This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0772
Commission Regulation (EU) 2020/772 of 11 June 2020 amending Annexes I, VII and VIII to Regulation (EC) No 999/2001 of the European Parliament and of the Council as regards eradication measures for transmissible spongiform encephalopathies in goats and endangered breeds (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/772 tal-11 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għal enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fil-mogħoż u fir-razez fil-periklu li jintilfu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/772 tal-11 ta’ Ġunju 2020 li jemenda l-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għal enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fil-mogħoż u fir-razez fil-periklu li jintilfu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/3690
ĠU L 184, 12.6.2020, p. 43–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/43 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/772
tal-11 ta’ Ġunju 2020
li jemenda l-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għal enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fil-mogħoż u fir-razez fil-periklu li jintilfu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 u l-Artikolu 23a(m) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. |
(2) |
Il-Kapitolu B tal-Anness VII ta’ dak ir-Regolament jistipula l-miżuri li jridu jittieħdu wara li tiġi kkonfermata l-preżenza ta’ każ ta’ TSE f’annimali bovini, ovini u kaprini. Meta f’annimal ovin jew kaprin jiġi kkonfermat każ ta’ scrapie klassika, l-azjenda trid tiġi soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’waħda mit-tliet għażliet ipprovduti fil-punt 2.2.2 tal-Kapitolu B tal-Anness VII. |
(3) |
L-Għażla 2 tirrikjedi l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali ovini u kaprini kollha tal-azjenda ħlief dawk l-annimali ovini li jkollhom ġenotip ta’ proteina prijonika li jkun reżistenti għall-iscrapie klassika. |
(4) |
Fil-5 ta’ Lulju 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni xjentifika (2) dwar ir-reżistenza ġenetika għat-TSE fil-mogħoż. Skont l-opinjoni tal-EFSA, id-data li tinġabar fuq il-post u dik sperimentali huma robusti biżżejjed biex ikun jista’ jiġi konkluż li l-alleli K222, D146 u S146 jagħtu reżistenza ġenetika kontra razez ta’ scrapie klassika magħrufa li tinsab fin-natura fil-popolazzjoni tal-mogħoż tal-UE. L-opinjoni tal-EFSA tikkonkludi li l-immaniġġjar tat-tifqigħat għall-iscrapie klassika f’merħliet ta’ mogħoż jista’ jkun ibbażat fuq l-għażla ta’ annimali ġenetikament reżistenti, b’mod simili bħalma hu stipulat bħalissa fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għall-annimali ovini. |
(5) |
Huwa għalhekk xieraq l-Kapitolu B tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jiġi emendat sabiex tiġi introdotta l-possibbiltà li l-qtil u l-qerda ta’ annimali kaprini jiġi llimitat għal dawk biss li jkunu suxxettibbli għall-iscrapie klassika. Jenħtieġ li l-Istati Membri f’kull każ jiddeterminaw liema annimali jenħtieġ li jiġu eżentati mill-qtil u l-qerda skont ir-reżistenza ġenetika tagħhom għall-marda. |
(6) |
L-opinjoni tal-EFSA tenfasizza li filwaqt li t-tnissil għar-reżistenza jista’ jkun għodda effettiva għall-kontroll tal-iscrapie klassika fil-mogħoż, minħabba l-frekwenzi baxxi ta’ preżenza ta’ dawn l-alleli fil-biċċa l-kbira tar-razez, il-pressjoni ta’ għażla għolja aktarx li jkollha effett negattiv fuq id-diversità ġenetika. Għalhekk, l-opinjoni tirrakkomanda li l-miżuri biex tinbena r-reżistenza ġenetika fil-popolazzjoni tal-annimali kaprini jiġu adottati fil-livell tal-Istat Membru skont ir-razza kkonċernata (3). Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jfasslu l-istrateġija ta’ tnissil tagħhom abbażi tal-frekwenza tal-preżenza ta’ alleli li jagħtu reżistenza ġenetika kontra l-iscrapie klassika fil-popolazzjoni tal-mogħoż tagħhom. |
(7) |
Wara rakkomandazzjoni tal-EFSA, f’każ ta’ tifqigħa tal-iscrapie f’azjenda li żżomm il-mogħoż, jenħtieġ li l-Istati Membri, abbażi tal-istrateġija ta’ tnissil, jiddeċiedu l-miżuri partikolari li jenħtieġ li jiġu implimentati sabiex tinbena r-reżistenza ġenetika fil-popolazzjoni kaprina ta’ dik l-azjenda. |
(8) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE (4) ġiet imħassra mir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) mill-1 ta’ Novembru 2018. Dak ir-Regolament, fl-Artikolu 2(24) tiegħu, jistipula definizzjoni għal “razza fil-periklu ta’ estinzjoni” li tfisser razza lokali, rikonoxxuta minn Stat Membru bħala mhedda, adattata b’mod ġenetiku għal waħda jew aktar mis-sistemi jew ambjenti tradizzjonali ta’ produzzjoni f’dak l-Istat Membru u fejn l-istatus ta’ fil-periklu ta’ estinzjoni jkun xjentifikament stabbilit minn korp li għandu l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa fil-qasam tar-razez fil-periklu. |
(9) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat il-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 skont dan u li jiġi sostitwit, fil-Kapitolu B tal-Anness VII u l-Kapitolu A tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, ir-referenzi għad-Direttiva 89/361/KEE bir-referenzi għar-Regolament (UE) 2016/1012 u l-espressjoni “razez lokali fil-periklu li jintilfu għall-biedja” kif stipulat fl-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 (6) bl-espressjoni “razza fil-periklu ta’ estinzjoni” kif definit fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012. |
(10) |
Għaldaqstant, l-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) EFSA Journal 2017;15(8):4962.
(3) EFSA Journal 2017;15(8):4962, p. 4.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir.
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).
(6) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I, VII u VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:
1. |
fl-Anness I, il-punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
fl-Anness VII, il-Kapitolu B huwa emendat kif ġej:
|
3. |
fl-Anness VIII, il-punt 4.1 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A jiġi emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(*2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(*3) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(*4) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).
(*5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
(*6) Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).”;”