il bogħod milli jilħqu l-medja jew l-għanijiet tagħhom stess, jew l-għajnuna tagħhom kienet anqas fl-2006 meta mqabbla ma' l-2005. Jidher ċar ukoll li parti kbira mill-għajnuna addizzjonali tingħata f'forma ta' tnaqqis ta' dejn. Il-problema fis-snin li ġejjin ser tkun kif ser tkompli tiżdied l-għajnuna għall-iżvilupp fit-totalità tagħha filwaqt li titnaqqas il-parti fi tnaqqis tad-dejn. Rigward l-allokazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-Unjoni, il-prijorità mogħtija lill-Afrika qiegħda tiġi kkonkretizzata għaliex mill-anqas nofs l-għajnuna Ewropea diġà qiegħda tmur għal dan il-kontinent, li mill-2010 għandu jibbenefika minn EUR 10 biljuni fis-sena f'għajnuna supplimentari. Għaldaqstant, globalment l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tonora l-impenji tagħha minn issa sa l-2010, iżda l-konferma ta' dawn it-tendenzi u r-riżultati jiddependu mill-kapaċità tal-mobilizzazzjoni ta' l-appoġġ politiku u pubbliku. Iż-żieda fl-għajnuna ta' ċerti Stati Membri irreġistrata sal-lum tirriżulta parzjalment minn operazzjonijiet ta' annullament ta' djun jew ta' interventi oħra ta' natura unika, partikolarment fil-qasam umanitarju. Iż-żamma ta' dinamika ta' żieda tal-baġits għall-għajnuna tirrikjedi li fil-futur jiġu mobilizzati flussi ġodda ta' għajnuna programmabbli. Dan il-bilanċ pożittiv iżda differenzjat, flimkien mal-ħtieġa li tiġi segwita l-evoluzzjoni tal-baġits ta' l-Unjoni għall-għajnuna, iwassal lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda li kull Stat Membru jistabbilixi, sa tmiem l-2007, pjan li jiżgura żieda gradwali tal-fluss ta' għajnuna pubblika minn issa sa l-2010 u sa l-2015 sabiex jiġu evitati diskrepanzi fil-konfront ta' l-impenji meħuda kemm fuq livell kollettiv kif ukoll fuq livell individwali. 2. L-GħAJNUNA GħALL-KUMMERċ GħANDHA TIżDIED BIEX IL-PAJJIżI LI QEGħDIN JIżVILUPPAW IKUNU JISTGħU JIBBENEFIKAW MIL-LIBERALIZZAZZJONI TAL-KUMMERċ - SER IKUN JINħTIEġ PJAN TA' IMPLIMENTAZZJONI Is-sehem tal-pajjiżi l-aktar foqra fil-kummerċ internazzjonali għadu marġinali minkejja t-tariffi preferenzjali li jibbenefikaw minnhom, b'mod partikolari fis-suq Ewropew. Minbarra l-għajnuna teknika fit-twettiq tal-politika kummerċjali (inkluża, ngħidu aħna, il-politika doganali), fl-aħħar snin żviluppa qbil dwar il-ħtieġa li jitkattar u jiġi integrat fl-istrateġiji ta' kooperazzjoni appoġġ akbar għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni, għall-infrastrutturi marbuta mal-kummerċ u biex jingħelbu limitazzjonijiet oħrajn tal-provvista. F'Diċembru 2005, l-UE intrabtet li mill-2010 l-għajnuna tagħha għall-kummerċ tlaħħaq iż-EUR 2 biljuni fis-sena komplessivament għall-pajjiżi kollha li qegħdin jiżviluppaw, fejn EUR 1 biljun huma f'għajnuna Komunitarja li magħhom jiżdiedu EUR 1 biljun ta' għajnuniet bilaterali mill-Istati Membri. Fuq stedina tal-Kunsill f'Ottubru 2006, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiftiehmu fuq strateġija konġunta ta' għajnuna għall-kummerċ. Skond il-Kummissjoni, din l-istrateġija għandha tinkludi l-elementi essenzjali li ġejjin: - iż-żieda mħabbra fil-volum ta' l-għajnuna ta' l-UE għall-kummerċ biex tlaħħaq iż-EUR 2 biljun fis-sena sa mill-2010. Il-Kummissjoni tinsab fit-triq it-tajba biex tonora dan l-impenn. L-Istati Membri jridu jilħqu l-livell ta' EUR 600 miljun fl-2008 biex jonoraw l-impenji tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandhom jinħasbu miżuri speċifiċi għal dan l-għan; - l-allokazzjoni ta' parti sinifikanti minn dawk ir-riżorsi lill-pajjiżi AKP fil-kuntest tal-Ftehimiet ta' Partenarjat Ekonomiku (FPE). L-istrateġija għandha tindika l-ammont maħsub għall-pajjiżi AKP; - proċess ta' identifikazzjoni tal-ħtiġiet tal-pajjiżi sieħba billi jitqiesu l-ewwel il-valutazzjonijiet magħmula minnhom stess kif ukoll il-mekkaniżmi internazzjonali eżistenti. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat hija fundamentali fil-proċessi u din għandha tiġi ffaċilitata. Barra minn hekk, għandha tiġi żgurata n-natura dewwiema tal-miżuri u tar-riformi mwettqa mill-UE; - għajnuna aktar effettiva permezz ta' l-implimentazzjoni tar-riformi mħabbra, b'mod partikolari l-progress lejn programmazzjoni konġunta, it-tqassim tax-xogħol, l-allinjament u modalitajiet aktar effettivi ta' l-għajnuna bħal għajnuna baġitarja u kofinanzjament; - it-twaqqif ta' fondi reġjonali fir-reġjuni AKP li permezz tagħhom jitkoprew il-ħtiġiet li jiġu identifikati fl-ambitu tal-FPE u b'appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali billi l-għajnuna Ewropea tiġi allokata u mwassla b'mod koerenti. Il-"Partenarjat għal Infrastruttura għall-Afrika", stabbilit fl-2006, jikkostitwixxi l-ewwel inizjattiva ta' dan it-tip. Bosta Stati Membri jikkontribwixxu diġà, l-oħrajn huma mistiedna jingħaqdu magħhom f'dan l-isforz komuni. 3. IL-KWALITÀ U L-EFFETTIVITÀ TA' L-GħAJNUNA EWROPEA GħANDHOM JITKATTRU - IL-KUMMISSJONI PPROPONIET KODIċI TA' MġIBA DWAR IT-TQASSIM TAX-XOGħOL[1] L-espansjoni u l-multiplikazzjoni ta' l-attivitajiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-aħħar snin wasslet għal sistema kumplessa u għalja biex titmexxa għall-pajjiżi sieħba. L-isforz ta' armonizzazzjoni mħeġġeġ b'mod attiv mill-Kummissjoni jinsab fil-qalba ta' l-Aġenda ta' Pariġi biex tinkiseb l-effettività ta' l-għajnuna li l-Unjoni impenjat ruħha dwarha. F'dan ir-rigward tliet dimensjonijiet huma fundamentali: - it-tqassim tax-xogħol. Il-Kummissjoni pproponiet kodiċi ta' mġiba ta' l-UE, ta' natura volontarja u flessibbli, maħsub biex iħeġġeġ il-komplimentarjetà bejn id-donaturi bil-ħsieb li tinkiseb effettività akbar; - l-approprjazzjoni u l-allinjament tal-programmi ta' kooperazzjoni dwar l-istrateġiji u l-proċeduri tal-pajjiżi sieħba. Dawn il-prinċipji huma espressi fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u fil-Konsensus Ewropew. Iżda r-realità fil-prattika hija 'l bogħod minn hekk. Minn naħa, iċ-ċiklu baġitarju tal-pajjiżi mhuwiex rispettat; min-naħa l-oħra, l-eċċess ta' kundizzjonijiet ixekkel il-kontinwità u l-prevedibbiltà ta' l-għajnuna. Il-Kummissjoni jidhrilha li wasal il-mument li jiġi implimentat il-kunċett ta' "kuntratt" marbut mar-riżultati tanġibbli fir-rigward ta' l-Għanijiet tal-Millenju minflok il-verifika annwali tal-kundizzjonijiet tradizzjonali imposti minn kull donatur; - il-modalitajiet ta' l-għajnuna. Il-programmi ta' għajnuna u l-għajnuna baġitarja għandhom kemm jista' jkun malajr isiru l-modalitajiet preferuti, mingħajr ma jkunu esklużi modalitajiet oħrajn fejn dawn ikunu aktar xierqa. Il-frammentazzjoni ta' l-għajnuna u l-multipliċità ta' proġetti żgħar, bħal ngħidu aħna fit-Tanzanija, fejn fis-settur tas-saħħa biss jeżistu f'daqqa 600 proġett ta' anqas minn miljun euro kull wieħed, jinvolvu spejjeż akbar u nuqqas ta' effettività. Dawn ir-riformi għandhom isiru fil-kuntest ta' progressi aktar deċiżivi lejn programmazzjoni konġunta ta' l-għajnuniet bilaterali u Komunitarji. 4. KONKLUżJONI L-UE ħadet impenji ambizzjużi, fuq l-ogħla livell politiku, għall-għajnuna meta ddeċidiet li żżid gradwalment l-isforz ta' għajnuna tagħha biex tilħaq 0.7% tad-dħul gross nazzjonali tagħha fl-2015 - jiġifieri EUR 164 għal kull ċittadin Ewropew fis-sena - u fit-teħid tal-miżuri neċessarji biex iżżid l-effettività globali tas-sistema ta' l-għajnuniet Ewropej. Għandna nimxu mir-retorika għall-fatti. Dan ifisser li għandna nonoraw l-impenji u l-volontà politika. Dan bl-ebda mod ma jinvolvi xi bidla fl-ekwilibriju istituzzjonali fi ħdan l-Unjoni, u lanqas ma jfisser li l-kompetenzi tal-Kummissjoni fil-qasam ta' l-iżvilupp ser jitwessgħu. Ifisser li l-Ewropa ssir aktar b'saħħitha, aktar effettiva, billi toħloq opportunitajiet għal dawk l-aktar dgħajfa u vulnerabbli fid-dinja. Biex tiżgura dawn l-opportunitajiet, l-Ewropa għandha tagħmel għażla kollettiva. [1] KUMM(2007) 72.