EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0254

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/254 tas-6 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward ta’ ċerti regoli tekniċi dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji

C/2023/773

ĠU L 35, 7.2.2023, p. 4–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/02/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/254/oj

7.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/254

tas-6 ta’ Frar 2023

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward ta’ ċerti regoli tekniċi dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u jipprevedi regoli speċifiċi.

(2)

L-Artikolu 6(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jipprevedi li jekk applikant iressaq aktar applikazzjonijiet għal kwota tariffarja mill-għadd massimu stabbilit fl-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-applikazzjonijiet kollha tiegħu jkunu inammissibbli u l-garanziji ddepożitati jintilfu. Sabiex jiġi evitat kastig eċċessiv jenħtieġ li l-possibbiltà li l-garanzija tintilef tiġi eliminata.

(3)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, l-operaturi li japplikaw għal-liċenzji għall-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (3) huma marbuta li jippreżentaw il-garanziji rilevanti qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni. Mentri, għal-liċenzji mhux relatati mal-kwoti tariffarji l-operaturi għandhom jippreżentaw il-garanzija fil-jum tal-applikazzjoni għal liċenzja. Din is-sitwazzjoni tista’ toħloq diffikultajiet fil-ġestjoni tal-liċenzji. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ ġestjoni ħażina u abbuż, l-awtoritajiet nazzjonali li joħorġu l-liċenzji jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jistabbilixxu l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-garanziji għal-liċenzji tal-kwota tariffarja.

(4)

L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (4) jipprevedi li meta perjodu jintemm f’festa pubblika, is-Sibt, jew il-Ħadd, it-tmiem tiegħu għandu jiġi pospost għal tmiem il-jum tax-xogħol li jmiss. L-Artikolu 13(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jipprevedi li din ir-regola ma tapplikax għall-perjodu ta’ validità tal-liċenzji għall-kwoti tariffarji. L-Artikolu 12(1), il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jipprevedi li din ir-regola għandha tiġi indikata fit-taqsima speċifika tal-liċenzji għall-kwoti tariffarji meta l-perjodu ta’ validità tal-liċenzja jiskadi fl-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. Għalhekk, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jenħtieġ li jiġi allinjat mal-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni biex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina.

(5)

L-Artikolu 16(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jeħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet mhux użati koperti mil-liċenzji. Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data pprovduta, jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jinnotifikaw il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti mil-liċenzji tal-importazzjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.

(6)

Peress li l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 hija nieqsa mill-volum, it-tabella tagħha u r-referenza għaliha jenħtieġ li jitħassru mill-Annessi I u XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

(7)

Minħabba domanda eċċessiva għal volumi skont il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269, jenħtieġ li r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni fis-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (LORI) u dwar il-kwantità referenzjarja japplikaw ukoll għal dawk il-kwoti tariffarji. Barra minn hekk, ir-regoli dwar il-prova tal-kummerċ għandhom japplikaw biss jekk ir-rekwiżit tal-kwantità referenzjali jiġi sospiż skont l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760.

(8)

Il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4281 u 09.4282 huma miftuħa għaċ-ċanga u l-laħam tal-majjal, rispettivament, mill-Kanada. Skont l-Artikoli 46 u 66 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-kwantità hija espressa f’ekwivalenti ta’ karkassi. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni, jenħtieġ li dan jiġi ċċarat ukoll fit-tabelli rilevanti fl-Annessi VIII u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kwantità totali disponibbli fis-snin li għaddew jenħtieġ li titneħħa.

(9)

Il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4226 hija miftuħa għall-importazzjonijiet mill-Iżlanda tal-iSkyr, filwaqt li l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4227 hija miftuħa għall-importazzjonijiet mill-Iżlanda ta’ ġobnijiet minbarra l-“iSkyr”. Wara l-aħħar aġġornament tal-kodiċi TARIC għall-iSkyr, jenħtieġ li dan il-kodiċi jiġi integrat fit-tabelli ta’ dawk il-kwoti tariffarji fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

(10)

Minħabba d-diffikultajiet fl-użu sħiħ tal-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4225, 09.4226 u 09.4227, fil-każ ta’ dawk il-kwoti, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit ta’ prova tal-kummerċ.

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-mudelli taċ-ċertifikati tal-IMA 1 stabbiliti fl-Anness XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, il-Partijiet A.1 u A.2, jenħtieġ li fil-kaxxa 16 jindikaw in-numru tal-kwota tariffarja li għalih jirreferi ċ-ċertifikat. Barra minn hekk, biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni mal-kaxxa 4, jenħtieġ li l-kaxxa 3 tal-mudell taċ-ċertifikat tal-IMA 1 għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4195 u 09.4182 stabbiliti fl-Anness XIV.5, il-Parti A.2 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jkun fiha l-isem tax-xerrej minflok in-numru u d-data tal-fattura.

(12)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Jekk applikant iressaq aktar applikazzjonijiet għal kwota tariffarja mill-għadd massimu stabbilit fil-paragrafu 3, l-ebda waħda mill-applikazzjonijiet ippreżentati għall-kwota tariffarja ma għandha tkun ammissibbli.”

;

(2)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Garanzija li għandha tiġi ddepożitata mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni

Meta l-ħruġ ta’ liċenzja jkun soġġett għad-depożitu ta’ garanzija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760, l-applikant għandu jiddepożita l-garanzija mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji qabel tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni fl-ammont stabbilit għal kull kwota tariffarja fl-Annessi II sa XIII ta’ dan ir-Regolament.

Madankollu, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tista’ tobbliga lill-operaturi jippreżentaw il-garanzija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fil-jum tal-applikazzjoni għal-liċenzji, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237.”

;

(3)

fl-Artikolu 12(1), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

It-Taqsima 24 tal-liċenzja tal-importazzjoni jew it-Taqsima 22 tal-liċenzja tal-esportazzjoni għandu jkun fiha d-dikjarazzjoni li “L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ma għandux japplika” (*1).

(*1)

  

Bil-Bulgaru: Член 3, параграф 4 от Регламент (ЕИО, Евратом) № 1182/71 не се прилага

Bl-Ispanjol: No es de aplicación el artículo 3, apartado 4, del Reglamento (CEE, Euratom) n o 1182/71

Biċ-Ċek: Ustanovení čl. 3 odst. 4 nařízení (EHS, Euratom) č. 1182/71 se nepoužije

Bid-Daniż: Artikel 3, stk. 4, i forordning (EØF, Euratom) nr. 1182/71 finder ikke anvendelse

Bil-Ġermaniż: Artikel 3 Absatz 4 der Verordnung (EWG, Euratom) Nr. 1182/71 kommt nicht zur Anwendung

Bl-Estonjan: Määruse (EMÜ, Euratom) nr 1182/71 artikli 3 lõiget 4 ei kohaldata

Bil-Grieg: Το άρθρο 3 παράγραφος 4 του κανονισμού (ΕΟΚ, Ευρατόμ) αριθ. 1182/71 δεν εφαρμόζεται

Bl-Ingliż: Article 3(4) of Regulation (KEE, Euratom) Nru 1182/71 shall not apply

Bil-Franċiż: L’article 3, paragraphe 4, du règlement (CEE, Euratom) n o 1182/71 ne s’applique pas

Bil-Kroat: Članak 3. stavak 4. Uredbe (EEZ, Euratom) br. 1182/71 se ne primjenjuje

Bit-Taljan: L’articolo 3, paragrafo 4, del regolamento (CEE, Euratom) n. 1182/71 non si applica

Bil-Latvjan: Regulas (EEK, Euratom) Nr. 1182/71 3. panta 4. punktu nepiemēro

Bil-Litwan: Reglamento (EEB, Euratomas) Nr. 1182/71 3 straipsnio 4 dalis netaikoma

Bl-Ungeriż: Az 1182/71/EGK, Euratom rendelet 3. cikkének (4) bekezdését nem kell alkalmazni

Bil-Malti: L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ma għandux japplika

Bl-Olandiż: Artikel 3, lid 4, van Verordening (EEG, Euratom) nr. 1182/71 is niet van toepassing

Bil-Pollakk: Artykuł 3 ust. 4 rozporządzenia (EWG, Euratom) nr 1182/71 nie ma zastosowania

Bil-Portugiż: O artigo 3. o, n. o 4, do Regulamento (CEE, Euratom) n. o 1182/71 não é aplicável

Bir-Rumen: Articolul 3 alineatul 4 din Regulamentul (CEE, Euratom) nr. 1182/71 nu se aplică

Bis-Slovakk: Článok 3 ods. 4 nariadenia (EHS, Euratom) č. 1182/71 sa neuplatňuje

Bis-Sloven: Člen 3(4) Uredbe (EGS, Euratom) št. 1182/71 se ne uporablja

Bil-Finlandiż: Asetuksen (ETY, Euratom) N:o 1182/71 3 artiklan 4 kohtaa ei sovelleta

Bl-Iżvediż: Artikel 3.4 i förordning (EEG, Euartom) nr 1182/71 skall inte tillämpas.”;

"

(4)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fi żmien 4 xhur jew 210 ijiem kalendarji rispettivament, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

il-kwantitajiet mhux użati koperti minn liċenzji tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni maħruġa; u

(b)

il-kwantitajiet ta’ prodotti koperti minn liċenzji tal-importazzjoni u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.”

;

(5)

L-Annessi I, VIII, IX, X, XII u XIV.5 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għall-perjodi tal-applikazzjoni għal-liċenzja li jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Madanakollu:

(a)

l-Artikolu 1(2) il-punti (3)(b)(i) u (ii), u (3)(c)(i) u (ii), u l-punt (6) tal-Anness għandhom japplikaw mill-ewwel jum tal-perjodu ta’ 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, fejn applikabbli, għall-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni li jiftaħ wara dak il-perjodu;

(b)

il-punt (1)(b) u l-punt (5)(b) tal-Anness għandhom japplikaw għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda f’Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KEE-Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I, VIII, IX, X, XII u XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 titħassar;

(b)

ir-ringieli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“09.4268

Pollam

Importazzjoni

L-UE: eżami simultanju

Iva

Biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760

Sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja

Iva

09.4269

Pollam

Importazzjoni

L-UE: eżami simultanju

Iva

Biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760

Sa tmiem il-perjodu tal-kwota tariffarja

Iva”

(2)

fl-Anness VIII, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4281, ir-ringiela “Kwantità f’kilogrammi”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kilogrammi

15 000 000  kg (ekwivalenti tal-piż tal-karkassa) diviżi kif ġej:

25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu

25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju

25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru

25 % għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru”

(3)

L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4225, ir-ringiela “Prova tal-kummerċ”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Prova tal-kummerċ

Le”

(b)

it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4226 hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela “Deskrizzjoni tal-prodott” hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-prodott  (*1)

Skyr

(ii)

ir-ringiela “Kodiċijiet NM” hija sostitwita b’dan li ġej:

Kodiċijiet NM

Ex04061050 (kodiċi TARIC 0406105010 )”

(iii)

ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:

Prova tal-kummerċ

Le”

(c)

it-tabella dwar il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4227 hija emendata kif ġej:

(i)

ir-ringiela “Deskrizzjoni tal-prodott” hija sostitwita b’dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-prodott  (*2)

Ġobnijiet, minbarra “Skyr” tal-kodiċi TARIC 0406105010

(ii)

ir-ringiela “Kodiċijiet NM” hija sostitwita b’dan li ġej:

Kodiċijiet NM

Ex04 06 minbarra “Skyr” tal-kodiċi TARIC 0406105010 ”

(iii)

ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:

Prova tal-kummerċ

Le”

(4)

fl-Anness X, fit-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4282, ir-ringiela “Kwantità f’kilogrammi”, hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità f’kilogrammi

80 548 000  kg (ekwivalenti tal-piż tal-karkassa) diviżi kif ġej: 25 % għal kull subperjodu”

(5)

L-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4264 titħassar;

(b)

it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4268 u 09.4269 huma emendati b’dan li ġej:

(i)

ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:

Prova tal-kummerċ

Iva. Il-prova tal-kummerċ hija meħtieġa biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760. 25 tunnellata”

(ii)

ir-ringiela “Kwanità ta’ referenza” hija sostitwita b’dan li ġej:

Kwantità ta’ referenza

Iva”

(iii)

ir-ringiela “Operatur irreġistrat fil-bażi ta’ data LORI” hija sostitwita b’dan li ġej:

Operatur irreġistrat fil-bażi tad-data LORI

Iva”

(6)

L-Anness XIV.5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti A1, il-kaxxa 16 hija sostitwita b’dan li ġej:

“16.

Osservazzjonijiet:

(a)

kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4...

(b)

maħsuba għall-ipproċessar (1)

(b)

il-Parti A2 hija emendata kif ġej:

(i)

Numru u data tal-fattura“ hija sostitwita bi “3. Xerrej”; fil-kaxxa 3, l-entrata ”3.

(ii)

il-kaxxa 16 hija sostitwita b’dan li ġej:

“16.

Osservazzjonijiet:

(a)

kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4...

(b)

maħsuba għall-ipproċessar (2)


(*1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li għandu biss valur indikattiv, peress li l-iskema preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”;

(*2)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies li għandu biss valur indikattiv, peress li l-iskema preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet NM. Fejn huma msemmija kodiċijiet ex NM, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.”;

(1)  Ħassar kif xieraq”;

(2)  Ħassar kif xieraq”.


Top