Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2533

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533 tas-17 ta’ Novembru 2023 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012

    C/2023/7671

    ĠU L, 2023/2533, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2533/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2533/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2023/2533

    22.11.2023

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2533

    tas-17 ta’ Novembru 2023

    li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ fl-Unjoni u li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

    (2)

    Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn 2016-2019 (2) imfassal mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għas-snin 2016 sa 2019. Il-pjan ta’ ħidma jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija bħala prijoritajiet għall-istudji preparatorji u, jekk ikun meħtieġ, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Dan jinkludi magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Barra minn hekk, il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jinsabu fit-tliet gruppi ewlenin immarkati għal rieżami qabel tmiem l-2025 mill-pjan ta’ ħidma tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija 2022-2024 (3).

    (3)

    Il-miżuri previsti mill-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2022-2024 għandhom il-potenzjal li jġibu magħhom iffrankar fl-enerġija finali annwali stmat totali li jaqbeż il-170 TWh fl-2030, li hu l-ekwivalenti għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’madwar 24 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, l-iffrankar tal-elettriku ta’ 0,6 TWh/sena jista’ potenzjalment jinkiseb sal-2030, u 1,7 TWh/sena sal-2040.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 (4) stabbilixxa rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku.

    (5)

    L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 932/2012 jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina dak ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku. Il-Kummissjoni wettqet ir-rieżami u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, kif ukoll l-imġiba reali tal-utenti. Ir-rieżami twettaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u mill-pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit f’konformità mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE.

    (6)

    L-aspetti ambjentali tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu, il-ġenerazzjoni tal-iskart fi tmiem il-ħajja, l-emissjonijiet fl-arja fil-fażi tal-produzzjoni minħabba l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima, u fil-fażi tal-użu minħabba l-konsum tal-elettriku.

    (7)

    Fl-Unjoni, il-konsum annwali tal-enerġija minn magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 932/2012 ġie stmat għal 10,5 TWh/sena fl-2020. F’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo, dak il-konsum huwa mistenni li jonqos għal 9 TWh/sena fl-2030. Dak it-tnaqqis jista’ jseħħ aktar malajr jekk jiġu aġġornati r-rekwiżiti eżistenti tal-ekodisinn biex jitneħħew mis-suq il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku bi prestazzjoni baxxa fl-effiċjenza enerġetika.

    (8)

    Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari (5) u l-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 jissottolinjaw l-importanza li jintuża l-qafas tal-ekodisinn sabiex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi u aktar ċirkolari. Huwa stmat li l-ħin tal-ħajja tas-servizz tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku naqas f’dawn l-aħħar snin minn 14 għal madwar 12-il sena u x-xejra x’aktarx li tkompli fin-nuqqas ta’ inċentivi biex issir manutenzjoni u tiswija xierqa tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi rekwiżiti xierqa li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari li d-disponibbiltà tal-ispare parts issir obbligatorja u li tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar l-awtomanutenzjoni mill-utent finali.

    (9)

    Ir-rieżami msemmi fil-premessa (5) jindika li l-maġġoranza l-kbira tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ fis-suq għandhom effiċjenzi tal-kondensazzjoni ogħla minn 80 %. Il-livell limitu minimu għall-effiċjenza tal-kondensazzjoni jenħtieġ li jiżdied minn 70 % għal 80 %.

    (10)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi bħall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u għalhekk jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (11)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku huma installati f’armarji jew magħluqa f’pannelli li, meta jiġu ttestjati għall-konformità, iżommu s-sħana prodotta fil-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ, u dan iwassal għal effiċjenzi enerġetiċi ogħla u jikkontribwixxi għall-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn. Id-definizzjoni ta’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku jenħtieġ li tittejjeb sabiex dawn jiġu differenzjati minn magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku oħra li jitqiegħdu taħt pannell iżda li ma jkunux magħluqa f’pannelli, u għalhekk ma jistgħux jiġu ttestjati bħala magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku.

    (12)

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-batteriji li jistgħu wkoll jiġu konnessi mal-mejns b’konvertitur AC/DC mixtri separatament, x’aktarx li jintużaw f’ambjenti mobbli, bħal iżda mhux limitati għal motorhomes. Għalhekk, dawn jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (13)

    Jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli limiti speċifiċi għall-modalitajiet b’konsum baxx tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku. Ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 (6) jenħtieġ li ma japplikawx għall-prodotti koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2023/826 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

    (14)

    L-iskeda ta’ żmien għar-rekwiżit il-ġdid dwar il-konsum massimu tal-enerġija fil-modalità mitfi għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jenħtieġ li tiġi allinjata mal-iskeda ta’ żmien stabbilita għall-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi skont ir-Regolament (UE) 2023/826.

    (15)

    Il-parametri rilevanti tal-prodott jenħtieġ li jitkejlu bl-użu ta’ metodi affidabbli, akkurati u li jistgħu jiġu riprodotti. Dawk il-metodi jenħtieġ li jqisu metodi ta’ kejl rikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (16)

    F’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

    (17)

    Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sa fejn dik l-informazzjoni jkollha x’taqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (18)

    Meta l-parametri fid-dokumentazzjoni teknika speċifikati minn dan ir-Regolament ikunu identiċi għall-parametri tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott speċifikata mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 (8), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jdaħħlu d-data korrispondenti fil-bażi tad-data tal-prodott f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u jenħtieġ li ma jkollhomx bżonn aktar li jipprovduhom lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika.

    (19)

    Sabiex il-konsumaturi jiġu protetti, il-prodotti li fil-kundizzjonijiet tat-test ibiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom f’termini tal-parametri ddikjarati jenħtieġ li ma jkunux permessi fis-suq. Bl-istess mod, l-aġġornamenti tas-software għall-prodott jenħtieġ li ma jaggravawx il-prestazzjoni f’termini tal-parametri ddikjarati.

    (20)

    Il-proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq jenħtieġ li tqis il-każijiet fejn it-testijiet imwettqa fuq il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku ma jagħtux riżultati li huma validi għal tqabbil mal-valuri ddikjarati mill-manifattur.

    (21)

    F’konformità mal-Parti 3, il-punt (2), tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li jiġu identifikati punti ta’ referenza indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod wiesa’ u faċilment aċċessibbli.

    (22)

    It-tnixxija possibbli ta’ refriġerant li jinsab fil-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’pompa tas-sħana tista’ tikkontribwixxi għat-tisħin globali. Il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jenħtieġ li turi f’post viżibbli t-tip ta’ refriġerant użat sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar xieraq tar-refriġerant meta l-apparat ikun qed jissewwa, jiġi riċiklat jew mormi.

    (23)

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/807 (10) jistabbilixxi fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku ta’ 1,9 (koeffiċjent ta’ konverżjoni) li għandu jiġi applikat meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkolat f’termini ta’ enerġija primarja fuq il-bażi tal-konsum finali tal-enerġija. Dan il-fattur tal-enerġija primarja jenħtieġ li jiġi applikat meta jitqabbel il-konsum tal-enerġija għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-gass u bl-elettriku.

    (24)

    Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi rieżaminat sabiex jiġu vvalutati l-adegwatezza u l-effettività tad-dispożizzjonijiet tiegħu għall-ilħuq tal-għanijiet tiegħu. It-twaqqit tar-rieżami jenħtieġ li jkun biżżejjed biex jippermetti li d-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati u jipproduċu effett fuq is-suq.

    (25)

    Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mir-Regolament (UE) Nru 932/2012 għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-użu tat-terminu l-ġdid “eco” jiġi permess mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, fl-istess ħin, jenħtieġ li l-manifatturi jitħallew jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament 4 xhur qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu.

    (26)

    Biex ikun żgurat li l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jkunu jistgħu jissewwew b’mod effettiv, il-prezz tal-ispare parts jenħtieġ li jkun raġonevoli u jenħtieġ li ma jiskoraġġix it-tiswija. Biex tinħoloq it-trasparenza u jiġi inċentivat l-iffissar ta’ prezzijiet raġonevoli, il-prezz indikattiv qabel it-taxxa għall-ispare parts previst skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun aċċessibbli fuq sit web b’aċċess bla ħlas.

    (27)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2009/125/KE.

    (28)

    Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 932/2012 jitħassar b’effett mit-30 ta’ Ġunju 2025,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-introduzzjoni fis-suq jew għat-tqegħid fis-servizz ta’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-mejns u li jaħdmu bil-gass. Dan japplika wkoll għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku, il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed u l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-mejns li jistgħu jaħdmu wkoll bil-batteriji.

    2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

    (a)

    magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u estratturi bid-dawran għall-użu domestiku;

    (b)

    magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

    (c)

    magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li jaħdmu bil-batteriji u li jistgħu jitqabbdu mal-mejns tal-elettriku permezz ta’ konvertitur AC/DC li jinxtara separatament.

    3.   Ir-rekwiżiti fit-Taqsimiet 2 u 3, u fit-Taqsima 6, il-punti (1)(a) u (1)(b) tal-Anness II ma għandhomx japplikaw għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’kapaċità nominali għall-programm eco ta’ 3 kg jew inqas.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku” tfisser apparat li fih it-tessuti jiġu mnixxfa billi jiddawru f’tanbur li minnu tgħaddi arja msaħħna u li jiġi ddikjarat mill-manifattur fid-dikjarazzjoni ta’ konformità bħala konformi mad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jew mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

    (2)

    “mejns” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volt ta’ kurrent alternat b’50 Hz;

    (3)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li taħdem bil-gass” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tuża l-gass biex issaħħan l-arja interna;

    (4)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ built-in għall-użu domestiku” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tkun iddisinjata, ittestjata u kummerċjalizzata esklużivament biex tikkonforma mal-karatteristiċi kollha li ġejjin:

    (a)

    tiġi installata f’armarju jew magħluqa (minn fuq, taħt u l-ġnub) f’pannelli;

    (b)

    titwaħħal sod mal-ġnub, man-naħa ta’ fuq jew ta’ taħt tal-armarju jew tal-pannelli;

    (c)

    tkun mgħammra b’wiċċ integrali b’finitura tal-fabbrika jew b’pannell frontali magħmul apposta;

    (5)

    “magna tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku” tfisser apparat kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (14);

    (6)

    “estrattur bid-dawran għall-użu domestiku” tfisser apparat li fih l-ilma jitneħħa mit-tessuti b’azzjoni ċentrifuga f’tanbur li jdur u jiġi skulat permezz ta’ pompa awtomatika jew bil-gravità u li huwa ddisinjat biex jintuża prinċipalment għal skopijiet mhux professjonali u huwa magħruf ukoll kummerċjalment bħala “spin-dryer”;

    (7)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ mgħammra b’aktar minn tanbur wieħed, kemm jekk f’casing separat kif ukoll jekk fl-istess casing;

    (8)

    “mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jiġi introdott fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħala mudell ieħor b’identifikatur tal-mudell differenti;

    (9)

    “programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li huma definiti minn qabel u li huma ddikjarati mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala xierqa għat-tnixxif ta’ ċerti tipi ta’ tessuti;

    (10)

    “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem ta’ manifattur, ta’ importatur jew ta’ rappreżentant awtorizzat;

    (11)

    “valuri ddikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi dikjarati, kalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

    (12)

    “bażi tad-data tal-prodotti” tfisser bażi tad-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25) tar-Regolament (UE) 2017/1369;

    (13)

    “kapaċità nominali” tfisser il-piż massimu f’kilogrammi ddikjarat mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat f’intervalli ta’ 0,5 kg ta’ tessuti niexfa ta’ tip partikolari, li jista’ jiġi ttrattat f’ċiklu tat-tnixxif wieħed ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku bil-programm magħżul, fejn it-tagħbija ssir f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur;

    (14)

    “programm eco” tfisser programm li kapaċi jnixxef il-ħwejjeġ tal-qoton minn kontenut ta’ ndewwa inizjali tat-tagħbija ta’ 60 % sa kontenut ta’ ndewwa finali tat-tagħbija ta’ 0 %;

    (15)

    “kontenut ta’ ndewwa inizjali” tfisser l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fil-bidu taċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (16)

    “kontenut ta’ ndewwa finali” tfisser l-ammont ta’ ndewwa li jkun hemm fit-tagħbija fit-tmiem taċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (17)

    “ċiklu tat-tnixxif” tfisser il-proċess sħiħ tat-tnixxif kif definit mill-programm meħtieġ, magħmul minn serje ta’ operazzjonijiet differenti li jinkludu t-tisħin u t-tidwir.

    Għall-finijiet tal-Annessi II sa V, japplikaw definizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 3

    Rekwiżiti tal-ekodisinn

    1.   Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jissodisfaw r-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II.

    2.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 4

    Valutazzjoni tal-konformità

    1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha ssegwi s-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.

    2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi l-valuri ddikjarati tal-parametri elenkati fit-Taqsimiet 2, 3 u 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet b’wieħed mill-mezzi li ġejjin, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tal-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex jivverifika l-akkuratezza tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti:

    (a)

    minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti, jew

    (b)

    permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn.

    4.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.

    5.   Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2534. Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess informazzjoni bħal kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2023/2534.

    Artikolu 5

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stipulata fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.

    Artikolu 6

    Ċirkomvenzjoni

    1.   Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jintroduċu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz prodotti ddisinjati biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati, sabiex jiksbu riżultat aktar favorevoli għal kwalunkwe valur iddikjarat tal-parametri regolati f’dan ir-Regolament. Dak jinkludi, iżda mhuwiex limitat għall-prodotti ddisinjati biex jindunaw li qed jiġu ttestjati billi jagħrfu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test u mbagħad jirrispondu billi jbiddlu awtomatikament l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom, u l-prodotti ssettjati minn qabel biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom waqt l-ittestjar.

    2.   Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jippreskrivu struzzjonijiet speċifiċi ta’ ttestjar li jbiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodotti biex jiksbu riżultat aktar favorevoli għal kwalunkwe valur iddikjarat tal-parametri regolati f’dan ir-Regolament. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għall-preskrizzjoni ta’ tibdil manwali ta’ prodott fi tħejjija għat-test li jibdel l-imġiba jew il-proprjetajiet tal-prodott meta mqabbel ma’ meta jkun f’użu normali u mħaddem mill-utent finali.

    3.   Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jintroduċu fis-suq jew iqiegħdu fis-servizz prodotti ddisinjati biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom f’perjodu qasir minn meta jitqiegħdu fis-servizz b’mod li jaggrava kwalunkwe valur iddikjarat għall-parametri regolati f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Aġġornamenti tas-software

    1.   L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhom jaggravaw l-ebda valur iddikjarat għall-parametri ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku meta mkejla bl-użu tal-metodu ta’ ttestjar applikabbli fil-ħin li tiġi introdotta fis-suq jew titqiegħed fis-servizz.

    2.   Ma għandha sseħħ l-ebda bidla ta’ kwalunkwe valur iddikjarat għall-parametri ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku meta mkejla bl-użu tal-metodu ta’ ttestjar applikabbli fil-ħin li tiġi introdotta fis-suq jew titqiegħed fis-servizz bħala riżultat ta’ rifjut tal-aġġornament.

    Artikolu 8

    Punti ta’ referenza indikattivi

    Il-punti ta’ referenza għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness V.

    Artikolu 9

    Rieżami

    Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dak ir-rieżami, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sat-12 ta’ Diċembru 2029.

    Ir-rieżami għandu jivvaluta b’mod partikolari:

    (a)

    il-potenzjal ta’ titjib fir-rigward tal-prestazzjoni tal-enerġija u dik ambjentali tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (b)

    l-iżviluppi fl-imġiba tal-konsumatur u l-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu ta’ feedback obbligatorju dwar it-tagħbija tal-apparat, il-konsum tal-enerġija u d-durata tal-programm magħżul;

    (c)

    l-effettività tar-rekwiżiti eżistenti dwar l-effiċjenza fir-riżorsi;

    (d)

    l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti addizzjonali għall-effiċjenza fir-riżorsi għall-prodotti f’konformità mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, inkluża d-disponibbiltà ta’ spare parts addizzjonali u informazzjoni dwar materja prima kritika u materja oħra rilevanti għall-ambjent;

    (e)

    l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn fuq il-magni tat-tnixxif armarji;

    (f)

    l-adegwatezza tal-istabbiliment tar-rekwiżiti għat-tnaqqis tat-tixrid tal-mikroplastik.

    Artikolu 10

    Emenda għar-Regolament (UE) 2023/826

    1.   Fil-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/826:

    (a)

    l-entrata “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ u magni oħra li jnixxfu l-ħwejjeġ” hija sostitwita b’“magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ iżda bl-esklużjoni tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533 (*1)

    (b)

    l-entrata “apparati oħra għat-tisjir u għal ipproċessar ieħor tal-ikel, għat-tħejjija tax-xorb, għat-tindif u għall-manutenzjoni tal-ħwejjeġ, iżda bl-esklużjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti domestiċi koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022, u l-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u l-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023” hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Apparatioħra għat-tisjir u għal ipproċessar ieħor tal-ikel, għat-tħejjija tax-xorb, għat-tindif u għall-manutenzjoni tal-ħwejjeġ, iżda bl-esklużjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti għall-użu domestiku koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 (*2), il-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 (*3) u l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2533;

    (*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2022 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 267)."

    (*3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).”."

    2.   Fil-punt 1(b) tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/826:

     

    il-paragrafu “Il-konsum tal-enerġija ta’ tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi biss skrin ta’ informazzjoni jew status, jew li jipprovdi biss kombinament ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni u ta’ skrin ta’ informazzjoni jew status, jew li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata u skrin ta’ informazzjoni jew status, ma għandux jaqbeż 0,80 W, għajr għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 li l-valur tagħhom għandu jkun ta. 1,00 W” huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir fi kwalunkwe kundizzjoni li jipprovdi biss skrin ta’ informazzjoni jew status, jew li jipprovdi biss kombinament ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni u skrin ta’ informazzjoni jew status, jew li jipprovdi biss funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata u skrin ta’ informazzjoni jew status ma għandux jaqbeż 0,80 W.”.

    Artikolu 11

    Tħassir

    Ir-Regolament (UE) Nru 932/2012 jitħassar.

    Artikolu 12

    Miżuri tranżizzjonali

    1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2025, b’deroga mir-rekwiżit fil-punt 1.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 932/2012, ma għandux ikun meħtieġ li tintwera l-indikazzjoni tal-programm tal-qoton standard fuq l-apparat tal-għażla tal-programm jew fuq l-iskrin tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-programm tal-qoton standard ikun identifikabbli b’mod ċar fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet imsemmi fil-punt 1.2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 932/2012 u fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament;

    (b)

    il-programm eco jintwera b’mod ċar fuq l-apparat jew l-iskrin tal-għażla tal-programm tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, f’konformità mat-Taqsima 1, il-punt (b) tal-Anness II.

    2.   Meta l-ebda unità li tappartjeni għall-istess mudell jew għall-mudelli ekwivalenti ma tkun ġie introdotta fis-suq qabel l-1 ta’ Marzu 2025, l-unitajiet tal-mudelli introdotti fis-suq bejn l-1 ta’ Marzu 2025 u t-30 ta’ Ġunju 2025 li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 932/2012.

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025. Madankollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mit-12 ta’ Diċembru 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

    (2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019 (COM (2016)773 final tat-30 ta’ Novembru 2016).

    (3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 2022/C 182/01 (ĠU C 182, 4.5.2022, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 278, 12.10.2012, p. 1).

    (5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-għeluq taċ-ċirku — Pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015) 614 final tat-2 ta’ Diċembru 2015).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 tas-17 ta’ April 2023 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija f’modalità mitfi, f’modalità standby u f’modalità standby man-network tat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u (KE) Nru 107/2009 (ĠU L 103, 18.4.2023, p. 29).

    (7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

    (8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 (ĠU L, 2023/2534, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2534/oj).

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

    (10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/807 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reviżjoni tal-fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 14.4.2023, p. 16).

    (11)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

    (12)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

    (13)  Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).

    (14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2023 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u għall-magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 285).


    ANNESS I

    DEFINIZZJONIJIET

    Għall-fini tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tiġbed l-arja friska ’l ġewwa, tgħaddiha minn fuq il-ħwejjeġ u tarmi ’l barra l-arja niedja li tinħoloq għal ġol-kamra jew għal barra;

    (2)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tinkludi sistema, li tuża l-kondensazzjoni jew kwalunkwe mezz ieħor, biex tneħħi l-indewwa mill-arja li tintuża għall-proċess tat-tnixxif;

    (3)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’element ta’ tisħin” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fejn l-uniku mezz jew il-mezz ewlieni biex tissaħħan l-arja interna huwa reżistenza elettrika;

    (4)

    “magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’pompa tas-sħana” tfisser magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku fejn l-uniku mezz jew il-mezz ewlieni biex tissaħħan l-arja interna huwa sistema b’pompa tas-sħana;

    (5)

    “Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” jew “EEI” tfisser il-proporzjon tal-konsum ponderat tal-enerġija għall-konsum standard tal-enerġija taċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ mudell speċifiku ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (6)

    “durata tal-programm” tfisser it-tul ta’ ħin, li jibda fil-bidu tal-programm magħżul, eskluż kwalunkwe dewmien programmat mill-utent, sakemm jiġi attivat l-indikatur ta’ tmiem il-programm u l-utent ikollu aċċess għat-tagħbija;

    (7)

    “tagħbija sħiħa” tfisser il-kapaċità nominali ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għal programm partikolari;

    (8)

    “tagħbija parzjali” tfisser nofs il-kapaċità nominali ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għal programm partikolari;

    (9)

    “effiċjenza tal-kondensazzjoni” tfisser il-proporzjon tal-massa tal-indewwa kkondensata minn magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur u l-massa tal-indewwa mneħħija mit-tagħbija meta jintemm iċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (10)

    “modalità mitfi” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tkun imqabbda mal-mejns u ma tkun qed tipprovdi l-ebda funzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    kundizzjonijiet li jipprovdu biss l-indikazzjoni ta’ modalità mitfi;

    (b)

    kundizzjonijiet li jipprovdu biss il-funzjonalitajiet maħsubin biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

    (11)

    “modalità standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tkun imqabbda mal-mejns, u tipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin jew xi wħud minn dawn il-funzjonijiet, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:

    (a)

    funzjoni ta’ riattivazzjoni, jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni ta’ funzjoni ta’ riattivazzjoni attivata;

    (b)

    funzjoni ta’ riattivazzjoni permezz ta’ konnessjoni ma’ network (“standby man-network”);

    (c)

    skrin ta’ informazzjoni jew tal-istatus;

    (d)

    funzjoni ta’ detezzjoni għal miżuri ta’ emerġenza;

    (12)

    “network” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inklużi l-komponenti fiżiċi, il-prinċipji organizzattivi, il-proċeduri u l-formati tal-komunikazzjoni (protokolli);

    (13)

    “funzjoni ta’ prevenzjoni mit-tikmix” tfisser operazzjoni tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku wara t-tlestija ta’ programm li tipprevjeni milli l-ħwejjeġ jitkemmxu ħafna;

    (14)

    “bidu differit” tfisser kundizzjoni meta l-utent ikun għażel dewmien speċifikat għall-bidu jew għat-tmiem taċ-ċiklu tat-tnixxif tal-programm magħżul;

    (15)

    “spare part” tfisser parti separata li tista’ tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott;

    (16)

    “sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni professjonali tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (17)

    “garanzija” tfisser kwalunkwe impenn min-negozjant jew mill-manifattur fil-konfront tal-konsumatur biex jew iħallas lura l-prezz imħallas jew jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġa l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku bi kwalunkwe mod jekk ma tissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-reklamar rilevanti;

    (18)

    “koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser il-koeffiċjent awtomatiku għall-enerġija primarja għal kull kWh ta’ elettriku msemmi fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa CC = 1,9.


    (1)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).


    ANNESS II

    REKWIŻITI TAL-EKODISINN

    1.   Rekwiżiti tal-programm

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jipprovdu programm eco. Il-kapaċità nominali ddikjarata għall-programm eco ma għandhiex tkun anqas mill-ogħla kapaċità nominali ddikjarata fost il-programmi kollha tal-qoton tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (b)

    il-programm eco għandu jiġi indikat bħala “eco” u għandu jkun identifikabbli b’mod ċar fuq l-għażla tal-programm, fuq l-iskrin u permezz tal-konnessjoni tan-network, skont il-funzjonalitajiet ipprovduti mill-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (c)

    l-isem “eco” għandu jintuża esklużivament għall-programm eco u jista’ jiġi kkomplementat biss bit-terminu “qoton”. L-ifformattjar tal-isem mhuwiex ristrett f’termini tat-tipa, tad-daqs tat-tipa, ta’ ittri kbar jew żgħar jew tal-kulur. L-ebda programm ieħor ma jista’ jkollu f’ismu t-terminu “eco”;

    (d)

    il-programm eco għandu jiġi stabbilit bħala l-programm predefinit għall-għażla awtomatika tal-programm jew għal kwalunkwe funzjoni li żżomm l-għażla ta’ programm; jew, jekk ma jkunx hemm għażla awtomatika tal-programm, dan għandu jkun jista’ jintgħażel direttament mingħajr il-bżonn ta’ kwalunkwe għażla oħra, bħal ħin speċifiku jew tagħbija speċifika;

    (e)

    l-indikazzjonijiet “normali”, “ta’ kuljum”, “regolari” u “standard”, u t-traduzzjonijiet tagħhom fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, ma għandhomx jintużaw fl-ismijiet tal-programmi għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, la waħedhom u lanqas flimkien ma’ informazzjoni oħra.

    2.   Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika

    L-EEI tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku ma għandux ikun ogħla minn 85.

    L-EEI għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-Anness III.

    3.   Rekwiżiti tal-effiċjenza tal-kondensazzjoni

    L-effiċjenza tal-kondensazzjoni tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur ma għandhiex tkun anqas minn 80 %. L-effiċjenza tal-kondensazzjoni għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-Anness III.

    4.   Modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija

    Il-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

    (a)

    għandu jkollhom modalità mitfija jew modalità standby, jew it-tnejn. Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija ma għandux jaqbeż 0,50 W u l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby ma għandux jaqbeż 0,50 W; mid-9 ta’ Mejju 2027, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija ma għandux jaqbeż 0,3 W;

    (b)

    jekk il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità ma għandux ikun ogħla minn 1,00 W;

    (c)

    jekk il-modalità standby tipprevedi konnessjoni ma’ network u tipprovdi kundizzjoni ta’ standby man-network, kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2023/826, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità ma għandux ikun ogħla minn 2,00 W;

    (d)

    sa mhux aktar tard minn 15-il minuta wara li l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tkun inxtegħlet jew wara t-tmiem ta’ kwalunkwe programm u attivitajiet assoċjati, jew wara l-interruzzjoni tal-funzjoni ta’ prevenzjoni mit-tikmix, jew wara kwalunkwe interazzjoni oħra mal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, u jekk ma tiġi attivata l-ebda modalità oħra, inklużi miżuri ta’ emerġenza, il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandha taqleb awtomatikament għall-modalità mitfija jew għall-modalità standby;

    (e)

    jekk il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tipprovdi bidu differit, il-konsum tal-enerġija f’din il-kundizzjoni, inkluż kwalunkwe modalità standby, ma għandux ikun ta’ aktar minn 4,00 W. L-utent ma għandux ikun jista’ jipprogramma l-bidu differit għal aktar minn 24 siegħa;

    (f)

    kwalunkwe magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku li tista’ tiġi konnessa ma’ network għandha tipprovdi l-possibbiltà li l-konnessjoni(jiet) tan-network tiġi/jiġu attivata/i u diżattivata/i. Il-konnessjoni(jiet) man-network għandha/għandhom tiġi/jiġu diżattivata/i awtomatikament.

    5.   Rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riżorsi

    (1)

    Disponibbiltà tal-ispare parts:

    (a)

    għall-mudelli kollha, li l-unitajiet tagħhom jiġu introdotti fis-suq mill-1 ta’ Lulju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jagħmlu disponibbli għas-sewwejja professjonali tal-anqas l-ispare parts li ġejjin:

    (i)

    il-gaskits u s-siġilli;

    (ii)

    is-swiċċijiet u l-pumi;

    (iii)

    il-pompa tal-kondensat;

    (iv)

    il-muturi u l-brushes tal-mutur;

    (v)

    it-trażmissjonijiet ta’ bejn il-mutur u t-tanbur;

    (vi)

    il-fann u r-roti tal-fann;

    (vii)

    it-tnabar u l-berings;

    (viii)

    is-sistema tal-pajpijiet u t-tagħmir relatat inklużi l-pajpijiet, il-valvijiet u l-filtri;

    (ix)

    il-kejbils u l-plaggs;

    (x)

    il-bords ta’ ċirkwiti stampati;

    (xi)

    l-iskrins elettroniċi;

    (xii)

    ir-regolaturi tal-ilma u s-sensuri tat-temperatura;

    (xiii)

    is-software u l-firmware, inkluż is-software tar-risettjar;

    (xiv)

    l-ismorzatur u l-molol;

    (xv)

    il-ħiters u l-elementi tat-tisħin;

    (xvi)

    il-fjusis elettriċi (separatament jew miġbura flimkien).

    (xvii)

    it-taljola tat-tensjoni;

    (xviii)

    ir-romblu ta’ appoġġ;

    (xix)

    il-pressostati;

    (b)

    id-disponibbiltà tal-ispare parts imsemmija fil-punt (a), għandha tiġi żgurata għal perjodu minimu li jibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2025 jew sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità tal-mudell, skont liema data tkun l-aktar tard, u li jintemm mill-inqas 10 snin wara l-introduzzjoni fis-suq tal-aħħar unità tal-mudell ikkonċernat. Għal dak il-għan, il-lista ta’ spare parts, il-proċedura biex jiġu ordnati u l-istruzzjonijiet dwar it-tiswija għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, tal-anqas matul l-istess perjodu u jibdew mid-data msemmija f’dan il-punt;

    (c)

    għall-mudelli kollha, li l-unitajiet tagħhom jiġu introdotti fis-suq mill-1 ta’ Lulju 2025, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jagħmlu disponibbli għas-sewwejja professjonali u għall-utenti finali tal-anqas l-ispare parts li ġejjin:

    (i)

    il-bibien, is-siġilli tal-bibien, il-pumi tal-bibien, l-assemblaġġi tal-illokkjar tal-bibien u ċ-ċpiepet;

    (ii)

    il-filtri tat-tnietex;

    (iii)

    il-filtri tal-arja;

    (iv)

    il-periferali tal-plastik;

    (v)

    it-tank tal-kondensat;

    (d)

    id-disponibbiltà tal-ispare parts imsemmija fil-punt (c), għandha tiġi żgurata għal perjodu minimu li jibda fid-data tal-introduzzjoni ta’ dik l-unità fis-suq u li jintemm mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar unità tal-mudell ikkonċernat tiġi introdotta fis-suq. Għal dak il-għan, il-lista ta’ spare parts u l-proċedura biex jiġu ordnati u l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, mill-inqas matul l-istess perjodu u li jibda fid-data msemmija f’dan il-punt;

    (e)

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jiżguraw li l-ispare parts imsemmija fil-punti (a) u (c) ikunu jistgħu jiġu sostitwiti bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli, u mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (f)

    tul il-perjodu msemmi fil-punti (b) u (d), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti (a) u (c), inkluż il-prezz indikattiv qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.

    (2)

    Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts:

    Matul il-perjodu tad-disponibbiltà tal-ispare parts, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara l-wasla tal-ordni.

    (3)

    L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni:

    (a)

    Matul il-perjodu msemmi fil-punt 1(b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lil sewwejja professjonali.

    Fuq is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jiġi indikat il-proċess ta’ kif is-sewwejja professjonali jistgħu jitolbu aċċess għall-informazzjoni. Sabiex jaċċettaw tali talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:

    (i)

    is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li dan huwa konformi mar-regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema tar-reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, meta tkun teżisti tali sistema fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità ma’ dan il-punt;

    (ii)

    is-sewwej professjonali huwa kopert b’assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan huwiex meħtieġ mill-Istat Membru;

    (b)

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw it-talba msemmija fil-punt (a) fi żmien 5 ijiem tax-xogħol;

    (c)

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex jirċievu aġġornamenti regolari. Tariffa titqies raġonevoli jekk ma tiskoraġġixxix l-aċċess billi tonqos milli tqis il-punt sa fejn is-sewwej professjonali jagħmel użu mill-informazzjoni;

    (d)

    ladarba tiġi aċċettata t-talba, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni, fi żmien ġurnata tax-xogħol. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, meta jkun rilevanti;

    (e)

    l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:

    (i)

    l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku;

    (ii)

    mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;

    (iii)

    manwal tekniku tal-istruzzjonijiet għat-tiswija;

    (iv)

    lista ta’ tagħmir tat-tiswija u tal-ittestjar meħtieġ;

    (v)

    informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi għall-kejl);

    (vi)

    dijagrammi tal-wajers u tal-konnessjonijiet;

    (vii)

    kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat u tal-erruri (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, fejn applikabbli);

    (viii)

    struzzjonijiet għall-installazzjoni ta’ software u firmware rilevanti inkluż is-software tar-risettjar;

    (ix)

    informazzjoni dwar kif isir l-aċċess għar-rekords tad-data ta’ inċidenti ta’ ħsara rrappurtati u maħżuna fil-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku (fejn applikabbli);

    (x)

    dijagrammi tal-bord elettroniku;

    (f)

    mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.

    (4)

    Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandhom jagħmlu disponibbli aġġornamenti tas-software u tal-firmware għal mill-inqas 10 snin wara l-introduzzjoni tal-aħħar unità ta’ mudell fis-suq u dawn l-aġġornamenti tas-software u tad-firmware għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas.

    (5)

    Rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-gassijiet refriġeranti:

    Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 dwar it-tikkettar u l-informazzjoni dwar il-prodotti u t-tagħmir, l-isem kimiku jew id-denominazzjoni aċċettata tal-industrija tal-gass refriġerant li jintuża f’magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’pompa tas-sħana, għandha tintwera b’mod permanenti f’post fuq il-partijiet esterni tal-apparat li jkunu viżibbli u li jistgħu jiġu identifikati faċilment mill-utent aħħari, pereżempju fuq il-pannell ta’ wara.

    (6)

    Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u għar-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis:

    (a)

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku jkunu ddisinjati b’tali mod li l-materjali u l-komponenti msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ikunu jistgħu jitneħħew mill-apparat bl-użu ta’ għodod faċilment disponibbli;

    (b)

    il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.

    6.   Rekwiżiti ta’ Informazzjoni

    L-istruzzjonijiet għall-utenti u għall-installaturi għandhom jiġu pprovduti fil-forma ta’ manwal għall-utenti fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, u għandhom jinkludu:

    (1)

    l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

    (a)

    informazzjoni li l-programm eco huwa adattat biex inixxef il-ħwejjeġ tal-qoton imxarrba, u li dan il-programm jintuża biex tiġi vvalutata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ekodisinn;

    (b)

    informazzjoni li l-programm eco huwa l-aktar programm effiċjenti f’termini ta’ konsum tal-enerġija għat-tnixxif ta’ ħwejjeġ tal-qoton imxarrba;

    (c)

    informazzjoni li meta l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku titgħabba sal-kapaċità massima indikata mill-manifattur għall-programmi rispettivi, din se tikkontribwixxi għall-iffrankar tal-enerġija;

    (d)

    jekk ikun applikabbli, informazzjoni dwar kif wieħed għandu jattiva u jiddiżattiva l-konnessjoni man-network u l-impatt fuq il-konsum tal-enerġija;

    (e)

    struzzjonijiet dwar kif għandha tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif speċifikat fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 (3) permezz ta’ link elettronika li tirreferi għall-informazzjoni dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott;

    (2)

    valuri għall-parametri li ġejjin:

    (a)

    il-kapaċità nominali f’kg;

    (b)

    id-durata tal-programm, espressa f’sigħat u f’minuti;

    (c)

    il-konsum tal-elettriku, u fejn applikabbli, tal-gass f’kWh/ċiklu tat-tnixxif;

    (d)

    il-kontenut ta’ ndewwa finali wara ċ-ċiklu tat-tnixxif;

    (e)

    l-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif.

    Il-valuri għall-parametri stabbiliti fil-punti (a) sa (e) għandhom jiġu previsti għall-programm eco b’tagħbija sħiħa u, ħlief għall-parametru stabbilit fil-punt (e), b’tagħbija parzjali u għall-programmi li ġejjin fejn ikunu disponibbli:

    (a)

    tnixxif tal-ħwejjeġ sintetiċi b’tagħbija sħiħa;

    (b)

    tnixxif tal-ħwejjeġ delikati/tas-suf b’tagħbija sħiħa;

    (c)

    tnixxif extra/sinifikanti tal-ħwejjeġ tal-qoton b’tagħbija sħiħa u b’tagħbija parzjali;

    (d)

    tnixxif bil-mogħdija tal-ħwejjeġ tal-qoton b’tagħbija sħiħa u b’tagħbija parzjali;

    (e)

    tnixxif extra/sinifikanti tal-ħwejjeġ sintetiċi b’tagħbija sħiħa;

    (f)

    tnixxif bil-mogħdija tal-ħwejjeġ sintetiċi b’tagħbija sħiħa;

    Il-valuri mogħtija għall-programmi għajr il-programm eco huma biss indikattivi;

    (3)

    struzzjonijiet għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ manutenzjoni, inklużi mill-inqas l-operazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-installazzjoni korretta li tinkludi l-pożizzjonament tal-livell, il-konnessjoni mal-mejns, il-konnessjoni mal-iżbokk tal-ilma (jekk rilevanti), il-konnessjoni mal-gass (jekk rilevanti), l-installazzjoni tal-pajp tal-ventilazzjoni (jekk rilevanti);

    (b)

    it-tindif tal-filtri, inkluża l-frekwenza ottimali, u l-proċedura, u l-konsegwenzi ewlenin tat-tindif insuffiċjenti tal-filtri; l-istruzzjonijiet għandhom jindikaw li, meta jitnaddfu l-filtri, it-tnietex għandhom jintremew fil-landa taż-żibel u ma għandhomx jintremew mal-ilma sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mikroplastik fis-sistema tal-ilma użata;

    (c)

    it-tbattil tat-tank tal-ilma għall-magni tat-tnixxif li jaħdmu bil-kondensatur f’każ li l-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku ma tkunx imqabbda mal-iżbokk tal-ilma;

    (d)

    tindif perjodiku, inkluża l-frekwenza ottimali;

    (e)

    il-ftuħ tal-bieba bejn iċ-ċikli tat-tnixxif, jekk ikun xieraq;

    (f)

    it-tneħħija ta’ oġġetti barranin;

    (g)

    l-identifikazzjoni tal-erruri, it-tifsira tal-erruri, u l-azzjoni meħtieġa, inkluża l-identifikazzjoni tal-erruri li jirrikjedu assistenza professjonali;

    (h)

    kif wieħed jaċċessa t-tiswija professjonali (paġni web tal-Internet, indirizzi tal-Internet, dettalji ta’ kuntatt).

    L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar kwalunkwe implikazzjoni ta’ awtotiswija jew ta’ tiswija mhux professjonali għas-sikurezza tal-utent u għall-garanzija u dwar il-perjodu minimu li matulu jkunu disponibbli l-ispare parts.


    (1)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).

    (2)  Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2534 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 (ĠU L, 2023/2534, 22.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2534/oj).


    ANNESS III

    METODI TA’ KEJL U KALKOLU

    Għall-finijiet ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati, li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet f’dan l-Anness.

    Meta parametru jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 4, il-valur iddikjarat tiegħu għandu jintuża mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-kalkoli f’dan l-Anness.

    Il-programm eco kif identifikabbli fuq l-għażla tal-programm, fuq l-iskrin u bil-konnessjoni tan-network, skont il-funzjonalitajiet mogħtija mill-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, u mingħajr modifika ulterjuri tal-konfigurazzjoni dwar il-kontenut finali tal-indewwa, għandu jintuża għall-kejl u l-kalkolu tal-EEI, għall-effiċjenza tal-kondensazzjoni, għat-tul tal-programm, għall-kontenut ta’ ndewwa finali u għall-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja. Il-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza tal-kondensazzjoni, id-durata tal-programm u l-kontenut ta’ ndewwa finali għandhom jitkejlu fl-istess ħin.

    Il-kalkolu tal-konsum ponderat tal-enerġija, id-durata ponderata tal-programm, il-kontenut ta’ ndewwa finali u l-effiċjenza tal-kondensazzjoni għandhom isiru abbażi ta’ tliet ċikli tat-tnixxif b’tagħbija sħiħa u erba’ ċikli ta’ tnixxif b’tagħbija parzjali.

    1.   Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

    Għall-kalkolu tal-EEI ta’ mudell ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, il-konsum ponderat tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif għall-programm eco b’tagħbija sħiħa u parzjali jitqabbel mal-konsum standard tal-enerġija għal kull ċiklu ta’ tnixxif.

    (a)

    L-EEI jiġi kkalkulat kif ġej u jitqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda:

    Formula

    fejn

    EtC

    =

    il-konsum ponderat tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif,

    SEC

    =

    il-konsum standard tal-enerġija għal kull ċiklu tat-tnixxif.

    (b)

    L-SEC jiġi kkalkolat f’kWh kif ġej u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali:

    (i)

    għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għajr għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja:

    Formula

    (ii)

    għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’vent tal-arja:

    Formula

    fejn

    c

    hija l-kapaċità nominali tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għall-programm eco,

    Tt

    hija d-durata ponderata tal-programm għall-programm eco.

    (c)

    EtC jiġi kkalkolat f’kWh kif ġej u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali:

    Formula

    fejn

    Edry

    =

    il-konsum tal-enerġija għall-programm eco b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Edry½

    =

    il-konsum tal-enerġija għall-programm eco b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    (d)

    għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, Edry u Edry1/2 huma kkalkolati kif ġej

    Formula

    Formula

    fejn

    Egdry

    =

    il-konsum tal-gass għall-programm eco b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry½

    =

    il-konsum tal-gass għall-programm eco b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry,a

    =

    il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm eco b’tagħbija sħiħa, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    Egdry½,a

    =

    il-konsum tal-elettriku supplimentari għall-programm eco b’tagħbija parzjali, mogħti f’kWh u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali,

    CC(Koeffiċjent ta’ konverżjoni)

    =

    1,9.

    (e)

    Tt għall-programm eco jiġi kkalkolat f’minuti, imqarreb għall-eqreb minuta, kif ġej:

    Formula

    fejn

    Tdry

    =

    it-tul tal-programm għall-programm eco b’tagħbija sħiħa, f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta;

    Tdry½

    =

    it-tul tal-programm għall-programm eco b’tagħbija parzjali, f’minuti u mqarreb għall-eqreb minuta.

    (f)

    Il-kontenut ta’ ndewwa finali medju μt għall-programm eco jiġi kkalkolat f’perċentwali, imqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda, kif ġej:

    Formula

    fejn

    μxott

    =

    il-kontenut ta’ ndewwa finali għall-programm eco b’tagħbija sħiħa, f’perċentwali u mqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda.

    μdry½

    =

    il-kontenut ta’ ndewwa finali għall-programm eco b’tagħbija parzjali, f’perċentwali u mqarreb għal pożizzjoni deċimali waħda.

    2.   Effiċjenza tal-kondensazzjoni

    L-effiċjenza tal-kondensazzjoni ta’ programm (Ct) hija l-proporzjon bejn il-massa ta’ ndewwa kkondensata u miġbura fil-kontenitur ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur u l-massa ta’ ndewwa mneħħija mit-tagħbija bħala parti mill-programm, u din tal-aħħar hija d-differenza bejn il-massa tat-tagħbija tat-test imxarrba qabel it-tnixxif u l-massa tat-tagħbija użata għall-prova wara t-tnixxif.

    Ct hija kkalkolata bħala perċentwal u mqarrba għall-eqreb perċentwal sħiħ kif ġej:

    Formula

    fejn

    Cdry

    =

    l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eco b’tagħbija sħiħa,

    Cdry½

    =

    l-effiċjenza medja tal-kondensazzjoni tal-programm eco b’tagħbija parzjali.

    3.   Modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija

    Għandu jitkejjel il-konsum tal-enerġija tal-modalità mitfija (Po ), tal-modalità Standby (Psm ) u, fejn applikabbli, tal-modalità bidu differit (Pds ). Il-valuri mkejla jiġu espressi f’W u mqarrba għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.

    Matul il-kejl tal-konsum tal-enerġija f’modalitajiet b’konsum baxx tal-enerġija, il-funzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ċċekkjati u rreġistrati:

    (a)

    il-wiri jew le ta’ informazzjoni;

    (b)

    l-attivazzjoni jew le ta’ konnessjoni man-network.

    Jekk il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus, din il-funzjoni għandha tiġi pprovduta wkoll meta tiġi pprovduta l-modalità standby man-network.

    Jekk il-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku tipprevedi funzjoni ta’ prevenzjoni mit-tikmix, tali funzjoni għandha tiġi interrotta billi tinfetaħ il-bieba tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku, jew bi kwalunkwe intervent xieraq ieħor 15-il minuta qabel il-kejl tal-konsum tal-enerġija.

    4.   Emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja

    L-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja taċ-ċiklu tat-tnixxif ta’ magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku għandha tiġi kkalkolata għall-programm eco b’tagħbija sħiħa, bl-użu ta’ standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew bl-użu ta’ metodi affidabbli, akkurati u riproduċibbli oħra, li jqisu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku rikonoxxut b’mod ġenerali.

    L-emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja għandhom jitkejlu f’dB(A) fir-rigward ta’ 1 pW u jiġu mqarrba sal-eqreb numru sħiħ.


    ANNESS IV

    PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦALL-FINI TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ

    1.   

    It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-valuri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentanti awtorizzati bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti dawk il-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar bi kwalunkwe mezz.

    2.   

    Meta mudell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu mhux konformi.

    3.   

    Bħala parti mill-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:

    (a)

    l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell;

    (b)

    il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli meta jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (i)

    il-valuri dikjarati mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness IV, il-punt 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ tali valuri ddikjarati, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, għall-importatur jew għar-rappreżentant awtorizzat mir-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettqa skont il-punt 2(g) ta’ dak l-Anness;

    (ii)

    il-valuri ddikjarati jkunu jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament, u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li tiġi ppubblikata mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur, għall-importatur mill-valuri dikjarati;

    (iii)

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jivverifikaw l-unità tal-mudell, kwalunkwe sistema ta’ aġġornament tas-software li setgħet ġiet stabbilita mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7;

    (iv)

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċekkjaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti tal-programmi tal-punt 1, mar-rekwiżiti dwar l-aspetti ta’ effiċjenza fir-riżorsi tal-punt 5 u mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-punt 6 tal-Anness II; u

    (v)

    meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri determinati, jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dak il-kejl ikunu konformi ma’:

    (a)

    il-kriterji ta’ validità stabbiliti fit-Tabella 1

    (b)

    it-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 1.

    4.   

    Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti (3)(b), (i), (ii) (iii) jew (iv), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    5.   

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt (3)(b)(v), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell ekwivalenti wieħed jew aktar.

    6.   

    Il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament malli l-valur iddeterminat għall-kontenut ta’ ndewwa finali medju għall-programm eco ma jikkonformax mal-kriterji ta’ validità kif mogħtija fit-Tabella 1 għal waħda mit-tliet unitajiet addizzjonali msemmija fil-punt (5). F’dan il-każ, l-unitajiet l-oħra li għadhom ma ġewx ittestjati ma għandhomx għalfejn jiġu ttestjati. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma jekk il-valur iddeterminat għall-kontenut ta’ ndewwa finali jkun konformi mal-kriterji ta’ validità kif mogħtija fit-Tabella 1 għal kull waħda mit-tliet unitajiet addizzjonali.

    7.   

    Il-mudell għandu jitqies li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għat-tliet unitajiet imsemmija fil-punt (5), il-medja aritmetika tal-valuri determinati tikkonforma mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

    8.   

    Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt (7), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    9.   

    Wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti (2), (4), (6) jew (8), l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    10.   

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness III.

    11.   

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss il-kriterji tal-validità u t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti (3) sa (8) għar-rekwiżiti msemmija f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 1, ma għandu jiġi applikat l-ebda kriterju ieħor ta’ validità jew tolleranza oħra ta’ verifika, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.

    Tabella 1

    Tolleranzi tal-verifika u kriterji ta’ validità

    Parametru

    Kriterji tal-validità

    Il-kontenut ta’ ndewwa finali medju tal-programm eco μt

    Il-valur iddeterminat għandu jitkejjel u jiġi kkalkolat u jkun anqas minn 1,5 %.

    Parametru

    Tolleranzi tal-verifika

    Edry u Edry½

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux jaqbeż il-valur iddikjarat ta’ Edry u Edry½ b’aktar minn 6 %.

    Egdry u Egdry½

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux jaqbeż il-valur iddikjarat ta’ Egdry u Egdry½ b’aktar minn 6 %.

    Egdry,a u Egdry½,a

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux jaqbeż il-valur iddikjarat ta’ Egdry,a u Egdry½,a, b’aktar minn 6 %.

    Ct

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux ikun inqas mill-valur iddikjarat ta’ Ct b’aktar minn 6 %.

    Tdry u Tdry½

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux jaqbeż il-valur iddikjarat ta’ Tdry u Tdry½, b’aktar minn 6 %.

    Po

    Il-valur iddeterminat (*1) ta’ Po ma għandux jaqbeż il-valur iddikjarat b’aktar minn 0,10 W.

    Psm

    Il-valur iddeterminat (*1) ta’ Psm ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas.

    Pds

    Il-valur iddeterminat (*1) ta’ Pds ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 10 % jekk il-valur iddikjarat ikun ogħla minn 1,00 W, jew b’aktar minn 0,10 W jekk il-valur iddikjarat ikun 1,00 W jew inqas.

    Emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja

    Il-valur iddeterminat (*1) ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 2 dB fir-rigward ta’1 pW.


    (*1)  Jekk jiġu ttestjati tliet unitajiet addizzjonali f’konformità mal-punt (5), il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri determinati għal dawk it-tliet unitajiet addizzjonali.


    ANNESS V

    PUNTI TA’ REFERENZA

    Waqt id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku ġiet identifikata kif ġej:

    (1)

    magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’element ta’ tisħin kondensatur b’kapaċità nominali ta’ 7 kg:

    (a)

    konsum tal-enerġija: 2,73 kWh/ċiklu tat-tnixxif għall-programm eco (*);

    (b)

    ħin taċ-ċiklu tat-tnixxif: 76 minuta għall-programm eco (*);

    (c)

    emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: 63 dB(A);

    (2)

    magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’pompa tas-sħana b’kapaċità nominali ta’ 7 kg:

    (a)

    konsum tal-enerġija: 0,85 kWh/ċiklu tat-tnixxif għall-programm eco (*);

    (b)

    ħin taċ-ċiklu tat-tnixxif: 134 minuta għall-programm eco (*);

    (c)

    emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: 66 dB(A);

    (3)

    magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’element ta’ tisħin u b’vent tal-arja b’kapaċità nominali ta’ 7 kg:

    (a)

    konsum tal-enerġija: 2,58 kWh/ċiklu tat-tnixxif għall-programm eco (*);

    (b)

    ħin taċ-ċiklu tat-tnixxif: 76 minuta għall-programm eco (*);

    (c)

    emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja: 69 dB(A);

    (*)

    Ikkalkolat fuq il-bażi ta’ medja ponderata bejn it-tagħbija sħiħa u dik parzjali, fejn it-tagħbija sħiħa tiġi mmultiplikata b’0,24 u t-tagħbija parzjali b’0,76.

    ANNESS VI

    MAGNI TAT-TNIXXIF TAL-ĦWEJJEĠ GĦALL-UŻU DOMESTIKU B’AKTAR MINN TANBUR WIEĦED

    Għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed, id-dispożizzjonijiet tal-punti 1 sa 4 tal-Anness II, skont il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness III, għandhom japplikaw għal kull tanbur. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 5 tal-Anness II għandhom japplikaw għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħhom. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6 tal-Anness II għandhom japplikaw għal kull tanbur jew għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħhom kif xieraq. Id-dispożizzjonijiet tal-punti 1 sa 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw għal kull wieħed mit-tnabar indipendentement, għajr meta t-tnabar ikunu inkorporati fl-istess casing u jistgħu, fil-programm “eco”, joperaw simultanjament biss. Fil-każ tal-aħħar, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħha, kif ġej:

    (a)

    il-kapaċità nominali tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed għandha tkun is-somma tal-kapaċitajiet nominali ta’ kull tanbur;

    (b)

    il-konsum tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed għandu jkun is-somma tal-konsum tal-enerġija ta’ kull tanbur;

    (c)

    l-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-kapaċità nominali u tal-konsum tal-enerġija tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħha;

    (d)

    id-durata tal-programm għandha tkun id-durata tal-programm “eco” tat-tanbur bl-akbar kapaċità nominali;

    (e)

    ir-rekwiżiti dwar il-modalitajiet b’konsum baxx ta’ enerġija għandhom japplikaw għall-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħha;

    (f)

    l-emissjoni tal-istorbju akustiku fl-arja għandha tkun dik tal-magna tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħha.

    Il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV għandha tapplika għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ għall-użu domestiku b’aktar minn tanbur wieħed fl-intier tagħhom, u l-kriterji tal-validità u t-tolleranzi tal-verifika japplikaw għal kull wieħed mill-parametri determinati bl-applikazzjoni ta’ dan l-Anness.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2533/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top