This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1215
Council Regulation (EU) 2023/1215 of 23 June 2023 amending Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1215 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1215 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/9027/2023/INIT
ĠU L 159I, 23.6.2023, p. 330–334
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 159/330 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1215
tat-23 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1218 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK, li introduċiet kriterju ulterjuri għall-elenkar ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal persuni u entitajiet deżinjati b’reazzjoni għall-gwerra ta’ informazzjoni mwettqa mir-Russja sabiex timplimenta l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Dik id-Deċiżjoni emendat ukoll wieħed mill-kriterji eżistenti għall-elenkar, fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kunsill li ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jew it-tfixkil b’xi mod ieħor b’mod sinifikattiv ta’ tali miżuri restrittivi minn operaturi ta’ pajjiżi terzi mhux marbuta minn dawk il-miżuri b’tali mod li jikkontribwixxu għall-kapaċità tar-Russja li tmexxi gwerra, jistgħu jdgħajfu l-għan u l-effettività ta’ dawk il-miżuri. Indikazzjonijiet ta’ każijiet li jfixklu l-miżuri restrittivi tal-Unjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-fatt li l-attività ewlenija ta’ operatur ta’ pajjiż terz tikkonsisti fix-xiri ta’ merkanzija ristretta fl-Unjoni li tasal fir-Russja, l-involviment ta’ persuni jew entitajiet Russi fi kwalunkwe stadju, il-ħolqien reċenti ta’ kumpanija għal skopijiet relatati ma’ merkanzija ristretta li tasal fir-Russja, jew żieda drastika fil-fatturat ta’ operatur ta’ pajjiż terz involut f’tali attivitajiet. |
(3) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1218 introduċiet ukoll aktar derogi mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli għal ċerti entitajiet elenkati biex jippermettu ċ-ċessjoni minn kumpaniji Russi u d-disponiment ta’ ċerti tipi ta’ titoli miżmuma ma’ entitajiet elenkati speċifiċi. Introduċiet ukoll deroga li tippermetti l-istabbiliment, iċ-ċertifikazzjoni jew l-evalwazzjoni ta’ firewall li jneħħi l-kontroll eżerċitat minn persuna elenkata fuq l-assi ta’ entità tal-Unjoni mhux elenkata li l-persuna elenkata tippossjedi jew tikkontrolla u li tiżgura li ma jkun hemm l-ebda benefiċċju għal din tal-aħħar, u b’hekk dik l-entità tkun tista’ tkompli l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha. Bil-ħsieb li tiġi salvagwardjata s-sikurezza marittima, id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1218 introduċiet ukoll eżenzjoni mill-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni fuq id-disponibbiltà ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi biex ikun possibbli l-forniment ta’ servizzi ta’ bdot f’ċirkostanzi speċifiċi. |
(4) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1218 estendiet ukoll għal ċerti istituzzjonijiet finanzjarji elenkati issa d-deroga mill-iffriżar tal-assi u mill-projbizzjoni li jsiru disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi li kienet applikabbli għal istituzzjonijiet finanaarji elenkati preċedentement. |
(5) |
Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li ċerti obbligi ta’ rappurtar japplikaw b’mod konsistenti mar-rispett għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom iggarantit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u li jiġu pprovduti aktar kjarifiki dwar l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.. |
(6) |
L-emendi li saru lid-Deċiżjoni 2014/145/PESK bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1218 jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(7) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 6b huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 6e, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati li jappartjenu lill-entitajiet elenkati taħt l-entrati numru 53, 54, 55, 79, 80, 81, 82, 108, 126, 127, 198, 199, 200, 214 u 215 taħt l-intestatura “Entitajiet” fl-Anness I, jew it-tqegħid ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni ta’ dawk l-entitajiet, skont dawk il-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu bħala xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għax-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel, fosthom il-qamħ u l-fertilizzanti.” |
(4) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 6f L-Artikolu 2 ma għandux japplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizzi ta’ bdot lil bastimenti f’passaġġ innoċenti kif definit mid-dritt internazzjonali li huma meħtieġa għal raġunijiet ta’ sikurezza marittima.” |
(5) |
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ROSWALL
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1218 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ara l-paġna 526 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).