Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0653

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/653 tal-14 ta’ Mejju 2020 li jikkoreġi r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2019/706 fir-rigward tan-numru CAS tas-sustanza attiva karvon (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/3067

    ĠU L 152, 15.5.2020, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/653/oj

    15.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 152/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/653

    tal-14 ta’ Mejju 2020

    li jikkoreġi r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2019/706 fir-rigward tan-numru CAS tas-sustanza attiva karvon

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/706 (2) ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon u inkludiha fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3).

    (2)

    Wara li daħal fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706, ġie nnutat żball li jikkonċerna n-numru CAS (Chemical Abstracts Number of the American Chemical Society) użat għas-sustanza attiva karvon fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706.

    (3)

    In-numru CAS huwa identifikatur uniku tas-sustanza kimika, li jintuża wkoll għal sustanza attiva li tinsab fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; jintuża bħala referenza għall-iskop tal-attivitajiet kummerċjali u regolatorji għas-sustanzi kimiċi globalment u mhuwiex limitat għas-sustanzi li hemm preżenti fil-pestiċidi. Fil-kolonna bl-isem komuni u n-numri ta’ identifikazzjoni bi żball hemm “il-karvon 244-16-8”. Din l-ispeċifikazzjoni jenħtieġ li tinbidel bi “il-karvon 2244-16-8”.

    (4)

    Is-sustanza attiva Karvon għandha diversi numri CAS. Madankollu, numru wieħed biss ingħata l-approvazzjoni bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Kif imsemmi fl-atti ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni li jawtorizzaw sustanzi attivi, in-numri CAS jiġu assenjati f’bażijiet ta’ data internazzjonali u r-referenzi jintużaw għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni sussegwenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Istati Membri u ’l barra mill-Unjoni. In-numru CAS 244-16-8 ma jikkorrispondi għal ebda sustanza kimika rreġistrata eżistenti; is-sustanza attiva għalhekk ma tistax tiġi identifikata sew għall-iskop tal-approvazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għalhekk, peress li tista’ tinħoloq konfużjoni dwar l-identità tas-sustanza fil-ġestjoni u l-kummerċ tas-sustanzi kimiċi, tinħtieġ korrezzjoni tan-numru CAS imsemmi fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 u, konsegwentement, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011.

    (5)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 u l-entrata 135 rilevanti fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġu sostitwiti.

    (6)

    Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tal-infurzar, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Korrezzjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706

    L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 huwa kkoreġut skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

    L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa kkoreġut skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/706 tas-7 ta’ Mejju 2019 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 11).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

    Isem tal-IUPAC

    Purità  (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    karvon

    2244-16-8 (d-karvon = S-karvon = (+)-karvon)

    Karvon: 602

    d-karvon: mhux allokat

    (S)-5-isopropenil-2-metilċikloeż-2-en-1-on

    jew

    (S)-p-menta-6,8-dien-2-on

    923 g/kg d-karvon

    fl-1 ta’ Awwissu 2019.

    fil-31 ta’ Lulju 2034.

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-karvon, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

    lill-protezzjoni tal-operaturi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq.

    Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-perjodu taż-żmien meħtieġ qabel id-dħul fil-kmamar tal-ħżin wara l-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-karvon.

    L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta’ dan li ġej:

    l-effett tal-proċessi ta’ trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jiġi estratt għal ilma tajjeb għax-xorb.

    L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.


    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.”


    ANNESS II

    Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata 135 dwar il-karvon tinbidel b’dan li ġej:

    Nru.

    Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Purità  (1)

    Data tal-approvazzjoni

    Skadenza tal-approvazzjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “135

    karvon

    2244-16-8 (d-karvon = S-karvon = (+)-karvon)

    Karvon: 602

    d-karvon: mhux allokat

    (S)-5-isopropenil-2-metilċikloeż-2-en-1-on

    jew

    (S)-p-menta-6,8-dien-2-on

    923 g/kg d-karvon

    fl-1 ta’ Awwissu 2019.

    fil-31 ta’ Lulju 2034.

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-karvon, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu.

    F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:

    lill-protezzjoni tal-operaturi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-użu jinkludu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq.

    Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-perjodu taż-żmien meħtieġ qabel id-dħul fil-kmamar tal-ħżin wara l-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-karvon.

    L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta’ dan li ġej:

    l-effett tal-proċessi ta’ trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, meta l-ilma tal-wiċċ jiġi estratt għal ilma tajjeb għax-xorb.

    L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.”


    (1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.


    Top