This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0201
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/201 of 10 December 2021 amending Regulation (EU) No 748/2012 as regards management systems and occurrence-reporting systems to be established by design and production organisations, as well as procedures applied by the Agency, and correcting that Regulation
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament
C/2021/8886
ĠU L 33, 15.2.2022, p. 7–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/7 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/201
tal-10 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 62(13) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ċivili kif ukoll magni, skrejjen u partijiet li jiġu installati fihom. |
(2) |
F’konformità mal-punt 3.1(b) tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni approvati jridu, kif xieraq għat-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ ġestjoni, biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’dak l-Anness, jiġġestixxu r-riskji għas-sikurezza u jimmiraw għat-titjib kontinwu ta’ dik is-sistema. |
(3) |
Skont l-Anness 19 “Ġestjoni tas-Sikurezza” tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet approvati li jiddisinjaw u jipproduċu inġenji tal-ajru ċivili, kif ukoll magni, skrejjen u partijiet li jiġu installati fihom, jimplimentaw sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 diġà jirrikjedi li l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni approvati jikkonformaw ma’ xi elementi tas-sistema ta’ ġestjoni; Madankollu, din is-sistema ta’ ġestjoni ma tkoprix kompletament l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) għal tali sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Anness 19 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għalhekk, l-elementi neqsin tas-sistema ta’ ġestjoni jenħtieġ li jiżdiedu mar-rekwiżiti eżistenti. |
(5) |
Sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni proporzjonata u l-konsistenza mal-approċċ użat għall-organizzazzjonijiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li joperaw fil-qasam tal-avjazzjoni ġenerali, l-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, li għalihom mhijiex obbligatorja approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-elementi kollha tas-sistema ta’ ġestjoni. |
(6) |
L-organizzazzjonijiet kollha, inklużi dawk li għandhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom barra mill-Unjoni, meta jiddisinjaw u jipproduċu prodotti u partijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012, diġà huma meħtieġa jistabbilixxu sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi obbligatorja u volontarja. Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jenħtieġ li jiġi emendat biex jiġi żgurat li s-sistema ta’ rappurtar tal-okkorrenzi tkun allinjata mal-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(7) |
Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għall-Aġenzija fir-rigward tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u l-infurzar tad-disinn jenħtieġ li jiġu emendati. |
(8) |
Jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni suffiċjenti biex l-organizzazzjonijiet tad-disinn approvati jkunu jistgħu jiżguraw il-konformità tagħhom mar-regoli u l-proċeduri l-ġodda introdotti b’dan ir-Regolament. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 04/2020 (4), maħruġa mill-Aġenzija f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/699 (5) introduċa rekwiżit li kwalunkwe detentur futur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għal ajruplan kbir għandu jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwa jibqa’ validu tul il-ħajja operattiva tal-ajruplan. B’mod partikolari, il-punt 21.A.101(h) ġie miżjud fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-fini li ċerti detenturi futuri għandhom ikunu jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ sikurezza għal dak tal-punti 26.300, 26.320 u 26.330 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (6). Seħħ żball billi saret referenza għall-punt 26.320, li ma jeżistix. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi kkoreġut skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. B’deroga mill-punti 21.B.433(d)(1) u (2) tal-Anness I (il-Parti 21), organizzazzjoni tad-disinn li jkollha ċertifikat ta’ approvazzjoni validu maħruġ f’konformità mal-Anness I (il-Parti 21) tista’ tikkoreġi, sas-7 ta’ Marzu 2025, kwalunkwe konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità relatata mar-rekwiżiti tal-Anness I introdotta bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 (*1). Fil-każ li wara s-7 ta’ Marzu 2025 l-organizzazzjoni ma tkunx għalqet tali konstatazzjoni, iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni għandu jiġi revokat, limitat jew sospiż kompletament jew parzjalment. (*1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/201 tal-10 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u s-sistemi tar-rappurtar tal-okkorrenzi li għandhom jiġu stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tad-disinn u tal-produzzjoni, kif ukoll il-proċeduri applikati mill-Aġenzija, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 33, …, 7)”;" |
(2) |
L-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-7 ta’ Marzu 2023, ħlief l-Artikolu 2, li għandu japplika mis-7 ta’ Marzu 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
(4) https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699 tal-21 ta’ Diċembru 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-istruzzjonijiet għal ajrunavigabbiltà kontinwa u l-produzzjoni ta’ partijiet li għandhom jintużaw matul il-manutenzjoni u l-kunsiderazzjoni tal-aspetti ta’ inġenju tal-ajru li qed jeqdiemu matul iċ-ċertifikazzjoni (ĠU L 145, 28.4.2021, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18)
ANNESS I
L-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej: “ Werrej
TAQSIMA A — REKWIŻITI TEKNIĊI SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT
(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI D — BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT
SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI
SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI
SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU
SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN
SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR
(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI M — TISWIJIET
(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW
SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR
SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR
TAQSIMA B — PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
SUBPARTI B — ĊERTIFIKATI TAT-TIP U ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT
(SUBPARTI C — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI D — BIDLIET FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP U FIĊ-ĊERTIFIKATI TAT-TIP RISTRETT
SUBPARTI E — ĊERTIFIKATI TAT-TIP SUPPLIMENTARI
SUBPARTI F — PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI G — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI
SUBPARTI I — ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU
SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN
SUBPARTI K — PARTIJIET U TAGĦMIR (SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI M — TISWIJIET
(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI) SUBPARTI O — AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ORDNI TA’ STANDARD TEKNIKU EWROPEW
SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR
SUBPARTI Q — IDENTIFIKAZZJONI TA’ PRODOTTI, PARTIJIET U TAGĦMIR Appendiċi Appendiċi I — Il-Formola 1 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat Appendiċi II — Il-Formoli 15a u 15c tal-EASA — Ċertifikat ta’ Rieżami tal-Ajrunavigabbiltà Appendiċi III — Il-Formola 20a tal-EASA — Permess għat-Titjir Appendiċi IV — Il-Formola 20b tal-EASA — Permess għat-Titjir (maħruġ minn organizzazzjonijiet approvati) Appendiċi V — Il-Formola 24 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett Appendiċi VI – Il-Formola 25 tal-EASA — Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Appendiċi VII — Il-Formola 45 tal-EASA — Ċertifikat tal-Istorbju Appendiċi VIII — Il-Formola 52 tal-EASA — Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-Inġenju tal-Ajru Appendiċi IX — Il-Formola 53 tal-EASA — Ċertifikat tar-Rilaxx għas-Servizz Appendiċi X — Il-Formola 55 tal-EASA — Ċertifikat ta’ Approvazzjoni ta’ Organizzazzjoni tal-Produzzjoni Appendiċi XI — Il-Formola 65 tal-EASA — Ittra ta’ Ftehim għall-produzzjoni mingħajr l-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni Appendiċi XII — Kategoriji ta’ testijiet tat-titjira u l-kwalifika tal-ekwipaġġ assoċjat tat-titjira bi prova.”; |
(2) |
il-punt 21.A.1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.1 Kamp ta’ applikazzjoni Din is-Subparti tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi ġenerali tal-applikant għal, u tad-detentur ta’, kwalunkwe ċertifikat li jkun inħareġ jew li għandu jinħareġ f’konformità ma’ dan l-Anness.”; |
(3) |
il-punt 21.A.3 A huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.3 A Sistema ta’ rappurtar
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;" |
(4) |
il-punt 21.A.5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.5 Żamma tar-reġistri Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li jkollhom jew li jkunu applikaw għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni tad-disinn jew tat-tiswija, permess għat-titjir, ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew ittra ta’ ftehim skont dan ir-Regolament għandhom:
|
(5) |
jiddaħħal il-punt 21.A.9 li ġej: “21.A.9 Aċċess u investigazzjoni Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha jew li tkun applikat għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni għal bidliet fid-disinn jew għal tiswija, ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, ċertifikat tal-istorbju, permess għat-titjir, approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni jew ittra ta’ ftehim skont dan ir-Regolament, għandha:
|
(6) |
fil-punt 21.A.44, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
il-punt 21.A.47 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.47 Trasferibbiltà It-trasferiment ta’ ċertifikat tat-tip jew ta’ ċertifikat tat-tip ristrett jew ta’ awtorizzazzjoni tal-ETSO għal unità ta’ potenza awżiljari jista’ jsir biss lil persuna fiżika jew ġuridika li tkun tista’ twettaq l-obbligi stabbiliti fil-punt 21.A.44, u, għal dan il-għan, tkun wriet il-kapaċità tagħha f’konformità mal-punt 21.A.14.”; |
(8) |
fil-punt 21.A.109, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
fil-punt 21.A.118 A(a), il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(10) |
jiddaħħal il-punt 21.A.124 A li ġej: “21.A.124 A Mezzi ta’ konformità
|
(11) |
fil-punt 21.A.125 A, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(12) |
il-punt 21.A.125B huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.125B Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet
|
(13) |
il-punt 21.A.125C huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.125C Durata u validità kontinwa
|
(14) |
il-punt 21.A.126(b) huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
il-punt 21.A.129 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
jiddaħħal il-punt 21.A.134 A li ġej: “21.A.134 A Mezzi ta’ konformità
|
(17) |
fil-punt 21.A.135, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(18) |
il-punt 21.A.139 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.139 Sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni
|
(19) |
il-punt 21.A.143 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
il-punt 21.A.145 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.145 Riżorsi L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha turi li:
|
(21) |
il-punt 21.A.147 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.147 Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni Wara l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni, kull bidla fis-sistema ta’ ġestjoni tal-produzzjoni li tkun sinifikanti għad-dimostrazzjoni tal-konformità jew għall-karatteristiċi tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tal-produzzjoni għandha tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li turi li se tkompli tikkonforma ma’ dan l-Anness.”; |
(22) |
il-punt 21.A.157 jitħassar; |
(23) |
il-punt 21.A.158 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.158 Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet
|
(24) |
il-punt 21.A.159 huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘21.A.159 Durata u validità kontinwa
|
(25) |
il-punt 21.A.165 huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
il-punt 21.A.180 jitħassar; |
(27) |
il-punt 21.A.181(a) huwa emendat kif ġej:
|
(28) |
il-punt 21.A.210 jitħassar; |
(29) |
il-punt 21.A.211(a) huwa emendat kif ġej:
|
(30) |
il-punt 21.A.239 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.239 Sistema ta’ ġestjoni tad-disinn
|
(31) |
il-punt 21.A.243 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.243 Manwal
|
(32) |
il-punt 21.A.245 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.245 Riżorsi
|
(33) |
il-punt 21.A.247 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.247 Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kull bidla fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti biex tintwera l-konformità jew għall-ajrunavigabbiltà, għall-adegwatezza operattiva u għall-protezzjoni ambjentali tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija qabel ma tiġi implimentata. L-organizzazzjoni tad-disinn għandha tissottometti lill-Aġenzija applikazzjoni għall-approvazzjoni li turi, abbażi tal-bidliet proposti fil-manwal, li se tkompli tikkonforma ma’ dan l-Anness.; |
(34) |
il-punt 21.A.257 jitħassar; |
(35) |
il-punt 21.A.258 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.258 Konstatazzjonijiet u osservazzjonijiet
|
(36) |
il-punt 21.A.259 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.259 Durata u validità kontinwa
|
(37) |
fil-punt 21.A.263(c), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(38) |
il-punt 21.A.265 huwa emendat kif ġej:
|
(39) |
il-punt 21.A.451 huwa emendat kif ġej:
|
(40) |
fil-punt 21.A.604, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(41) |
il-punt 21.A.609 huwa emendat kif ġej:
|
(42) |
il-punt 21.A.615 jitħassar; |
(43) |
il-punt 21.A.619 huwa sostitwit b’dan li ġej: “21.A.619 Durata u validità kontinwa
|
(44) |
il-punt 21.A.705 jitħassar; |
(45) |
fil-punt 21.A.711, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(46) |
il-punt 21.A.721 jitħassar; |
(47) |
fil-punt 21.A.723, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(48) |
il-punt 21.A.729 jitħassar; |
(49) |
fil-punt 21.B.103, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(50) |
fil-punt 21.B.107, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(51) |
fil-punt 21.B.111, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(52) |
il-punt 21.B.150 jitħassar; |
(53) |
il-punt 21.B.260 jitħassar; |
(54) |
fil-punt 21.B.425, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(55) |
fil-punt 21.B.453, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(56) |
il-punti 21.B.430 u 21.B.445 tħassru; |
(57) |
fit-Taqsima B, is-Subparti J hija sostitwita b’dan li ġej: “ SUBPARTI J — APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN 21.B.430 Proċedura ta’ ċertifikazzjoni inizjali
21.B.431 Prinċipji ta’ sorveljanza L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-organizzazzjonijiet iċċertifikati għadhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli
21.B.432 Programm ta’ sorveljanza
21.B.433 Konstatazzjonijiet u azzjonijiet korrettivi; osservazzjonijiet
21.B.435 Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni tad-disinn
|
(58) |
fil-punt 21.B.453, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej
|
(59) |
fil-punt 21.B.480, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(60) |
L-Appendiċi VIII huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi VIII Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA
Struzzjonijiet għall-użu tad-“Dikjarazzjoni tal-konformità tal-inġenju tal-ajru — il-Formola 52 tal-EASA” 1. L-GĦAN U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
2. ĠENERALI
3. IL-MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROGHA
|
(61) |
L-Appendiċi X huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Appendiċi X Ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni — Il-Formola 55 tal-EASA Ċertifikati tal-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni msemmija fis-Subparti G tal-Anness I (il-Parti 21)
|
(62) |
L-Appendiċi XI huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Appendiċi XI Ittra ta’ ftehim għall-produzzjoni mingħajr approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produzzjoni — il-Formola 65 tal-EASA Ittra ta’ ftehim imsemmija fis-Subparti F tal-Anness I (il-Parti 21)
|
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”;”
ANNESS II
Fl-Anness I (il-Parti 21), il-punt 21.A.101, il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(h) |
Għall-ajruplani kbar soġġetti għall-punt 26.300 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (*1), l-applikant għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni li jipprovdu mill-inqas livell ekwivalenti ta’ sikurezza għall-punti 26.300 u 26.330 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/640, ħlief għall-applikanti għal ċertifikati tat-tip supplimentari li mhumiex meħtieġa jqisu l-punt 26.303. |
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).”.”