Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0154

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/154 tat-3 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    ST/5358/2022/INIT

    ĠU L 25, 4.2.2022, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/154/oj

    4.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 25/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/154

    tat-3 ta’ Frar 2022

    li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1).

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jkomplu jiġu ffriżati l-fondi ta’ persuna mejta.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

    “2a.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, fil-każ tal-mewt ta’ persuna elenkata fl-Anness:

    (a)

    meta tkun ingħatat kundanna kriminali għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat kontra dik il-persuna qabel il-mewt tagħha, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lil dik il-persuna jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha, għandhom ikomplu jiġu ffriżati sakemm l-ordnijiet tal-qorti għall-irkupru tal-fondi tal-Istat miżapproprjati u l-ħlas ta’ multi jkunu ġew eżegwiti;

    (b)

    meta ma tkun ingħatat l-ebda kundanna kriminali bħal din kontra dik il-persuna qabel il-mewt tagħha, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lil dik il-persuna jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha, għandhom ikomplu jiġu ffriżati għal perijodu ta’ żmien raġonevoli, soġġett għall-paragrafu 4. Jekk azzjoni ċivili jew amministrattiva għall-irkupru ta’ fondi tal-Istat miżapproprjati titressaq f’dak il-perijodu, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lil dik il-persuna jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha, għandhom jibqgħu ffriżati sakemm tali azzjoni tiġi miċħuda jew, jekk tintlaqa’, sakemm tiġi eżegwita l-ordni tal-qorti għall-irkupru tal-fondi miżapproprjati.

    2b.   Il-Kunsill għandu jemenda l-lista fl-Anness kif meħtieġ ladarba jistabbilixxi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2a għaż-żamma tal-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lill-persuna mejta jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha m’għadhomx jiġu ssodisfati.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-Y. LE DRIAN


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).


    Top