Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0586

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/586 tat-8 ta’ April 2022 li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/2142

    ĠU L 112, 11.4.2022, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/586/oj

    11.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 112/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/586

    tat-8 ta’ April 2022

    li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Is-sustanza ċomb tetraetile, tissodisfa l-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1 A) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u għalhekk tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c), ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Is-sustanza 4,4’-bis(dimetilammino)-4”-(metilammino) tritil alkoħol (b’ ≥ 0,1 % tal-keton ta’ Michler (KE Nru 202–027–5) jew il-bażi ta’ Michler (KE Nru 202–959–2)) tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenika (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(a), ta’ dak ir-Regolament.

    (3)

    Prodotti ta’ reazzjoni ta’ 1,3,4-tijadiażolidina-2,5-dition, formaldeid u 4-ettilfenol, b’fergħat u lineari (RP-HP) (b’ ≥ 0,1 % w/w 4-ettilfenol, b’fergħat u lineari) huma sustanzi li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli fuq l-ambjent. Dawn jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament stipulati fl-Artikolu 57(f) ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Is-sustanza 2-etilessil 10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditia-4-stannatetradekanoat (DOTE) tilħaq il-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk tilħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament.

    (5)

    Massa ta’ reazzjoni ta’ 2-etilessil-10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditia-4-stannatetradekanoat u 2-etilessil-10-etil-4-[[2-[(2-etilessil)ossi]-2-ossoetil]tijo]-4-ottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditia-4-stannatetradekanoat (massa ta’ reazzjoni ta’ DOTE u MOTE) hija sustanza li tilħaq il-kriterji biex tkun ikklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u għalhekk tilħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament.

    (6)

    Is-sustanzi kollha msemmija hawn fuq ġew identifikati bħala li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u inklużi fil-lista tal-kandidati għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, dawn ingħataw prijorità għall-inklużjoni fl-Anness mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) fir-rakkomandazzjonijiet tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2019 (3).

    (7)

    L-Aġenzija wettqet konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tagħha fejn il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu l-kummenti tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet mill-partijiet interessati għal sejħiet għall-informazzjoni dwar l-impatti ekonomiċi, soċjali, tas-saħħa u ambjentali (kostijiet u benefiċċji) li possibbilment jista’ jkollhom l-inklużjoni tas-sustanzi proposti mill-Aġenzija fl-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tagħha, fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (8)

    Is-sustanzi msemmija hawn fuq jeħtieġu għalhekk jiġu inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (9)

    Filwaqt li titqies il-kapaċità tal-Aġenzija li timmaniġja l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni„ għal kull sustanza inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita data li minnha għandhom ikunu pprojbiti t-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanza sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni kif rikjest mill-Artikolu 58(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,. Għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, ma hemm l-ebda raġuni għaliex id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ tkun inqas minn 18-il xahar qabel id-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(c)(i) ta’ dak ir-Regolament.

    (10)

    L-Artikolu 58(1)(e) flimkien mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi l-possibbiltà ta’ eżenzjonijiet għal użi jew kategoriji ta’ użi f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni timponi rekwiżiti minimi marbutin mal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent sabiex tiżgura kontroll xieraq tar-riskji. F’konformità mal-informazzjoni disponibbli, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti eżenzjonijiet ibbażati fuq dawk id-dispożizzjonijiet.

    (11)

    Matul il-konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-Aġenzija dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tagħha, ma tressqu l-ebda kummenti speċifiċi marbutin ma’ eżenzjonijiet possibbli għar-riċerka u għall-iżvilupp orjentati lejn prodotti u proċessi. Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti dawk l-eżenzjonijiet.

    (12)

    Peress li l-informazzjoni disponibbli dwar l-użi tas-sustanzi inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 minn dan ir-Regolament hija limitata, mhuwiex xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ rieżami msemmija fl-Artikolu 58(1)(d), ta’ dak ir-Regolament f’dan l-istadju.

    (13)

    Is-sustanzi 2-metossietanol (EGME) u 2-etossietanol (EGGE) jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c), ta’ dak ir-Regolament. It-tqegħid fis-suq u l-użu taż-żewġ sustanzi waħedhom, bħala kostitwenti ta’ sustanzi oħra jew f’taħlitiet għall-forniment tal-pubbliku ġenerali huma ristretti f’konformità mal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema, ġew stabbiliti valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali għal dawk is-sustanzi fil-livell tal-Unjoni bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/161/UE (4) kif prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (5). Peress li dawk il-valuri mhumiex vinkolanti, l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva mill-Istati Membri tista’ tvarja. Il-Kummissjoni qiegħda tivvaluta liema jista’ jkun l-aktar approċċ regolatorju xieraq fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għalhekk huwa xieraq li l-inklużjoni tagħhom tiġi posposta fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (14)

    Is-sustanzi anidride ċikloeżan-1,2-dikarbossiliku [1],anidride cis-ċikloeżan-1,2-dikarbossiliku [2], anidride trans-ċikloeżan-1,2-dikarbossiliku [3] (HHPA) u anidride eżaidrometilftaliku [1], anidride eżaidro-4-metilftaliku [2], anidride eżaidro-1-metilftaliku [3], anidride eżaidro-3-metilftaliku [4] (MHHPA) jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għas-sensitizzazzjoni respiratorja (kategorija 1) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. L-Aġenzija ikkonkludiet li hemm provi xjentifiċi ta’ probabbiltà ta’ effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem li jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u, għalhekk, dawk is-sustanzi jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV ta’ dak ir-Regolament stipulati fl-Artikolu 57(f) ta’ dak ir-Regolament. Skont l-informazzjoni disponibbli, dawk is-sustanzi jintużaw f’siti industrijali, fejn it-tħassib ewlieni huwa relatat mal-esponiment tal-ħaddiema u ma hemm l-ebda użi professjonali jew tal-konsumatur. Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħaddiema, ma hemm l-ebda valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment fuq il-post tax-xogħol stabbiliti għal dawk is-sustanzi fil-livell tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 98/24/KE, u jista’ jkun diffiċli li jiġi stabbilit livell sikur ta’ esponiment għal sensitizzatur respiratorju. Il-Kummissjoni qiegħda tivvaluta liema jista’ jkun l-aktar approċċ regolatorju xieraq fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għalhekk huwa xieraq li l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi tiġi posposta fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (15)

    Is-sustanza 1,6,7,8,9,14,15,16,17,17,18,18-dodekakloropentaċik-lo[12.2.1.16,9.02,13.05,10]ottadeka-7,15-dien (“Dechlorane Plus”™) (tkopri kwalunkwe wieħed mill-anti- u sin-isomeri individwali jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom) hija sustanza persistenti ħafna u bijoakkumulattiva, f’konformità mal Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV stipulati fl-Artikolu 57(e), ta’ dak ir-Regolament. Ġie ppreparat dossier tal-Anness XV biex jiġu ristretti l-użi ta’ dik is-sustanza. Barra minn hekk, ittieħdu passi lejn l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjali Organiċi Persistenti li Jniġġsu (6). Ladarba sustanza tkun soġġetta għall-Konvenzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tagħha għandhom jiġu pprojbiti, eliminati gradwalment kemm jista’ jkun malajr jew ristretti fil-livell tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Sustanzi li l-użi kollha tagħhom ġew ipprojbiti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni ma jistgħux jiġu elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Sabiex jiġi żgurat approċċ regolatorju konsistenti, jenħtieġ li l-eżitu ta’ dawk l-inizjattivi jitqies qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tad- “Dechlorane Plus” ™ fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għaldaqstant, huwa xieraq li dik is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (16)

    Is-seba’ komposti taċ-ċomb diossobis(stearato)triċomb; aċidi xaħmin,C16-18, melħiet taċ-ċomb; triċomb, diossidu posfonat; aċidu sulfuż, melħ taċ-ċomb, dibażiku; [Ftalato (2-)] diossotriċomb; diidrossidu bis(karbonat) tat-triċomb u ċomb ossidu sulfat jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni (kategorija 1 A) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u, għalhekk, jissodisfaw il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c) ta’ dak ir-Regolament. Dawk is-sustanzi huma prinċipalment preżenti fil-klorur tal-polivinil riċiklat (PVC) u ma jistgħux jitneħħew bit-teknoloġija attwali. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq Regolament li jipprojbixxi l-użu taċ-ċomb u l-komposti tiegħu fl-oġġetti tal-PVC u jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti tal-PVC li fihom aktar minn 0,1 % ċomb, b’xi derogi. Barra minn hekk il-valur limitu vinkolanti attwali tal-Unjoni għall-esponiment okkupazzjonali u l-valur ta’ limitu bijoloġiku vinkolanti għall-komposti taċ-ċomb stabbiliti skont id-Direttiva 98/24/KE qed jiġu rieżaminati. Għalhekk, fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-restrizzjoni tal-użu taċ-ċomb u l-komposti tiegħu kif ukoll l-adozzjoni possibbli ta’ miżuri aktar stretti fuq il-post tax-xogħol, huwa xieraq li tiġi posposta deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ dawk is-sustanzi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

    (17)

    Is-sustanza (Bisfenol A; 4,4′-isopropilidenedifenol; BPA) tissodisfa il-kriterji biex tkun kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni (kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Għandha ukoll proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali li għalihom hemm evidenza xjentifika ta’ effetti serji probabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Din tagħti lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mis-sustanzi l-oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, tissodisfa il-kriterji biex tiddaħħal fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 stipulati fl-Artikolu 57(c)(f) ta’ dak ir-Regolament. Qiegħed jiġi ppreparat dossier tal-Anness XV biex jiġu ristretti l-użi ta’ Bisfenol A u bisfenols relatati strutturalment li huma ta’ tħassib simili għall-ambjent. Dik ir-restrizzjoni għandha tkopri l-użi tal-Bisfenol A li taqa’ taħt ir-reġim ta’ awtorizzazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li tiġi posposta l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ jiġi emendat skont dan.

    (18)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (3)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/9th_axiv_recommendation_October2019_en.pdf/d4d55dea-cc36-8f57-0d9f-33b8e64c4f07

    (4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/161/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi t-tielet lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ esponiment professjonali fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE (ĠU L 338, 19.12.2009, p. 87).

    (5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

    (6)  ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.

    (7)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).


    ANNESS

    Fit-tabella tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Dħul

    Nru

    Sustanza

    Proprjeta(jiet) intrinsiċi msemmija fl-Artikolu 57

    Arranġamenti tranżitorji

    (Kategoriji ta’) użi eżentati

    Perjodi ta’ reviżjoni

    L-aħħar data tal-applikazzjoni(1)

    Data tat-terminazzjoni(2)

    “55.

    Tetraetillead

    Numru tal-KE: 201-075-4

    Nru tas-CAS: 78-00-2

    Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1 A)

    L-1 ta’ Novembru 2023

    L-1 ta’ Mejju 2025

    -

    -

    56.

    4,4’-bis(dimetilamino)-4”-(metilamino)alkoħol tritil(b’ ≥ 0,1 % tal-ketun ta’ Michler (Nru tal-KE 202-027-5) jew bażiku ta’ Michler (KE Nru 202–959–2))

    Nru tal-KE: 209-218-2

    Nru tas-CAS: 561-41-1

    Karċinoġenu (il-kategorija 1B)

    L-1 ta’ Novembru 2023

    L-1 ta’ Mejju 2025

    -

    -

    57.

    Prodotti tar-reazzjoni ta’ 1,3,4-tijadiażolidina-2,5-dition, formaldeid u 4-heftilfenol, ramifikati u lineari (RP-HP) (b’ ≥ 0,1 % w/w 4-heftilfenol, ramifikati u lineari)

    Nru tal-KE: -

    Nru tas-CAS: -

    Proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (l-Artikolu 57(f) - l-ambjent)

    L-1 ta’ Novembru 2023

    L-1 ta’ Mejju 2025

    -

    -

    58.

    10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil (DOTE)

    Nru tal-KE: 239-622-4

    Nru tas-CAS: 15571-58-1

    Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B)

    L-1 ta’ Novembru 2023

    L-1 ta’ Mejju 2025

    -

    -

    59.

    Massa ta’ reazzjoni 10-etil-4,4-diottil-7-osso-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil u 10-etil-4-[[2-[(2-etileżil)ossi]-2-ossoetil]tijo]-4-ottil-7-ossi-8-ossa-3,5-ditija-4-stannatetradekanoat ta’ 2-etileżil (massa ta reazzjoni ta’ DOTE u MOTE)

    Nru tal-KE: -

    Nru tas-CAS: X-

    Tossiku għar-riproduzzjoni (il-kategorija 1B)

    L-1 ta’ Novembru 2023

    L-1 ta’ Mejju 2025

    -

    -”


    Top