EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1338
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1338 of 11 August 2021 amending Implementing Regulation (EU) 2017/373 as regards reporting requirements and reporting channels between organisations, and requirements for meteorological services (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kanali ta’ rapportar bejn l-organizzazzjonijiet, u r-rekwiżiti għal servizzi meteoroloġiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338 tal-11 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kanali ta’ rapportar bejn l-organizzazzjonijiet, u r-rekwiżiti għal servizzi meteoroloġiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/5879
ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 289/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1338
tal-11 ta’ Awwissu 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kanali ta’ rapportar bejn l-organizzazzjonijiet, u r-rekwiżiti għal servizzi meteoroloġiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(1)(a) u (f), l-Artikolu 62(15)(a) u (c) u l-Artikolu 72(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali u għas-sorveljanza tagħhom. |
(2) |
F’konformità mal-punt 5.1(g) tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139, il-fornituri tas-servizzi għandhom jistabbilixxu sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tagħhom sabiex jikkontribwixxu għat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit essenzjali u l-implimentazzjoni uniformi tiegħu, kif ukoll biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jirriżultaw ikunu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Fis-7 ta’ Marzu 2018 u fid-9 ta’ Marzu 2020, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) adottat l-Emenda 78 u l-Emenda 79, rispettivament, għall-Anness 3 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata fis-7 ta’ Diċembru 1944 f’Chicago (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) bl-għan, fost affarijiet oħra, li ssaħħaħ u ttejjeb l-armonizzazzjoni fir-rigward tal-iskambju ta’ osservazzjonijiet u rapporti meteoroloġiċi (rapporti meteoroloġiċi ta’ rutina tal-ajrudrom (METAR)/rapporti meteoroloġiċi speċjali tal-ajrudrom (SPECI)), tbassir tal-ajrudrom (TAF), tagħrif dwar il-fenomeni tat-temp tul ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru (SIGMET), il-fenomeni tat-temp tul ir-rotta li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru f’livell baxx (AIRMET), tagħrif ta’ twissija dwar l-irmied vulkaniku u ċ-ċikluni tropikali, tagħrif ta’ twissija dwar it-temp mill-ispazju, eċċ., f’ambjent konformi tal-Ġestjoni tat-Tagħrif Mifruxa mas-Sistema Kollha (SWIM). Dawk l-emendi huma applikabbli fl-Istati Kontraenti tal-ICAO mit-8 ta’ Novembru 2018 u mill-5 ta’ Novembru 2020, rispettivament, għajr il-format METAR, li d-data tal-applikazzjoni tiegħu hija allinjata mad-data tal-applikazzjoni, it-12 ta’ Awwissu 2021, għall-format il-ġdid tar-rapportar globali (“GRF”) għall-kundizzjonijiet tas-superfiċe tar-runway. Dawk l-istandards u l-prattiki rakkomandati internazzjonali jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373, b’mod partikolari fir-rekwiżiti speċifiċi tal-organizzazzjoni għall-fornituri ta’ servizzi meteoroloġiċi stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament. |
(4) |
Wieħed mill-elementi abilitanti għall-implimentazzjoni tal-GRF għall-kundizzjonijiet tas-superfiċe tar-runway huwa l-format SNOWTAM, li l-istruzzjonijiet għat-tlestija tiegħu jenħtieġ li jkunu konformi mal-aħħar Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Ġestjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika (4), u jenħtieġ li jkunu konsistenti wkoll mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 (6). |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 01/2021 (7) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 75(2)(b) u (c) u mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, III, V u VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huma emendati f’konformità mal-Annessi I sa V ta’ dan ir-Regolament, rispettivament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 32 tal-Anness IV u tal-Anness V għandu japplika mit-12 ta’ Awwissu 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).
(4) Il-Proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Ġestjoni tal-Informazzjoni Ajrunawtika, id-Dok. 10066.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
(7) L-Opinjoni Nru 01/2021 tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-okkorrenzi u r-rekwiżiti għas-servizzi meteoroloġiċi, https://www.easa.europa.eu/document-library/opinions.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt (37) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
il-punt (107) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
il-punt (168) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
jiżdiedu l-punti (264) sa (266) li ġejjin:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt ATM/ANS.AR.A.020 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATM/ANS.AR.A.020 Informazzjoni lill-Aġenzija
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).”" |
(2) |
il-punt ATM/ANS.AR.B.001 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
il-punt ATM/ANS.AR.B.010 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATM/ANS.AR.B.010 Bidliet fis-sistema ta’ ġestjoni
|
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).””
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS III REKWIŻITI KOMUNI GĦALL-FORNITURI TAL-ATM/ANS (Part-ATM/ANS.OR) |
(2) |
il-punt ATM/ANS.OR.A.065 huwa sostitwit b’dan li ġej: “ATM/ANS.OR.A.065 Rapportar ta’ okkorrenzi
|
ANNESS IV
L-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt MET.OR.115 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.115 Bullettini meteoroloġiċi Il-fornitur ta’ servizzi meteoroloġiċi responsabbli għaż-żona kkonċernata għandu jipprovdi bullettini meteoroloġiċi lill-utenti rilevanti.”; |
(2) |
il-punt MET.OR.120 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.120 Notifika ta’ diskrepanzi liċ-ċentri ta’ tbassir taż-żoni madwar id-dinja (WAFC) Il-fornitur ta’ servizzi meteoroloġiċi li juża tbassir ta’ SIGWX tad-WAFS għandu jinnotifika immedjatament lid-WAFC ikkonċernat jekk jinstabu jew jiġu rrappurtati diskrepanzi sinifikanti fir-rigward tat-tbassir ta’ SIGWX tad-WAFS dwar:
|
(3) |
il-punt MET.OR.200 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.200 Rapporti meteoroloġiċi u informazzjoni oħra
|
(4) |
il-punt MET.OR.240 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.240 Informazzjoni għall-użu minn operatur jew ekwipaġġ tat-titjira Uffiċċju meteoroloġiku tal-ajrudrom għandu jipprovdi lill-operaturi u lill-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira bl-iktar verżjoni aġġornata:
|
(5) |
il-punt MET.OR.242 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fil-punt MET.OR.245, il-punt (f)(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
fil-punt MET.OR.250, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
fil-punt MET.OR.255, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
il-punt MET.OR.260 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.OR.260 Tbassiriet taż-żona għal titjiriet f’livell baxx Uffiċċju ta’ osservazzjoni meteoroloġika għandu jiżgura li:
|
(10) |
it-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 4 — Rekwiżiti għaċ-ċentri ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku (VAACs)”; |
(11) |
fil-punt MET.OR.265, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(12) |
it-titolu tal-Kapitolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 5 — Rekwiżiti għaċ-ċentri ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali (TCACs)”; |
(13) |
fil-punt MET.OR.270, il-frażi introduttorja u l-punt (a) huma sostitwiti b’dan li ġej: “Fil-qasam ta’ responsabbiltà tiegħu, il-TCAC għandu joħroġ:
|
(14) |
it-titolu tal-Kapitolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 6 — Rekwiżiti għaċ-ċentri tat-tbassir taż-żoni madwar id-dinja (WAFCs)”; |
(15) |
fil-punt MET.OR.275, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(16) |
il-punt MET.TR.115 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.115 Bullettini meteoroloġiċi
|
(17) |
il-punt MET.TR.200 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.200 Rapporti meteoroloġiċi u informazzjoni oħra
|
(18) |
il-punt MET.TR.205 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
il-punt MET.TR.210 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
il-punt MET.TR.215 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
il-punt MET.TR.220 huwa emendat kif ġej:
|
(22) |
fil-punt MET.TR.225, il-punt (c) huwa emendat kif ġej:
|
(23) |
fil-punt MET.TR.235, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(24) |
il-punt MET.TR.250 huwa emendat kif ġej:
|
(25) |
il-punt MET.TR.255 huwa emendat kif ġej:
|
(26) |
il-punt MET.TR.260 huwa emendat kif ġej:
|
(27) |
it-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 4 — Rekwiżiti tekniċi għaċ-ċentri ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku (VAACs)”; |
(28) |
il-punt MET.TR.265 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.265 Responsabbiltajiet taċ-ċentru ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku L-informazzjoni ta’ notifika dwar l-irmied vulkaniku għandha tinħareġ f’konformità mal-mudell muri fl-Appendiċi 6. Meta ma jkun hemm ebda abbrevjazzjoni disponibbli, għandu jintuża kliem b’lingwaġġ ċar bl-Ingliż, li għandu jinżamm għall-minimu possibbli.”; |
(29) |
il-punt MET.TR.270 huwa sostitwit b’dan li ġej: “MET.TR.270 Responsabbiltajiet taċ-ċentru ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali L-informazzjoni ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali għandha tinħareġ f’konformità mal-mudell muri fl-Appendiċi 7 għal ċikluni tropikali meta l-massimu tal-veloċità medja fuq 10 minuti tar-riħ qrib l-art ikun mistenni li jilħaq jew jaqbeż 34 kt matul il-perjodu kopert min-notifika.” |
(30) |
it-titolu tal-Kapitolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 5 — Rekwiżiti tekniċi għaċ-ċentri ta’ notifika dwar iċ-ċikluni tropikali (TCACs)”; |
(31) |
il-punt MET.TR.275 huwa emendat kif ġej:
|
(32) |
L-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 1
|
(33) |
L-Appendiċi 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 3
|
(34) |
L-Appendiċi 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 4
|
(35) |
L-Appendiċi 5 A huwa sostitwit b’dan li ġej: ““Appendiċi 5
|
(36) |
L-Appendiċi 5B jitħassar; |
(37) |
L-Appendiċi 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 6
|
(38) |
L-Appendiċi 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 7
|
(39) |
L-Appendiċi 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: ““Appendiċi 8
|
(1) Meta element meteoroloġiku jkun temporanjament nieqes, jew il-valur tiegħu jitqies temporanjament bħala mhux korrett, dan jiġi sostitwit b’solidus (“/”) għal kull ċifra tal-abbrevjazzjoni tal-messaġġ miktub u jiġi indikat bħala nieqes biex tiġi żgurata traduzzjoni affidabbli f’forom oħra ta’ kodiċi.
(2) Għandha tiġi inkluża jekk il-viżibbiltà jew il-medda viżwali tar-runway tkun < 1 500 m għal massimu ta’ erba’ runways.
(3) “Qawwi” jintuża biex jindika “tromba” jew “tromba tal-ilma”; “moderat” (ebda kwalifikatur) biex jindika “sħaba tromba li ma tmissx mal-art”.
(4) Għar-rapporti awtomatizzati biss.
(5) Fil-każ ta’ rapporti awtomatizzati, is-solidi (“///”) jistgħu jissostitwixxu t-tip ta’ sħab rilevanti, kif ikun xieraq, skont il-kapaċità tas-sistema ta’ osservazzjoni awtomatika. Barra minn hekk, is-solidi jistgħu jissostitwixxu l-ammont ta’ sħab u/jew l-għoli tas-sħab tas-saff CB jew TCU rrapportat.
(6) Għandha tiġi inkluża kull meta jkun applikabbli. Ebda kwalifikatur għal intensità moderata.
(7) Sa erba’ saffi tas-sħab.
(8) Ikun fiha sa massimu ta’ erba’ temperaturi (żewġ temperaturi massimi u żewġ temperaturi minimi).
(9) Jintuża biss meta jinħareġ SIGMET/AIRMET biex jindika li jkun qed isir test jew eżerċizzju. Meta tiġi inkluża l-kelma “TEST” jew l-abbrevjazzjoni “EXER”, il-messaġġ jista’ jkun fih informazzjoni li ma għandhiex tintuża b’mod operazzjonali jew inkella tispiċċa immedjatament wara l-kelma “TEST”.
(10) Jintuża għal ċikluni tropikali mingħajr isem.
(11) Fil-każ ta’ sħaba ta’ rmied vulkaniku li tkopri iktar minn żona waħda fi ħdan il-FIR, dawn l-elementi jistgħu jiġu ripetuti, kif meħtieġ. Kull post u pożizzjoni mbassra għandhom ikunu preċeduti minn ħin osservat jew imbassar.
(12) Fil-każ ta’ sħab kumulonimbu assoċjat ma’ ċiklun tropikali li jkopri iktar minn żona waħda fi ħdan il-FIR, dawn l-elementi jistgħu jiġu ripetuti, kif meħtieġ. Kull post u pożizzjoni mbassra jridu jiġu preċeduti minn ħin osservat jew imbassar.
(13) Għas-SIGMET għal sħab radjuattiv, fi ħdan (WI) biss għandu jintuża għall-elementi “post” u “pożizzjoni mbassra”.
(14) L-għadd ta’ koordinati għandu jinżamm għall-minimu u normalment ma għandux ikun iktar minn sebgħa.
(15) Għal SIGMET għal ċikluni tropikali biss.
(16) Għal SIGMET għal sħab radjuattiv biss. Għandu jiġi applikat raġġ sa 30 kilometru (jew 16-il mil nawtiku) mis-sors u firxa vertikali mill-wiċċ (SFC) sal-limitu superjuri tar-reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjir/reġjun superjuri ta’ informazzjoni dwar it-titjir (FIR/UIR) jew żona ta’ kontroll (CTA).
(17) L-elementi “ħin imbassar” u “pożizzjoni mbassra” ma għandhomx jintużaw flimkien mal-element “ċaqliq jew ċaqliq mistenni”.
(18) Għas-SIGMET għal sħab radjuattiv, wieqaf (STNR) biss għandu jintuża għall-element “ċaqliq jew ċaqliq mistenni”.
(19) It-terminu “CB” għandu jintuża meta tiġi inkluża l-pożizzjoni mbassra għas-sħab kumulonimbu.
(20) Il-pożizzjoni mbassra għal sħab kumulonimbu (CB) li jseħħ flimkien ma’ ċikluni tropikali hija relatata mal-ħin previst tal-pożizzjoni taċ-ċentru taċ-ċiklun tropikali, mhux mat-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-SIGMET.
(21) Għal SIGMET għal irmied vulkaniku biss.
(22) Għandu jintuża għal iktar minn sħaba waħda ta’ rmied vulkaniku jew sħaba kumulonimbu assoċjati ma’ ċiklun tropikali li jaffettwaw fl-istess ħin il-FIR ikkonċernat.
(23) Jintuża biss meta l-messaġġ jinħareġ biex jindika li jkun qed isir test jew eżerċizzju. Meta tiġi inkluża l-kelma “TEST” jew l-abbrevjazzjoni “EXER”, il-messaġġ jista’ jkun fih informazzjoni li ma għandhiex tintuża b’mod operazzjonali jew inkella tispiċċa immedjatament wara l-kelma “TEST”.
(24) It-terminu “sospiż mill-ġdid” għandu jintuża għad-depożiti ta’ rmied vulkaniku mgħollija mir-riħ.
(25) Jekk tiġi rrapportata sħaba ta’ rmied vulkaniku (eż. AIREP) iżda din ma tkunx identifikabbli mid-data satellitari.
(26) Linja dritta bejn żewġ punti fuq mappa fil-projezzjoni tal-Mercator jew linja dritta bejn żewġ punti li taqsam il-linji ta’ lonġitudni f’angolu kostanti.
(27) Sa erba’ saffi magħżulin.
(28) Jintuża biss meta l-messaġġ jinħareġ biex jindika li jkun qed isir test jew eżerċizzju. Meta tiġi inkluża l-kelma “TEST” jew l-abbrevjazzjoni “EXER”, il-messaġġ jista’ jkun fih informazzjoni li ma għandhiex tintuża b’mod operazzjonali jew inkella tispiċċa immedjatament wara l-kelma “TEST”.
(29) Fil-każ ta’ sħab CB assoċjat ma’ ċiklun tropikali li jkopri iktar minn żona waħda fi ħdan iż-żona ta’ responsabbiltà, dan l-element jista’ jiġi ripetut, kif meħtieġ.
(30) L-għadd ta’ koordinati għandu jinżamm għall-minimu u normalment ma għandux ikun iktar minn sebgħa.
(31) Mhux dimensjonali.
ANNESS V
L-Appendiċi 3 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Appendiċi 3
FORMAT TA’ SNOWTAM
STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-FORMAT TA’ SNOWTAM
1. Ġenerali
(a) |
Meta tirrapporta fuq iktar minn runway waħda, irrepeti l-Attributi B sa H (sezzjoni tal-kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan). |
(b) |
L-ittri jintużaw sabiex jiġi indikat li l-attributi jintużaw biss għall-fini ta’ referenza u ma għandhomx jiġu inklużi fil-messaġġi. L-ittri M (obbligatorji), C (kondizzjonali) u O (fakultattivi) jimmarkaw l-użu u l-informazzjoni u għandhom jiġu inklużi kif spjegat hawn taħt. |
(c) |
Għandhom jintużaw l-unitajiet metriċi u ma għandhiex tiġi rrapportata l-unità tal-kejl. |
(d) |
Il-validità massima tas-SNOWTAM hija ta’ tmien sigħat. Għandu jinħareġ SNOWTAM ġdid kull meta jiġi riċevut rapport ġdid dwar il-kundizzjoni tar-runway. |
(e) |
SNOWTAM jikkanċella SNOWTAM preċedenti. |
(f) |
L-intestatura mqassra “TTAAiiii CCCC MMYYGGgg (BBB)” hija inkluża sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar awtomatiku tal-messaġġi tas-SNOWTAM f’banek tad-data tal-kompjuter. L-ispjegazzjoni ta’ dawn is-simboli hija:
Korrezzjoni, fil-każ ta’ żball, għal messaġġ tas-SNOWTAM preċedentement imqassam bl-istess numru tas-serje = COR. Il-parentesi f’(BBB) għandhom jintużaw sabiex jindikaw li dan il-grupp huwa fakultattiv. Meta jiġi rrapportat fuq iktar minn runway waħda u d-dati/l-ħinijiet individwali ta’ osservazzjoni/valutazzjoni jkunu indikati b’Attribut B ripetut, l-aħħar data/ħin ta’ osservazzjoni/valutazzjoni għandhom jiddaħħlu fl-intestatura mqassra (MMYYGGgg). |
(g) |
It-test “SNOWTAM” fil-Format tas-SNOWTAM u n-numru tas-serje tas-SNOWTAM fi grupp b’erba ċifri għandhom ikunu separati bi spazju, eż. SNOWTAM 0124. |
(h) |
Għall-finijiet ta’ leġibbiltà għall-messaġġ tas-SNOWTAM, għandu jitħalla spazju ta’ linja wara n-numru tas-serje tas-SNOWTAM, wara l-Attribut A, u wara s-sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan. |
(i) |
Meta tirrapporta dwar iktar minn runway waħda, irrepeti l-informazzjoni fis-sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan mid-data u mill-ħin tal-valutazzjoni għal kull runway qabel l-informazzjoni fis-sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni. |
(j) |
L-informazzjoni obbligatorja hija:
|
2. Sezzjoni ta’ kalkolu tal-prestazzjoni tal-ajruplan
Attribut A |
– |
Indikatur tal-post tal-ajrudrom (indikatur tal-post b’erba’ ittri). |
||||||||
Attribut B |
– |
Data u ħin tal-valutazzjoni (grupp tad-data/tal-ħin bi tmien ċifri li jagħtu l-ħin ta’ osservazzjoni bħala xahar, jum, siegħa u minuta f’UTC). |
||||||||
Attribut C |
– |
Numru tad-deżinjatur tar-runway inferjuri (nn[L] jew nn[C] jew nn[R]). Deżinjatur tar-runway wieħed biss għandu jiddaħħal għal kull runway u dejjem in-numru inferjuri. |
||||||||
Attribut D |
– |
Kodiċi tal-kundizzjoni tar-runway għal kull terz tar-runway. Tiddaħħal ċifra waħda biss (0, 1, 2, 3, 4, 5 jew 6) għal kull terz tar-runway, separata b’linja djagonali (n/n/n). |
||||||||
Attribut E |
– |
Kopertura perċentwali għal kull terz tar-runway. Meta tkun ipprovduta, daħħal 25, 50, 75 jew 100 għal kull terz tar-runway, separat b’linja djagonali ([n]nn/[n]nn/[n]nn). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss meta l-kundizzjoni tar-runway għal kull terz tar-runway (Attribut D) tkun ġiet irrapportata bħala differenti minn 6 u jkun hemm deskrizzjoni tal-kundizzjoni għal kull terz tar-runway (Attribut G) li ġiet irrapportata għajr “DRY” (“NIEXFA”). Meta l-kundizzjonijiet ma jkunux irrapportati, dan għandu jintwera billi tiddaħħal “NR” għat-terz(i) tar-runway xierqa. |
||||||||
Attribut F |
– |
Fond tal-kontaminant mhux imwaħħal għal kull terz tar-runway. Meta jkun ipprovdut, daħħal f’millimetri għal kull terz tar-runway, separat b’linja djagonali (nn/nn/nn jew nnn/nnn/nnn). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss għat-tipi ta’ kontaminazzjoni li ġejjin:
Meta l-kundizzjonijiet ma jkunux irrapportati, dan għandu jintwera billi tiddaħħal “NR” għat-terz(i) tar-runway xierqa. |
||||||||
Attribut G |
– |
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni għal kull terz tar-runway. Għandha tiddaħħal kwalunkwe waħda mid-deskrizzjonijiet tal-kundizzjonijiet li ġejjin għal kull terz tar-runway, separata b’linja djagonali. BORRA KOMPATTA BORRA NIEXFA BORRA NIEXFA FUQ BORRA KOMPATTA BORRA NIEXFA FUQ IS-SILĠ ĠLATA SILĠ IMXARRBA LI TIŻLOQ SILĠ MAĦLUL RUNWAY IPPREPARATA APPOSTA GĦAX-XITWA ILMA QIEGĦED ILMA FUQ BORRA KOMPATTA IMXARRAB/IMXARRBA SILĠ IMXARRAB BORRA MXARRBA BORRA MXARRBA FUQ BORRA KOMPATTA BORRA MXARRBA FUQ IS-SILĠ NIEXFA (irrapportata biss meta ma jkun hemm l-ebda kontaminant) Meta l-kundizzjonijiet ma jkunux irrapportati, dan għandu jintwera billi tiddaħħal “NR” għat-terz(i) tar-runway xierqa. |
||||||||
Attribut H |
– |
Wisa’ tar-runway li għalih japplikaw il-kodiċijiet tal-kundizzjonijiet tar-runway. Għandu jiddaħħal il-wisa’ f’metri, jekk inqas mill-wisa’ tar-runway ippubblikat. |
3. Sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni
L-elementi fis-sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni għandhom jintemmu b’punt.
L-elementi fis-sezzjoni fuq l-għarfien dwar is-sitwazzjoni li għalihom ma teżisti l-ebda informazzjoni, jew meta ma jkunux issodisfati ċ-ċirkostanzi kondizzjonali għall-pubblikazzjoni, għandhom jitħallew barra għalkollox.
Attribut I |
– |
Tul imnaqqas tar-runway. Għandhom jiddaħħlu d-deżinjatur applikabbli tar-runway u t-tul disponibbli f’metri (eż. RWY nn [L] jew nn [C] jew nn [R] REDUCED TO [n]nnn). Din l-informazzjoni hija kondizzjonali meta NOTAM ikun ġie ppubblikat b’sett ġdid ta’ distanzi ddikjarati. |
Attribut J |
– |
Borra tiċċaqlaq fuq ir-runway. Meta tiġi rrapportata, “DRIFTING SNOW” għandha tiddaħħal bi spazju “DRIFTING SNOW” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] DRIFTING SNOW). |
Attribut K |
– |
Ramel mhux imwaħħal fuq ir-runway. Meta jiġi rrapportat ramel mhux imwaħħal fuq ir-runway, id-deżinjatur tar-runway inferjuri għandu jiddaħħal bi spazju “LOOSE SAND” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] LOOSE SAND). |
Attribut L |
– |
Trattament kimiku fuq ir-runway. Meta trattament kimiku jiġi rrapportat bħala li ġie applikat, id-deżinjatur tar-runway inferjuri għandu jiddaħħal bi spazju “CHEMICALLY TREATED” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] CHEMICALLY TREATED). |
Attribut M |
– |
Munzelli ta’ borra fuq ir-runway. Meta munzelli ta’ borra jiġu rrapportati preżenti fuq ir-runway, id-deżinjatur tar-runway inferjuri għandu jiddaħħal bi spazju “SNOWBANK” u bi spazju fuq ix-xellug “L” jew fuq il-lemin “R” jew fuq it-tnejn “LR”, segwiti mid-distanza f’metri mil-linja taċ-ċentru separata bi spazju “FM CL” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] SNOWBANK Lnn jew Rnn jew LRnn FM CL). |
Attribut N |
– |
Munzelli ta’ borra fuq taxiway. Meta jkunu preżenti munzelli ta’ borra fuq taxiway(s), id-deżinjatur(i) tat-taxiway(s) għandu/għandhom jiddaħħal/jiddaħħlu bi spazju “SNOWBANKS” (TWY [nn]n jew TWYS [nn]n/[nn]n/[nn]n… jew ALL TWYS SNOWBANKS). |
Attribut O |
– |
Munzelli ta’ borra maġenb ir-runway. Meta munzelli ta’ borra jiġu rrapportati preżenti, filwaqt li jippenetraw il-profil tal-għoli fil-pjan tal-ajrudrom għall-borra, għandhom jiddaħħlu d-deżinjatur tar-runway inferjuri u “ADJ SNOWBANKS” (RWY nn jew RWY nn[L] jew nn[C] jew nn[R] ADJ SNOWBANKS). |
Attribut P |
– |
Kundizzjonijiet tat-taxiway. Meta l-kundizzjonijiet tat-taxiway jiġu rrapportati bħala li jiżolqu jew li huma batuti, għandu jiddaħħal id-deżinjatur tat-taxiway segwit minn spazju “POOR” (TWY [n jew nn] POOR jew TWYS [n jew nn]/[n jew nn]/[n jew nn] POOR… jew ALL TWYS POOR). |
Attribut R |
– |
Kundizzjonijiet tal-art asfaltata fl-ajrudrom. Meta l-kundizzjonijiet tal-art asfaltata fl-ajrudrom jiġu rrapportati bħala li jiżolqu jew li huma batuti, għandu jiddaħħal id-deżinjatur tal-art asfaltata fl-ajrudrom segwit minn spazju “POOR” (APRON [nnnn] POOR jew APRONS [nnnn]/[nnnn]/[nnnn] POOR jew ALL APRONS POOR). |
Attribut S |
– |
(NR) Mhux rapportat. |
Attribut T |
– |
Rimarki b’lingwaġġ sempliċi. |