Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1467

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1467 tas-27 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2024) 3377)

    C/2024/3377

    ĠU L, 2024/1467, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1467/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1467/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1467

    31.5.2024

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1467

    tas-27 ta’ Mejju 2024

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni

    (notifikata bid-dokument C(2024) 3377)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju għall-politika tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 (2) tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tal-ispettru permezz ta’ apparat tar-radju bbażat fuq it-teknoloġija ultra-wideband (“UWB”) fl-Unjoni. Dik id-Deċiżjoni tiżgura li l-ispettru tar-radju jkun disponibbli madwar l-Unjoni b’kundizzjonijiet armonizzati, telimina l-ostakli għall-użu tat-teknoloġija UWB u timmira li toħloq suq uniku effettiv għas-sistemi UWB b’għadd ġmielu ta’ ekonomiji ta’ skala u benefiċċji għall-konsumatur.

    (2)

    Għalkemm tipikament is-sinjali ultra-wideband ikollhom qawwa baxxa ħafna, teżisti l-possibbiltà ta’ interferenza dannuża ma’ servizzi tar-radjukomunikazzjoni, u jeħtieġ li din tiġi ġestita. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi evitata l-interferenza dannuża (inkluż meta din l-interferenza jaf tkun ikkawżata mill-aċċess għall-ispettru tar-radju mis-sistemi tar-radjuastronomija, tas-satelliti għall-esplorazzjoni tad-dinja u tar-riċerka spazjali) u jinkiseb bilanċ bejn l-interessi tas-servizzi inkombenti u l-objettiv kumplessiv tal-politika li jinkisbu kundizzjonijiet favorevoli għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għall benefiċċju tas-soċjetà.

    (3)

    Fis-16 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti, skont id-Deċiżjoni 676/2002/KE, għall-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (is-CEPT) biex tidentifika l-kundizzjonijiet tekniċi għall-introduzzjoni armonizzata tal-applikazzjonijiet tar-radju bbażati fuq it-teknoloġija UWB fl-Unjoni biex jinkisbu kundizzjonijiet tekniċi aġġornati għal dawn l-applikazzjonijiet. Dak il-mandat permanenti ġie emendat fl-2019 wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 u t-tħassir tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE (3).

    (4)

    Bi tweġiba għal dak il-mandat permanenti, fis-7 ta’ Lulju 2023 is-CEPT adottat rapport (4) fejn ipproponiet li żżid il-każijiet ta’ użu li ġejjin mal-qafas regolatorju eżistenti għall-UWB fil-banda ta’ 6-8.5 GHz: użu fiss fuq barra għall-applikazzjonijiet ta’ trekkjar tal-pożizzjoni, għall-applikazzjonijiet ġenerali għall-vetturi u għall-applikazzjonijiet ta’ potenza ogħla fuq ġewwa biss.

    (5)

    Ir-rapport tas-CEPT ippropona wkoll li jiġi ċċarat li l-vetturi fissi li jintużaw fuq barra u dawk li jintużaw fl-inġenji tal-ajru u tat-triq u ferrovjarji huma esklużi mill-ambitu tal-użu ġeneriku tal-UWB kif ukoll li tittejjeb l-istruttura ta’ ċerti taqsimiet tal-Anness u t-terminoloġija użata.

    (6)

    Il-potenzjal tal-UWB għall-apparati ta’ assistenza huwa magħruf ukoll pereżempju għall-kontrolluri ambjentali għall-persuni b’diżabbiltajiet fiżiċi jew li jappoġġaw iċ-ċaqliq fuq ġewwa għall-persuni b’diżabbiltajiet sensorji bħall-persuni għomja.

    (7)

    Jeħtieġ li tiġi appoġġata l-armonizzazzjoni kumplessiva tal-qafas regolatorju tal-UWB sabiex tittejjeb il-konsistenza tal-limiti u t-tekniki tal-mitigazzjoni bejn ir-Regolamenti differenti tal-UWB u biex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet innovattivi fil-qasam tat-teknoloġija UWB.

    (8)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti limiti regolatorji u jiġu identifikati tekniki tal-mitigazzjoni biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-ispettru filwaqt li tiġi żgurata l-koeżistenza ma’ utenti oħra tal-ispettru. L-evoluzzjoni teknoloġika tista’ tipprovdi soluzzjonijiet oħra li mill-inqas jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jiġi permess l-użu ta’ tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni, bħal soluzzjonijiet li jinstabu fi standards armonizzati possibbli futuri prodotti mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, diment li dawn mill-inqas ikunu jiżguraw livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni u ta’ protezzjoni tal-ispettru u li b’mod verifikabbli jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti ta’ dan il-qafas regolatorju.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(i)

    “densità spettrali tal-potenza rradjata totali” (TRPsd) tfisser il-valuri tad-densità spettrali tal-potenza rradjata medja (e.i.r.p.) imkejla b’riżoluzzjoni ta’ 15-il grad fuq sfera madwar l-apparat UWB (użu ġeneriku jew bħala vettura) jew madwar ix-xenarju relatat mal-każ tal-użu (bħala emissjonijiet indiretti għall-apparati UWB li jiddeterminaw il-materjali;”;

    (2)

    l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Fi żmien 6 xhur wara li tidħol fis-seħħ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw u jagħmlu disponibbli l-ispettru tar-radju, abbażi li ma jkunx hemm interferenzi u protezzjoni, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, diment li dan l-apparat ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness u jkun jintuża ġewwa jew, jekk jintuża barra, ma jkunx imwaħħal ma’ installazzjoni fissa, infrastruttura fissa jew antenna fissa fuq barra.

    L-apparat li juża teknoloġija ultra-wideband li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandu jkun permess ukoll fil-vetturi bil-mutur u ferrovjarji jew jitħalla jitwaħħal ma’ installazzjoni fissa jew ma’ infrastruttura fissa jew jintuża ma’ antenna fissa fuq barra fejn dan ikun espliċitament permess fl-Anness.”;

    (3)

    l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Thierry BRETON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/676(1)/oj.

    (2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 3461) ĠU L 127, 16.5.2019, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/785/oj).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE tal-21 ta’ Frar 2007 dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, b'mod armonizzat fil-Komunità (OJ L 55, 23.2.2007, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/131(1)/oj).

    (4)  Ir-Rapport 84 tas-CEPT — Rapport mis-CEPT lill-Kummissjoni Ewropea bi tweġiba għall-Mandat Permanenti dwar il-UWB: “Rieżami tat-teknoloġija ultra-wideband fid-dawl ta’ aġġornament potenzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785”, approvat fis-7 ta’ Lulju 2023 mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni Elettronika.


    ANNESS

    1.   UŻU ĠENERIKU TAL-ULTRA-WIDEBAND (UWB)

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    -90 dBm/MHz

    -50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,1 GHz

    -70 dBm/MHz

    -36 dBm

    3,1 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) jew tad-DAA (2)

    -36 dBm

    jew

    0 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    -80 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu ta’ LDC (1) jew DAA (2)

    -40 dBm

    jew

    0 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    -70 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tal-LDC (1) jew tad-DAA (2)

    -30 dBm

    jew

    0 dBm

    4,8 < f ≤ 6 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    –41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9 GHz

    -65 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu ta’ DAA (2)

    -25 dBm

    jew

    0 dBm

    9 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    Ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fit-tabella ta’ hawn fuq ma għandhomx japplikaw għal:

    (1)

    apparati u infrastruttura użati f’post fiss fuq barra jew konnessi ma’ antenna fissa fuq barra;

    (2)

    apparati installati fil-mudelli tat-titjir, fl-inġenji tal-ajru u f’apparati oħra tal-avjazzjoni;

    (3)

    installati f’vetturi tat-triq u ferrovjarji.

    2.   SISTEMI TAT-TREKKJAR TAL-POŻIZZJONI tat-Tip 1 (LT1)

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    -90 dBm/MHz

    -50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz

    -36 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    -80 dBm/MHz

    -40 dBm

    3,8 < f ≤ 6,0 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    –41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9 GHz

    -65 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tad-DAA (3)

    -25 dBm

    jew

    0 dBm

    9 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    3.   APPARATI UWB INSTALLATI FIL-VETTURI BIL-MUTUR U FERROVJARJI

    3.1.   Rekwiżiti tekniċi ġenerali

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    -90 dBm/MHz

    -50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,1 GHz

    -70 dBm/MHz

    -36 dBm

    3,1 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tal-LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tat-TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    -36 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    -80 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tal-LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tat-TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    -40 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    -70 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tal-LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tat-TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    -30 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    4,8 < f ≤ 6 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    –53,3 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tal-LDC (4) + e.l. (7)

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tat-TPC (6) + e.l. (7)

    –13,3 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    8,5 < f ≤ 9 GHz

    -65 dBm/MHz

    jew

    –41,3 dBm/MHz bl-użu tat-TPC (6) + DAA (5) + e.l. (7)

    -25 dBm

    jew

    ≤ 0 dBm

    9 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    3.2.   Rekwiżiti tekniċi speċifiċi għal sistemi tal-aċċess għall-vetturi li jużaw skattar qabel it-trażmissjoni

    Ir-rekwiżiti tekniċi li għandhom jintużaw fi ħdan il-baned 3,8-4,2 GHz u 6-8,5 GHz għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi li jużaw skattar qabel it-trażmissjoni huma stabbiliti fit-tabella li ġejja.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    3,8 < f ≤ 4,2 GHz

    –41,3 dBm/MHz b’operazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni u LDC ≤ 0,5  % (f’1 h)

    0 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz

    –41,3 dBm/MHz b’operazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni u LDC ≤ 0,5  % (f’1 h) jew TPC

    0 dBm

    Il-mitigazzjoni ta’ “skattar qabel it-trażmissjoni” hi ddefinita bħala trażmissjoni UWB li tibda tintuża biss meta jkun meħtieġ, b’mod speċifiku meta s-sistema tindika li hemm apparati UWB fil-qrib. Il-komunikazzjoni tiġi skattata minn utent jew mill-vettura. Il-komunikazzjoni sussegwenti tista’ titqies bħala “komunikazzjoni skattata”. Tapplika l-mitigazzjoni eżistenti tal-LDC (jew inkella TPC fil-medda ta’ 6 GHz sa 8,5 GHz). Ma jridx jiġi applikat rekwiżit ta’ limitu estern meta tintuża t-teknika tal-mitigazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi.

    Għas-sistemi tal-aċċess għall-vetturi għandhom jintużaw tekniki tal-mitigazzjoni ta’ skattar qabel it-trażmissjoni li jkunu jipprovdu livell xieraq ta’ prestazzjoni sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2014/53/UE. Jekk it-tekniki rilevanti jiġu deskritti fi standards armonizzati jew f’partijiet minnhom li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2014/53/UE, għandha tiġi żgurata minn tal-inqas prestazzjoni ekwivalenti għal dawn it-tekniki. Dawn it-tekniki għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    3.3.   Rekwiżiti tekniċi għal applikazzjonijiet oħra għall-vetturi fil-banda ta’ 6-8,5 GHz, inkluż applikazzjonijiet li jinvolvu komunikazzjoni minn infrastruttura lejn vettura u minn vettura għall-oħra

    Ir-rekwiżiti tekniċi fit-tabella ta’ hawn taħt huma applikabbli għall-applikazzjonijiet għall-vetturi li joperaw fil-banda 6-8,5 GHz, inkluż applikazzjonijiet li jinvolvu komunikazzjoni minn infrastruttura lejn vettura u minn vettura għall-oħra. Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-emissjonijiet taħt is-6 GHz u ’l fuq minn 8,5 GHz huma dawk stabbiliti fit-tabella fit-taqsima 3.1 “Apparati UWB installati fil-vetturi bil-mutur u ferrovjarji — rekwiżiti tekniċi ġenerali”.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    6 < f ≤ 8,5 GHz (8) ,  (9)

    –41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    4.   APPLIKAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TAR-RADJUDETERMINAZZJONI, TAT-TREKKJAR TAL-POŻIZZJONI, TAT-TRAĊĊAR U TAL-AKKWIŻIZZJONI TAD-DATA FIL-BANDA TA’ 6-8,5 GHz

    4.1.   Applikazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu installazzjonijiet fissi fuq barra

    Ir-rekwiżiti tekniċi fit-tabella ta’ hawn taħt huma applikabbli għall-apparati u għall-infrastruttura użati f’pożizzjoni fissa fuq barra jew konnessi ma’ antenna fissa fuq barra u li magħhom jaħdmu l-applikazzjonijiet tar-radjudeterminazzjoni, tat-trekkjar tal-pożizzjoni, tat-traċċar jew tal-akkwiżizzjoni tad-data li joperaw fil-banda ta’ 6-8,5 GHz.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,6 GHz

    -90 dBm/MHz

    -50 dBm

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    2,7 < f ≤ 3,1 GHz

    -70 dBm/MHz

    -36 dBm

    3,1 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz

    -36 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    -80 dBm/MHz

    -40 dBm

    3,8 < f ≤ 4,2 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

    4,2 < f ≤ 4,8 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

    4,8 < f ≤ 6 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

    6 < f ≤ 8,5 GHz (10) ,  (11) ,  (12)

    –41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    4.2.   Applikazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu apparati msaħħa fuq ġewwa

    Ir-rekwiżiti tekniċi fit-tabella ta’ hawn taħt huma applikabbli għall-apparati b’potenza msaħħa li joperaw fuq ġewwa u li magħhom jaħdmu l-applikazzjonijiet tar-radjudeterminazzjoni, tat-trekkjar tal-pożizzjoni, tat-traċċar jew tal-akkwiżizzjoni tad-data li joperaw fil-banda ta’ 6-8,5 GHz. Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-emissjonijiet taħt is-6 GHz u ’l fuq minn 8,5 GHz huma stabbiliti fit-tabella fit-taqsima 2 “Sistemi ta’ trekkjar tal-pożizzjoni tat-tip 1 (LT1)”.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    6 < f ≤ 8,5 GHz (13)

    –31,3 dBm/MHz

    10 dBm

    5.   UWB ABBORD L-INĠENJI TAL-AJRU

    Il-valuri tad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għall-apparati ta’ medda qasira li jużaw teknoloġija UWB, bl-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni jew mingħajrhom, huma elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Rekwiżiti tekniċi

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja massima

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima

    massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    Rekwiżiti għat-tekniki tal-mitigazzjoni

    f ≤ 1,6 GHz

    -90 dBm/MHz

    -50 dBm

     

    1,6 < f ≤ 2,7 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

     

    2,7 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz

    -36 dBm

     

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz

    -80 dBm/MHz

    -40 dBm

     

    3,8 < f ≤ 6,0 GHz

    -70 dBm/MHz

    -30 dBm

     

    6,0 < f ≤ 6,650 GHz

    –41,3 dBm/MHz

    0 dBm

     

    6,650 < f ≤ 6,6752 GHz

    –62,3 dBm/MHz

    -21 dBm

    għandha tiġi implimentata faxxa (notch) ta’ 21 dB biex jiġi ssodisfat il-livell ta’ –62,3 dBm/MHz (14)

    6,6752 < f ≤ 8,5 GHz

    –41,3 dBm/MHz

    0 dBm

    7,25 sa 7,75 GHz (protezzjoni FSS u MetSat (7,45 sa 7,55 GHz)) (14)  (15)

    7,75 to 7,9 GHz (protezzjoni MetSat) (14)  (16)

    8,5 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

     

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

     

    6.   APPARATI TAD-DETEZZJONI TAL-MATERJALI LI JUŻAW TEKNOLOĠIJA UWB

    6.1.   Introduzzjoni

    L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB huma maqsuma f’żewġ klassijiet:

    Apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB, li għalihom it-trażmettitur UWB jinxtegħel biss meta jkun f’kuntatt dirett mal-materjal li qed jiġi investigat;

    L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB, li għalihom it-trażmettitur UWB jinxtegħel biss meta jkun qrib il-materjal investigat u t-trażmettitur UWB jiġi direzzjonat lejn il-materjal li qed jiġi investigat (pereżempju manwalment bl-użu ta’ sensur tal-prossimità jew b’disinn mekkaniku).

    L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażat fuq teknoloġija UWB għandhom jikkonformaw mar-Regolament dwar l-użu ġeneriku tal-UWB ibbażat fuq il-kundizzjonijiet tekniċi speċifikati fit-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness jew mal-limiti speċifiċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali kif stabbiliti fit-Taqsimiet 6.2 u 6.3.

    Ir-Regolament dwar l-użu ġeneriku tal-UWB stabbilit fit-Taqsima 1 jeskludi installazzjonijiet fissi fuq barra. L-emissjonijiet irradjati minn apparat tad-detezzjoni tal-materjali ma jridux jaqbżu l-limiti tar-Regolament dwar l-użu ġeneriku tal-UWB speċifikati fit-Taqsima 1. L-apparati tad-detezzjoni tal-materjali jrid jissodisfa r-rekwiżiti tat-tekniki tal-mitigazzjoni speċifikati għall-użu ġeneriku tal-UWB fit-Taqsima 1.

    Il-limiti speċifiċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali, inkluż it-tekniki tal-mitigazzjoni, huma elenkati fit-tabelli li ġejjin. L-emissjonijiet irradjati mill-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li huma permessi skont din id-Deċiżjoni jridu jinżammu sal-iktar livell baxx possibbli u fi kwalunkwe każ ma jridux jaqbżu l-limiti tal-emissjonijiet imsemmija fit-tabelli li ġejjin. Il-konformità mal-limiti speċifiċi trid tiġi żgurata mill-apparat imqiegħed fuq struttura rappreżentattiva tal-materjal investigat. Il-limiti speċifiċi elenkati fit-tabelli li ġejjin huma applikabbli fl-ambjenti kollha għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali, għajr dawk li għalihom tapplika n-nota 5 ta’ dawn it-tabelli, li teskludi l-installazzjoni fissa fuq barra f’ċerti meded tal-frekwenzi applikabbli.

    6.2.   Apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq il-kuntatt

    Il-limiti speċifiċi għad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq il-kuntatt li jużaw teknoloġija UWB huma stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Rekwiżiti tekniċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB u bbażat fuq il-kuntatt

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,73 GHz

    -85 dBm/MHz (17)

    -45 dBm

    1,73 < f ≤ 2,2 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    2,2 < f ≤ 2,5 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    2,5 < f ≤ 2,69 GHz

    -65 dBm/MHz (17)  (18)

    -25 dBm

    2,69 < f ≤ 2,7 GHz (20)

    -55 dBm/MHz (19)

    -15 dBm

    2,7 < f ≤ 2,9 GHz

    -70 dBm/MHz (17)

    -30 dBm

    2,9 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz (17) ,  (22) ,  (23)

    -30 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz (20)

    -50 dBm/MHz (18) ,  (22) ,  (23)

    -10 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    -50 dBm/MHz (22) ,  (23)

    -10 dBm

    4,8 < f ≤ 5,0 GHz (20)

    -55 dBm/MHz (18) ,  (19)

    -15 dBm

    5,0 < f ≤ 5,25 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    5,25 < f ≤ 5,35 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    5,35 < f ≤ 5,6 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    5,6 < f ≤ 5,65 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    5,65 < f ≤ 5,725 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    5,725 < f ≤ 6,0 GHz

    -50 dBm/MHz

    -10 dBm

    6,0 < f ≤ 8,5 GHz

    –41,3 dBm/MHz (21)

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9,0 GHz

    -65 dBm/MHz (23)

    -25 dBm

    9,0 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    6.3.   Apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq in-nuqqas ta’ kuntatt

    Il-limiti speċifiċi għad-densità spettrali tal-potenza medja massima (e.i.r.p.) u l-ogħla potenza massima (e.i.r.p.) għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali bbażati fuq in-nuqqas ta’ kuntatt li jużaw teknoloġija UWB huma stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt.

    Rekwiżiti tekniċi għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali li jużaw teknoloġija UWB u bbażati fuq in-nuqqas ta’ kuntatt

    Medda tal-frekwenzi

    Densità spettrali tal-potenza medja

    massima (e.i.r.p.)

    L-ogħla potenza massima (e.i.r.p.)

    (definita fil-50 MHz)

    f ≤ 1,73 GHz

    -85 dBm/MHz (24)

    -60 dBm

    1,73 < f ≤ 2,2 GHz

    -70 dBm/MHz

    -45 dBm

    2,2 < f ≤ 2,5 GHz

    -50 dBm/MHz

    -25 dBm

    2,5 < f ≤ 2,69 GHz

    -65 dBm/MHz (24) ,  (25)

    -40 dBm

    2,69 < f ≤ 2,7 GHz (27)

    -70 dBm/MHz (26)

    -45 dBm

    2,7 < f ≤ 2,9 GHz

    -70 dBm/MHz (24)

    -45 dBm

    2,9 < f ≤ 3,4 GHz

    -70 dBm/MHz (24) ,  (29) ,  (30)

    -45 dBm

    3,4 < f ≤ 3,8 GHz (27)

    -70 dBm/MHz (25) ,  (29) ,  (30)

    -45 dBm

    3,8 < f ≤ 4,8 GHz

    -50 dBm/MHz (29) ,  (30)

    -25 dBm

    4,8 < f ≤ 5,0 GHz (27)

    -55 dBm/MHz (25) ,  (26)

    -30 dBm

    5,0 < f ≤ 5,25 GHz

    -55 dBm/MHz

    -30 dBm

    5,25 < f ≤ 5,35 GHz

    -50 dBm/MHz

    -25 dBm

    5,35 < f ≤ 5,6 GHz

    -50 dBm/MHz

    -25 dBm

    5,6 < f ≤ 5,65 GHz

    -50 dBm/MHz

    -25 dBm

    5,65 < f ≤ 5,725 GHz

    -65 dBm/MHz

    -40 dBm

    5,725 < f ≤ 6,0 GHz

    -60 dBm/MHz

    -35 dBm

    6,0 < f ≤ 8,5 GHz

    –41,3 dBm/MHz (28)

    0 dBm

    8,5 < f ≤ 9,0 GHz

    -65 dBm/MHz (30)

    -25 dBm

    9,0 < f ≤ 10,6 GHz

    -65 dBm/MHz

    -25 dBm

    f > 10,6 GHz

    -85 dBm/MHz

    -45 dBm

    Il-valuri tal-livell limitu tal-ogħla potenza għall-mekkaniżmu tal-LBT biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-servizzi tar-radju elenkati hawn taħt huma stabbiliti fit-tabella li ġejja.

    Rekwiżiti tekniċi tal-mekkaniżmu tal-LBT għall-apparati tad-detezzjoni tal-materjali

    Medda tal-frekwenzi

    Servizz tar-radju għad-detezzjoni

    Valur tal-livell limitu tal-ogħla potenza

    1,215 < f ≤ 1,4 GHz

    Servizz tar-radjudeterminazzjoni

    +8 dBm/MHz

    1,61 < f ≤ 1,66 GHz

    Servizz mobbli bis-satellita

    -43 dBm/MHz

    2,5 < f ≤ 2,69 GHz

    Servizz mobbli terrestri

    -50 dBm/MHz

    2,9 < f ≤ 3,4 GHz

    Servizz tar-radjudeterminazzjoni

    -7 dBm/MHz

    Rekwiżiti addizzjonali għad-detezzjoni tar-radar: smigħ kontinwu u tifi awtomatiku fi żmien 10 ms għall-medda tal-frekwenzi relatata jekk jinqabeż il-valur tal-livell limitu (tabella bil-mekkaniżmu tal-LBT). Mument ta’ skiet ta’ mill-inqas 12-il sekonda waqt smigħ kontinwu hu meħtieġ qabel ma t-trażmettitur ikun jista’ jerġa’ jinxtegħel. Dan il-mument ta’ skiet li matulu r-riċevitur tal-LBT biss ikun attiv irid ikun żgurat anke meta l-apparat ikun mitfi.


    (1)  Fi ħdan il-banda ta’ 3,1 GHz sa 4,8 GHz. It-teknika tal-mitigazzjoni taċ-Ċiklu tat-Tħaddim Baxx (“LDC”) u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62) u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (2)  Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-Detezzjoni u l-Evitar (“DAA”) u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1,1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (3)  It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-2 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (4)  It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (5)  It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (6)  It-teknika tal-mitigazzjoni tat-Trażmissjoni b’Kontroll tal-Potenza (“TPC”) u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.7.1.1, 4.7.1.2 u 4.7.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (7)  Il-limitu estern (e.l.) ≤ –53,3 dBm/MHz hu meħtieġ. Il-limitu estern hu stabbilit fil-klawżoli 4.3.4.1, 4.3.4.2 u 4.3.4.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-3 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (8)  Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin japplikaw għall-installazzjonijiet fissi fuq barra li magħhom taħdem il-komunikazzjoni ma’ apparati UWB installati fil-vetturi tat-triq u ferrovjarji: L-antenni jkunu direttivi, inklinati ’l isfel u installati f’għoli massimu ta’ 10 m. Iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 5 % kull sekonda.

    (9)  Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz. Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin japplikaw għall-apparati UWB installati fil-vetturi tat-triq u ferrovjarji: L-antenni jkunu installati f’għoli massimu ta’ 4 m. Iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 1 % kull sekonda.

    (10)  Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz, iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 5 % kull sekonda u l-antenni jiġu installati f’għoli massimu ta’ 10 m.

    (11)  Għal għoli tal-antenna ’l fuq minn 2,5 m, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali massima (TRPsd) hija limitata għal –46,3 dBm/MHz u l-antenni jridu jkunu direttivi u inklinati ’l isfel.

    (12)  L-antenni għall-akkwiżizzjoni tad-data għall-awtentikazzjoni/kontroll tal-aċċess (PACS) huma esklużi mir-rekwiżiti tad-direttività tal-antenna mogħtija fin-nota 2.

    (13)  Fi ħdan il-banda ta’ 6-8,5 GHz, iċ-ċiklu tat-tħaddim huwa limitat għal massimu ta’ 5 % kull sekonda. L-apparat portabbli jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ogħla minn –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ogħla minn 0 dBm definita f’ 50 MHz biss fi ħdan network identifikabbli u soġġett għal kontroll minn infrastruttura fuq ġewwa.

    (14)  Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni, bħall-użu ta’ bokkaporti protetti, diment li minn tal-inqas dawn jiżguraw prestazzjoni ekwivalenti.

    (15)  Protezzjoni ta’ 7,25 sa 7,75 GHz (Servizz tas-Satellita Fissa) u 7,45 sa 7,55 GHz (Satellita Meteoroloġika): –51,3 - 20*log10(10[km]/x[km])(dBm/MHz) għal għoli ’l fuq mill-art li jaqbeż l-1 000 m, fejn x hi l-għoli f’kilometri tal-inġenju tal-ajru ’l fuq mill-art, u –71,3 dBm/MHz għal għoli ’l fuq mill-art ta’ 1 000 m u inqas.

    (16)  Protezzjoni ta’ 7,75 to 7,9 GHz (Satellita Meteoroloġika): –44,3 - 20*log10(10 [km]/x [km]) (dBm/MHz) għal għoli ’l fuq mill-art li jaqbeż l-1 000 m, fejn x hi l-għoli f’kilometri tal-inġenju tal-ajru ’l fuq mill-art, u –64,3 dBm/MHz għal għoli ’l fuq mill-art ta’ 1 000 m u inqas.

    (17)  L-apparati li jużaw il-mekkaniżmu Isma’ Qabel Titkellem (“LBT”) jistgħu joperaw fil-medda tal-frekwenzi ta’ 1,215 GHz sa 1,73 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,7 GHz sa 3,4 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -50 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ -10 dBm/50 MHz. Il-mekkaniżmu tal-LBT hu stabbilit fil-klawżoli 4.5.2.1, 4.5.2.2 u 4.5.2.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-4 V1.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (18)  Biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, l-installazzjonijiet li mhumiex fissi jridu jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għad-densità spettrali tal-potenza rradjata totali:

    (a)

    Fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 10 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (b)

    Fil-medda tal-frekwenzi 3,4 GHz sa 3,8 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 5 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (19)  Biex jitħares is-Servizz tar-Radjuastronomija (RAS) fil-baned 2,69 GHz sa 2,7 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun inqas minn -65 dBm/MHz.

    (20)  Limitazzjoni taċ-ċiklu tat-tħaddim għal 10 % kull sekonda.

    (21)  L-ebda installazzjoni fissa fuq barra mhi permessa.

    (22)  Fi ħdan il-banda ta’ 3,1 GHz sa 4,8 GHz, l-apparati li jimplimentaw it-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat LDC, tapplika n-nota 5.

    (23)  Fi ħdan il-baned ta’ 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz, l-apparati li jimplimentaw it-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat id-DAA, tapplika n-nota 5.

    (24)  L-apparati li jużaw il-mekkaniżmu tal-LBT jistgħu joperaw fil-medda tal-frekwenzi ta’ 1,215 GHz sa 1,73 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -70 dBm/MHz u fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 2,7 GHz sa 3,4 GHz b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ -50 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ -10 dBm/50 MHz. Il-mekkaniżmu tal-LBT hu stabbilit fil-klawżoli 4.5.2.1, 4.5.2.2 u 4.5.2.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-4 V1.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni.

    (25)  Biex jitħarsu s-servizzi tar-radju, l-installazzjonijiet li mhumiex fissi jridu jissodisfaw ir-rekwiżit li ġej għad-densità spettrali tal-potenza rradjata totali:

    (a)

    Fil-meded tal-frekwenzi 2,5 GHz sa 2,69 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 10 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (b)

    Fil-meded tal-frekwenzi 3,4 GHz sa 3,8 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun 5 dB inqas mid-densità spettrali tal-e.i.r.p. massima.

    (26)  Biex jitħares l-RAS fil-baned 2,69 GHz sa 2,7 GHz u 4,8 GHz sa 5 GHz, id-densità spettrali tal-potenza rradjata totali trid tkun inqas minn -65 dBm/MHz.

    (27)  Limitazzjoni taċ-ċiklu tat-tħaddim għal 10 % kull sekonda.

    (28)  L-ebda installazzjoni fissa fuq barra mhi permessa.

    (29)  Fi ħdan il-banda 3,1 GHz sa 4,8 GHz, it-tagħmir li jimplimenta t-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC hu permess li jopera b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-LDC u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.3.1, 4.5.3.2 u 4.5.3.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat LDC, tapplika n-nota 5.

    (30)  Fi ħdan il-baned 3,1 GHz sa 4,8 GHz u 8,5 GHz sa 9 GHz, l-apparati li jimplimentaw it-teknika tal-mitigazzjoni tad-DAA jistgħu joperaw b’densità spettrali tal-e.i.r.p. medja massima ta’ –41,3 dBm/MHz u bl-ogħla e.i.r.p. massima ta’ 0 dBm definita fil-50 MHz. It-teknika tal-mitigazzjoni tal-DAA u l-limiti tagħha huma stabbiliti fil-klawżoli 4.5.1.1, 4.5.1.2 u 4.5.1.3 tal-Istandard tal-ETSI EN 302 065-1 V2.1.1. Jistgħu jintużaw tekniki alternattivi tal-mitigazzjoni diment li mill-anqas dawn ikunu jiżguraw prestazzjoni u livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ispettru biex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jiġi implimentat DAA, tapplika n-nota 5.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1467/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top