This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007AR0313
Opinion of the Committee of the Regions on Addressing the challenge of water scarcity and droughts in the European Union
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar li tindirizza l-isfida ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa fl-Unjoni Ewropea
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar li tindirizza l-isfida ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa fl-Unjoni Ewropea
ĠU C 172, 5.7.2008, p. 49–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 172/49 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar li tindirizza l-isfida ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa fl-Unjoni Ewropea
(2008/C 172/10)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jtenni l-preokkupazzjoni ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar il-problemi osservati fil-Mediterran u fl-Ewropa ċentrali u tal-punent dwar il-perjodi ta' nixfa u fenomeni bħal snin anormali ta' nixfa, ġibjuni vojta, diffikultajiet fis-saffi ta' l-ilma ta' taħt l-art, problemi b'ilma salmastru taħt l-art f'żoni saturati (water-tables) mal-kosta, tnaqqis fil-livelli ta' l-ilma ta' taħt l-art, tibdil fis-sistema idroloġika minħabba ppjanar insuffiċjenti, tibdil fil-livelli normali ta' xita u problemi ta' l-ilma minħabba f'kawżi naturali jew azzjoni umana, li jwasslu għal konsegwenzi li diġà kienu osservati mill-Kummissjoni fil-ħidma preparatorja tagħha; |
— |
iħeġġeġ għal politika ta' ippjanar ta' l-ilma koerenti fl-Istati Membri u fir-reġjuuni fejn il-fondi Komunitarji investiti fl-infrastruttura għandhom l-għan li jikkonservaw l-ilma, jżommu ż-żoni muntanjużi u l-artijiet niedja, jirriġeneraw iż-żoni forestali, jiffrankaw l-ilma u jkunu effiċjenti u jallokaw mill-ġdid l-ilma bejn użu u ieħor, u jtaffu s-sitwazzjonijiet ikkawżati minn perjodi ta' nixfa ħorox jew skarsezza ta' l-ilma, billi jkunu pprovduti mezzi addizzjonali ta' provvista ta' l-ilma (trasferimenti, ġibjuni u desalinizzazzjoni), skond il-punt 31 u l-punti sussegwenti li jidhru hawn isfel; |
— |
jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-“Kontroll tas-Saħħa” tal-Politika Agrikola Komuni, fir-rigward ta' l-inkużjoni tal-ġestjoni sostenibbli ta' l-ilma fost il-Kondizzjonijiet Statutorji Amministrattivi u l-Kondizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba u l-proposta ta' inklużjoni ta' inċentivi għal immaniġġjar tajjeb ta' l-ilma fost il-miżuri ta' żvilupp rurali; jitlob li jkun ikkonsidrat u studjat il-valur ta' l-art għall-ħrit bħala mezz ta' ġenerazzjoni ta' l-umidità atmosferika u l-attrazzjoni tax-xita u l-waqfien tad-deżertifikazzjoni kkawżata mill-bidla fil-klima; |
Rapporteur |
: |
Is-Sur Francisco CAMPS ORTIZ, President tal-Muniċipalità ta' Valencia (ES/PPE) |
Dokument ta' referenza
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Li tindirizza l-isfida ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa fl-Unjoni Ewropew
COM(2007) 414 finali
Rakkomandazzjonijiet ta' politika
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jilqa' l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-iskarsezza ta' l-ilma u n-nixfa fl-Ewropa billi jikkunsidraha bħala kompletament integrata fid-Direttiva 2000/60/KE, id-direttiva qafas ta' l-ilma, li għandha tkun il-bażi ġenerali ta' kull politika dwar l-ilma fl-Unjoni Ewropea; |
2. |
jappoġġja d-deskrizzjoni tal-Kummissjoni dwar id-differenza bejn “il-perjodu ta' nixfa” u l-iskarsezza ta' l-ilma li hija definita kif ġej: “Filwaqt li ‘n-nixfa’ tfisser tnaqqis temporanju fid-disponibilità ta' l-ilma minħabba pereżempju nuqqas ta' xita, ‘skarsezza ta' l-ilma’ tfisser li t-talba għall-ilma taqbeż ir-riżorsi ta' l-ilma li jistgħu jintużaw f'kundizzjonijiet sostenibbli.” |
3. |
jenfasizza li l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa huma fenomeni li jiġru f'ċerti partijiet tat-territorju ta' l-UE u għandhom jiġu ġestiti skond il-kundizzjonijiet lokali u reġjonali. |
4. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri, lir-reġjuni u l-muniċipalitajiet Ewropej sabiex jistinkaw biex jippreżervaw u jibżgħu għall-ilma u jżidu r-riċiklaġġ: dawn huma prijoritajiet assoluti fost il-miżuri l-oħra għall-ġlieda kontra l-iskarsezza ta' l-ilma u n-nixfa; fl-istess ħin jappella biex jittieħdu l-miżuri strutturali adegwati biex il-problemi ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u n-nixfa jiġu indirizzati b'mod sostenibbli; |
5. |
jenfasizza li sabiex tiġi miġġielda l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa, għandha tingħata prijorità assoluta lill-ħolqien ta' ekonomija li tuża l-ilma b'mod effiċjenti u sostenibbli u li tibża' għalih. L-iffrankar ta' l-ilma jfisser ukoll l-iffrankar ta' l-enerġija. L-istess bħall-enerġija, l-ilma huwa bżonjuż għall-attivitajiet umani kollha, kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali; |
6. |
jenfasizza r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkollhom fl-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas ta' l-Ilma, l-ippjanar u l-użu ta' l-art u ta' l-ilma, l-iżvillup tas-setturi varji ta' l-ekonomija, il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-assigurazzjoni ta' provvista għaċ-ċittadini ta' ilma biżżejjed li jkun ta' kwalità tajba; |
7. |
jinnota li r-reġjuni għandhom ħafna xi jgħidu dwar il-miżuri differenti mressqa mill-Kummissjoni, partikolarment dwar il-garanzija ta' l-aċċess għall-ilma deċenti liċ-ċittadini kollha, il-protezzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ u ta' l-art, l-ippjanar razzjonali ta' l-użu ta' l-ilma, il-prevenzjoni u r-rimedju ta' l-iskarsezzi, fuq perjodu qasir, medju u dak fit-tul, l-iffissar tal-prezz tat-tmiem ta' l-ilma, l-allokazzjoni u r-riallokazzjoni ta' l-ilma bejn użu u ieħor, il-ħażna u r-riċiklaġġ ta' l-ilma u l-applikazzjoni tal-ġerarkija ta' l-ilma fl-isferi ekonomiċi kollha, l-iżgurar tal-flessibilità u l-mobilità tal-fluss ta' l-ilma bejn sistemi ta' ġestjoni ta' l-ilma interni u esterni, l-iżvilupp ta' l-infrastruttura ta' l-ilma, għar-reklamazzjoni ta' l-art, it-tfassil ta' pjanijiet għall-perjodi ta' nixfa, it-titjib ta' l-għarfien u l-informazzjoni, l-immobbilizzar tas-setturi ekonomiċi, u t-tkabbir ta' l-għarfien u l-garanzija tal-parteċipazzjoni pubblika; |
8. |
jenfasizza li f'dak li għandu x' jaqsam ma' l-ilma, il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-gvernanza f'ħafna livelli għandhom relevanza partikolari, għaliex hi r-responsabbilità ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali li permezz ta' kooperazzjoni mutwa u leali jieħdu azzjoni bħala tweġiba għall-perjodi ta' nixfa u ta' skarsezza ta' l-ilma; |
9. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li anke jekk il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-iskarsezza ta' l-ilma u n-nixfa jvarjaw fid-diversi reġjuni ta' fl-Unjoni Ewropea, is-soluzzjonijiet adottati għandu jkollhom ċerta omoġenjità fir-rispett għall-prinċipji ekoloġiċi tal-politika ta' l-ilma Ewropea. Għalhekk, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, ikun aħjar li tingħata preferenza lis-soluzzjonijiet lokali u reġjonali; |
10. |
jitlob għas-solidarjetà fl-Istati Membri kollha, l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u rwol ewlieni għar-reġjuni u l-muniċipalitajiet sabiex tissolva problema li qed taffettwa riżorsa vitali u l-protezzjoni tagħha; |
11. |
jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-prijorità hija li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiffukaw fuq l-objettivi stabbiliti mid-direttiva ta' qafas ta' l-ilma. Għalhekk il-Kummissjoni hija mħeġġa li teżiġi b'insistenza li d-direttiva ta' qafas ta' l-ilma tiġi applikata. |
Dwar l-effetti tal-perjodi ta' nixfa u l-iskarsezza ta' l-ilma
12. |
jtenni l-preokkupazzjoni ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali dwar il-problemi osservati fil-Mediterran u fl-Ewropa ċentrali u tal-punent dwar il-perjodi ta' nixfa u fenomeni bħal snin anormali ta' nixfa, ġibjuni vojta, diffikultajiet fis-saffi ta' l-ilma ta' taħt l-art, problemi b'ilma salmastru taħt l-art f'żoni saturati (water-tables) mal-kosta, tnaqqis fil-livelli ta' l-ilma ta' taħt l-art, tibdil fis-sistema idroloġika minħabba ppjanar insuffiċjenti, tibdil fil-livelli normali ta' xita u problemi ta' l-ilma minħabba f'kawżi naturali jew f'azzjoni umana, li jwasslu għal konsegwenzi li diġà kienu osservati mill-Kummissjoni fil-ħidma preparatorja tagħha; |
13. |
japprova l-impenn tal-Kummissjoni li tkompli tindirizza l-isfida ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima; |
14. |
jenfasizza li r-Rapport ta' Sinteżi li jifforma parti mir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-Panel Intergovernattiv tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC), li tressaq f'Valencia fis-27 ta' Novembru 2007 li jbassar b'“ċertezza kbira” li ħafna oqsma parzjalment-nexfin fil-baċir tal-Mediterran, “ser isofru tnaqqis tar-riżorsi ta' l-ilma minħabba l-bdil fil-klima”; |
15. |
jinnota li huma r-reġjuni u l-muniċipalitajiet li, minħabba l-viċinanza tagħhom ma' l-utenti finali, huma ta' l-ewwel li jkollhom jiffaċċjaw, ħafna drabi b'riżorsi inadegwati, il-problemi marbuta mal-perjodi ta' nixfa u l-iskarsezza ta' l-ilma. Barraminhekk, huma huma li jafu x'inhuma l-miżuri li huma rilevanti f'dan il-qasam, li jkunu jistgħu jimplimentaw dawn il-miżuri bi sħab ma' reġjuni u muniċipalitajiet oħra bl-appoġġ tal-gvern u ta' korpi Ewropej; |
Dwar l-ippjanar u l-użu razzjonali ta' l-ilma
Il-prezz ta' l-ilma
16. |
jinnota li meta tikkonsidra d-differenzi naturali, klimatiċi u ġeografiċi, id-diskrepanzi bejn l-infrastrutturi u l-modi differenti ta' kif is-servizzi pubbliċi huma organizzati f'kull qasam, l-ipprezzar ta' l-ilma u d-dranaġġ hi kwistjoni partikolarment sensittiva u importanti għall-amministraturi billi jridu jirrikonċiljaw l-inċentivi adattati għall-konsumaturi sabiex jagħmlu użu effiċjenti tar-riżorsi ma' l-impatt finanzjarju tal-prezzijiet fuq il-konsumaturi; |
17. |
jenfasizza li l-prinċipji ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż u tal-konsumatur iħallas, li huma msemmija fid-Direttiva ta' Qafas ta' l-Ilma ma jwarrbux il-konsiderazzjoni ta' l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' l-irkupru ta' l-ispejjeż u l-kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun(i) milqut(a); l-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji hi responsabbiltà ta' l-awtoritajiet li huma l-eqreb lejn iċ-ċittadini; |
18. |
jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat ukoll il-prinċipju li “min iniġġes iħallas” meta jiġi deċiż il-prezz ta' l-ilma, bħala t-tieni pilastru ta' ġestjoni integrata tar-riżorsi. Dan il-prinċipju jkun jimpenja lill-utenti kollha biex jużawh aħjar u jkun jippermetti li d-dħul jerġa jitqassam skond il-ħtiġijiet differenti u l-isforzi li jkunu saru. |
19. |
jagħraf il-bżonn li l-mekkaniżmi għall-kejl tal-konsum ta' l-ilma jidħlu fin-norma sabiex jiġi promoss l-iffrankar ta' l-ilma u l-użu effiċjenti u razzjonali tiegħu; |
20. |
jitlob lill-Kummissjoni sabiex iżżomm quddiem għajnejha l-opinjonijiet, il-preokkupazzjonijiet u l-esperjenzi ta' l-Awtoritajiet reġjonali u lokali fl-istudji tagħha dwar l-iprezzar ta' l-ilma, b'mod speċjali fi kwistjonijiet bħalma huma l-konsegwenzi ta' prezzar strett li jħalli din ir-riżorsa disponibbli biss lis-setturi tas-servizzi u tal-konsumaturi; il-qafas legali madwar il-provvista, it-trattament u l-purifikazzjoni; l-impatt soċjali u ekonomiku ta' l-iprezzar ta' l-ilma u l-kalkolu ta' l-ispejjeż ambjentali tar-riżorsa; |
L-ippjanar ta' l-ilma
21. |
jikkunsidra li l-użu ta' l-art b'mod ekonomiku u sostenibbli, li jaqa' taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa fattur prinċipali fil-ġestjoni tajba ta' l-ilma, u jenfasizza l-importanza ta' l-applikazzjoni stretta tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali u l-identifikazzjoni tal-baċiri tax-xmajjar Ewropej li qed jiffaċċjaw problemi dwar l-ilma jew skarsezza strutturali. |
22. |
jipproponi li l-UE tappoġġja r-reġjuni fit-turija ta' kooperazzjoni u solidarjetà fir-rigward ta' l-ilma; |
23. |
jenfasizza li, sabiex ikun hemm użu effiċjenti ta' l-ilma, għandu jkun possibbli li din ir-riżorsa tiġi ri-allokata bejn użi differenti skond iċ-ċirkustanzi. Hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri u r-Reġjuni li jiżviluppaw l-infrastrutturi meħtieġa u l-mekkaniżmi leġislattivi u ta' gvernanza li jippermettu dan, skond is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali; |
24. |
jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-“Kontroll tas-Saħħa” tal-Politika Agrikola Komuni, fir-rigward ta' l-inkużjoni tal-ġestjoni ta' l-ilma bħala sfida ġdida għall-Politika Agrikola Komuni. Il-Kumitat jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex isir studju dwar jekk il-kwistjonijiet tal-ġestjoni ta' l-ilma jistgħux jiġu integrati aħjar fil-programmi dwar l-iżvilupp rurali u tal-muntanji; Jirrakkomanda li jkun studjat il-valur ta' l-art għall-ħrit u taż-żoni muntanjużi, li huma sinjuri fir-riżorsi ta' l-ilma u dawk forestali, bħala mezz ta' ġenerazzjoni ta' l-umidità atmosferika u l-attrazzjoni tax-xita u l-waqfien tad-deżertifikazzjoni kkawżata mill-bidla fil-klima; |
25. |
jikkunsidra li l-ippjanar ta' l-ilma hu l-aħjar għodda għall-valutazzjoni ta' l-ilma disponibbli għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun; |
26. |
jitlob l-inklużjoni ta' miżuri li jipproteġu iż-żoni muntanjużi, l-artijiet niedja u ż-żoni ħodor sabiex jingħelbu l-konsegwenzi tal-perjodi ta' nixfa u għargħar marbuta mal-bidla fil-klima, filwaqt li jfakkar li dan jirrikjedi li l-ilma jkun użat b'mod ambjentalment responsabbli, u mingħajr ħela; |
27. |
jifhem, li fil-kuntest tad-Direttiva ta' Qafas ta' l-Ilma, il-ġestjoni tad-domanda ta' l-ilma u l-ippjanar ta' l-użu ta' l-ilma huma essenzjalment ibbażati fuq id-distretti tal-baċiri tax-xmajjar, b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet reġjonali konċernati; madankollu jikkunsidra li dan il-prinċipju bażiku ma għandux iwassal għal problemi li jmorru lil hinn mill-fatt li l-fruntieri ta' reġjun jew distrett jitqiesu bħala insormontabbli; |
28. |
iħeġġeġ għal politika ta' ippjanar ta' l-ilma koerenti fl-Istati Membri u fir-reġjuuni fejn il-fondi Komunitarji investiti fl-infrastruttura għandhom l-għan li jikkonservaw l-ilma, jżommu ż-żoni muntanjużi u l-artijiet niedja, jirriġeneraw iż-żoni forestali, jiffrankaw l-ilma u jkunu effiċjenti u jallokaw mill-ġdid l-ilma bejn użu u ieħor, u jtaffu s-sitwazzjonijiet ikkawżati minn perjodi ta' nixfa ħorox jew skarsezza ta' l-ilma, billi jkunu pprovduti mezzi addizzjonali ta' provvista ta' l-ilma (trasferimenti, ġibjuni u desalinizzazzjoni), skond il-punt 37 u l-punti sussegwenti li jidhru hawn isfel; |
29. |
jikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi ta' l-ippjanar ta' l-ilma fil-gżejjer u r-reġjuni fejn, minħabba disponibbiltà baxxa ta' l-ilma, il-provvista bażika tista' tiġi pprovduta mid-desalinizzazzjoni ta' l-ilma baħar; f'dawn il-każijiet jirrakkomanda l-ewwel u qabel kollox l-użu effiċjenti ta' l-ilma segwit mit-titjib ta' l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, u l-garanzija ta' aċċess għall-ilma permezz ta' sistemi għall-ħażna li jħallu riżervi adegwati, flimkien mal-promozzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-ħażna tradizzjonali ta' l-ilma tax-xita u infrastrutturi tal-ħażna; |
30. |
il-ġestjoni integrata ta' l-ilma għandha tqis ir-rwol strateġiku tar-riżorsi ta' taħt l-art bħala riżerva ta' riżorsi li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' ġestjoni tan-nixfa u l-pjanijiet tal-provvista urġenti; |
31. |
jitlob għall-kooperazzjoni bejn il-fruntieri fil-ġestjoni ta' baċiri ta' l-ilma komuni u l-kooperazzjoni intergovernattiva fl-iskambju ta' l-aħjar prattiki u l-koordinazzjoni tal-politika: in-Nofsinhar ta' l-Ewropa dara l-iskarsezzi ta' l-ilma li issa qed jiżdiedu fl-Ewropa tat-Tramuntana bħala konsegwenza tal-bidla fil-klima, peress li problemi ta' għarar u skarsezza ta' ilma, li qegħdin isiru iktar frekwenti, ifissru li jridu jiġu ffaċċjati sfidi ġodda; |
Dwar il-pjanijiet tal-ġestjoni ta' riskju ta' perjodi ta' nixfa
32. |
jikkunsidra li l-implimentazzjoni ta' pjanijiet speċifiċi għall-perjodi ta' nixfa hu mezz effettiv sabiex nimxu minn ġestjoni ta' kriżi u ngħaddu għal ġestjoni ta' riskju ta' perjodu ta' nixfa, u jemmen li d-Direttiva ta' Qafas ta' l-Ilma hi flessibli biżżejjed li tiżviluppa pjanijiet speċifiċi għall-ġestjoni ta' l-ilma għall-baċiri tax-xmajjar konċernati; |
33. |
jemmen li, kif mistqarr fl-opinjonijiet preċedenti, it-triq 'il quddiem tinsab fl-iskambju ta' l-informazzjoni u l-abbozzar ta' protokol speċifiku għall-perjodi ta' nixfa jew, fuq livell nazzjonali, l-abbozzar ta' pjanijiet speċifiċi ta' ġestjoni; jagħraf ir-rwol prinċipali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-definizzjoni ta' l-istrateġiji ta' l-adattazzjoni, billi jieħu approċċ integrat, u jinkoraġġihom biex jaġixxu fi sħubija ma' l-atturi prinċipali l-oħra, inklużi l-utenti. Fuq sfond tal-bidla fil-klima, ser ikun neċessarju li l-pjanijiet u l-istrumenti jkunu flessibbli u jinqasmu l-għarfien u l-esperjenzi; Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-ebda awtorità lokali jew reġjonali ma tiġġestixxi dan b'mod awtonomu. L-appoġġ li jingħata fil-forma ta' riżorsi, għarfien u informazzjoni huwa kruċjali biex jinkiseb suċċess. L-appoġġ jista' jkun provdut permezz ta' eżempji ta' prassi tajba minn aworitajiet lokali u reġjonali oħra, iżda l-Istati Membri u l-UE għandhom ikunu lesti li jaraw li dan l-appoġġ ikun disponibbli; |
34. |
jitlob għal aktar konsiderazzjoni tal-linji gwida imfassla fl-opinjonjiet dwar id-diżastri naturali u l-bidla fil-klima, partikolarment fir-rigward tar-rwol tar-reġjuni bħala “uffiċjali ta' l-infurzar” għall-politiki ta' adattazzjoni partikolari, u b'rispons għall-sfidi bħall-flussi migratorji, bidliet għall-leġislazzjoni, bidliet fl-attitudnijiet ta' l-utenti u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni mqassma, per eżempju, skond il-baċiri tax-xmajjar; b'mod partikolari, jenfasizza li l-mappa Ewropea tal-perjodi ta' nixfa, l-iskarsezzi ta' l-ilma u d-diżastri marbuta ser tinbidel hekk kif tinbidel il-klima; |
35. |
jipproponi li, flimkien ma' l-applikazzjoni tal-fondi tal-Komunità, jitwaqqaf programm speċifiku Ewropew għall-ilma sabiex ikun hemm investiment fl-infrastrutturi ta' l-ilma. Dan il-programm ikun jiġbor il-fondi mill-istrumenti eżistenti fl-estimi tal-Komunità. Il-mira tiegħu tkun li b'mod viżibbli u koerenti jappoġġja l-miżuri ta' aċċess għall-aktar teknoloġiji reċenti, l-implimentazzjoni ta' prattiki tajbin, miżuri ta' komunikazzjoni, titjib fil-gvernanza u għajuna biex tinħoloq kultura li tibża' għall-ilma; |
Dwar l-użu tal-fondi Komunitarji
36. |
jenfasizza li l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun applikat f'sitwazzjonijiet ta' perjodi ta' nixfa katastrofika, u li n-nixfiet katastrofiċi għandhom ikunu inkorporati fil-pjanijiet ta' ħidma tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili, inklużi protokolli speċifiċi u b'kollaborazzjoni ma' l-osservatorju dwar il-perjodi ta' nixfa, permezz ta' sistema ta' twissija bikrija. |
Dwar il-konsiderazzjoni ta' infrastruttura għall-provvista ta' l-ilma addizzjonali
37. |
jikkunsidra li l-infrastrutturi għall-provvista ta' l-ilma addizzjonali (trasferiment ta' l-ilma, digi, impjanti tad-desalinizzazzjoni) jistgħu jkunu mezz għall-prevenzjoni ta' perjodi ta' nixfa ħarxa; dawn ma jistgħux jieħdupost l-użu responsabbli tar-riżorsi idriċi disponibbli; |
38. |
jirrakkomanda li miżuri addizzjonali għall-provvista ta' l-ilma għandhom jiġu adottati meta jitnedew il-miżuri preventivi kollha, b'konformità mas-sistema ġerarkika u soġġetti għall-ippjanar koerenti. L-użu ta' infrastrutturi differenti għandu jassigura l-iżvilupp ambjentali, soċjali u ekonomiku bbilanċjat u sostenibbli; |
39. |
jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat l-użu mill-ġdid ta' ilma ħażin ippurifikat permezz ta' regolamentazzjoni adegwata u infrastrutturi għad-distribuzzjoni bħala mezz ta' ġestjoni tat-talba; jenfasizza li hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex l-ilma li jinkiseb wara t-trattament ta' l-iskart ma jintużax għax-xorb iżda jkun ristrett għal ċerti użi,li huma kumpatibbli ma' l-eżiġenzi ta' l-iġjene u l-ħarsien ta' l-ambjent; |
40. |
jikkunsidra li b'konformità mal-kondizzjonijiet tad-direttiva qafas, l-ippjanar idroloġiku nazzjonali, reġjonali u lokali għandu jinkludi l-valutazzjoni ta' l-iskarsezza strutturali ta' l-ilma u tar-riżorsi li jistgħu jintużaw b'mod sostenibbli f'dawn ir-reġjuni, u jieħu f'konsiderazzjoni l-potenzjal futur ta' l-oqsma ta' l-ippjanar u r-restrizzjonijiet ambjentali; |
41. |
hu favur it-trasferiment ta' riżorsi żejda u skambji oħra ta' l-ilma bejn is-sistemi f'kull Stati Membru bħala mezz ta' turija ta' solidarjetà fir-rigward ta' l-ilma, sakemm dawn il-miżuri jsarfu f'impatt pożittiv fuq l-ambjent, il-kwalità ta' l-ilmijiet tal-wiċċ u l-irkupru ta' l-ilma ta' taħt l-art u l-flussi ta' l-ilma; |
42. |
jikkunsidra li, fl-isfond tal-bidla fil-klima, l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbilità huma fatturi deċisivi meta ssir għażla bejn possibilitajiet għall-provvista esterna ta' l-ilma lill-oqsma ta' ppjanar (trasferiment jew desalinizzazzjoni); Id-desalinizzazzjoni huwa proċess li juża ħafna enerġija u għalhekk għandu impatt ambjentali qawwi u għandu jiġi kkunsidrat biss bħala għażla f'ċirkostanzi fejn il-benefiċċji huma akbar mill-impatt; |
43. |
jemmen li d-deċiżjonijiet dwar il-prattiċità u l-karatteristiċi tal-provvista esterna għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni l-effetti ambjentali, l-effiċjenza enerġetika u l-ispejjeż ta' l-infrastruttura addizzjonali neċessarja biex tinkorpora l-flussi esterni ta' l-ilma fl-oqsma ta' l-ippjanar; |
44. |
jikkonkludi li l-informazzjoni u r-rispett tal-kundizzjonijiet ambjentali u ekonomiċi ser jgħinu biex jinkiseb il-kunsens soċjali dwar il-bini ta' infrastruttura għall-provvista ta' l-ilma (kanen, impjanti tad-desalinizzazzjoni). Fil-baċiri tax-xmajjar li qed jirċievu provvista addizzjonali, l-ilma għandu jintuża b'mod partikolarment konsistenti u responsabbli; |
45. |
ser iħares mill-qrib lejn l-istudji tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-infrastruttura tal-provvista addizzjonali ta' l-ilma, l-aktar fir-rigward tat-trasferimenti, ġibjuni u d-desalinizzazzjoni; |
Dwar it-teknoloġiji u l-prattiċi effiċjenti fl-użu ta' l-ilma
46. |
jappoġġja l-promozzjoni tar-riċerka li ser twassal biex l-attività ekonomika, il-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-effiċjenza fl-użu ta' l-ilma jkunu konformi ma' l-isfidi mqajma bl-iskarsezza ta' l-ilma u n-nixfa. F'dan il-kuntest, is-soluzzjonijiet adegwati jistgħu jinkludu, inċentivi għal-manifatturi ta' impjanti sanitari biex jagħmlu prodotti aktar ekonomiċi, li jutilizzaw anqas ilma, il-penalizzazzjoni tal-ħela mhux ġustifikata, il-penalizzazzjoni ta' l-iddriljar u t-teħid illegali ta' l-ilma; taxxi u/jew konċessjonijet ta' taxxa, inċentivi għall-effiċjenza ta' l-ilma f'kull qasam, il-promozzjoni ta' l-użu ta' teknoloġiji ndaf fl-industrija, it-twaqqif ta' regoli bażiċi ċari u stabbli għat-trasferiment tad-drittijiet ta' l-użu ta' l-ilma bejn l-utenti u għall-kalkolazzjoni tal-kumpens meħtieġ, u l-iżvilupp ta' ftehimiet volontarji; |
Dwar il-kultura għall-iffrankar ta' l-ilma fl-Ewropa
47. |
iħeġġeġ l-awtoritajiet reġjonali u lokali sabiex joħolqu kampanji pubbliċi ta' komunikazzjoni, għarfien u informazzjoni li jenfasizzaw il-valur ta' l-ilma, u jinkludu l-importanza ta' imġiba favur l-ilma fil-programmi edukattivi u ta' taħriġ. Enfasi partikolari għandha tingħata lejn l-infurmar u t-tkabbir ta' l-għarfien fost it-turisti jew persuni oħra li jivvjaġġaw minn reġjun għall-ieħor; |
48. |
jikkunsidra li l-involviment tal-pubbliku fl-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas ta' l-Ilma u d-definizzjoni tal-politika ta' l-ilma għandha tipprovdi opportunità biex jitkabbar l-għarfien pubbliku u sabiex jinforma u jħeġġeġ lin-nies jużaw din ir-riżorsa b'mod responsabbli; dan japplika b'mod partikolari għall-abbozzar tal-pjanijiet dwar in-nixfa. Il-Kumitat għalhekk iħeġġeġ l-awtoritajiet sabiex jippromwovu dan l-involviment; |
49. |
jipproponi l-iżvilupp tal-mekkaniżmi tas-suq, l-infurzar mill-ġdid tal-kriterji għall-iffrankar ta' l-ilma fi ħdan iċ-ċiklu ta' ħajja tal-prodott u t-teħid f'konsiderazzjoni tas-sistemi ta' kwalità u ċertifikazzjoni bħall-EMAS fil-proċessi ta' produzzjoni, eko-disinn u tikketta “favur l-ilma” għall-prodotti, sabiex iċ-ċittadini u l-kuntratturi pubbliċi u privati jistgħu jitgħallmu dwar kif qed jużaw l-ilma u jbiddlu l-imġiba tagħhom rigward il-konsum; |
50. |
jikkunsidra li l-eko-effiċjenza ta' infrastruttura u l-apparat għandha tkun promossa permezz ta' kwalità ekwivalenti u sistemi ta' ċertifikazzjoni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jippromovu l-iffrankar ta' l-ilma u r-riċiklaġġ fil-bini u fl-infrastrutturi urbani. Permezz ta' investimenti u leġislazzjoni flimkien mad-Direttiva dwar ir-Rendiment ta' l-Enerġija fil-Bini, ir-reġjuni jistgħu jħeġġu l-irkupru ta' l-ilma tax-xita u l-ilma mis-sistemi tat-tkessiħ tal-bini, u jista' jsir użu min-networks sekondarji fil-bliet u l-bini sabiex l-ilma mhux tajjeb għax-xorb jintuża għal skopijiet ta' tindif, irrigazzjoni u sanità. Il-faċilitajiet turistiċi, inklużi l-korsi tal-golf, kif ukoll l-istabbilimenti agrikoli, għandhom b'mod partikolari jenħtieġu li jużaw mill-ġdid u jirriċiklaw l-ilma li jużaw; |
51. |
jenfasizza r-rwol essenzjali tar-reġjuni u l-korpi lokali fit-twaqqif ta' sħubijiet mas-soċjetà ċivili u l-atturi ekonomiċi, permezz ta' ftehimiet volontarji, inċentivi u taxxi, bil-għan li jiffrankaw l-ilma u jtejbu l-effiċjenza; |
52. |
jinnota li l-ilma hu wieħed mill-oqsma fejn l-iktar qed jiġu investiti flus u sforzi fil-kooperazzjoni deċentralizzata mal-pajjiżi terzi, u huma n-netwerks tal-kooperazzjoni mwaqqfa mir-reġjuni u l-muniċipalitajiet li l-aktar li huma flessibli, magħqudin flimkien u qrib iċ-ċittadini; jitlob kollaborazzjoni u skambju ta' informazzjoni u esperjenzi bejn ir-reġjuni li qed jikkooperaw sabiex jinkisbu, permezz tal-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Għanijiet tan-NU għall-Millenju; |
53. |
iħajjar l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi u d-dibattitu bejn ir-reġjuni dwar is-suġġett ta' l-ilma, sabiex ikunu jistgħu jitgħallmu dwar esperjenzi ta' suċċess fl-immaniġjar ta' l-ilma; |
Dwar i-sistema ta' informazzjoni Ewropea
54. |
jikkunsidra li s-Sistema ta' Informazzjoni ta' l-Ilma għall-Ewropa (WISE) u l-immaniġjar ta' l-indikaturi huma mezz serju biex tinstab l-iskala, l-impatt u l-evoluzzjoni tal-perjodi ta' nixfa fl-Ewropa; |
55. |
jenfasizza r-rwol ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kumpilazzjoni tad-data, l-appoġġ għal riċerka bażika u l-monitoraġġ ta' l-informazzjoni, it-tħeġġiġ ta' l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u kompatibbli, sistemi ta' indikaturi komparabbli, u prijorità ta' l-aċċess u l-koordinazzjoni ta' l-amministrazzjonijiet sabiex tinkiseb id-data sħiħa fl-oqsma tagħhom; B'hekk jappoġġja t-twaqqif ta' Osservatorju Ewropew tan-Nixfa u d-Deżertifikazzjoni għas-segwitu ta' l-iżvilupp ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u l-previżjonijiet tan-nixfa fil-kuntest tal-bidla fil-klima; |
Dwar ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku
56. |
jaqbel li hemm bżonn li jkun mifrux u iffaċilitat l-użu u l-esplojtazzjoni tar-riżultati tar-riċerka dwar l-iskarsezza ta' l-ilma u l-perjodi ta' nixfa, u li l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fi ħdan is-7 Programm Qafas ta' l-UE għandhom jitkattru u jkunu nkuraġġiti; |
57. |
jenfasizza l-importanza tar-reġjuni bħala forza mexxejja wara l-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam ta' l-ilma, meta jitqies li l-effiċjenza ta' l-ilma ser ikun fattur dejjem aktar importanti għall-kompetittività; għalhekk, jipproponi li għal raġunijiet strateġiċi li jitmexxew 'il quddiem l-kooperazzjoni inter-reġjonali, l-iskambju ta' l-informazzjoni u s-sħubijiet strateġiċi ma' pjattaformi teknoloġiċi; |
58. |
fl-aħħar, jikkonkludi li fl-isfond tal-bidla tal-klima, il-proposti magħmula bħala reazzjoni għall-isfida ta' l-iskarsezza ta' l-ilma u n-nixfa jistgħu jagħtu l-frott fi żmien qasir. |
Brussell, l-10 ta' April 2008.
Il-President
tal-Kumitat tar-Reġjuni
Luc VAN DEN BRANDE