This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0726
Communication from the Commission to the Council and the European Parliament on strengthening the European neighbourhood policy {SEC(2006) 1504} {SEC(2006) 1505} {SEC(2006) 1506} {SEC(2006) 1507} {SEC(2006) 1508} {SEC(2006) 1509} {SEC(2006) 1510} {SEC(2006) 1511} {SEC(2006) 1512}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-politika ewropea tal-viċinat {SEG(2006) 1504} {SEG(2006) 1505} {SEG(2006) 1506} {SEG(2006) 1507} {SEG(2006) 1508} {SEG(2006) 1509} {SEG(2006) 1510} {SEG(2006) 1511} {SEG(2006) 1512}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-politika ewropea tal-viċinat {SEG(2006) 1504} {SEG(2006) 1505} {SEG(2006) 1506} {SEG(2006) 1507} {SEG(2006) 1508} {SEG(2006) 1509} {SEG(2006) 1510} {SEG(2006) 1511} {SEG(2006) 1512}
/* KUMM/2006/0726 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-politika ewropea tal-viċinat {SEG(2006) 1504} {SEG(2006) 1505} {SEG(2006) 1506} {SEG(2006) 1507} {SEG(2006) 1508} {SEG(2006) 1509} {SEG(2006) 1510} {SEG(2006) 1511} {SEG(2006) 1512} /* KUMM/2006/0726 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.12.2006 KUMM(2006) 726 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW DWAR IT-TISĦIĦ TAL-POLITIKA EWROPEA TAL-VIĊINAT {SEG(2006) 1504}{SEG(2006) 1505}{SEG(2006) 1506}{SEG(2006) 1507}{SEG(2006) 1508}{SEG(2006) 1509}{SEG(2006) 1510}{SEG(2006) 1511}{SEG(2006) 1512} 1. DAĦLA L-ewwel tmintax-il xahar ta' l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) stabbilew sisien sostanzjali lejn relazzjonijiet msaħħa bejn l-Unjoni u l-ġirien tagħha. Għandna qafas politiku wieħed, Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP bi ħdax mill-imsieħba tagħna li jidħlu għal impenji reċiproċi u konkreti kif ukoll djalogu msaħħaħ u produttiv ma' kważi l-imsieħba kollha. Għandna wkoll strument finanzjarju ġdid li se jtejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità ta' l-assistenza tagħna u nipprovdu aktar fondi sabiex nappoġġjaw ir-riformi ta' l-imsieħba tagħna. Il-bażi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat hija li l-UE għandha interess partikolari li tara żvilupp ekonomiku akbar u stabbilità u tmexxija aħjar fil-viċinat tagħha. Ir-responsabilità għal dan tinsab primarjament fuq il-pajjiżi stess, iżda l-UE tista' sostanzjalment tħeġġeġ u tappoġġja l-isforzi ta' riforma tagħhom. Huwa għalhekk fl-aħjar interess komuni kemm ta' l-UE u tal-ġirien tagħha li jibnu relazzjoni aktar b'saħħitha u profonda. L-ENP tibqa' distinta mill-proċess tat-tkabbir ta' l-UE – għall-imsieħba tagħna, kooperazzjoni kosiderevolment imsaħħa ma' l-UE hi possibli kollha kemm hi mingħajr prospett ta' adeżjoni speċifiku u, għal dawk il-ġirien Ewropej, mingħajr ma jkun hemm preġudizzju fuq kif ir-relazzjoni tagħhom tista' tiżvolġi fil-futur, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Il-maġġoranza tal-pajjiżi ġirien għamlu progress matul dawn l-aħħar snin fir-riformi ekonomiċi u politiċi – informazzjoni speċifika fuq il-progress diġà miksub dwar l-implimentazzjoni ta' l-ewwel seba’ Pjanijiet ta' Azzjoni jistgħu jinstabu fir-rapporti ta' progress annessi ma' din il-Komunikazzjoni. Uħud mill-imsieħba għamlu l-Pjanijiet ta' Azzjoni l-qofol tar-riformi domestiċi strateġiċi u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs) qegħdin ukoll jiġu konformi magħhom. Madankollu, il-faqar u l-qagħad, ir-rendiment ekonomiku varjat, il-korruzzjoni u t-tmexxija dgħajfa jibqgħu sfidi ewlenin. Iċ-ċittadini minn pajjiżi ġirien, b'mod partiokolari ż-żgħażagħ, jiffaċċjaw prospetti personali skoraġġanti. Il-"kunflitti ffriżati" u ġrajjiet riċenti fil-Lvant Nofsani u n-Nofsinhar tal-Kawkażu jfakkruna li l-kundizzjonijiet sabiex ngħixu flimkien fil-paċi għad jridu jiġu stabbiliti, kemm bejn uħud mill-ġirien tagħna kif ukoll ma' pajjiżi ewlenin oħra. Dawn mhumiex biss problemi tal-ġirien tagħna. Dawn qedgħin f'riskju li joħolqu effetti kbar għall-UE, bħall-immigrazzjoni illegali, provvisti enerġetiċi mhux affidabbli, id-degradazzjoni ambjentali u t-terroriżmu. Għalhekk, sar ċar li l-ENP tista' u għandha tissaħħaħ, b'mod partikolari meta wieħed jikkunsidra l-konsegwenza potenzjali projbittiva fin-nuqqas ta' appoġġ lejn il-ġirien tagħna fl-isforzi tar-riformi tagħhom. L-UE għandha tippreżenta offerta attraenti lill-pajjiżi msieħba ta' l-ENP – toffrilhom kummerċ imtejjeb u prospetti ta' investiment, tagħmel kuntatti interpersonali u tilleġittima b'aktar faċilità l-ivvjaġġar għal żmien qasir, tkun aktar attiva meta tindirizza kunflitti 'iffriżati', u tiftaħ aktar possibilitajiet sabiex il-fondi jiġu mobilizzati. L-UE għandha tgħin lil dawk il-pajjiżi ġirien li huma lesti jagħmlu riformi aktar malajr, aħjar u b'inqas spejjeż għaċ-ċittadini tagħhom. Għandha wkoll toffri aktar inċentivi u tikkonvinċi lil dawk li għadhom dubjużi. L-argument prinċipali ta' din il-Komunikazzjoni hu li l-ENP hi essenzjali u diġà wriet il-valur tagħha – u li mhux ta' inqas importanza li l-UE tibni fuq dan billi ssaħħaħ l-impenji tagħha lejn l-ENP. Għalhekk il-Komunikazzjoni fiha numru ta' proposti sabiex jiġi sostanzjalment imtejjeb l-impatt tal-politika. 2. PUNTI POŻITTIVI U NUQQASIJIET Il- punti pożittivi ta' l-ENP jinstgħabu fi: - L-Integrazzjoni . Tipprovdi qafas ewlieni u ċar li tkopri l-viċinat kollu kemm hu fejn għandhom jiġu diskussi u ttrattati firxa sħiħa ta' kwistjonijiet bejn l-UE u kull imsieħeb. Per eżempju, enfasi b'mod esklussiv dwar il-kwistjonijiet ekonomiċi għall-esklużjoni ta' tmexxija skomda jew il-kwistjonijiet dwar id-drittijiet umani issir aktar diffiċli, u l-Pjanijiet ta' Azzjoni jipprovdu kooperazzjoni attiva fil-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja, il-promozzjoni ta' l-istat ta' dritt. - Proprjetà konġunta . L-għodda operattiva tal-politika – il-Pjan ta' Azzjoni ta' l-ENP – hu nnegozjat interament u b'mod reċiproku fuq livell politiku. Din mhix impożizzjoni miż-żewġ naħat, iżda aġenda miftiehma għal xogħol komuni. - Konkretezza . Il-Pjanijiet ta' Azzjoni, għalkemm vasti u wiesgħa, huma ddettaljati. L-esperjenza bl-implementazzjoni tagħhom turi li tkun aktar faċli li tiddiskuti, taqbel u timplimenta għanijiet speċifiċi, marbuta biż-żmien u li jistgħu jitkejlu. - L-użu aħjar tal-fondi . Minn issa 'l quddiem, l-Istrument il-ġdid Ewropew tal-Viċinat u tal-Partenarjat (ENPI) se jippermetti assistenza lill-pajjiżi msieħba mill-Komunità sabiex ikunu misjuqa b'mod espliċitu minn prinċipji ta' politika, ibbażati ukoll fuq forom ġodda ta' kooperazzjoni (kooperazzjoni transkonfinali, TAIEX, ġemellaġġ) u b'żieda fir-riżorsi. Speċjalment għal dawk il-pajjiżi ta' l-ENP s'issa koperti mit-TACIS, l-ENPI se tirrappreżenta progress kbir, li jimxi minn għajnuna teknika lejn kooperazzjoni sħiħa. Iżda, hemm oqsma oħra ta' l-ENP fejn hemm potenzjal konsiderevoli għal aktar progress. L-UE tinkoraġġixxi programm ta' riforma ambizzjuż ħafna fil-pajjiżi msieħba, b'ħafna min-nefqiet politiċi u ekonomiċi jkunu minn ta' quddiem. Iżda parti importanti mill-inċentivi ta' l-ENP – per eżempju fit-termini ta' l-aċċess u l-integrazzjoni tas-suq u benefiċċji ekonomiċi oħrajn – se jagħtu l-frott aktar 'il quddiem. Din toħloq diffikultà kbira għall-pajjiżi msieħba fil-bini ta' l-appoġġ domestiku neċessarju għar-riforma. B’mod aktar speċifiku: - L-integrazzjoni kummerċjali u ekonomika . L-UE kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali ma' bosta msieħba ta' l-ENP li jinkludu l-appoġġ lejn il-proċess ta' adeżjoni ta' l-Ukraina fil-WTO u l-preparament għan-negozjati għal ftehim ta' kummerċ ħieles profond u komprensiv, il-preparament għall-għoti ta' preferenzi ta' kummerċ awtonomu lill-Moldova u t-tnedija tan-negozjati sabiex jiġu estiżi l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma' l-imsieħba tal-Mediterran f'termini ta' kopertura u servizzi agrikoli. Sabiex, jinkisbu benefiċċji addizzjonali ekonomiċi u politiċi għal kulħadd, hu importanti li kull imsieħeb ta' l-ENP kemm fil-Lvant u fin-Nofsinhar, jiġi offrut prospettiva ċara ta' kummerċ profond u integrazzjoni ekonomika ma' l-UE, kif ukoll jiġu inklużi fl-offerti ta' liberizzazzjoni aċċess imtejjeb f'kull żona potenzjali ta' l-ekonomija u l-interess għall-imsieħba tagħna. Dan għandu jinkludi prodotti ta' importanza kbira għalihom. - Il-mobilità u l-migrazzjoni . Għalkemm il-kooperazzjoni dwar it-tmexxija tal-migrazzjoni mal-pajjiżi ta' l-ENP qed tikber, l-ENP għadha ma ppermettietx progress sinifikanti fit-titjib tal-moviment taċ-ċittadini mill-pajjiżi imsieħba lejn l-UE. It-tul u l-valur tal-proċeduri għall-viżas ta' perjodu qasir (p.e. għan-negozju, ir-riċerkaturi, l-istudenti, it-turisti jew anki l-ivvjaġġar uffiċjali) huwa diżinċentiv "viżibbli" ħafna għall-pajjiżi msieħba, u ostakolu għal ħafna mill-għanijiet marbuta ma' L-ENP. - Kunflitti reġjonali . L-ENP kisbet ftit fir-rigward tas-sostenn lejn ir-riżoluzzjoni ta' kunflitti ffriżati jew miftuħa fir-reġjun, minkejja ċerti kisbiet speċifiċi (p.e. rigward il-ġestjoni tal-fruntieri fil-Moldova u t-Territorji Palestinjani). L-UE għandha bżonn tkun aktar attiva, u aktar preżenti, fil-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni għall-kunflitti reġjonali jew multilaterali u fl-isforzi għall-osservazzjoni u ż-żamma tal-paċi. Għalhekk il-Kummissjoni identifikat numru ta' żoni fejn l-ENP għandha tkun imsaħħa sabiex tassigura s-suċċess tagħha. F'dawn l-oqsma kollha, dan ikun ifisser sforz addizzjonali għall-UE, iżda dan jiġi megħlub mill-benefiċċji politiċi. 3. IT-TISĦIĦ TAL-POLITIKA L-iżvilupp u r-riforma huma primarjament fl-interess tal-pajjiżi msieħba tagħna u jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħhom. Iżda huwa wkoll fl-interess ta' l-UE li tagħti appoġġ lill-imsieħba f'dawn l-isforzi. Ħafna mill-għodda meħtieġa għal dan huma fis-seħħ. Oħrajn għandhom jiġu msaħħa aktar, kif stipulat hawn taħt. Hija u tagħmel dan, l-UE se tkompli tfassal l-appoġġ tagħha għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ l-imsieħba tagħha. Aktar kemm pajjiż imsieħeb jagħmel progress fl-implimentazzjoni tar-riformi, aktar ir-relazzjoni tista' ssir profonda, u għalhekk l-UE għandha tipprovdi aktar appoġġ. 3.1. It-tisħiħ tal-komponent ekonomiku u kummerċjali Integrazzjoni ekonomika aktar profonda ma' l-imsieħba ta' l-ENP se tkun prinċipali għas-suċċess u kredibilità tal-politika. Mill-bidu nett l-ipotesi ewlenija ta' l-ENP kienet li l-kummerċ u l-integrazzjoni ekonomika għandhom imorru lilhinn mill-kummerċ ħieles f'oġġetti u servizzi li jinkludu wkoll kwistjonijiet ta' "wara l-fruntiera": li tindirizza ostakli mhux tariffarji u progressivament tikseb konverġenza komprensiva fil-kummerċ u ż-żoni regolatorji (bħal normi u standards tekniċi, regoli sanitarji u fitosanitarji, politika dwar il-kompetizzjoni, drittijiet tal-proprjetà intellettwali, faċilità kummerċjali tal-miżuri doganali u l-kapaċità amministrattiva fiż-żona tar-regoli ta' l-oriġini, governanza tajba fil-qasam tat-taxxi, liġi tal-kumpaniji, xiri pubbliku u servizzi finanzjarji). Il-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP huma pass f'din id-direzzjoni. L-FTAs essenzjalment ikopru prodotti industrijali kienu diġà ġew konklużi ma' l-imsieħba Mediterranji fil-passat u dan l-aħħar ġew imnedija n-negozjati sabiex tiġi estiża l-kopertura agrikola u tas-sajd u jkunu jinkludu s-servizzi u t-twaqqif. Maż-żmien l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP, b'mod patikolari f'oqsma regolatorji, se tipprepara l-bażi għall-konklużjoni ta' ġenerazzjoni ġdida ta' "ftehimiet profondi u komprensivi għall-kummerċ ħieles (FTA)" ma' l-imsieħba kollha ta' l-ENP, bħal dak li l-UE bi ħsieba tinnegozja ma' l-Ukraina. FTA komprensiv u profond għandu jkopri sostanzjalment kull kummerċ f'merkanzija u servizzi bejn l-UE u l-imsieħba ta' l-ENP, inklużi dawk il-prodotti ta' importanza partikolari għall-imsieħba tagħna u għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jorbtu legalment fuq il-kummerċ u kwistjonijiet regolatorji ekonomiċi. L-FTAs Mediterranji eżistenti għandhom jiġu estiżi kif xieraq għal oqsma regolatorji oħra. Ir-riżultati ta' l-assessjar ta' l-impatt sostenibbli tal-kummerċ se jkunu integrati f'dan il-proċess. FTAs profondi u komprenisivi bħal dawn se jkollhom bżonn jiġu mfassla u kkoordinati b'attenzjoni sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u l-istat ta' żvilupp ta' kull pajjiż imsieħeb, li jekk xieraq, inkluż ċertu livell ta' assimetrija. Fid-dawl tal-kumplessità u l-ambizzjoni tagħhom, FTAs profondi huma għanijiet għal terminu medju – u għal uħud mill-pajjiżi ta' l-ENP anki għal terminu twil. Qabel ma' tintrabat f'negozjati fuq FTAs profondi u komprensivi, l-UE għandha bżonn tikkonsidra l-abbilità ta' l-imsieħba li jimplimentaw u jappoġġjaw ftehimiet bħal dawn, kif ukoll il-livell ta' ambizzjoni tagħhom. Il-pajjiżi se jimxu f'din id-direzzjoni gradwalment u b'passi differenti, iżda huwa importanti li kollha jiġu mogħtija l-istess perspettiva. L-għan fl-aħħar mill-aħħar ikun li l-imsieħba tagħna jaqsmu bażi regolatorja komuni u grad simili ta’ aċċess għas-suq. Sabiex jintlaħaq dan il-għan u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħhom, l-imsieħba se jkollhom ikomplu l-isforzi tagħhom lejn l-implimentazzjoni tas-sezzjonijiet regolatorji u l-kummerċ tal-Pjanijiet ta' Azzjoni. Attenzjoni partikolari se tingħata għall-assistenza f'dawn is-setturi. Għall-ewwel dan jistà x’aktarx jibqa' approċċ bilaterali, bilateralment bejn l-UE u kull imsieħeb, sabiex jitqiesu d-differenzi kbar bejn is-sitwazzjonijiet tal-pajjiżi msieħba. Dan jippermetti lil dawk il-pajjiżi l-aktar avvanzati jħaffu aktar mingħajr ma jinżammu lura minn pajjiżi oħra. Madankollu, il-kunċett huwa għal kollox konsistenti ma' viżjoni tul perijodu twil ta' komunità ekonomika bejn l-UE u l-imsieħba tagħha ta' l-ENP. Dawn l-elementi qegħdin jiġu żviluppati diġà madwar il-Mediterran permezz tal-Ftehim ta' Agadir. Fuq medda ta' żmien itwal, il-ħidma lejn komunità ekonomika wiesgħa tal-Viċinat tkun tinkludi punti bħall- applikazzjoni ta' qafas regolatorju komuni u aċċess imtejjeb għas-suq ta' prodotti u servizzi bejn l-imsieħba ta' l-ENP, kif ukoll arranġament istituzzjonali xieraq bħal mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Punti ta' azzjoni: Kummerċ, investiment u integrazzjoni ekonomika għall-iskop ta' approċċ "profond u komprensiv mill-FTA" għall-imsieħba kollha ta' l-ENP inklużi elementi ta’ "wara l-fruntiera" u l-liberalizzazzjoni tal-flussi tal-kummerċ qalb il-pajjiżi msieħba, b'ċertu livell ta' assimetrija, jekk xieraq Appoġġ imsaħħaħ għar-riformi u l-isforzi sabiex jitjieb l-ambjent regolatorju tal-kummerċ u l-ekonomija kif ukoll il-klima għall-investiment it-tisħiħ ta’ l-integrazzjoni ekonomika u l-kooperazzjoni f'setturi ewlenin | - 3.2. L-iffaċilitar tal-mobilità u l-ġestjoni tal-migrazzjoni Sa mit-twaqqif tal-Komunità Ewropea, il-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tagħna li jivvjaġġaw fil-Komunità, fuq kummerċ, għal għanijiet edukattivi, jew fuq btala, kienu importanti fil-promozzjoni tal-kummerċ intern u l-investiment, fil-bini ta' l-għarfien ta' xulxin u biex jitħeġġu l-kuntatti ekonomiċi, soċjali u kulturali. Il-mobilità ta' persuni hi ta' importanza kbira wkoll għall-pajjiżi kollha ta' l-ENP. L-Unjoni ma' tistax toffri ħafna mill-aspetti tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jekk il-possibbiltà ta’ vvjaġġar leġittimu fuq perijodu ta' żmien qasir tkun limitata bħalma hi issa. Madankollu, il-politika tagħna tal-preżent dwar il-viża xi drabi timponi diffikultajiet reali u ostakoli għall-ivvjaġġar leġittimu. Stennija kbira quddiem il-konsulati ta' l-UE hija sinjal viżibbli ħafna tal-barrieri għad-dħul fl-Unjoni. Jekk hux għal skopijiet ta' negozju, jew għal skopijiet ta' edukazzjoni jew turiżmu, xjenza u riċerka għal konferenzi dwar is-soċjetà ċivili jew anki għal laqgħat f'livell nazzjonali jew tal-gvern lokali, il-possibbiltà li tinkiseb viża għal perijodu ta' żmien qasir fi żmien reġjonevoli u bi prezz reġjonevoli se jkun indikazzjoni tas-saħħa tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Għalhekk, ENP imsaħħa titlob eżami serju ħafna ta' kif il-proċeduri tal-viżas jistgħu jsiru inqas ta' ostaklu għall-ivvjaġġar leġittimu minn pajjiżi tal-viċinat lejn l-UE (u viċi-versa). Dan jista' jkun indirizzat biss fil-kuntest ta' pakketti wiesgħa sabiex jindirizzaw kwistjonijiet relatati bħall-kooperazzjoni fuq l-immigrazzjoni illegali, b'mod partikolari bil-baħar, il-ġlieda kontra t-traffikar u l-kuntrabandu ta' persuni, tmexxija effiċjenti tal-fruntieri, ftehimiet ta' riammissjoni u ritorn effettiv tal-migranti illegali, u l-proċess adegwat għall-applikazzjonijiet tal-protezzjoni internazzjonali u l-ażil. Iżda b'impenn solidu mingħand l-imsieħba tagħna li jaħdmu fuq dawn il-prerekwiżiti, għandu jkun possibli li jiġi offrut titjib sostanzjali dwar il-viża - billi jiġu pprovduti proċeduri aktar sempliċi u b'rata aktar mgħaġġla għal viżas ta' kategorji ta' vvjaġġar speċifiċi, b'mod partikolari għan-negozji, għanijiet uffiċċjali u ta' edukazzjoni – filwaqt li nsaħħu l-isforzi konġunti tagħna kontra l-immigrazzjoni illegali. Bħala eżempju ta' x'jista' jinkiseb, l-iffaċilitar tal-viża u l-ftehimiet ta' riammissjoni kienu bdew ma' l-Ukraina f'Ottubru 2006, filwaqt li diskussjonijiet mal-Moldova fuq ftehimiet bħal dawn huma mistennija li jibdew dalwaqt. In-negozjati mal-Marokk fuq ftehim ta' riammissjoni dalwaqt ikunu lesti. Il-ftehimiet dwar l-iffaċilitar tal-viża huma nnegozjati flimkien mal-ftehimiet ta' riammissjoni u huma "mfassla apposta", iwieġbu għall-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiż terz ikkonċernat u jipprovdu simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-ħruġ tal-viża ta' terminu qasir għal ċertu kategoriji ta' nies. L-iżviluppi wiesgħa dwar il-politika tal-viża fl-UE huma relevanti hawnhekk ukoll, per eżempju fin-negozjati bejn l-Istati Membri fuq il-ħolqien tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża li tkun tinkludi bijometrija għall-applikanti tal-viża u li tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-viża bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet ħafna tipi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, li jinkludu l-ħolqien ta' ċentri komuni għall-applikazzjoni tal-viża, li jistgħu jiffaċilitaw l-ilqugħ ta' l-applikazzjoni għall-viża f'pajjiżi ta' l-ENP. Filwaqt li jitqies il-bżonn ta' approċċ ibbilanċjat u l-bini ta' djalogu dwar il-migrazzjoni u l-kwistjonijiet dwar il-viża previsti fil-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP, l-Unjoni għandha tkun lesta li tidħol f'negozjati ta' riammissjoni u dwar l-iffaċilitar tal-viża ma' kull pajjiż tal-viċinat bi pjan ta' azzjoni fis-seħħ, ladarba l-prekondizzjonijiet proprji jkunu ntlaħqu. Punti ta' azzjoni: Mobilità u migrazzjoni L-iffaċilitar tal-viża, it-tneħħija ta' tfixkil lejn l-ivvjaġġar leġittimu, p.e. għal negozju, edukazzjoni, turiżmu, skopijiet uffiċjali Bħala parti minn pakkett ta' approċċ li jassigura mobilità u migrazzjoni mmexxija tajjeb, nindirizzaw id-dħul mill-ġdid, il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, u l-ġestjoni effettiva w effiċjenti tal-fruntieri | - 3.3. Il-promozzjoni ta' l-iskambji interpersonali Distinta mill-kwistjoni dwar il-mobilità, l-ENP għandu jkollha "wiċċ uman", u ċ-ċittadini ta' l-UE u tal-pajjiżi tal-viċinat għandu jkollhom aktar opportunitajiet sabiex jitħalltu, u sabiex jitgħallmu aktar dwar is-soċjetajiet ta' xulxin u jkunu mgħarrfa aħjar dwar il-kulturi ta' xulxin. L-ENP ma għandhiex tkun kwistjoni għall-uffiċjali u l-politiċi. Fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri, in-nies għandhom ikunu jistgħu jaraw direttament l-impatt ta' rabta aktar b'saħħitha bejn l-Unjoni u l-ġirien tagħha. - L-iskambji ta' żgħażagħ u ta' l-edukazzjoni għandhom ikunu element ewlieni ta' l-ENP, għaliex skambji bħal dawn għenu sabiex jgħaqqdu u jegħlbu l-preġudizzji fl-UE. Il-kooperazzjoni universitarja se tkun appoġġjata permezz ta' TEMPUS, filwaqt li skema ta' boroż ta' studju għar-reġjuni ta' l-ENP se tkun imnedija fl-2007 taħt Erasmus Mundus. Id-djalogu politiku dwar l-edukazzjoni għolja għandu jkun infurzat sabiex jappoġġja l-isforzi ta' modernizzazzjoni u r-riformi ta' pajjiżi msieħba. It-tixrid u l-iskambju ta' l-aħjar prattika f'dan il-qasam se jkunu msaħħa aktar. Dawn l-istrumenti se jgħinu sabiex tiġi mwaqqfa żona ta' kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u bħall-Proċess ta' Bolonja, tikkontribwixxi lejn konverġenza mal-politika ta' l-UE, fejn ħafna mill-imsieħba ta' l-ENP jipparteċipaw. L-assistenza għar-riformi ta' l-edukazzjoni għandha tkun imsaħħa, anki permezz tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ. Programm ġdid ta' l-ENP jista' jkun previst sabiex jippromwovi l-iskambji fost professjonisti żgħazagħ f'kull settur tal-ħajja, li jinkludu l-kultura u l-arti, kif ukoll fost ir-regolaturi. L-Istati Membri se jkollhom parti importanti fl-appoġġ ta' attivitajiet bħal dawn. - Il-mobilità għar-riċerkaturi hi parti essenzjali sabiex tiżdied il-kooperazzjoni fir-riċerka bejn l-UE u l-pajjiżi ta' l-ENP u titjieb l-eċċellenza. Iċ-ċirkulazzjoni tax-xjentisti titlob azzjoni komuni sabiex tinħoloq kuxjenza dwar l-opportunitajiet għal għotjiet ta' mobilità (p.e. Marie Curie fellowships), bl-isfruttament totali ta' għodod ta' informazzjoni eżistenti. - B'mod aktar ġenerali, l-iskambji għas-soċjetà ċivili għandhom jiġu msaħħa, u jmorru lilhinn minn kuntatti governattivi sabiex tinħoloq kooperazzjoni f'ħafna oqsma – per eżempju, kuntatti fost it-trejdunjins, l-awtoritajiet reġjonali u lokali (li jinkludu programmi ta' ġemellaġġ bejn l-ibliet), prattikanti fil-qasam tas-saħħa, NGOs, u gruppi kulturali. Se jkunu wkoll neċessarji programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali ffinanzjati taħt l-ENPI, iżda ser jinħtieġu wkoll skambji madwar l-UE. Ħafna minn dawn l-iskambji se jkunu fil-biċċa l-kbira ta' għamla ekonomika jew soċjali, iżda se jkunu wkoll ta' importanza l-iskambji kulturali u d-djalogu interkulturali. - Każ speċifiku w importanti ta' dawn l-iskambji tas-soċjetà ċivili se jkunu l-kuntatti mtejba bejn in-negozji. L-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem fl-UE u fil-pajjiżi ta' l-ENP, b'mod partikolari il-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju, għandhom ikunu mħeġġa b'mod attiv sabiex jistabbilixxu rabtiet mill-qrib u tiġi trasferita l-esperjenza. - Is-sehem tas-soċjetà ċivili fl-ENP għandu jmur lilhinn minn programmi ta' skambju u kooperazzjoni. Għandna nħeġġu l-gvernijiet imsieħba sabiex jippermettu parteċipazzjoni xierqa mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bħala l-partijiet interessati fil-proċess ta' riforma, kemm jekk fil-preparazzjoni ta' leġiżlazzjoni, is-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni tagħha jew fl-iżvilupp ta' l-inizjattivi nazzjonali jew reġjonali relatati ma' l-ENP. Fuq il-livell nazzjonali, jew f'kuntest reġjonali usa’, il-gvern / seminars tas-soċjetà ċivili fuq l-isfidi tar-riformi jgħinu sabiex tinbena klima ta' kunfidenza. - Il-viżibilità se tkun importanti wkoll sabiex l-ENP tissaħħaħ, tkun siewja għaċ-ċittadini ta' l-UE u tal-pajjiżi msieħba. Il-Kummissjoni diġà allokat strateġija għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-ENP. L-Istati Membri għandhom jirrifflettu l-għanijiet u l-kisbiet ta' l-ENP fl-attivitajiet ta' informazzjoni tagħhom, kemm esternament u internament. Id-dimensjoni umana ta' l-ENP hi kwistjoni kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Komunità. L-integrazzjoni ta' dawn l-elementi fi programmi bilaterali, u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi dwar l-attivitajiet interpersonali, se jsaħħu d-dehra ta' l-Unjoni kollha kemm hi fil-pajjiżi msieħba. Sabiex ikun hemm titjib fil-viżibilità ġenerali ta' l-UE f’dawn l-isforzi, il-Kummissjoni hi mistennija twaqqaf " one-stop website ", li tillinkja mal-websajts ta' l-Istati Membri, sabiex tipprovdi aċċess eħfef għall-programmi ta' skambju ta' informazzjoni madwar l-Unjoni. Punti ta' azzjoni: Skambji interpersonali L-iskambji edukattivi, kulturali, għaż-żgħażagħ u ta' riċerka L-iskambji tas-soċjetà ċivili, u l-parteċipazzjoni msaħħa tas-soċjetà ċivili fl-ENP L-iskambji bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali It-taħriġ tar-regolaturi ta' għada Kuntatti bejn in-negozji L-attivitajiet ta' viżibilità w informazzjoni | - 3.4. Il-bini ta' dimensjoni tematika għall-ENP S'issa, l-ENP imxiet l-aktar fuq livell bilaterali, bejn l-UE u kull pajjiż imsieħeb. Dan hu essenzjali minħabba d-differenzi l-kbar bejn l-imsieħba f'termini tas-sitwazzjonijiet politiċi u ekonomiċi, il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Divrenzjar bħal dan għandu bżonn jibqa' fil-qalba tal-politika. Madankollu, hemm numru ta' temi mifruxa fejn l-UE u l-imsieħba tagħha ta' l-ENP, kemm tan-Nofsinhar u tal-Lvant, jaqsmu interessi komuni u tħassib li jistgħu jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod siewi f'kuntest multilaterali. F'oqsma bħall-enerġija, it-trasport, l-ambjent, l-iżvilupp rurali, is-soċjetà ta’ l-informatika, kooperazzjoni fir-riċerka, is-saħħa pubblika, is-servizzi finanzjarji, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-migrazzjoni, jew kwistjonijiet marittimi, ta' spiss il-problemi ma jkunux biss bilaterali u jistgħu jibbenifikaw minn dibattitu, azzjoni u kooperazzjoni komuni bejn l-UE u l-pajjiżi ta' l-ENP, jew il-maġġornaza tagħhom. Dawn l-oqsma huma importanti għal tkabbir persistenti, prosperità, stabbilità u sigurtà. Il-lista ta' suġġetti għal temi vasti ta' l-ENP bħal dawn ikollhom bżonn jiġu eżaminati u diskussi fil-fond. Bl-istess mod, hemm bżonn aktar konsiderazzjoni dwar il-modi kif jiġu indirizzati temi bħal dawn. Uħud jistgħu jiġu ttrattati permezz ta' metodi relattivament ħielsa bħal laqgħat ad hoc jew ministerjali aktar regolari jew fuq livell ta' esperti. Oħrajn x'aktarx jibbenifikaw minn struttura aktar istituzzjonalizzata jew integrata. Għandha tingħata attenzjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet u l-proċessi multilaterali kemm jekk eżistenti jew ġodda. Għandhom jiġu kkunsidrati b'urġenza l-ftehimiet multilaterali bejn l-UE u l-imsieħba ta' l-ENP f'numru żgħir ta' setturi ewlenin; l-aktar eżempji evidenti huma l-enerġija (li testendi t-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija) u t-trasport (orizzontali / ftehimiet ta' l-ajru globali). L-estensjoni tan-netwerks għandha tiġi kkunsidrata wkoll waqt li tiġi żgurata l-interoperabilità mas-sistemi ta' l-UE. Element ieħor importanti ta' l-ENP hu l-possibilità għall-imsieħba ta' l-ENP li jipparteċipaw f'ċerti aġenziji u programmi tal-Komunità. F'Komunikazzjoni li takkumpanja dan is-suġġett[1] il-Kummissjoni tipproponi approċċ ġenerali lejn dawn il-kwistjonijiet. Punti ta' azzjoni: Aspetti Tematiċi It-tisħiħ tad-djalogu multilaterali u bilaterali ma' l-imsieħba ta' l-ENP f'setturi prinċipali Il-kunsiderazzjoni ta' ftehimiet addizzjonali multlilaterali dwar l-enerġija u t-trasport u t-tisħiħ ta' dawk diġà eżistenti Il-ħidma għal estensjoni tan-netwerks ta' trasport u enerġija ta' l-UE lejn pajjiżi tal-viċinat, kif ukoll l-interoperabilità. Il-parteċipazzjoni ta' ġirien f'aġenziji u programmi rilevanti tal-Komunità | - 3.5. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni politika Jekk l-ENP ma tistax tikkontribwixxi sabiex tindirizza l-kunflitti fir-reġjun, tkun falliet f'waħda mill-għanijiet prinċipali. Kunflitti bħal dawn jistgħu jheddu s-sigurtà proprja ta' l-Unjoni, jekk hux permezz tar-riskju ta’ żieda jew eżodu ta' refuġjati, jew ‘interruzzjoni tal-provvisti enerġetiċi jew il-qtugħ tal-kollegamenti tal-kummerċ u tat-trasport, jew permezz tat-tixrid tat-terroriżmu jew il-kriminalità organizzata inkluż it-traffikar tal-persuni, id-drogi u l-armi. L-Unjoni tagħti kontribut vast lejn l-għajnuna għar-refuġjati u l-persuni spustati – kemm ikun aħjar kieku dawn ir-riżorsi jkunu jistgħu jiġu użati għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli. Hemm ukoll ħtieġa, fl-interess ta' dawk kollha involuti, li r-Russja tidħol f'kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-prevenzjoni ta' kunflitti u t-tisħiħ ta' l-istabilità madwar l-Ewropa tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Kawkażu. Jekk hux fil-Moldova jew fin-Nofsinhar tal-Kawkażu, it-Territorji Palestinjani jew b'mod aktar ġenerali fil-Lvant Nofsani, jew is-Saħara tal-Punent, il-viċinat ta' l-Ewropa ġarrab il-konsegwenzi ta' kunflitti bħal dawn għal ħafna snin. L-ENP qatt ma tista' tissostitwixxi l-isforzi reġjonali u multilaterali li jkunu għaddejin sabiex tindirizza dawn il-kwistjonijiet. Iżda l-UE għandha tkun ippreparata sabiex ikollha rwol aktar attiv, kemm jekk permezz ta' parteċipazzjoni sħiħa fi sforzi bħal dawn (bħal fil-każ tal-Kwartett) jew tabilħaqq permezz ta' parteċipazzjoni każ b'każ f'monituraġġ ċivili jew militari jew operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi. L-operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri għandhom rwol importanti ukoll – per eżempju, is-suċċess tal-missjoni EUBAM fuq il-fruntiera tal-Moldova u l-iskjerament f'Rafah, joffru indikazzjonijiet importanti. Il-Kummissjoni hi lesta li tiżviluppa, flimkien mas-Segretarjat tal-Kunsill, proposti oħra fil-qasam tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti. L-Istrument il-ġdid ta' Stabbilità se jipprovdi wkoll opportunitajiet sabiex jissaħħaħ l-involviment ta' l-UE f'dawn l-oqsma. L-ENP tista' wkoll tipprovdi l-mezzi għal djalogu msaħħaħ, flimkien ma' appoġġ konkret għar-riforma u l-iżvilupp, li jista' jagħti l-kontribut tiegħu f'medda itwal ta' żmien sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Kooperazzjoni reġjonali msaħħa (il-punt 3.6 hawn taħt) tista' tagħti kontribut importanti f'dan il-kuntest. Barra minn hekk, hemm numru ta' passi li jistgħu jsaħħu konsiderevolment id-dimensjoni politika ta' l-ENP. - Il-possibilità ta' allinjament fuq bażi ta' każ b'każ, bid-Dikjarazzjoni tal-CFSP (diġà offruti lill-imsieħba ta' l-ENP tal-Lvant), tistà tiġi proposta lill-imsieħba min-Nofsinhar ukoll. - L-imsieħba ta' l-ENP jistgħu jiġu mistiedna, ukoll fuq bażi ta’ każ b'każ, għal laqgħat ta’ informazzjoni u koordinament li jiġu organizzati mill-UE f'fora internazzjonali bħan-NU, il-Kunsill lta' l-Ewropa u l-OSCE. - Laqgħa informali ta' livell għoli tista' isseħħ fl-2007 ma' l-imsieħba kollha ta' l-ENP li għandhom fis-seħħ Pjan ta' Azzjoni. Din il-laqgħa sservi għall-iskop immedjat u prattiku ta' tnedija ta' l-ENP imsaħħaħ propost f'din il-Komunikazzjoni. - Tista' tkun intensifikata wkoll il-kooperazzjoni parlamentari, kemm jekk bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, jew permezz tax-xogħol tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. - Il-preżenza ta' l-Unjoni madwar ir-reġjun tista' tkun imsaħħa permezz ta' tisħiħ fil-missjonijiet diplomatiċi tal-KE u l-Istati Membri fil-pajjiżi ta' l-ENP. Għandhom jinfetħu kemm jista' jkun malajr delegazzjonijiet sħaħ tal-Kummissjoni fil-pajjżi kollha ta' l-ENP. Punti ta' azzjoni: Kooperazzjoni Politika Rwol aktar attiv min-naħa ta' l-UE fl-isforzi tagħha lejn ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti reġjonali u multilaterali, li jinkludu parteċipazzjoni xierqa f'missjonijiet ċivili u militari għaż-żamma tal-paċi. Il-possibilità ta' allinjament mad-Dikjarazzjonijiet tal-GAERC offruti lill-imsieħba kollha ta' l-ENP. Laqgħa informali ta' livell għoli ta' l-ENP fl-2007 Kooperazzjoni parlamentari intensifikata It-tisħiħ tal-preżenza diplomatika ta' l-UE f'kull imsieħeb ta' l-ENP | - 3.6. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali Fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, fejn il-Moldova, l-Ukraina u l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Kawkażu jiltaqaw ma' l-UE, mar-Russja u t-Turkija, l-ENP toffri potenzjal kbir għad-djalogu u l-kooperazzjoni fuq livell reġjonali. Minn Jannar 2007, meta l-Baħar l-Iswed se jibda jifforma wieħed mill-fruntieri ta' l-Unjoni, approċċ reġjonali msaħħaħ se jkun parti essenzjali għall-politika tal-viċinat. Fil-kooperazzjoni tagħna fuq livell reġjonali mal-pajjiżi msieħba li jinsabu madwar il-Baħar l-Iswed (kemm jekk taħt l-ENP jew fil-każ tar-relazzjonijiet tagħna mar-Russja taħt is-Sħubija Strateġika u mat-Turkija bħala pajjiż kandidat), l-UE għandha tkun kompletament inklużiva ikun x’ikun il-kuntest formali tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha ma' dawn il-pajjiżi. Il-kwistjonijiet settorjali konkreti jistgħu jiġu indirizzati permezz ta' inizjattivi relevanti e.ż. kooperazzjoni xjentifika reċiproka li tkun ta' benefiċċju li tiġi msejsa fuq djalogu politiku; jew fora bħall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Baħar l-Iswed. Kooperazzjoni msaħħa fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed – "Sinerġija tal-Baħar l-Iswed" tista' wkoll tgħin il-preparazzjoni tal-bażi sabiex jiġu megħluba l-kunflitti reġjonali twal. L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika madwar il-Baħar l-Iswed ( Black Sea Economic Cooperation Organisation - BSEC) tipprovdi pjattaforma siewja għad-djalogu u l-kooperazzjoni tagħna mar-reġjun kollu. Bħalissa l-Kummissjoni qed teżamina l-possibilità li tistabbilixxi rabtiet aktar mill-qrib mal-BSEC, li jinkludu l-istat ta' osservatur. Barra minn hekk, ikun utili li jiġi stabbilit djalogu regolari mal-BSEC fuq livel lta' Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li tgħin il-politika reġjonali ta' l-Unjoni tal-Baħar Iswed tiġi implimentata u żviluppata. Ikun utli li flimkien ma' dawn il-laqgħat tal-BSEC, ikun hemm laqgħat għal djalogu politiku u diskussjonijiet dwar l-ENP u argumenti relatati bejn il-ministri ta' l-UE u pajjiżi tal-Lvant ta' l-ENP. Is-sena dieħla il-Kummissjoni bi ħsieba tindirizza Komunikazzjoni separata dwar djalogu msaħħaħ fuq il-Baħar l-Iswed. Il-"Black Sea Synergy" għandha tikkunsidra inizjattivi reġjonali oħra, bħall-Inizjattiva ta' Baku fl-oqsma tat-trasport u l-enerġija. Madwar il-Mediterran, l-ENP tikkomplementa b'mod ġdid u importanti d-djalogu u l-integrazzjoni reġjonali fit-tul immexxija fil-kuntest tas-Sħubija Ewro-Mediterranja. Is-sħubija Ewro-Mediterranja ippermettiet lill-UE u lill-ġirien tagħha tan-Nofsinhar sabiex jibnu pont ta' djalogu u kooperazzjoni, fuq livell reġjonali, fl-oqsma tal-politika, l-ekonomija, il-kummerċ, soċjali u kulturali. Il-Programm ta' Ħidma għal Ħames Snin miftiehem fis-Samit ta' Barċellona ta' l-2005, li jibni fuq l-aġenda ta' l-ENP, diġa' ħejja triq ċara għall-kooperazzjoni reġjonali msaħħa għas-snin li ġejjin. Hija u tibni fuq is-Sħubija Ewro-Mediterranja u l-Ftehimiet ta' Assoċċjazzjoni fis-seħħ fil-preżent ma' bosta msieħba mill-Mediterran, l-ENP tat lok għal opportunità reali sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet tagħna ma' l-imsieħba tal-Mediterran, u biex jiġu rikonoxxuti fis-sħiħ iċ-ċirkustanzi u l-interessi differenti tal-pajjiżi msieħba. L-impenji għar-riforma bi qbil konġunt stabbiliti f'kull wieħed mill-ħames Pjanijiet ta' Azzjoni fis-seħħ bħalissa (l-Iżrael, il-Ġordan, l-Awtorità Palestinjana, it-Tuneżija) diġà ħadu l-frott, kif ġie indikat fir-Rapport ta' Progress rispettiv. B'mod partikolari, dawn il-Pjanijiet ta' Azzjoni stabbilixxew prijoritajiet ċari u komuni, ippermettew li nintegraw temi differenti fi djalogu unitarju, u ppermettew progress reali anki f'oqsma sensittivi. Bil-Pjanijiet ta' Azzjoni ma' l-Eġittu u l-Libanu, li issa jinsabu fil-fażi finali, l-aspett bilaterali tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji se jlaħħaq ma' l-aspett reġjonali. Barra minn dan, jistgħu jinħolqu sinerġiji sabiex jiġu appoġjati r-riformi ekonomiċi u l-iżvilupp sostenibbli fil-Mediterran ma' oqsma ekonomiċi oħra, bħall–Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, fejn ir-riżorsi u l-investiment jistgħu għal dan l-iskop jiġu mmobbilizati b'mod konġunat. Il-flessibilità akbar offruta permezz ta' l-istrumenti ta' kooperazzjoni se tkun ta' importanza kbira, kemm madwar il-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Per eżempju, il-programmi ġodda ta' kooperazzjoni transkonfinali li qed jiġu stabbliti taħt l-ENPI se joffru għall-ewwel darba possibilità reali għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fuq iż-żewġ naħat ta' dawn l-Ibħra, u jindirizzaw kwistjonijiet ta' interess komuni - bħall-ambjent, it-trasport u l-komunikazzjoni, is-sigurtà marittima, l-ambjent marittimu, l-iżvilup ekonomiku reġjonali, it-turiżmu, u l-iskambji soċjo-kulturali. Għandna nħarsu lil hinn mill-viċinat immedjat ta' l-Unjoni, sabiex naħdmu mal-"ġirien tal-ġirien tagħna". Fl-Ażja ċentrali, per eżempju, jew fil-Golf, l-istrumenti l-ġodda (kemm ENPI u DCI) se jkunu jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet ta' kooperazzjoni reġjonali li jinkludu pajjiżi fiż-żewġ reġjuni – dan jista' jkun ta' interess partikolari f’setturi bħall-enerġija, it-trasport, l-ambjent u l-politika tar-riċerka. B'mod aktar ġenerali sabiex jiġu sostnuti l-bżonnijiet ta' l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-ġirien immedjati tagħna, jistgħu jiġu attirati l-investiment u finanzjament privat kif ukoll pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw ukoll lil hinn mill-kuntest tal-pajjiżi ta' l-ENP mill-Afrika ta' Fuq, fil-kuntest ta' l-Istrateġija bejn l-UE u l-Afrika fejn il-programmi ta' kooperazzjoni reġjonali aktar wiesgħa u kooperazzjoni f'oqsma bħall-migrazzjoni, l-infrastruttura, l-enerġija u l-paċi u s-sigurtà se jkunu ta' interess partikolari. Filwaqt li nħarsu lilhinn minn attivitajiet reġjonali kooperattivi, kunsiderazzjoni tista' tingħata wkoll sabiex tinbena aġenda komparabbli għal djalogu u riforma mal-Każakstan, fi tweġiba lejn l-interess li wrew. L-Ażja Ċentrali se tiġi indirizzata dalwaqt f'dokument ta' politika. Punti ta' azzjoni: Il-Kooperazzjoni reġjonali Il-'Black Sea Synergy', li tinkludi djalogu mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin u l-kooperazzjoni intensifikata mall-BSEC, li tikkunsidra l-kooperazzjoni reġjonali eżistenti bħall-Inizjattiva ta' Baku fuq l-enerġija u t-trasport L-implimentazzjoni sħiħa tal-Programm tax-Xogħol Ewro-Mediterranju It-tisħiħ fil-kooperazzjoni mal-"ġirien tal-ġirien tagħna", e.ż. fuq l-enerġija, it-trasport, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali | - 3.7. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali Mill-2007, il-kooperazzjoni tagħna mal-pajjiżi ġirien se tkun iffinanzjata taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u tal-Patenarjat (ENPI), flimkien mal-mandat il-ġdid ta' tislif tal-Bank Ewropew għall-Investiment. It-tnejn se jirrapreżentaw progress sinifikattiv fuq dak likien stabbilit qabel. L-ENPI, per eżempju, se tkun aktar flessibli mill-istrumenti preċedenti (b'mod partikolari b'paragun mat-TACIS), se tirrapreżenta wkoll żieda fir-riżorsi fuq dak l ii kien disponibbli qabel (żieda ta' madwar 32%, fi prezzijiet kostanti, meta jitqabblu l-2007-13 ma' l-2000-06). Strumenti ta' kooperazzjoni ġodda oħra (id-drittijiet umani, is-sigurtà nukleari, kif ukoll programmi tematiċi) se jkunu disponibbli għall-imsieħba ta' l-ENP. Il-mandat il-ġdid ta' l-EIB għandu jżid l-appoġġ lejn l-Ewropa tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Kawkażu, għalkemm x’aktarx ikun ferm inqas minn dak oriġinarjament propost mill-Kummissjoni. Il-finanzjament disponibbli sabiex tiġi appoġġjata l-aġenda għar-riforma ta' l-ENP se tibqa' relattivament modesta, minkejja l-ambizzjoni ta' l-ENP li tindirizza l-aġenda ta' riforma ferm komprensiva. Sfortunatament l-investiment privat f'ħafna mill-pajjiżi tar-reġjun jibqa' baxx, bħall-possibbiltà li jiġu ffinanzjati infrastrutturi importanti. Għalhekk hu essenzjali li jitkabbar l-impatt u l-poter tal-fondi ta' l-UE – iridu jkunu aktar innovattivi fit-tip ta' azzjonijiet appoġġjati, li jipprova jwassal sinerġiji bejn l-ENPI u fondi oħra ta' l-UE kif ukoll ma' l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet ta' Finanzjament, ma' l-IFIs u donaturi oħra. Sabiex jiġi ppremjat il-progress fl-implimentazzjoni tar-riformi u sabiex tissaħħaħ l-assistenza finanzjarja disponibbli għall-investiment minn IFIs u donaturi oħra, il-Kummissjoni bi ħsiebha tintroduċi żewġ mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament, b'parti sostanzjali tal-finanzjament ta' l-ENPI jiġu mwarrba sabiex jiġu appoġġjati l-faċilitajiet governattivi u ta' l-investiment. Proposti ddetaljati se jkunu ppreżentati waqt l-eżerċizzju ta' l-ipprogrammar, iżda fil-prinċipju, matul il-perijodu ta' l-2007-13, il-Kummissjoni bi ħsiebha twarrab: - L-ammont ta' 300 miljun EUR (madwar 43 miljun EUR, bħala medja) għal Faċilità ta' Governanza maħsub sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali, flimkien ma' l-allokazzjonijiet għal pajjiżi normali, sabiex jagħrfu u jappoġġjaw ix-xogħol ta' dawk il-pajjiżi msieħba li għamlu l-aktar progress fl-implimentazzjoni ta' l-aġenda ta' riforma miftiehma u stipulata fil-Pjan ta' Azzjoni tagħhom. Bi qbil mal-valutazzjoni tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta' l-aspetti governattivi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni (definiti b’mod wiesa') , dan il-finanzjament se jkun disponibbli sabiex jiżdiedu l-allokazzjonijiet nazzjonali, sabiex jiġu appoġġjati l-elementi ewlenin fl-aġenda tar-riforma. Dan se jgħin lil gvernijiet riformisti sabiex isaħħu l-kostitwenti domestiċi tagħhom għar-riforma. - L-ammont ta' 700 miljun EUR (madwar 100 miljun EUR kull sena, bħala medja) għal Fond ta' Investiment tal-Viċinat, il-bini fuq il-FEMIP[2], sabiex jiġu użati f'appoġġ lejn self mingħand l-IFI f'pajjiżi msieħba ta' l-ENP. Dan il-fond se jipprovdi appoġġ ta' għotja għal operazzjonijiet ta' tislif minn istituzzjonijiet bħall-EIB (fil-kuntest tal-mandat estern ġdid għas-self), l-EBRD u possibilment l-istituzzjonijiet tal-finanzi għall-iżvilupp ta' l-Istati Membri, skond il-prijoritarijiet stabbiliti ta' l-UE. Hu stmat li fondi bħal dawn jistgħu jinfluwenzaw b’erba’ jew ħames darbiet l-ammont ta' għotjiet ta' fondi ddedikati għaliha f'self konċessjonali għal proġetti ta' investiment f'pajjiżi imsieħba ta' l-ENP, f'setturi ta' prijorità kif indentifikati fil-Pjanijiet ta' Azzjoni. Appoġġ konkret mill-Istati Membri, b'żieda ta' l-għotjiet ta' fondi għal kontribuzzjoni tal-KE lejn il-Fond Fiduċjarju għall-ENP imsaħħa. Jekk l-Istati Membri jlaħħqu mal-kontribuzzjoni tal-KE, il-Faċilità tista' tiġġenera ammont sostanzjali f'EUR f'self konċessjonali. Il-governanza ta' Fondi tat-Trust bħal dawn tinvolvi l-kontributuri kollha skond l-involviment tagħhom u il-grad ta' koordinazzjoni tal-politika tagħhom lejn ir-reġjun ma' l-ENP. Il-koordinazzjoni bejn il-Fond ta’ Investiment għall-Viċinat u l-Fond Fiduċjarju għall-Infrastruttura bejn l-UE u l-Afrika se tippermetti koerenza u sinerġija. Fl-isforzi kontinwi sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost id-donaturi ta' l-UE bħala grupp, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw il-programmi ta' kooperazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet miftiehma u l-aġenda ta' riforma stabbiliti fil-Pjanijiet ta' Azzjoni ta' l-ENP. Għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni kontinwa ma' l-attivitajiet tal-Bank Dinji . Punti ta' azzjoni: Kooperazzjoni finanzjarja It-tkabbir ta' l-impatt u l-influwenza ta' riżorsi skarsi Il-Faċilità Governattiva Il-Fond ta' l-Investiment tal-Viċinat Koordinazzjoni imtejba bejn l-Istati Membri u l-assistenza tal-KE | - 4. KONKLUŻJONIJIET Fis-sentejn minn meta beda, il-progress miksub taħt l-ENP ikkonferma l-potenzjal kbir ta' din il-politika fit-tul. Hemm bżonn li dan il-potenzjal iseħħ fir-realtà billi nsaħħu l-kredibilità u l-impatt tal-politika. L-ENP tibqa' distinta mill-proċess tat-tkabbir ta' l-UE. Għall-imsieħba Ewropej ta' l-ENP dan bl-ebda mod ma jippreġudika l-iżvilupp possibli tal-futur tar-relazzjoni tagħhom ma' l-UE, skond id-diżpożizzjonijiet tat-Trattat. Indipendentement minn perspettiva bħal din, għandna naħdmu lejn implimentazzjoni b'suċċess ta' l-aġenda ta' riforma miftiehma biex inqarrbu l-ġirien kollha lejn l-Unjoni. Sabiex nagħtu appoġġ lill-ġirien tagħna fil-kisba ta' l-aġendi ta' riforma impenjattivi u li jinvolvu nfiq kbir, irridu inkunu kapaċi nippreżentaw offerta aktar attraenti min-naħa tagħna. Nistgħu nagħmlu aktar fir-rigward tal-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-iffaċilitar tal-viża u l-ġestjoni tal-migrazzjoni għal kuntatti interpersonali u kuntatti fost l-amministraturi u r-regolaturi. Aktar dwar il-kooperazzjoni politika u l-kooperazzjoni reġjonali, u aktar dwar il-kooperazzjoni finanzjarja. Uħud minn dawn l-azzjonijiet se jinvolvu ċertu spejjeż, iżda dan il-prezz mhuwiex projbittiv – hu ċertament inqas mill-prezz tan-nuqqas ta' azzjoni. Sabiex l-Istati Membri jiksbu dan, għandhom bżonn iwettqu l-parti tagħhom – it-tisħiħ propost hawnhekk se jitlob kemm impenn politiku sħiħ u impenn ekonomiku u finanzjarju proporzjonat. Il-Kummissjoni qed tieħu wkoll il-miżuri neċessarji sabiex tassigura li l-kunsiderazzjonijiet politiċi ta' l-ENP ikunu integrati bis-sħiħ fl-aspetti kollha tax-xogħol tagħha stess. Il-Kummissjoni tħares 'il quddiem sabiex tiddiskuti dawn l-ideat mal-Kunsill u l-Parlament. Fl-istess waqt, se jkun importanti li tikseb djalogu miftuħ mal-pajjiżi msieħba, sabiex tissaħħaħ il-proprjetà reċiproka ta' l-ENP. Il-Kummissjoni bi ħsieba li torganizza konferenza ta' livell għoli għal dan il-għan fl-2007. Kif juru r-Rapporti ta' Progress, il-pajjiżi msieħba diġà ikkonfermaw l-impenn tagħhom, permezz ta' l-adozzjoni u l-implimentazzjoni inizjali tal-Pjanijiet ta' Azzjoni ambizzjużi ta' l-ENP. Sabiex l-Unjoni tkun tista' tappoġġjahom adegwatament fil-proċess ta' riformi tagħhom, kif ukoll tħeġġeġ u tippremja l-progress, se jkun essenzjali li jiġi assigurat li l-potenzjal ta' l-ENP jkun imqabbel mar-realtà tiegħu. Il-proposti stipulati hawn fuq jirrappreżentaw offerta robusta lill-imsieħba tagħna ta' l-ENP, li hija kjarament fl-interess ta' l-Unjoni. [1] Kif iddettaljat fil-Komunikazzjoni simultanja tal-Kumissjoni "L-Approċċ Ġenerali sabiex jippermetti il-pajjiżi msieħba ta' l-ENP jipparteċipaw f'aġenziji tal-Komunità u fil-programmi tal-Komunità", COM(2006)xx tad-29 ta' Novembru 2006 [2] Faċilità għall-Investiment u s-Sħubija Ewro-Mediterranja