Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004DC0702

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u ‘l-Parlament Ewropew - Protezzjoni ta’ l-Infrastruttura Kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    /* KUMM/2004/0702 finali */

    52004DC0702

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u ‘l-Parlament Ewropew - Protezzjoni ta’ l-Infrastruttura Kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu /* KUMM/2004/0702 finali */


    Brussel 20.10.2004

    KUMM(2004) 702 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U ‘L-PARLAMENT EWROPEW

    Protezzjoni ta’ l-Infrastruttura Kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    WERREJ

    1. INTRODUZZJONI 3

    2. IT-THEDDIDA 3

    3. L-INFRASTRUTTURI KRUĊJALI TA' L-EWROPA 3

    3.1. X' inhi infrastruttura kruċjali 3

    3.2. Immaniġjar tas-Sigurtà 5

    4. PROGRESS S’ISSA FIL-PROTEZZJONI TA’ L-INFRASTRUTTURAKRUĊJALI FUQ LIVELL KOMUNITARJU 6

    5. TKABBIR TAL-KAPAĊITÀ TA’ PROTEZZJONI TA’ L-INFRASTRUTTURI KRUĊJALI TA’ L-UE 7

    5.1. Programm Ewropew għall-protezzjoni ta’ l-infrastruttura kruċjali 7

    5.2. Implimentazzjoni tal-PEPIK 8

    5.3. Indikaturi ta’ l-għanijiet u tal-progress tal-PEPIK 9

    ANNESS TEKNIKU 10

    INTRODUZZJONI

    Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2004 talab lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli sabiex jippreparaw strateġija totali biex tiġi protetta infrastruttura kruċjali.

    Din il-Komunikazzjoni tagħti deskrizzjoni ġenerika ta’ l-azzjonijiet li l-Kummissjoni qiegħda tieħu bħalissa dwar il-protezzjoni ta’ infrastruttura kruċjali u tipproponi miżuri addizzjonali biex issaħħaħ strumenti eżistenti u biex jintlaħqu l-mandati mogħtija mill-Kunsill Ewropew.

    IT-THEDDIDA

    Qiegħda tiżdied il-possibilità ta' attakki terroristiċi katastrofiċi fuq infrastrutturi kruċjali. Il-konsegwenzi ta’ attakk fuq is-sistemi ta’ kontroll industrijali ta' infrastruttura kruċjali jistgħu jvarjaw ħafna. Hija komuni li wieħed jassumi li attakk ċibernetiku li jirnexxi jikkawża ftit, jekk xejn, danni, iżda jista' jirriżulta f'telf ta' servizzi infrastrutturali bżonnjużi. Per eżempju suċċess ta’ attakk ċibernetiku fuq il-linja tan-netwerk tat-telefon pubbliku jista' jċaħħad il-klijenti mis-servizz telefoniku sakemm it-tekniċi jsewwu l-linja tan-netwerk. Attakk fuq sistemi ta' kontroll ta' faċilitajiet kimiċi ta’ gass likwidu naturali jista’ jiswa l-ħajja tan-nies kif ikoll iħalli danni fiżiċi.

    Tip ieħor ta’ falliment infrastrutturali katastrofiku jista’ jkun meta parti mill-infrastruttura twassal għall-falliment ta’ partijiet oħra, u dan ikollu effett fuq medda wiesgħa. Dan il-falliment jista’ jseħħ b’riżultat ta’ l-effett sinerġetiku li jeżisti bejn l-industriji infrastrutturali. Eżempju sempliċi jista’ jkun attakk fuq servizzi elettriċi fejn il-provvista ta' l-elettriku tiġi mfixkla; l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u l-impjanti ta' l-ilma jistgħu jfallu ukoll hekk kif it-turbini u apparat elettriku ieħor f'dawn il-faċilitajiet jintefa’.

    Katina ta’ avvenimenti li jinfirxu jistgħu jkunu ta’ dannu ukoll u jikkawżaw qtugħ fis-servizzi. Il-blakàwts fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa matul dawn l-aħħar sentejn urew il-vulnerabbilità ta' l-infrastrutturi ta' l-enerġija u b'riżultat ta' dan il-bżonn li jinstabu miżuri effettivi biex jwaqqfu jew itaffu l-konsegwenzi ta' tfixkil fi provvista prinċipali. Dan l-użu tat-terroriżmu ċibernetiku jista’ jirriżulta fi tkabbir ta’ l-effetti ta’ l-attakk fiżiku. Eżempju ta’ dan jista’ jkun attakk konvenzjonali ta’ bomba fuq bini u fl-istess ħin jkun hemm nuqqas temporanju ta' servizzi elettriċi jew telefoniċi. Sakemm sistemi ta’ back up elettriċi jew ta' komunikazzjoni jitwaħħlu u jibdew jintużaw, il-konsegwenza tal- livell baxx ta’ għajnuna ta’ emergenza tista’ żżid in-numru tal-feruti u l-panik tal-pubbliku.

    L-INFRASTRUTTURI KRUĊJALI TA' L-EWROPA

    X' inhi infrastruttura kruċjali

    L-Infrastrutturi kruċjali huma dawk il-faċilitajiet fiżiċi u ta' l-informazzjoni teknoloġika, netwerks, servizzi u propjetà li, jekk mfixkla jew meqruda jkollhom impatt serju fuq is-saħħa, sigurtà jew benesseri taċ-ċittadini jew fuq il-ħidma effettiva tal-gvernijiet fl-Istati Membri. L-infrastrutturi kruċjali jestendu matul diversi setturi fl-ekonomija, inkluż ħidma bankarja u finanzjarja, trasport u distribuzzjoni, enerġija, servizzi, saħħa, provvisti ta' l-ikel u komunikazzjoni, kif ukoll servizzi prinċipali tal-gvern. Ċerti elementi kritiċi f’dawn is-setturi ma jaqawx eżattament taħt ‘infrastruttura’, iżda huma fil-fatt netwerks jew ktajjen ta' forniment li jsostnu t-tqassim ta’ prodott jew servizz essenzjali. Per eżempju, il-provvista ta’ ikel jew ilma liż-żoni urbani importanti tiddependi minn ċerti faċilitajiet prinċipali, iżda ukoll netwerk kumpless ta' produtturi, proċessuri, manifatturi, distributuri u negozjanti.

    Infrastrutturi Kruċjali jinkludu:

    - Installazzjonijiet ta’ enerġija u netwerks (e.ż. enerġija elettrika, produzzjoni taż-żejt u gass, faċilitajiet ta’ ħżin u raffineriji, sistema ta’ trasmissjoni u distribuzzjoni).

    - Teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-Komunikazzjoni (e.ż. telekomunikazzjonijiet, sistemi ta' xandir, software , hardware u netwerks inkluża l-internet)

    - Finanzi (e.ż. ħidma bankarja, sigurtajiet u investiment)

    - Kura tas-Saħħa (e.ż. sptarijiet, faċilitajiet ta’ kura tas-saħħa u forniment tad-demm, laboratorji u farmaċewtiċi, tfittix u salvataġġ, servizzi ta' emerġenza)

    - Ikel (e.ż. sigurtà, mezzi ta’ produzzjoni, distribuzzjoni bl-ingrossa u l-industrija ta’ l-ikel)

    - Ilma (e.ż. digi, ħżin, trattament u netwerks)

    - Trasport (e.ż. ajruporti, portijiet, faċilitajiet intermodali, netwerks ta’ transit tal-ferrovija u tal-massa, sistemi ta’ kontroll tat-traffiku)

    - Produzzjoni, ħżin u trasport ta’ oġġetti perikolużi (e.ż. materjali kimiċi, bijoliġiċi, radjoloġiċi u nuklejari)

    - Il-Gvern (e.ż. servizzi kruċjali, faċilitajiet, netwerks ta' informazzjoni, assi u monumenti u siti nazzjonali prinċipali)

    Dawn l-infrastrutturi huma proprjetà jew mħaddma kemm mill-pubbliku kif ukoll mis-settur privat. Mandankollu, fil-Komunikazzjoni 574/2001 ta’ l-10 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni ddikjarat: “It-tisħiħ ta’ ċerti miżuri ta’ sigurtà mill-awtoritajiet pubbliċi fid-dawl ta’ l-attakki diretti kontra s-soċjetà kollha kemm hi u mhux għan-nies fl-industrija, għandhom jiġu mħallsa mill-Istat”. Is-settur pubbliku għalhekk għandu rwol fundamentali.

    L-infrastrutturi kruċjali għandhom ikunu definiti fuq livell ta’ l-Istati Membri u fuq livell Ewropew u dawn il-listi għandhom jiġu stabbiliti sa l-aħħar tal-2005.

    L-infrastrutturi kruċjali ta’ l-Ewropa huma konnessi sew u interdipendenti ħafna. Il-konsolidazzjoni korporattiva, ir-razzjonalizzazzjoni ta’ l-industrija, negozju effiċenti bħal manifattura fil-ħin u l-konċentrazzjoni tal-popolazzjoni fiż-żoni urbani kollha kkontribwew għal din is-sitwazzjoni. L-infrastrutturi kruċjali ta’ l-Ewropa saru aktar dipendenti fuq teknoloġiji ta' informazzjoni komuni, inkluż l-internet u radju-navigazzjoni u komunikazzjoni ibbażati fl-ispazju. Il-problemi jistgħu jinfirxu f’dawn l-infrastrutturi interdipendenti, u jikkawżaw ħsarat mhux mistennija u aktar serji fis-servizzi essenzjali. L-interkonnettività u interdipendenza jagħmlu dawn l-infrastrutturi aktar vulnerabbli għat-tfixkil jew il-qerda.

    Jeħtieġ jiġu studjati l-kriterji li jiddeterminaw il-fatturi li jagħmlu infrastruttura jew element ta’ infrastruttura kruċjali. Dawn il-kriterji ta' selezzjoni għandhom ikunu bbażati fuq għarfien settorali u kollettiv. Tliet fatturi jistgħu jiġu ssuġġeriti għall-identifikazzjoni ta’ infrastruttura kruċjali:

    - Għan: It-telf ta’ element kruċjali infrastrutturali huwa mkejjel mill-medda taż-żona ġeografika li tista’ tkun effettwata mit-telf jew nuqqas ta’ disponibbiltà – internazzjonali, nazzjonali, provinċjali/ territorjali jew lokali.

    - Il-Grad ta’ Kobor – L-iskala ta’ l-impatt jew telf jista’ jiġi stmat bħala Xejn, Minimali, Moderat jew Serju. Fost il-kriterji li jistgħu jintużaw għall-istima tal-potenzjal tal-grad ta’ kobor hemm:

    - Impatt pubbliku (l-ammont tal-popolazzjoni effettwata, telf ta' ħajja, mard mediku, ġrieħi gravi, evakwazzjoni);

    - Ekonomiċi (effett tal-GDP, l-importanza tat-telf ekonomiku u/jew degradazzjoni tal-prodotti jew servizzi);

    - Ambjentali (impatt fuq il-pubbliku u l-lok ta’ mad-dawra); u

    - Interdipendenza (bejn elementi infrastrutturali kruċjali oħra).

    - Politiċi (kunfidenza fil-kapaċità tal-gvern);

    - Effetti taż-żmien – Dan il-kriterju jaċċerta f’liema punt it-telf ta’ element jista’ jkollu impatt serju (i.e. immedjat, 24-48 siegħa, ġimgħa, oħrajn).

    Madankollu, f’ħafna każijiet, l-effett psikoloġiku jista' jkabbar avvenimenti li kieku jkunu meqjusa żgħar.

    Bħalissa żviluppi fil-protezzjoni ta’ l-infrastrutturi kruċjali huma dokumentati fl-Anness I li jipprevedi deskrizzjoni ġenerika settorjali, tas-suċċessi li kellha l-Kummissjoni s’issa. Dawn juru li l-Kummissjoni kisbet esperjenza konsiderevoli f’dan il-qasam.

    Immaniġjar tas-Sigurtà

    Informazzjoni minn numru ta’ sorsi hija meħtieġa sabiex jsir analiżi ta’ theddid, inċidenti u vulnerabbiltà ta’ l-elementi infrastrutturali kruċjali ta’ l-Istati Membri u d-dipendenzi tagħhom. Kull settur u Stat Membru jkun irid jidentifika l-infrastruttura li hija kruċjali għalihom, fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom skond formula ta’ armonizzazzjoni ta’ l-UE u l-organizzazzjonijiet jew in-nies responsabbli mis-sigurtà.

    Mhux l-infrastrutturi kollha jistgħu jiġu protetti mit-theddid kollu. Per eżempju, netwerks ta' trasmissjoni ta' elettriku huma wisq kbar biex jiġu mdawwra b’ ilqugħ ta' sigurtà jew jiġu mgħassa. Billi jiġu applikati teknikalitajiet ta' mmaniġjar ta’ riskju, l-attenzjoni tista’ tiffoka fuq oqsma ta’ riskju akbar, billi tqis it-theddida, il-kruċjalita relattiva, il-livell eżistenti ta' sigurtà protettiva u l-effettività ta' strateġiji li jtaffu l-impatt disponibbli għall-kontinwità tal-kummerċ.

    L-Immaniġjar tas-Sigurtà huwa proċess apposta li fih wieħed jifhem ir-riskju u jiddeċiedi jekk jimplimentax l-azzjonijiet sabiex inaqqas ir-riskju sa livell definit, li jkun livell aċċettabli ta' riskju bi spiża aċċettabbli. Din l-istrateġija hija karatterizzata bl-identifikazzjoni, t-tkejjil u l-kontroll tar-riskji sa livell proporzjonat mal-livell assenjat.

    Protezzjoni ta’ l-Infrastruttura Kruċjali (PIK) titlob sħubija konsistenti u kooperattiva bejn is-sidien u l-operaturi ta’ infrastruttura kruċjali u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri. Ir-responsabbilità ta’ l-immaniġjar tar-riskju ġo faċilitajiet fiżiċi, ktajjen ta’ fornituri, teknoloġiji ta' l-informazzjoni u netwerks ta' komunikazzjoni primarjament tiddependi mis-sidien u l-operaturi.

    Twissijiet, rakkomandazzjonijiet u noti ta’ informazzjoni għandhom jinħarġu ħalli jgħinu ‘l-pubbliku u ‘l-partijiet interessati tas-settur privat sabiex jipproteġu sistemi infrastrutturali prinċipali. Minn żmien għal żmien, jistgħu jitfaċċaw xi riskji speċifiċi jew theddid ta' attakk terroristiku li jitolbu azzjoni immedjata. F’dawn il-każijiet tintalab azzjoni operattiva iffukata u kkoordinata tajjeb mill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri u l-industrija. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-UE għanda tikkoordina l-azzjoni politika meħtieġa u d-dettalji ta’ l-arranġamenti għall-għajnuna jiġu miftehma fuq dik il-bażi mal-partijiet interessati fuq bażi ta’ każ b’każ.

    Anki l-aqwa pjanijiet ta’ l-immaniġjar ta’ sigurtà u leġislazzjoni li jġiegħlu l-infurzar ma jiswew xejn jekk ma jkunx hemm implimentazzjoni xierqa. L-esperjenza tgħallem li spezzjonijiet indipendenti mqabbda mill-Kummissjoni biex jaraw li qed isseħħ l-implimentazzjoni, huma l-uniku mezz effettiv sabiex jiġi garantit l-implimentazzjoni korretta tat-talbiet tas-sigurtà.

    PROGRESS S’ISSA FIL-PROTEZZJONI TA’ L-INFRASTRUTTURA KRUĊJALI FUQ LIVELL KOMUNITARJU

    L-Ewropej jistennew li l-infrastrutturi kruċjali jibqgħu jaħdmu mingħajr ma jagħtu każ liema organizzazzjonijiet għandhom jew joperaw il-partijiet komponenti. Jistennew li l-gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-UE jieħdu rwol ta' tmexxija biex jiżguraw li dan jiġri. L-Ewropej jistennew li l-livelli kollha tal-gvern u s-sidien tas-settur privat u operaturi jikooperaw ħalli jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi li fuqhom jiddependu.

    Bħala kumplement għall-miżuri li ttieħdu fuq livell nazzjonali, l-Unjoni Ewropea diġà ħadet numru ta’ miżuri leġislattivi li jistabbilixxu l-istandards minimi għall-protezzjoni ta’ l-infrastruttura fil-qafas tal-politika differenti ta’ l-UE. Huwa l-każ fis-setturi tat-trasport, tal-komunikazzjoni, ta’ l-enerġija, tas-saħħa u tas-sigurtà fuq ix-xogħol u s-setturi pubbliċi tas-saħħa. L-attivitajiet ingħataw spinta wara l-attakki riċenti fuq l-Amerika u l-Ewropa. Ser iwasslu għal titjib jew firxa tal-miżuri eżistenti.

    Għal għexieren ta’ snin l-ispezzjonijiet seħħew fil-qafas tat-Trattat tal-EURATOM sabiex jiġi kkontrollat l-użu kif suppost tal-materjali nuklejari. Fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni, hemm numru konsiderevoli ta’ leġislazzjonijiet li japplikaw għar-riskji relatati ma’ l-operazzjoni tal-faċilitajiet u l-użu tas-sorsi li jmissu sustanzi radju-attivi.

    Fil-qasam tat-trasport internazzjonali, l-Unjoni Ewropea adottat leġislazzjoni li timplimenta jew tinforza l-ftehim milħuq mill-korpi internazzjonali ta’ awtorità fis-settur marittimu u ta’ l-avjazzjoni. L-Unjoni Ewropea tibqa’ tippromwovi u tipparteċipa fl-attivitajiet tagħhom fuq livell internazzjonali. Dan jinkoraġġixxi ‘l Pajjiżi Terzi li għandhom relazzjonijiet ekonomiċi ma’ l-UE biex jimplimentaw dawn l-ftehimiet. L-UE pprovdit assistenza 'l uħud minnhom bil-għan li jintlaħaq livell ta' sigurtà omoġenju u kostanti ġo u lil hinn mill-fruntieri ta' l-UE.

    Pass ieħor qiegħed iseħħ bil-ħolqien ta’ Aġenziji bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (AESNI) għas-sigurtà tal-komunikazzjoni. Barra minn hekk, fis-setturi bħas-sigurtà marittima u ta’ l-avjazzjoni, servizzi ta’ spezzjoni nħolqu fil-Kummissjoni biex jispezzjonaw l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni ta’ sigurtà mill-Istati Membri. Dawn l-ispezzjonijiet qegħdin jipproduċu benchmark li jiżgura livell ugwali ta' implimentazzjoni fl-Unjoni.

    Bħalissa żviluppi fil-protezzjoni ta’ l-infrastrutturi kruċjali huma ddokumentati fl-Anness I li jipprevedi deskrizzjoni ġenerika settorali tas-suċċessi li kellha l-Kummissjoni s’issa. Dawn juru li l-Kummissjoni kisbet esperjenza konsiderevoli f’dan il-qasam.

    TKABBIR TAL-KAPAĊITÀ TA’ PROTEZZJONI TA’ L-INFRASTRUTTURI KRUĊJALI TA’ L-UE

    Programm Ewropew għall-protezzjoni ta’ l-infrastruttura kruċjali

    Huwa impossibli li wieħed jipproteġi l-infrastrutturi kruċjali kollha bil-kwalitajiet kollha tagħhom b’miżuri ta’ livell Ewropew, meta wieħed iqis in-numru kbir li hemm. Bl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Ewropa għanda tikkonċentra l-isforzi tagħha għall-protezzjoni ta' l-infrastrutturi li għandhom effett li jmur lil hemm mill-fruntieri, u tħalli l-bqija taħt ir-responsabbilità ta’ l-Istati Membri iżda taħt qafas komuni.

    Diversi Direttivi u Regolamenti diġà jeżistu u dawn jimponu mezz ta’ kif wieħed jinduna b'inċidenti, it-twaqqif ta' pjanijiet ta' interventi b'kooperazzjoni mad-Difiża Ċivili, eżerċizzji regolari u rbit ċar bejn il-livelli ta’ interventi differenti, poteri tal-pubbliku, organizzazzjonijiet ċentrali u servizzi ta’ urġenza. Mill-banda l-oħra baqa’ bosta xogħol x’isir dwar il-protezzjoni ta’ installazzjonijiet ta’ enerġija li mhux nuklejari. Kif jidher f' Anness 1, acquis Komunitarju jeżisti fil-protezzjoni ta' infrastruttura kruċjali fuq livell varjabbli ta’ żvilupp.

    Ix-xogħol għaddej f’bosta mill-oqsma msemmija hawn fuq, u l-kooperazzjoni ma' l-esperti ta’ l-Istati Membri u s-setturi ekonomiċi konċernati ġiet stabbilita biex tidentifika d-difetti li jista' jkun hemm u l-miżuri kollettivi li għandhom jiġu applikati (legali jew oħrajn). Diversi netwerks u kumitati ta' sigurtà ġew stabbiliti.

    Il-Kummissjoni ser tirrapporta progress lill-istituzzjonijiet oħra kull sena kalendarja permezz ta' Komunikazzjoni. Il-Kummissjoni tanalizza għal kull settur l-iżviluppi ta' xogħol fil-komunità fil-qasam ta’ valutazzjoni ta’ riskju, żvilupp ta’ teknikalitajiet ta’ protezzjoni, jew azzjonijiet legali li għaddejjin jew li huma pprevisti sabiex jieħdu l-parir tagħhom. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ser tipproponi ukoll, jekk meħtieġ, aġġornamenti u miżuri organizzattivi orizzontali li għalihom hemm bżonn ta’ armonizzazzjoni, koordinazzjoni u kooperazzjoni. Din il-Komunikazzjoni li tintegra l-analiżi u l-miżuri tas-setturi kollha ser issawwar il-bażi għall-Programm Ewropew għall-Protezzjoni ta' l-Infrastruttura Kruċjali (PEPIK).

    Dan il-programm ser jassisti l-industrija u l-gvernijiet ta’ l-Istati Membri fuq kull livell fl-UE, filwaqt li jirrispetta r-responsabbilitajiet u l-mandati individwali. Il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li netwerk li jiġbor lill-ispeċjalisti tal-PIK ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE jistgħu jassistu ‘l-Kummissjoni fit-tfassil tal-programm – dan in-Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija għall-Infrastruttura kruċjali għandu jitwaqqaf malajr kemm jista’ jkun fl-2005.

    It-twaqqif ta’ dan in-netwerk għandu jassisti prinċiparjament sabiex iħeġġeġ skambju ta' informazzjoni dwar theddid u vulnerabbiltajiet komuni u miżuri xierqa u strateġiji biex jittaffa r-riskju b’appoġġ għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kruċjali. Minn naħa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-informazzjoni relevanti tgħaddi għand id-dipartimenti u l-aġenziji tal-gvern konċernati, inkluż organizzazzjonijiet ta’ servizzi ta’ emerġenza, jinfurmaw il-korpi relevanti ta’ l-industrija sabiex huma jinfurmaw lis-sidien u l-operaturi milquta bl-infrastruttura kruċjali permezz ta’ netwerk ta' kuntatti stabbilit fl-Istati Membri.

    Il-PEPIK ser jippromwovi forum dejjem għaddej fejn il-limiti tal-kompetizzjoni, obbligu u sensittività ta' l-informazzjoni tista’ tkun bilanċjata bil-benefiċċji ta' infrastruttura kruċjali aktar sigura. L-industrija ser tkun ikkonsultata fil-qrib waqt dan il-proċess. Il-PEPIK jgħin sabiex jipprovdi aktar informazzjoni lill-imsieħba dwar sitwazzjonijiet ta’ theddid speċifiċi u jittieħdu azzjonijiet biex jittrattaw l-konsegwenzi potenzjali. Ir-responsabbilità tas-sidien u l-operaturi biex jagħmlu d-deċiżjonijiet u l-pjanijiet tagħhom biex jipproteġu l-assi tagħhom stess m’għandix tinbidel.

    Meta standards settorjali ma jeżistux jew fejn in-normi internazzjonali għadhom me ġewx stabbiliti, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (KEI) u organizzazzjonijiet oħra ta' standardizzazzjoni relevanti jistgħu jassistu n-netwerk u jipproponu standards ta’ sigurtà uniformi settorali u addattati; dan għall-fergħat u s-setturi kollha interessati. Dawn l-istandards għandhom ikunu proposti ukoll fuq livell internazzjonali permezz ta’ l-ISO sabiex jiġi stabbilit ambjent ġust u ugwali f’dan ir-rigward.

    Trid tingħata attenzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mat-theddid ta’ sigurtà nazzjonali għall-infrastruttura kruċjali, inkluż terroriżmu, sabiex jiġi evitat inkwiet żejjed domestikament fl-UE kif ukoll għall-investituri u turisti ta’ potenzjal. It-terroriżmu huwa theddida kontinwa iżda huwa x-xogħol ta’ min jagħmel il-politika li jinkoraġġixxi lil kulħadd biex kemm jista’ jkun jibqa’ għaddej bil-ħajja normali. Trid tingħata attenzjoni ukoll sabiex jiġu rispettati d-drittijiet tal-privatezza, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni. Il-konsumaturi u l-operaturi jridu jkunu kunfidenti li l-informazzjoni ser tkun ittrattata bir-reqqa, b'kunfidenzjalità u b'kredibilità. Huwa neċessarju li jkun hemm qafas xieraq biex jiżgura li l-informazzjoni klassifikata hija mmaniġjata sew u protetta minn użu jew kxif mhux awtorizzat.

    Bosta mill-infrastruttura kruċjali ta’ l-UE u ta' l-Istati Membri jaqsmu l-fruntieri ta' l-UE. Pajpijiet jifirxu fuq diversi kontinenti, kejbils importanti għas-servizzi ta' l-informazzjoni teknoloġika huma midfuna fil-fond ta' qiegħ l-oċejan eċċ. Dan ifisser li kooperazzjoni internazzjonali hija komponent importanti biex jiġu stabbiliti sħubiji kontinwi, dinamiċi, nazzjonali u internazzjonali fost sidien / operaturi ta’ infrastutturi kruċjali u gverijiet ta’ pajjiżi terzi, b’ mod partikolari fornituri diretti ta’ prodotti ta’ enerġija lill-Unjoni.

    Implimentazzjoni tal-PEPIK

    Protezzjoni ta' infrastruttura kruċjali titlob il-parteċipazzjoni attiva ta’ sidien u operaturi ta’ l-infrastruttura, regolaturi u korpi professjonali u assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija u l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-informazzjoni fornuta mill- interfaces u n-netwerk ta’ l-Istati Membri, l-għanijiet tal-PEPIK jkunu li titkompla l-identifikazzjoni ta’ l-infrastruttura kruċjali, tiġi analizzata l-vulnerabbiltà u l-interdipendenza u joħorġu b’soluzzjonijiet biex jiġu protetti minn, u jipprepara għal kull tip ta’ periklu. Dan jinkludi l-assistenza lis-setturi ta’ l-industrija b’fehim tat-theddida u l-varjabbli ta’ konsegwenza fl-istimi tar-riskju. Aġenziji ta' infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u l-mekkaniżmu ta' protezzjoni ċivili għandhom jiżguraw li l-PEPIK hija parti integrali mill-ippjanar u ż-żieda ta’ l-għarfien.

    F’kooperazzjoni mill-qrib man-netwerk, is-servizzi tal-Kummissjoni ser jiżviluppaw azzjonijiet oħra li għandhom jikkonsistu fl-adozzjoni ta' leġislazzjoni u/jew tixrid ta' informazzjoni. Il-Forza tax-Xogħol tal-Kapijiet tal-Pulizija u l-Europol jkollha rwol fit-tixrid ta’ informazzjoni ta’ intelliġenza u tal-livelli ta’ sigurtà relevanti, lill-aġenziji ta’ nfurzar tal-liġi fl-Istati Membri, li minn naħa tagħhom iridu jinfurmaw u jaħdmu mas-sidien u operaturi ta’ l-infrastrutturi kruċjali dwar informazzjoni tat-thedid relevanti, jassistu fid-dispożizzjoni ta' pariri ta’ sigurtà protettiva u l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ sigurtà protettiva biex jikkombattu t-terroriżmu.

    Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri ser ikomplu u/jew jiżviluppaw u jmantnu d- databases ta’ infrastruttura kruċjali ta' importanza nazzjonali u jkunu responsabbli mill-iżvilupp, it-tisħiħ u l-verifika ta' pjanijiet relevanti sabiex jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Meta jkun qed jitfassal l-PEPIK il-Kummissjoni ser tagħmel xi suġġerimenti dwar x’għandu jkun il-kontenut minimu u l-format ta' dawn id-databases u kif għandhom ikunu inter-ikkonnettjati.

    Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri minn naħa tagħhom għandhom jibqgħu jinfurmaw lis-sidien u l-operaturi ta’ l-infrastrutturi kruċjali (kif ukoll Stati Membri oħra, jekk xieraq) b’intelliġenza relevanti u twissijiet kif ukoll dwar it-tweġiba miftehma mistennija għal kull livell ta’ theddida/twissija lill-partijiet interessati.

    Is-sidien u l-operaturi ta’ l-infrastruttura kruċjali ser jipprovdu sigurtà xierqa ta’ l-assi tagħhom billi jimplimentaw attivament il-pjanijiet ta’ sigurtà tagħhom u jamministraw spezzjonjiet regolari, eżerċizzji, valutazzjonijiet u pjanijiet. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-proċess totali waqt li l-Kummissjoni għanda tiżgura implimentazzjoni ugwali f’kull parti ta’ l-Unjoni b’sistemi ta’ spezzjoni xierqa.

    Indikaturi ta’ l-għanijiet u tal-progress tal-PEPIK

    L-għan tal-PEPIK u d-dover tal-Kummissjoni jkun li tiżgura li hemm livelli xierqa u ugwali ta’ sigurtà protettiva fuq infrastruttura kruċjali, punti ta’ falliment iżolati u minimi u arranġamenti ta’ rkupru mgħaġġla u ppruvati diġà f’kull parti ta’ l-Unjoni. L-PEPIK ikun proċess kontinwu u analiżi regolari tkun meħtieġa sabiex ikun hemm tagħrif dwar il-kwistjonijiet u tħassib fi ħdan il-komunità.

    Is-suċċess jiġi mkejjel fuq:

    - L-identifikazzjoni u l-istabbilizzazzjoni ta’ inventarji ta’ l-infrastrutturi kruċjali mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom skond il-prijoritajiet mniżżla mill-PEPIK;

    - Is-settur tal-kummerċ jikkollabora mal-gvern biex jaqsam informazzjoni u jnaqqas il-possibilità ta’ inċidenti li jistgħu jfixklu l-infrastrutturi kruċjali għal tul ta’ żmien;

    - Il-Komunità Ewropea tieħu deċiżjoni biex tistabbilixxi strateġija komuni biex titqabad mas-sigurtà ta’ l-infrastrutturi kruċjali permezz tal-kooperazzjoni tal-pubbliku u tal-privat.

    TECHNICAL ANNEX

    GLOSSARY

    Critical Infrastructure (CI)

    Those physical resources; services; and information technology facilities, networks and assets which, if disrupted or destroyed, would have a serious impact on the health, safety, security or economic well-being of Europeans or the effective functioning of the EU or its Member States governments.

    Critical infrastructure Warning Information Network (CIWIN)

    A EU network to assist Member States, EU Institutions, owners and operators of critical infrastructure to exchange information on shared threats, vulnerabilities and appropriate measures and strategies to mitigate risk in support of critical infrastructure protection.

    Critical Infrastructure Protection (CIP)

    The programs, activities and interactions used by owners and operators to protect their critical infrastructure.

    CIP capability

    The ability to prepare for, protect against, mitigate, respond to, and recover from critical infrastructure disruptions or destruction.

    European programme for Critical Infrastructure Protection (EPCIP)

    A programme to provide enhanced security for critical infrastructure as an ongoing, dynamic, national partnership among EU institutions, critical infrastructure owner/operators and EU Member States to assure the continued functioning of Europe's critical infrastructure

    Infrastructure

    The framework of interdependent networks and systems comprising identifiable industries, institutions (including people and procedures), and distribution capabilities that provide a reliable flow of products and services, the smooth functioning of governments at all levels, and society as a whole.

    Risk

    The possibility of loss, damage or injury. The level of risk is a condition of two factors: (1) the value placed on the asset by its owner/operator and the impact of loss or change to the asset, and (2) the likelihood that a specific vulnerability will be exploited by a particular threat.

    Risk Assessment

    A process of evaluating threats to the vulnerabilities of an asset to give an expert opinion on the probability of loss or damage and its impact, as a guide to taking action.

    Risk Management

    A deliberate process of understanding risk and deciding upon and implementing actions to reduce risk to a defined level, which is an acceptable level of risk at an acceptable cost. This approach is characterized by identifying, measuring, and controlling risks to a level commensurate with an assigned level.

    Threat

    Any event that has the potential to disrupt or destroy critical infrastructure, or any element thereof. An all-hazards approach to threat includes accidents, natural hazards as well as deliberate attacks.

    Threat Assessment

    A standardized and reliable manner to evaluate threats to infrastructure.

    Vulnerability

    A characteristic of an element of the critical infrastructure's design, implementation, or operation that renders it susceptible to destruction or incapacitation by a threat.

    Top