This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1028
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1028 of 15 July 2020 fixing the closing date for the submission of applications for private storage aid for fresh or chilled meat of bovine animals aged eight months or more under Implementing Regulation (EU) 2020/596
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1028 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1028 tal-15 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596
C/2020/4976
ĠU L 227, 16.7.2020, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 227/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1028
tal-15 ta’ Lulju 2020
li jistabbilixxi d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-għajnuna għall-ħżin privat mogħtija skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/596 (2) kellha effett favorevoli fuq is-suq taċ-ċanga. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1006 (3) issospenda l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat għal ħamest ijiem tax-xogħol. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li jintemm l-għoti tal-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar u li tiġi stabbilita data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. |
(4) |
Għall-finijiet ta’ ċertezza legali, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596 jenħtieġ li jitħassar. |
(5) |
Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596 għandha tkun is-17 ta’ Lulju 2020.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596 jitħassar b’effett mis-17 ta’ Lulju 2020.
Madankollu, huwa għandu jibqa’ japplika għall-kuntratti li ġew konklużi skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Wolfgang BURTSCHER
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/596 tat-30 ta’ April 2020 li jagħti għajnuna għall-ħażna privata ta’ laħam frisk u mkessaħ minn annimali bovini ta’ tmien xhur jew aktar u li jiffissa l-ammont tal-għajnuna bil-quddiem (ĠU L 140, 4.5.2020, p. 26).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1006 tad-9 ta’ Lulju 2020 li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596 (ĠU L 223, 10.7.2020, p. 1).