This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0330
Council Regulation (EU) 2022/330 of 25 February 2022 amending Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/6559/2022/INIT
ĠU L 51, 25.2.2022, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/330
tal-25 ta’ Frar 2022
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) iġib fis-seħħ miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fil-25 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/329 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK u tipprevedi kriterji emendati ta’ elenkar. |
(3) |
Dawk l-emendi jaqgħu' fl-ambitu tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li r-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 269/2014, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Anness I għandu jinkludi:
(a) |
persuni fiżiċi responsabbli għall-appoġġ jew għall-implimentazzjoni b'mod attiv ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna; |
(b) |
persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna; |
(c) |
persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-Krimea jew f’Sevastopol li s-sjieda tagħhom tkun ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi tal-Ukrajna, jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jkunu bbenefikaw minn tali trasferiment; |
(d) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jappoġġaw b’mod attiv, materjalment jew finanzjarjament, jew li jibbenefikaw minn dawk ir-Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna; |
(e) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jwettqu tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbass tal-Ukrajna; |
(f) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jappoġġaw attivament, materjalment jew finanzjarjament, jew li jieħdu benefiċċju mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabilizzazzjoni tal-Ukrajna; jew |
(g) |
negozjanti jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, |
u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 50, 25.2.2022, p. 1).