EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1027

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1027 tal-14 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 771/2014, (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni u mal-monitoraġġ ta’ miżuri speċifiċi biex jittaffa l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

C/2020/4634

ĠU L 227, 16.7.2020, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1027/oj

16.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1027

tal-14 ta’ Lulju 2020

li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 771/2014, (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni u mal-monitoraġġ ta’ miżuri speċifiċi biex jittaffa l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 18(3), 72(3), 97(2) u 107(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2020/560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 biex idaħħal miżuri speċifiċi biex jittaffa l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

(2)

Sabiex ir-Regolament (UE) 2020/560 ikun jista’ jiġi implimentat, jenħtieġ li l-mudell għall-programmi operattivi fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“l-FEMS”) u l-istruttura tal-pjanijiet ta’ kumpens għall-operaturi li jinsabu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014 (3) jiġu aġġustati filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-miżuri l-ġodda.

(3)

Biex jiġi implimentat ir-Regolament (UE) 2020/560 hemm bżonn ukoll li jiġu aġġustati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli għall-preżentazzjoni tad-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet u l-informazzjoni li l-Istati Membri jridu jibagħtu stabbiliti fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 (4) u (UE) Nru 1243/2014 (5). Jenħtieġ li dawn l-aġġustamenti jippermettu monitoraġġ u rappurtar affidabbli b’rabta mal-operazzjonijiet marbutin mal-mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19. Skont l-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, id-data ta’ skadenza biex tintbagħat id-data kumulattiva dwar l-operazzjonijiet hija l-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dan ifisser li jenħtieġ li l-Istati Membri jibdew jibagħtu din l-informazzjoni fil-format emendat mill-2021 sabiex ikun żgurat rappurtar armonizzat u konsistenti.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014, (UE) Nru 1242/2014 u (UE) Nru 1243/2014 jiġu emendati kif xieraq.

(5)

Sabiex il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati mill-ewwel minħabba l-urġenza li jingħata l-appoġġ meħtieġ, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 771/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 771/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-Taqsima 4.5 tal-Anness I hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

it-Taqsima 8.2 tal-Anness I hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(3)

l-Anness II huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(2)

fl-Anness V, ir-ringiela I.9 tat-Tabella 1 hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness I huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(2)

fl-Anness II, ir-ringiela I.9 hija sostitwita bit-test mogħti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2020/560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 508/2014 u (UE) Nru 1379/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jittaffa l-impatt tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 130, 24.4.2020, p. 11).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014 tal-14 ta’ Lulju 2014 li jistipula regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-mudell għall-programmi operattivi, fir-rigward tal-istruttura tal-pjanijiet ta’ kumpens tal-kostijiet addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, fit-trobbija, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni l-aktar imbiegħda, fir-rigward tal-mudell għat-trażmissjoni ta’ dejta finanzjarja, fir-rigward tal-kontenut tar-rapporti ta’ evalwazzjoni ex-ante u r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni li għandu jitressaq fil-qafas tal-FEMS (ĠU L 209, 16.7.2014, p. 20).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta’ data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 11).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 39).


ANNESS I

1.   

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 771/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-Taqsima 4.5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.5.

Deskrizzjoni tal-metodu għall-kalkolu tal-kumpens skont il-kriterji rilevanti identifikati għal kull waħda mill-attivitajiet implimentati skont l-Artikolu 40(1), l-Artikoli 53, 54, 55 u 67 u l-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014

<4.5 type="S" maxlength="4500" input="M">”;

(2)

it-Taqsima 8.2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“8.2.

Kontribuzzjoni tal-FEMS u r-rata ta’ kofinanzjament għall-Prijoritajiet tal-Unjoni, għall-Assistenza Teknika u għal appoġġ ieħor (f’euro)

 

 

Appoġġ totali

Allokazzjoni prinċipali (il-finanzjament totali li minnu titnaqqas ir-riżerva għall-prestazzjoni)

Riżerva għall-prestazzjoni

Ammont tar-riżerva għall-prestazzjoni bħala proporzjon tal-appoġġ totali tal-Unjoni

Prijoritajiet tal-Unjoni

Miżuri taħt il-Prijorità tal-Unjoni

Kontribuzzjoni tal-FEMS

(inkluża r-riżerva għall-prestazzjoni)

Kontroparti nazzjonali

(inkluża r-riżerva għall-prestazzjoni)

Rata ta’ kofinanzjament tal-FEMS

Appoġġ mill-FEMS

Kontroparti nazzjonali

Riżerva għall-prestazzjoni mill-FEMS

Kontroparti nazzjonali (  (1))

a

b

c = a/(a + b) × 100

d = a – f

e = b – g

f

g = b × (f/a)

h = f/a × 100

1.

Il-promozzjoni ta’ sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien

L-Artikolu 33(1)(a), (b) u (c), l-Artikolu 34 u l-Artikolu 41(2)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

50 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

 

L-Artikolu 33(1)(d) u l-Artikolu 44(4a)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 75 %,

minimu 20 %

 

 

0

0

Allokazzjoni finanzjarja għall-bqija tal-prijorità 1 tal-Unjoni

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 75 %,

minimu 20 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

2.

It-trawwim ta’ akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 75 %,

minimu 20 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

 

3.

It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS

It-titjib u l-forniment tal-għarfien xjentifiku u l-ġbir u l-ġestjoni tad-data (l-Artikolu 13(3) tal-FEMS)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

80 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

 

L-appoġġ għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-infurzar, it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv (l-Artikolu 76(2)(a) sa (d) u (f) sa (l)) (l-Artikolu 13(2) tal-FEMS)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

90 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

L-appoġġ għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-infurzar, it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv (l-Artikolu 76(2)(e)) (l-Artikolu 13(2) tal-FEMS)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

70 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

4.

Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 85 %,

minimu 20 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

 

5.

Il-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar

L-għajnuna għall-ħżin (l-Artikolu 67)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

100 %

 

 

0

0

0

Il-kumpens għar-reġjuni l-aktar imbiegħda (l-Artikolu 70) (l-Artikolu 13(4) tal-FEMS)

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

100 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

Allokazzjoni finanzjarja għall-bqija tal-prijorità 5 tal-Unjoni

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 75 %,

minimu 20 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

6.

Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 75 %,

minimu 20 %

 

 

<8.2 type="N"input="M">

 

 

L-assistenza teknika

<8.2 type="N"input="M">

<8.2 type="N"input="M">

massimu 75 %,

minimu 20 %

 

 

0

0

0

Total (ikkalkulat b’mod awtomatiku):

<8.2 type="N"input="G">

<8.2 type="N"input="G">

Mhux applikabbli

<8.2 type="N"input="G">

<8.2 type="N"input="G">

<8.2 type="N"input="G">

<8.2 type="N"input="G">

Mhux applikabbli

2.   

Fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 771/2014, tiddaħħal it-Taqsima 5a li ġejja:

“5a.

Deskrizzjoni tal-metodi tal-kalkolu u tal-implimentazzjoni tal-miżuri biex jingħata kumpens għat-telf ekonomiku li ġġarrab minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014

<4.5 type="S" maxlength="3500" input="M">”.


(1)  Il-kontroparti nazzjonali hija maqsuma pro rata bejn l-allokazzjoni prinċipali u r-riżerva għall-prestazzjoni.”


ANNESS II

1.   

Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1242/2014, tiddaħħal l-entrata 25 li ġejja fl-ewwel kolonna msejħa “Qasam (etrata)”:

“25

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19”.

2.   

Fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2014, ir-ringiela I.9 tat-Tabella 1 ta’ dak l-Anness hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.9

L-Artikolu 33 u l-Artikolu 44(4a)

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

Għadd ta’ sajjieda kkonċernati

1

Numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar”.

Għadd ta’ jiem koperti

2

Numeriku


ANNESS III

1.   

Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014, tiddaħħal il-Parti F li ġejja:

“IL-PARTI F

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19

Entrata

Kontenut tal-entrata

Kumment

Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji

25

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19

Mitigazzjoni tat-tifqigħa tal-COVID-19

Kodiċi 0 = mhux marbuta mal-COVID-19

Kodiċi 1 = marbuta mal-COVID-19

Speċifiċi għall-FEMS”.

2.

Fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1243/2014, ir-ringiela I.9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“I.9

L-Artikolu 33 u l-Artikolu 44(4a)

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

Għadd ta’ sajjieda kkonċernati

Għadd ta’ jiem koperti”.


Top