Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0398

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/398 tat-13 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/5480/2020/INIT

ĠU L 78, 13.3.2020, p. 1–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/398/oj

13.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/398

tat-13 ta’ Marzu 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-informazzjoni li tikkonċerna 161 persuna u 11-il entità fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li tiġi emendata u l-entrati għal żewġ persuni mejtin jenħtieġ li jitħassru.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra:

“13.

Evgeni Viktorovich BUSHMIN

31.

Valery Kirillovich MEDVEDEV”;

(2)

l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

“Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV

Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич АКСЁНОВ)

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергій Валерійович АКСЬОНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 26.11.1972

Post tat-Twelid: Beltsy (Bălți), SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova)

Aksyonov ġie elett “Prim Ministru tal-Krimea” fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta’ Frar 2014 fil-preżenza ta’ persuni armati li jappoġġaw lir-Russja. L-“elezzjoni” tiegħu ġiet iddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Ukren Oleksandr Turchynov fl-1 ta’ Marzu 2014. Huwa għamel pressjoni attiva favur ir-“referendum” tas-16 ta’ Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta’ Marzu 2014. Fid-9 ta’ April 2014 huwa nħatar aġent “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-President Putin. Fid-9 ta’ Ottubru 2014, huwa ġie “elett” formalment bħala l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. “Elett mill-ġdid” f’din il-pożizzjoni f’Settembru 2019.

Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja. Minn Jannar 2017 ’l hawn, membru tal-Kunsill Għoli tal-Partit Russja Magħquda.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija”— l-ewwel grad.

17.3.2014

2.

Vladimir Andreevich KONSTANTINOV

(Владимир Андреевич КОНСТАНТИНОВ)

Volodymyr Andriyovych KONSTANTINOV

(Володимир Андрійович КОНСТАНТІНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 19.11.1956

Post tat-Twelid: Vladimirovka (magħruf ukoll bħala Vladimirovca), Reġjun ta’ Slobozia, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova) jew Bogomol, SSR tal-Moldova (issa r-Repubblika tal-Moldova)

Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-“referendum” tas-16 ta’ Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta’ Marzu 2014.

Mis-17 ta’ Marzu 2014 ’l hawn, “President” tal-“Kunsill tal-Istat” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. “Elett mill-ġdid” f’din il-pożizzjoni f’Settembru 2019.

17.3.2014

3.

Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV

(Рустам Ильмирович ТЕМИРГАЛИЕВ)

Rustam Ilmyrovych TEMIRHALIIEV

(Рустам Ільмирович ТЕМІРГАЛІЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.8.1976

Post tat-Twelid: Ulan-Ude, Buryat ASSR (SFSR tar-Russja) (issa l-Federazzjoni Russa)

Meta kien Viċi Prim Ministru tal-Krimea, Temirgaliev qeda rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-“Kunsill Suprem” rigward ir-“referendum” tas-16 ta’ Marzu 2014 kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Huwa għamel pressjoni attiva favur l-integrazzjoni tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Fil-11 ta’ Ġunju 2014 huwa rriżenja mill-funzjoni tiegħu bħala “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Attwalment id-Direttur Ġenerali tal-Kumpannija Maniġerjali tal-Fond ta’ Investiment Russu-Ċiniż għall-Iżvilupp Reġjonali.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

17.3.2014

4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-Twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, biex b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Attwalment Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

5.

Aleksei Mikhailovich CHALIY

(Алексей Михайлович ЧАЛЫЙ)

Oleksiy Mykhaylovych CHALYY

(Олексій Михайлович ЧАЛИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13.6.1961

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa jew Sevastopol, l-Ukrajna

Chaliy sar “Sindku tal-Poplu ta’ Sevastopol” b’nomina mill-poplu fit-23 ta’ Frar 2014 u aċċetta dan il-“vot”. Huwa mexxa kampanja b’mod attiv biex Sevastopol issir entità separata tal-Federazzjoni Russa b’segwitu għal referendum tas-16 ta’ Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-“trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa” tat-18 ta’ Marzu 2014. Huwa kien aġent “gvernatur” ta’ Sevastopol mill-1 sal-14 ta’ April 2014 u kien President “elett” tal-’Assemblea Leġislattiva’ tal-Belt ta’ Sevastopol. Eks membru tal- “Assemblea Leġislattiva” tal-Belt ta’ Sevastopol (sa Settembru 2019).

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija”— L-ewwel grad.

17.3.2014

6.

Pyotr Anatoliyovych ZIMA

(Пётр Анатольевич ЗИМА)

Petro Anatoliyovych ZYMA

(Петро Анатолійович ЗИМА)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 18.1.1970 jew 29.3.1965

Post tat-Twelid: Artemivsk (Артемовск) (fl-2016 reġa’ ħa l-isem ta’ Bakhmut/Бахмут), Donetsk Oblast, l-Ukrajna

Zima nħatar bħala l-kap il-ġdid tas-Servizz tas-Sigurtà tal-Krimea (SBU) fit-3 ta’ Marzu 2014 mill-“Prim Ministru” Aksyonov u aċċetta din il-ħatra. Hu ta informazzjoni rilevanti inkluż bażi tad-data lis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB). Din kienet tinkludi informazzjoni dwar attivisti Ewro-Majdan u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Krimea. Huwa kellu rwol rilevanti biex jiġi evitat li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jkollhom kontroll tat-territorju tal-Krimea. Fil-11 ta’ Marzu 2014, il-formazzjoni ta’ Servizz ta’ Sigurtà indipendenti tal-Krimea ġiet proklamata minn eks uffiċjali tas-SBU tal-Krimea. Attiv mill-2015 fis-Servizz tal-Intelligence Russu (FSB).

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV

(Сергей Павлович ЦЕКОВ)

Serhiy Pavlovych TSEKOV

(Сергій Павлович ЦЕКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953

Post tat-Twelid: Simferopol, l-Ukrajna

Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f’dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” mill-2014, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019.

17.3.2014

9.

Viktor Alekseevich OZEROV

(Виктор Алексеевич Озеров)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 5.1.1958

Post tat-Twelid: Abakan, Khakassia, il-Federazzjoni Russa

Eks President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta’ Marzu 2014, Ozerov, f’isem il-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

F’Lulju 2017, huwa ppreżenta r-riżenja tiegħu bħala President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża. Huwa baqa’ membru tal-Kunsill u huwa membru tal-Kumitat dwar ir-regolamentazzjoni interna u l-affarijiet parlamentari.

Fl-10 ta’ Ottubru 2017, permezz tad-digriet N 372-SF, Ozerov ġie inkluż fil-kummissjoni temporanja tal-Kunsill Federali dwar il-protezzjoni tas-sovranità tal-istat u għall-prevenzjoni tal-interferenza fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa.

Il-mandat tiegħu fil-Kunsill Federali skada f’Settembru 2019. Konsulent tal-Fondazzjoni Rospolititika minn Ottubru 2019.

17.3.2014

10.

Vladimir Michailovich DZHABAROV

(Владимир Михайлович ДЖАБАРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 29.9.1952

Post tat-Twelid: Samarkand, l-Użbekistan

L-ewwel Viċi President tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta’ Marzu 2014 Dzhabarov, f’isem il-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali, appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

11.

Andrei Aleksandrovich KLISHAS

(Андрей Александрович КЛИШАС)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 9.11.1972

Post tat-Twelid: Sverdlovsk (Ekaterinburg), il-Federazzjoni Russa

President tal-Kumitat dwar id-Dritt Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta’ Marzu 2014 Klishas appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. F’dikjarazzjonijiet pubbliċi Klishas ipprova jiġġustifika intervent militari Russu fl-Ukrajna billi ddikjara li “l-President tal-Ukrajna jappoġġa l-appell tal-awtoritajiet tal-Krimea lill-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-għoti ta’ assistenza komprensiva għad-difiża taċ-ċittadini tal-Krimea”.

17.3.2014

12.

Nikolai Ivanovich RYZHKOV

(Николай Иванович РЫЖКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 28.9.1929

Post tat-Twelid: Dyleevka, reġjun ta’ Donetsk, SSR tal-Ukrajna, issa l-Ukrajna

Membru tal-Kumitat għall-kwistjonijiet federali, politika reġjonali u t-Tramuntana tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa.

Fl-1 ta’ Marzu 2014 Ryzhkov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

14.

Aleksandr Borisovich TOTOONOV

(Александр Борисович ТОТООНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 3.4.1957

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze (Vladikavkaz), Ossezja tat-Tramuntana, il-Federazzjoni Russa

Eks Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Internazzjonali tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni Russa ntemmu f’Settembru 2017.

Minn Settembru 2017 huwa l-Ewwel Viċi President tal-Parlament ta’ Ossezja tat-Tramuntana.

Fl-1 ta’ Marzu 2014 Totoonov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

17.3.2014

16.

Sergei Mikhailovich MIRONOV

(Сергей Михайлович МИРОНОв)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 14.2.1953

Post tat-Twelid: Pushkin, reġjun ta’ Leningrad, il-Federazzjoni Russa

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-fazzjoni Fair Russia fid-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Oriġinatur tal-liġi li tippermetti lill-Federazzjoni Russa tinkludi fil-kompożizzjoni tagħha, taħt il-pretest tal-protezzjoni ta’ ċittadini Russi, territorji ta’ pajjiż barrani mingħajr il-kunsens ta’ dak il-pajjiż jew trattat internazzjonali.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad), il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u attwalment membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

18.

Leonid Eduardovich SLUTSKI

(Леонид Эдуардович СЛУЦКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 4.1.1968

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Eks President tal-Kumitat tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti (CIS) tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa (membru tal-LDPR).

Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea.

Bħalissa President tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

17.3.2014

19.

Aleksandr Viktorovich VITKO

(Александр Викторович ВИТКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13.9.1961

Post tat-Twelid: Vitebsk (SSR tal-Belarussja), issa l-Belarussja

Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall. Viċi Kap Kmandant tal-Forza Navali Russa.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

17.3.2014

20.

Anatoliy Alekseevich SIDOROV

(Анатолий Алексеевич СИДОРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 2.7.1958

Post tat-Twelid: Siva, reġjun ta’ Perm, Unjoni Sovjetika (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks Kmandant, Distrett Militari tal-Punent tar-Russja, li wħud mill-unitajiet tiegħu huma skjerati fil-Krimea. Huwa kien responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea biex iwaqqfudimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet favur referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Minn Novembru 2015 il-Kap tal-Persunal Konġunt tal-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO).

17.3.2014

21.

Aleksandr Viktorovich GALKIN

(Александр Викторович ГАЛКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.3.1958

Post tat-Twelid: Ordzhonikidze (Vladikavkaz), ASSR tat-Tramuntana ta’ Ossezja, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks-Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tar-Russja (“SMD”), li l-forzi tiegħu jinsabu fil-Krimea; il-Flotta tal-Baħar l-Iswed hija taħt il-kmand ta’ Galkin; ħafna mill-moviment tal-forza fil-Krimea seħħ minn ġewwa l-SMD.

Il-forzi tal-SMD huma skjerati fil-Krimea. Huwa responsabbli għal parti mill-preżenza militari Russa fil-Krimea li qed tipperikola s-sovranità tal-Ukrajna u assista lill-awtoritajiet tal-Krimea fl-impediment ta’ dimostrazzjonijiet pubbliċi kontra azzjonijiet lejn referendum u l-inkorporazzjoni fir-Russja. Barra minn hekk, il-Flotta tal-Baħar l-Iswed taqa’ taħt il-kontroll tad-Distrett.

Bħalissa impjegat mill-Apparat Ċentrali tal-Ministeru għad-Difiża Russu. Assistent tal-Ministru għad-Difiża mid-19 ta’ Jannar 2017 ’l hawn.

17.3.2014

22.

Dmitry Olegovich ROGOZIN

(Дмитрий Олегович РОГОЗИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.12.1963

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

Mill-2018 jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali f’korporazzjoni tal-Istat.

21.3.2014

23.

Sergey Yurievich GLAZYEV

(Сергей Юрьевич ГЛАЗЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1.1.1961

Post tat-Twelid: Zaporozhye, (SSR tal-Ukrajna), issa l-Ukrajna

Eks konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

Minn Ottubru 2019 Ministru għall-Integrazzjoni u l-Makroekonomija fil-Kummissjoni Ekonomika Ewrasjatika.

21.3.2014

24.

Valentina Ivanova MATVIYENKO (mwielda TYUTINA)

(Валентина Ивановна МАТВИЕНКО (born ТЮТИНА))

Sess: mara

Data tat-twelid: 7.4.1949,

Post tat-Twelid: Reġjun ta’ Shepetovka, Khmelnitsky (Kamenets-Podolsky) (SSR tal-Ukrajna), issa l-Ukrajna

Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta’ Marzu 2014, appoġġat pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

21.3.2014

25.

Sergei Evgenevich NARYSHKIN

(Сергей Евгеньевич НАРЫШКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.10.1954

Post tat-Twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad), il-Federazzjoni Russa

Eks Speaker tad-Duma tal-Istat. Appoġġa pubblikament l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Appoġġa pubblikament it-trattat ta’ riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

Bħalissa Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa sa minn Ottubru 2016. Membru permanenti u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

21.3.2014

26.

Dmitry Konstantinovich KISELYOV

Dmitrii Konstantinovich KISELEV

(Дмитрий Константинович КИСЕЛЁВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 26.4.1954

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Maħtur b’Digriet Presidenzjali fid-9 ta’ Diċembru 2013 bħala Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet “Rossiya Segodnya” tal-Istat Federali Russu.

Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li tappoġġa l-mobilizzazzjoni ta’ forzi Russi fl-Ukrajna.

21.3.2014

27.

Alexander Mihailovich NOSATOV

(Александр Михайлович НОСАТОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.3.1963

Post tat-Twelid: Sevastopol, (SSR tal-Ukrajna), l-Ukrajna

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Attwalment Ammirall, Kmandant tal-flotta Russa tal-Baltiku.

21.3.2014

28.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович КУЛИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1.9.1956

Post tat-Twelid: Zaporozhye (Ukrainian SSR), l-Ukrajna

Eks Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall.

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna.

Fis-26 ta’ Settembru 2017, permezz ta’ Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa, huwa tneħħa minn din il-kariga u mis-servizz militari.

Minn Settembru 2017 ’l hawn, huwa membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa, fejn jirrappreżenta l-Belt annessa ta’ Sevastopol.

21.3.2014

29.

Vladislav Yurievich SURKOV

(Владислав Юрьевич СУРКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.9.1964,

Post tat-Twelid: Solntsevo, ir-reġjun ta’ Lipetsk, il-Federazzjoni Russa

Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li permezz tiegħu l-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet li jheddu l-awtoritajiet tal-Ukrajna fil-Krimea.

21.3.2014

30.

Mikhail Grigorievich MALYSHEV

(Михаил Григорьевич МАЛЫШЕВ)

Mykhaylo Hryhorovych MALYSHEV

(Михайло Григорович МАЛИШЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.10.1955

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-“referendum” tal-Krimea. Responsabbli taħt is-sistema Russa għall-iffirmar tar-riżultati tar-referendum.

Fil-kapaċità ta’ President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea, huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018 u l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġa b’mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.3.2014

32.

Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK

(Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 5.12.1959

Post tat-Twelid: Osh, SSR tal-Kirgiżistan, issa l-Kyrgyzstan

Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, annessa illegalment (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment “milizzji lokali għall-awtodifiża”). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Attwalment huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika u s-Sigurtà Nazzjonali fl-Akkademja Militari tal-Persunal Ġenerali Russu.

21.3.2014

33.

Elena Borisovna MIZULINA (mwielda DMITRIYEVA)

(Елена Борисовна МИЗУЛИНА (mwielda ДМИТРИЕВА))

Sess: mara

Data tat-twelid: 9.12.1954

Post tat-Twelid: Bui, reġjun ta’ Kostroma, il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Oriġinatur u kosponsor ta’ proposti leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu ser jippermettu li reġjuni ta’ pajjiżi oħra jissieħbu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

Minn Settembru 2015 ’l hawn, Membru tal-Kunsill Federali mir-reġjun Omsk. Bħalissa Viċi President tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġislazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat.

21.3.2014

34.

Dmitry Nikolayevich KOZAK

(Дмитрий Николаевич КОЗАК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.11.1958

Post tat-Twelid: Bandurovo, reġjun ta’ Kirovovograd, SSR tal-Ukrajna, issa l-Ukrajna

Nazzjonalità: Russa

Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

35.

Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV

(Олег Евгеньевич БЕЛАВЕНЦЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.9.1949

Post tat-Twelid: Moska jew Ostrov, ir-reġjun Pskov, il-Federazzjoni Russa

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali tal-Krimea”, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa. Eks membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu.

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tal-Kawkasu tat-Tramuntana (sa Ġunju 2018).

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

29.4.2014

36.

Oleg Genrikhovich SAVELYEV

(Олег Генрихович САВЕЛЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.10.1965

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Eks Ministru għall-Affarijiet tal-Krimea. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

Eks Viċi Kap tal-Persunal tal-Gvern Russu, responsabbli mill-organizzazzjoni tal-ħidma tal-Kummissjoni Governattiva dwar l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

Eks Kap tal-Persunal tal-Kamra tal-Kontijiet tal-Federazzjoni Russa. Minn Settembru 2019 ’l hawn Awditur tal-Kamra tal-Kontijiet tal-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

37.

Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.8.1960

Post tat-Twelid: Alagir, SSR Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol.

Attwalment Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

38.

Olga Fedorovna KOVITIDI

(Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ)

Sess: mara

Data tat-twelid: 7.5.1962

Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019.

29.4.2014

40.

Sergei Ivanovich NEVEROV

(Сергей Иванович НЕВЕРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.12.1961

Post tat-Twelid: Tashtagol, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Viċi President tad-Duma tal-Istat, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta’ leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

29.4.2014

42.

Valery Vasilevich GERASIMOV

(Валерий Васильевич ГЕРАСИМОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.9.1955

Post tat-Twelid: Kazan, il-Federazzjoni Russa

Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-iskjerament massiv ta’ truppi Russi tul il-fruntiera mal-Ukrajna u naqas milli jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni.

29.4.2014

43.

German PROKOPIV

(Герман ПРОКОПИВ)

Herman PROKOPIV

(Герман ПРОКОПІВ)

(magħruf ukoll bħala Li Van Chol, Ли Ван Чоль)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 6.7.1993

Post tat-Twelid: Praga, ir-Repubblika Ċeka

Membru attiv tal-“Gwardja ta’ Luhansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali tas-Servizz tas-Sigurtà ta’ Luhansk.

Għadu ġellied militari attiv tal-LNR.

29.4.2014

45.

Andrei Evgenevich PURGIN

(Андрей Евгеньевич ПУРГИН)

Andriy Yevhenovych PURHIN

(Андрій Євгенович ПУРГІН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 26.1.1972

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Parteċipant attiv u organizzatur ta’ azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f’Donetsk. Kofundatur ta’ “Inizjattiva Ċivika ta’ Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. Kien “l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri”. Sal-4 ta’ Settembru 2015 kien ’President’ tal-’Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

Fi Frar 2017 tneħħielu l-mandat tiegħu ta’ membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” wara deċiżjoni tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

29.4.2014

46.

Denys Volodymyrovych PUSHYLIN

(Денис Володимирович ПУШИЛІН)

Denis Vladimirovich PUSHILIN

(Денис Владимирович ПУШИЛИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 9.5.1981

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta’ Donetsk), l-Ukrajna

Wieħed mill-mexxejja tar-’Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali f’Donetsk fl-2014. Sal-4 ta’ Settembru 2015 kien l-hekk imsejjaħ Viċi President tal-’Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ’Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Mill-4 ta’ Settembru 2015 kien ’President’ tal-’Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. L-hekk imsejjaħ “aġent Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” wara s-7 ta’ Settembru 2018. L-hekk imsejjaħ ’Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ wara l-hekk imsejħa elezzjonijiet tal-11 ta’ Novembru 2018.

29.4.2014

47.

Sergey Gennadevich TSYPLAKOV

(Сергей Геннадьевич ЦЫПЛАКОВ)

Serhiy Hennadiyovych TSYPLAKOV

(Сергій Геннадійович ЦИПЛАКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1.5.1983

Post tat-Twelid: Khartsyzsk, reġjun ta’ Donetsk, l-Ukrajna

Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-“Milizzja Popolari ta’ Donbas”. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta’ għadd ta’ binjiet tal-Istat fir-reġjun ta’ Donetsk.

Membru tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u tal-Kumitat tiegħu dwar il-Politika Barranija, ir-Relazzjonijiet Esterni, il-Politika tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni.

29.4.2014

48.

Igor Vsevolodovich GIRKIN

(Игорь Всеволодович ГИРКИН) (magħruf ukoll bħala Igor STRELKOV, Ihor STRIELKOV)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 17.12.1970

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f’inċidenti fi Sloviansk. Kap tal-moviment pubbliku “Novorossia”. Il-“Ministru tad-Difiża” ta’ qabel tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Organizza, fl-4 ta’ Novembru 2016, Mixja Russa f’Moska għan-nazzjonalisti Russi li jappoġġaw is-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ tiegħu għall-attività separatista fil-lvant tal-Ukrajna.

29.4.2014

49.

Vyacheslav Viktorovich VOLODIN

(Вячеслав Викторович ВОЛОДИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 4.2.1964

Post tat-Twelid: Alekseevka, reġjun ta’ Saratov, il-Federazzjoni Russa

Kien l-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukren tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

Bħalissa Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa mill-5 ta’ Ottubru 2016.

12.5.2014

50.

Vladimir Anatolievich SHAMANOV

(Владимир Анатольевич ШАМАНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.2.1957

Post tat-Twelid: Barnaul, il-Federazzjoni Russa

Eks Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta’ awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

Bħalissa President tal-Kumitat ta’ Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

51.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN

(Владимир Николаевич ПЛИГИН)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 19.5.1960

Post tat-Twelid: Ignatovo, Oblast ta’ Vologodsk, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks membru tad-Duma tal-Istat u eks President tal-Kumitat tal-Liġi Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-faċilitazzjoni tal-adozzjoni ta’ leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

Eks Membru tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda. Konsulent għall-Ispeaker tad-Duma Volodin.

12.5.2014

52.

Petr Grigorievich JAROSH

(Петр Григорьевич ЯРОШ)

Petro Hryhorovych YAROSH (IAROSH)

(Петро Григорович ЯРОШ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.1.1971

Post tat-Twelid: Villaġġ ta’ Skvortsovo, reġjun ta’ Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Eks kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta’ passaporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

12.5.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA

(Олег Григорьевич КОЗЮРА)

Oleh Hryhorovych KOZYURA

(Олег Григорович КОЗЮРА)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.12.1965 jew 19.12.1962

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea jew Zaporizhia, l-Ukrajna

Eks Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta’ passaporti Russi għar-residenti ta’ Sevastopol.

Minn Ottubru 2016 ’l hawn, huwa l-Kap tal-Persunal tal-Assemblea Leġislattiva ta’ Sevastopol.

12.5.2014

54.

Viacheslav PONOMARIOV,

Vyacheslav Volodymyrovich PONOMARYOV

(В’ячеслав Володимирович ПОНОМАРЬОВ),

Viacheslav Vladimirovich PONOMAREV

(Вячеслав Владимирович ПОНОМАРËв)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 2.5.1965

Post tat-Twelid: Sloviansk (oblast ta’ Donetsk), l-Ukrajna

L-eks “Sindku tal-Poplu” awtodikjarat ta’ Sloviansk (sal-10 ta’ Ġunju 2014). Ponomariov appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta’ Ponomariov kienu involuti fil-ħtif ta’ persuni (huma qabdu lill-attivist Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn inħelsu; huma żammew maqbuda osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta’ Vjenna tal-OSKE). Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

55.

Igor Nikolaevich BEZLER (magħruf ukoll bħala. Bes (devil))

(Игорь Николаевич БЕЗЛЕР)

Ihor Mykolayovych BEZLER

(Ігор Миколайович БЕЗЛЕР)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.12.1965

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Wieħed mill-eks mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta’ Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukrajna għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta’ Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni fil-belt ta’ Horlivka. Għandu rabtiet ma’ Igor Strelkov/Girkin li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta’ Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta’ Horlivka.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

56.

Igor Evgenevich KAKIDZYANOV

(Игорь Евгеньевич КАКИДЗЯНОВ),

Igor Evegenevich KHAKIMZYANOV

(Игорь Евгеньевич ХАКИМЗЯНОВ)

Ihor Yevhenovych KHAKIMZIANOV (KAKIDZIANOV)

(Ігор Євгенович ХАКІМЗЯНОВ (КАКІДЗЯНОВ))

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.7.1980

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta’ Donetsk), l-Ukrajna

Wieħed mill-eks mexxejja tal-forzi armati tal-awtoproklamata “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

57.

Oleg TSARIOV, Oleh Anatoliyovych TSAROV

(Олег Анатолійович ЦАРЬОВ)

Oleg Anatolevich TSARYOV

(Олег Анатольевич ЦАPËВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 2.6.1970

Post tat-Twelid: Dnepropetrovsk (issa Dnipro), l-Ukrajna

Eks Membru tar-Rada, bħala tali appella pubblikament għall-ħolqien tal-hekk imsejħa “Repubblika Federali tan-Novorossiya”, magħmula mir-reġjuni Ukreni tax-Xlokk. Eks “Speaker” tal-hekk imsejjaħ “Parlament tal-Unjoni tar-Repubbliki Popolari” (“Parlament ta’ Novorossiya”).

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

58.

Roman Viktorovich LYAGIN

(Роман Викторович ЛЯГИН)

Roman Viktorovych LIAHIN

(Роман Вікторович ЛЯГІН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.5.1980

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Eks kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Organizza b’mod attiv ir-referendum fil-11 ta’ Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks “Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.5.2014

59.

Aleksandr Sergeevich MALYKHIN

Alexander Sergeevich MALYHIN

(Александр Сергеевич МАЛЫХИН)

Oleksandr Serhiyovych (Sergiyovych) MALYKHIN

(Олександр Сергійович МАЛИХІН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 12.1.1981

Eks kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Organizza b’mod attiv ir-referendum fil-11 ta’ Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ politiki separatisti.

12.5.2014

60.

Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

(Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ)

Sess: mara

Data tat-twelid: 18.3.1980

Post tat-Twelid: Mikhailovka, reġjun ta’ Voroshilovgrad, SSR tal-Ukrajna jew Yevpatoria, SSR tal-Ukrajna, (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Eks Prosekutur tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Implimentat b’mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

Attwalment Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, membru tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni tal-interferenza barranija fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa, membru tal-Kumitat għas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

12.5.2014

61.

Igor Sergeievich SHEVCHENKO

(Игорь Сергеевич ШЕВЧЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 9.2.1979

Post tat-Twelid: Sevastopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Eks Prosekutur ta’ Sevastopol u bħala tali li attivament jimplimentaw l-annessjoni ta’ Sevastopol mir-Russja.

Prosekutur tar-Repubblika ta’ Adygea.

12.5.2014

62.

Aleksandr Yurevich BORODAI

(Александр Юрьевич БОРОДАЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.7.1972

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li ’l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-“unjoni ta’ Novorossiya”. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-“Unjoni ta’ voluntieri ta’ Donbas”.

Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-’voluntiera’ mibgħuta jiġġieldu f’Donbas.

12.7.2014

63.

Alexander KHODAKOVSKY,

Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKYY (KHODAKOVSKYI)

(Олександр Сергійович ХОДАКОВСЬКИЙ)

Aleksandr Sergeevich KHODAKOVSKII

(Александр Сергеевич ХОДАКОВСКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 18.12.1972

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Dak li kien jissejjaħ “Ministru għas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” ta’ qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ta’ sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

64.

Alexandr Arkadievich KALYUSSKY

(Александр Аркадьевич КАЛЮССКИЙ)

Oleksandr Arkadiyovych KALYUSSKIY

(Олександр Аркадійович КАЛЮСЬКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 9.10.1975

L-hekk imsejjaħ eks “Viċi Prim Ministru de facto għall-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

12.7.2014

65.

Alexander KHRYAKOV

Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV

(Александр Витальевич ХРЯКОВ),

Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV

(Олександр Віталійович ХРЯКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 6.11.1958

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta’ propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna.

12.7.2014

66.

Marat Faatovich BASHIROV

(Марат Фаатович БАШИРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 20.1.1964

Post tat-Twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa

L-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, ikkonfermat fit-8 ta’ Lulju 2014.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Ikompli b’attivitajiet ta’ appoġġ għal strutturi separatisti tal-LNR.

12.7.2014

67.

Vasyl Oleksandrovych NIKITIN

(Василь Олександрович НІКІТІН)

Vasilii Aleksandrovich NIKITIN

(Василий Александрович НИКИТИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.11.1971

Post tat-Twelid: Shargun, l-Użbekistan Sess: raġel

L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” (kien l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u ex kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal-Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukreni fir-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus il-“ġdid” tar-reġjun.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

68.

Aleksey Vyacheslavovich KARYAKIN

(Алексей Вячеславович КАРЯКИН)

Oleksiy Vyacheslavovych KARYAKIN

(Олексій В’ячеславович КАРЯКІН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.4.1980 jew 7.4.1979

Post tat-Twelid: Stakhanov reġjun ta’ Luhansk, l-Ukrajna

Sal-25 Marzu 2016 l-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-“unjoni ta’ Novorossiya”.

Eks membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

Attwalment President tal-hekk imsejħa “Awla Pubblika tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

12.7.2014

69.

Yuriy Volodymyrovych IVAKIN

(Юрій Володимирович ІВАКІН)

Iurii Vladimirovich IVAKIN

(Юрий Владимирович ИВАКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13.8.1954

Post tat-Twelid: Pererevalsk (oblast ta’ Luhansk), l-Ukrajna

Dak li kien jissejjaħ ‘Ministru għall-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ ta’ qabel, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ’governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ’gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

12.7.2014

70.

Igor PLOTNITSKY

Igor Venediktovich PLOTNITSKII

(Игорь Венедиктович ПЛОТНИЦКИЙ)

Ihor (Igor) Venedyktovych PLOTNYTSKYY

(Ігор Венедиктович ПЛОТНИЦЬКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 24.6.1964 jew 25.6.1964 jew 26.6.1964

Post tat-Twelid: Luhansk (possibilment f’Kelmentsi, oblast ta’ Chernivtsi), l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża u l-hekk imsejjaħ eks “Kap” tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk, u bħala tali responsabbli għal attivitajiet ’governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ’gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’.

Eks Mibgħut Speċjali preċedenti tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” dwar l-implimentazzjoni ta’ Minsk.

12.7.2014

71.

Nikolay Ivanovich KOZITSYN

(Николай Иванович КОЗИЦЫН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 20.6.1956 jew 6.10.1956

Post tat-Twelid: Djerzjinsk, reġjun ta’ Donetsk, l-Ukrajna

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.7.2014

73.

Mikhail Efimovich FRADKOV

(Михаил Ефимович ФРАДКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 1.9.1950

Post tat-Twelid: Kurumoch, ir-reġjun ta’ Kuibyshev, il-Federazzjoni Russa

Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Eks Direttur tas-Servizz tal-Intelligence Estera tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-4 ta’ Jannar 2017, Direttur tal-Istitut Russu għall-Istudji Strateġiċi. Huwa wkoll il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ ’Almaz-Antey’.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

25.7.2014

74.

Nikolai Platonovich PATRUSHEV

(Николай Платонович ПАТРУШЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 11.7.1951

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Membru permanenti u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

75.

Aleksandr Vasilievich BORTNIKOV

(Александр Васильевич БОРТНИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.11.1951

Post tat-Twelid: Perm, il-Federazzjoni Russa

Membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa; Direttur tas-Servizz Federali tas-Sigurtà (FSB). Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

76.

Rashid Gumarovich NURGALIEV

(Рашид Гумарович НУРГАЛИЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.10.1956

Post tat-Twelid: Zhetikara, ir-Repubblika Soċjalista Sovjetika Kazaka (issa l-Każakistan)

Membru permanenti u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

77.

Boris Vyacheslavovich GRYZLOV

(Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 15.12.1950

Post tat-Twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa

Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għadu l-President tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda.

Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tattiles Missiles Corporation JSC.

25.7.2014

78.

Sergei Orestovich BESEDA

(Сергей Орестович БЕСЕДА)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 17.5.1954

Kmandant tal-Ħames Servizz tal-FSB, is-Servizz Federali ta’ Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Bħala uffiċjali għoli tal-FSB (Kurunell-Ġenerali), huwa jmexxi servizz responsabbli li jissorvelja l-operazzjonijiet ta’ intelligence u l-attività internazzjonali.

25.7.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV

(Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 10.7.1981

Post tat-Twelid: Kuibyshev (Samara), il-Federazzjoni Russa

Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” f’Moska, huwa jikkontribwixxi għall-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

25.7.2014

80.

Ramzan Akhmadovitch KADYROV

(Рамзан Ахматович КАДЫРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 5.10.1976

Post tat-Twelid: Tsentaroy, iċ-Ċeċenja, il-Federazzjoni Russa

President tar-Repubblika taċ-Ċeċenja. Kadyrov għamel dikjarazzjonijiet b’appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u b’appoġġ għar-ribelljoni armata fl-Ukrajna. Fl-14 ta’ Ġunju 2014 huwa ddikjara fost affarijiet oħra li hu ’ser jagħmel minn kollox biex jagħti l-ħajja mill-ġdid lill-Krimea’. F’dak il-kuntest, huwa ngħata l-medalja għal-’liberazzjoni tal-Krimea’ mill-Aġent Kap tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. Barra minn hekk, fl-1 ta’ Ġunju 2014 huwa qal li lest jibgħat 74 000 voluntier Ċeċen fl-Ukrajna jekk jintalab jagħmel dan.

25.7.2014

81.

Alexander Nikolayevich TKACHYOV

(Александр Николаевич ТКАЧËВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 23.12.1960

Post tat-Twelid: Vyselki, ir-reġjun ta’ Krasnodar, il-Federazzjoni Russa

Eks Gvernatur tal-Krasnodar Krai.

Ingħata l-midalja “għal-ħelsien tal-Krimea” mill-Aġent kap tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” għall-appoġġ li pprovda lill-annessjoni illegali tal-Krimea. F’dik l-okkażjoni, l-Aġent Kap tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” qal li Tkachyov kien minn tal-ewwel li esprimew l-appoġġ tagħhom għat-“tmexxija” l-ġdida tal-Krimea.

Eks Ministru għall-Agrikoltura tal-Federazzjoni Russa.

25.7.2014

82.

Pavel Yurievich GUBAREV

(Павел Юрьевич ГУБАРЕВ)

Pavlo Yuriyovich GUBARIEV (HUBARIEV)

(Павло Юрійович ГУБАРЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.2.1983 (jew 10.3.1983)

Post tat-Twelid: Sievierodonetsk, l-Ukrajna

Wieħed minn dawk li jiddeskrivu lilhom infushom bħala mexxejja tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa talab l-intervent Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż permezz tal-iskjerament ta’ forzi taż-żamma tal-paċi Russi. Kien assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Gubarev kien responsabbli għar-reklutaġġ ta’ nies għall-forzi armati tas-separatisti.

Responsabbli għat-teħid tal-bini tal-gvern reġjonali f’Donetsk b’forzi pro-Russi u pproklama lilu nnifsu bħala l-“gvernatur tal-poplu”.

Minkejja li ġie arrestat għat-theddid tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, u sussegwentement inħeles, huwa kompla jaqdi rwol prominenti f’attivitajiet separatisti, u għaldaqstant dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

83.

Ekaterina Yurievna GUBAREVA

(Екатерина Юрьевна ГУБАРЕВА)

Kateryna Yuriyivna GUBARIEVA (HUBARIEVA)

(Катерина Юріївна ГУБАРЄВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 5.7.1983 jew 10.3.1983

Post tat-Twelid: Kakhovka (Kherson oblast), l-Ukrajna

Fil-kapaċità tagħha tal-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” kienet responsabbli għad-difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u għaldaqstant dgħajfet l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità hija appoġġat b’hekk azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

Eks Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (sa Novembru 2018).

25.7.2014

84.

Fyodor Dmitrievich BEREZIN

(Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН)

Fedir Dmytrovych BEREZIN

(Федір Дмитрович БЕРЕЗІН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.2.1960

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ ex “viċi ministru għad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità Berezin għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Il-President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR.

25.7.2014

85.

Valery Vladimirovich KULIKOV

(Валерий Владимирович КАУРОВ)

Valeriy Volodymyrovych KAUROV

(Валерій Володимирович КАУРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 2.4.1956

Post tat-Twelid: Odessa, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ “president” tal-hekk imsejħa “Repubblika ta’ Novorossiya” li appella lir-Russja biex tiskjera truppi fl-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità għalhekk huwa appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

25.7.2014

86.

Serhii Anatoliyovych ZDRILIUK magħruf ukoll bħala Abwehr

(Сергей Анатольевич ЗДРИЛЮК)

(Сергій Анатолійович ЗДРИЛЮК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 23.6.1972 (jew 23.7.1972)

Post tat-Twelid: Ir-reġjun ta’ Vinnytsia, l-Ukrajna

Assistent għoli ta’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità għalhekk huwa appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

25.7.2014

87.

Vladimir ANTYUFEYEV (magħruf ukoll bħala Vladimir SHEVTSOV, Vladimir Iurievici ANTIUFEEV, Vladimir Gheorghievici ALEXANDROV, Vadim Gheorghievici SHEVTSOV)

(Владимир АНТЮФЕЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 19.2.1951

Post tat-Twelid: Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa

Kien “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat” fir-reġjun separatist tat-Transnistrija. Kien viċi prim ministru tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, responsabbli għas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi. Fil-kapaċità tiegħu, kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Membru tal-Bord tal-intrapriża tal-Istat “United Engine Corporation”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

25.7.2014

88.

Alexey Alexeyevich GROMOV

(Алексей Алексеевич ГРОМОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 31.5.1960

Post tat-Twelid: Zagorsk (Sergiev Posad), il-Federazzjoni Russa

Bħala l-ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa responsabbli mill-għoti ta’ struzzjoni tal-mezzi ta’ komunikazzjoni Russi biex jieħdu pożizzjoni favorevoli mas-separatisti fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea, u b’hekk jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea.

30.7.2014

89.

Oksana TCHIGRINA,

Oksana Aleksandrovna CHIGRINA (CHYHRYNA)

(Оксана Александровна ЧИГРИНА)

Sess: mara

Data tat-twelid: possibilment 23.7.1981

Eks kelliema tal-hekk imsejjaħ “gvern” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” li għamlet dikjarazzjonijiet li jiġġustifikaw fost oħrajn it-twaqqigħ ta’ ajruplan militari Ukren, it-teħid ta’ ostaġġi, attivitajiet ta’ ġlied mill-gruppi armati illegali, li bħala konsegwenza pperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

Eks kelliema tas-Servizz tal-Istampa tal-LNR.

Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

30.7.2014

90.

Boris Alekseevich LITVINOV

(Борис Алексеевич ЛИТВИНОВ)

Borys Oleksiyovych LYTVYNOV

(Борис Олексійович ЛИТВИНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 13.1.1954

Post tat-Twelid: Dzerzhynsk (oblast ta’ Donetsk), l-Ukrajna

Eks membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” u ex president tal-hekk imsejjaħ “Kunsill Suprem” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” li kien responsabbli għall-politika u l-organizzazzjoni tar-“referendum” illegali li wasslu għall-proklamazzjoni tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, li kkostitwixxiet ksur tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Mexxej attwali tal-Partit Komunista tad-DNR.

30.7.2014

91.

Sergey Vadimovich ABISOV

(Сергей Вадимович АБИСОВ)

Sergiy (Serhiy) Vadymovych ABISOV

(Сергій Вадимович АБІСОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 27.11.1967

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Billi aċċetta l-ħatra tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” mill-President tar-Russja (digriet Nru 301) fil-5 ta’ Mejju 2014 u bl-azzjonijiet tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern” huwa dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tal-Ukrajna.

Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Intern tar-Repubblika tal-Krimea” f’Ġunju 2018. Assistent għall-“President” tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea.”

30.7.2014

92.

Arkady Romanovich ROTENBERG,

Arkadii Romanovich ROTENBERG

(Аркадий Романович РОТЕНБЕРГ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.12.1951

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Arkady Rotenberg huwa negozjant Russu prominenti, li għandu rabtiet personali mill-qrib mal-President Putin. Sa minn Marzu 2014, Rotenberg, jew il-kumpanniji tiegħu, irċevew kuntratti Statali li jammontaw għal aktar minn USD 7 biljun. Fl-2015, Rotenberg kien fil-quċċata tal-lista annwali ta’ kuntratti tal-gvern f’termini ta’ valur, wara li ngħata kuntratti li jiswew RUB 555 biljun mill-Gvern Russu. Ħafna minn dawn il-kuntratti ngħataw mingħajr proċessi kompetittivi formali. Fit-30 ta’ Jannar 2015, il-Prim Ministru Dmitry Medvedev iffirma digriet li ta lill-kumpannija Stroygazmontazh ta’ Rotenberg kuntratt Statali għall-bini tal-pont ta’ Kerch mir-Russja sar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment. Permezz ta’ dawn il-kuntratti hu bbenefika finanzjarjament minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli mill-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-lvant tal-Ukrajna.

Huwa s-sid tal-kumpannija Stroygazmontazh li ngħatat kuntratt Statali għall-bini tal-pont ta’ Kerch mir-Russja sar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” annessa illegalment u għalhekk jikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa li b’hekk imbagħad tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Bl-istess mod, f’Jannar 2017, Stroygazmontazh ingħatat kuntratt Statali li jiswa RUB 17-il biljun għall-bini ta’ linja ferrovjarja fuq il-pont ta’ Kerch li għal darb’oħra tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija tal-pubblikazzjoni Prosvescheniye, li notevolment implimentat il-proġett ’Lit-Tfal tar-Russja: Indirizz – Krimea’, kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi li tfasslet biex tikkonvinċi lit-tfal tal-Krimea li issa huma ċittadini Russi li jgħixu fir-Russja u b’hekk jappoġġaw il-politika tal-gvern Russu li tintegra l-Krimea fir-Russja.

30.7.2014

93.

Konstantin Valerevich MALOFEEV

(Константин Валерьевич МАЛОФЕЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 3.7.1974

Post tat-Twelid: Puschino, reġjun ta’ Moska, il-Federazzjoni Russa

Is-Sur Malofeev għandu rabtiet mill-qrib ma’ separatisti Ukreni fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea. Kien jimpjega lis-Sur Borodai, l-hekk imsejjaħ ex “Prim Ministru” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u ltaqa” mas-Sur Aksyonov, l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, matul il-perijodu tal-proċess tal-annessjoni tal-Krimea. Il-Gvern Ukren fetaħ investigazzjoni kriminali dwar l-allegat appoġġ materjali u finanzjarju tiegħu lis-separatisti. Barra minn hekk, huwa għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u l-inkorporazzjoni tal-Ukrajna fir-Russja u b’mod partikolari f’Ġunju 2014 iddikjara li “Ma tistax tinkorpora l-Ukrajna kollha kemm hi fir-Russja. Forsi l-Lvant (tal-Ukrajna)’.

Għalhekk is-Sur Malofeev qed jappoġġa d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

30.7.2014

94.

Yuriy Valentinovich KOVALCHUK

(Юрий Валентинович КОВАЛЬЧУК)

Sess: raġel

Data tat-twelid 25.7.1951

Post tat-Twelid: Leningrad, USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa’ grupp influwenti ta’ individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa l-president u l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 38 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta’ Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f’Sevastopol, biex b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna

30.7.2014

95.

Nikolay Terentievich SHAMALOV

(Николай Терентьевич ШАМАЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 24.1.1950

Post tat-Twelid: Il-Belarussja jew Moska jew Leningrad, USSR (Moska jew San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

Is-Sur Shamalov ilu jaf lill-President Putin għal żmien twil. Huwa kofundatur tal-hekk imsejħa Ozero Dacha, soċjetà kooperattiva li tlaqqa’ grupp influwenti ta’ individwi madwar il-President Putin.

Huwa qed jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja. Huwa t-tieni l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya, li fl-2013 kien jippossjedi madwar 10 % tiegħu, u li huwa kkunsidrat il-bank personali ta’ Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f’Sevastopol, biex b’hekk ikkonsolida l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn dan, il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta’ destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

30.7.2014

97.

Vladimir Petrovich KONONOV (magħruf ukoll bħala “Tsar”)

(Владимир Петровнч КОНОНОВ)

Volodymyr Petrovych KONONOV

(Володимир Петрович КОНОНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 14.10.1974

Post tat-Twelid: Gorsky, Oblast ta’ Luhansk, l-Ukrajna

Mill-14 ta’ Awwissu 2014, ħa post Igor Strelkov/Girkin, bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Hu maħsub li kkmanda diviżjoni ta’ ġellieda separatisti f’Donetsk minn April 2014 ’l hawn u wiegħed li jsolvi l-kompitu strateġiku li jwaqqaf l-aggressjoni militari tal-Ukrajna. Kononov b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Imneħħi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għad-Difiża” f’Settembru 2018.

Kap tad-Direttorat għall-Għajnuna Soċjali lil Membri tas-Servizz Irtirati u l-Edukazzjoni Patrijottika, taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”

12.9.2014

98.

Miroslav Vladimirovich RUDENKO

(Мирослав Владимирович РУДЕНКО)

Myroslav Volodymyrovych RUDENKO

(Мирослав Володимирович РУДЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.1.1983

Post tat-Twelid: Debaltsevo, l-Ukrajna

Assoċjat mal-“Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass”. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

12.9.2014

102.

Andrei Nikolaevich RODKIN

(Андрей Николаевич РОДКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 23.9.1976

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Eks Rappreżentant f’Moska tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, tkellem fost l-oħrajn dwar kif il-milizzji jinsabu lesti jmorru għal gwerra tal-gwerillieri u s-sekwestru tagħhom ta’ sistemi ta’ armi mill-forzi armati Ukreni. Huwa b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Wieħed mill-eks mexxejja tal-“Unjoni ta’ Voluntiera ta’ Donbas”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.9.2014

103.

Aleksandr Akimovich KARAMAN

(Александр Акимович КАРАМАН)

Alexandru CARAMAN

Sess: raġel

Data tat-twelid: 26.7.1956

Post tat-twelid, Cioburciu, distrett ta’ Slobozia, ir-Repubblika tal-Moldova

L-hekk imsejjaħ ex “Viċi Prim Ministru għall-Kwistjonijiet Soċjali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Assoċjat ma’ Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Protett tal-eks Viċi Prim Ministru tar-Russja Dmitry Rogozin. Eks Kap tal-“Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Sa Marzu 2017, l-hekk imsejjaħ “Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President” tal-hekk imsejħa “Repubblika Pridnestrovjana tal-Moldova” għall-Federazzjoni Russa.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

12.9.2014

104.

Georgiy L’vovich MURADOV

(Георгий Львович МУРАДОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 19.11.1954

Post tat-Twelid: Kochmes, Komi ASSR (issa l-Federazzjoni Russa)

L-hekk imsejjaħ ’Viċi Prim Ministru’ tal-Krimea u Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-Krimea għall-President Putin. Muradov qeda rwol importanti fil-konsolidazzjoni tal-kontroll istituzzjonali Russu fuq il-Krimea minn mindu saret l-annessjoni illegali. Huwa b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.9.2014

105.

Mikhail Sergeyevich SHEREMET

(Михаил Сергеевич ШЕРЕМЕТ)

Mykhaylo Serhiyovych SHEREMET

(Михайло Сергійович ШЕРЕМЕТ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 23.5.1971

Post tat-Twelid: Dzhankoy, l-Ukrajna

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Kien l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel Viċi Prim Ministru” tal-Krimea. Sheremet qeda rwol ewlieni fl-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tar-referendum tas-16 ta’ Marzu fil-Krimea dwar l-unifikazzjoni mar-Russja. Fi żmien ir-referendum, intqal li Sheremet ikkmanda lill-“forzi ta’ awtodifiża” favur Moska fil-Krimea. Huwa b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Elett fit-18 ta’ Settembru 2016 bħala deputat tad-Duma mill-Peniżola tal-Krimea annessa illegalment.

12.9.2014

106.

Yuri Leonidovich VOROBIOV

(Юрий Леонидович ВОРОБЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 2.2.1948

Post tat-Twelid: Krasnoyarsk, il-Federazzjoni Russa

Viċi Speaker tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Fl-1 ta’ Marzu 2014 Vorobiov appoġġa pubblikament, fil-Kunsill Federali, l-iskjerament tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Wara huwa vvota favur id-digriet relatat.

12.9.2014

107.

Vladimir Volfovich ZHIRINOVSKY

(Владимир Вольфович ЖИРИНОВСКИ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.4.1946

Post tat-Twelid: Alma-Ata, SSR Kazaka (issa l-Każakistan)

Membru tal-Kunsill tad-Duma tal-Istat; Mexxej tal-partit LDPR. Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Appella b’mod attiv li tinqasam l-Ukrajna. Iffirma, f’isem il-partit LDPR li huwa jippresiedi, ftehim mal-hekk imsejħa ’Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

12.9.2014

108.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV

(Владимир Абдуалиевич Васильев)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.8.1949

Post tat-Twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Minn Settembru 2018, Kap tar-Repubblika ta’ Dagestan.

12.9.2014

109.

Viktor Petrovich VODOLATSKY

(Виктор Петрович ВОДОЛАЦКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 19.8.1957

Post tat-Twelid: Stefanidin Dar, reġjun ta’ Rostov, il-Federazzjoni Russa

Eks President (“atman”) tal-Unjoni tal-Forzi Kosakki Russi u Barranin. Deputat tad-Duma tal-Istat. Viċi President tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewroasjatika u relazzjonijiet mal-kompatrijotti.

Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea u ammetta li l-Kosakki Russi kellhom involviment attiv fil-konflitt Ukren fuq in-naħa tas-separatisti appoġġati minn Moska. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

110.

Leonid Ivanovich KALASHNIKOV

(Леонид Иванович КАЛАШНИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 6.8.1960

Post tat-Twelid: Stepnoy Dvorets, il-Federazzjoni Russa

Kien l-Ewwel viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Attwalment President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti

12.9.2014

111.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

(Владимир Степанович НИКИТИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid 5.4.1948

Post tat-Twelid: Opochka, il-Federazzjoni Russa

Eks membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Membru tal-Presidium tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista tal-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

112.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

(Олег Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 21.3.1964

Post tat-Twelid: Ir-reġjun ta’ Rudny, reġjun ta’ Kostanai, SSR Kazaka (issa l-Każakistan)

Eks membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ politiki separatisti.

12.9.2014

113.

Ivan Ivanovich MELNIKOV

(Иван Иванович МЕЛЬНИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.8.1950

Post tat-Twelid: Bogoroditsk, il-Federazzjoni Russa

L-Ewwel Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

114.

Igor Vladimirovich LEBEDEV

(Игорь Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.9.1972

Post tat-Twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa

Viċi Speaker, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

115.

Nikolai Vladimirovich LEVICHEV

(Николай Владимирович ЛЕВИЧЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 28.5.1953

Post tat-Twelid: Pushkin, il-Federazzjoni Russa

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Attwalment membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali.

12.9.2014

116.

Svetlana Sergeevna ZHUROVA

(Светлана Сергеевна ЖУРОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid 7.1.1972

Post tat-Twelid: Pavlov-on-the-Neva, il-Federazzjoni Russa

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin, id-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvotat favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

12.9.2014

117.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

(Алексей Васильевич HAУМЕЦ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Eks kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. Mill-2018 Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Ajru.

12.9.2014

118.

Sergey Viktorovich CHEMEZOV

(Сергей Викторович ЧЕМЕЗОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 20.8.1952

Post tat-Twelid: Cheremkhovo, Irkutsk oblast, il-Federazzjoni Russa

Sergei Chemezov huwa wieħed minn dawk magħrufa bħala assoċjati mill-qrib mal-President Putin, it-tnejn kienu uffiċjali tal-KGB stazzjonati fi Dresden u huwa membru tal-Kunsill Suprem tar-’Russja Magħquda’. Huwa qiegħed igawdi mir-rabtiet tiegħu mal-President Russu billi ġie promoss għal karigi għoljin f’kumpanniji kkontrollati mill-Istat. Huwa jippresiedi l-konglomerat ta’ Rostec, il-korporazzjoni tad-difiża u l-manifattura industrijali ewlenija Russa kkontrollata mill-Istat. Wara deċiżjoni tal-gvern Russu, Technopromexport, sussidjarja ta’ Rostec, qed tippjana li tibni impjanti tal-enerġija fil-Krimea u b’hekk tappoġġa l-integrazzjoni tagħha fil-Federazzjoni Russa.

Barra minn hekk, Rosoboronexport, sussidjarja ta’ Rostec, appoġġat l-integrazzjoni ta’ kumpanniji tad-difiża mill-Krimea fl-industrija tad-difiża tar-Russja, u b’hekk ikkonsolidat l-annessjoni illegali tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

119.

Alexander Mikhailovich BABAKOV

(Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.2.1963

Post tat-Twelid: Chisinau, SSR Moldovana (issa r-Repubblika tal-Moldova)

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġislattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b’investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea.

Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Attwalment membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Viċi President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin.

12.9.2014

120.

Sergey Yurievich KOZYAKOV

(Сергей Юрьевич КОЗЬЯКОВ)

Serhiy Yuriyovych KOZYAKOV

(Сергій Юрійович КОЗЬЯКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 29.9.1982 jew 23.9.1982

Fil-kapaċità li kellu qabel bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali ta’ Luhansk” kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 fir-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bejn Ottubru 2015 u Diċembru 2017 hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, u billi organizza l-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Ikompli jappoġġa u jilleġittimizza politiki separatisti f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet separatisti.

29.11.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala. Oleh AKIMOV)

(Олег Константинович АКИМОВ)

Oleh Kostiantynovych AKIMOV

(Олег Костянтинович АКІМОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.9.1981

Post tat-Twelid: Luhansk, l-Ukrajna

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Sa mill-2014 ’l hawn huwa l-“Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tal-Għaqdiet tal-Ħaddiema” u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

29.11.2014

122.

Larisa Leonidovna AIRAPETYAN (magħrufa wkoll bħala Larysa AYRAPETYAN, Larisa AIRAPETYAN jew Larysa AIRAPETYAN)

(Лариса Леонидовна АЙРАПЕТЯН)

(Лариса Леонідівна АЙРАПЕТЯН)

Sess: mara

Data tat-twelid: 21.2.1970

Kienet l-hekk imsejjaħ “Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant hija appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Għadha attiva fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

29.11.2014

123.

Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO (magħruf ukoll bħala Yuriy SIVOKONENKO, Yury SIVOKONENKO, Yury SYVOKONENKO)

(Юрий Викторович СИВОКОНЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.8.1957

Post tat-Twelid: Belt ta’ Stalino (issa Donetsk), l-Ukrajna

Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u President tal-assoċjazzjoni pubblika l-Unjoni tal-Veterani tal-Berkut ta’ Donbass u membru tal-moviment pubbliku “Free Donbass”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

124.

Aleksandr Igorevich KOFMAN (magħruf ukoll bħala Oleksandr KOFMAN)

(Александр Игоревич КОФМАН)

(Олександр Ігорович КОФМАН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.8.1977

Post tat-Twelid: Makiivka (oblast ta’ Donetsk), l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ ex “Ministru għall-Affarijiet Barranin” u l-hekk imsejjaħ “L-Ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipat formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, għaldaqstant huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

Minn Ġunju 2019 President tal-hekk imsejħa “Awla Pubblika tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

29.11.2014

125.

Ravil Zakarievich KHALIKOV

(Равиль Закариевич ХАЛИКОВ)

Ravil Zakariyovych KHALIKOV

(Равіль Закарійович ХАЛІКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 23.2.1969

Post tat-Twelid: Ir-raħal ta’ Belozernoe, ir-rayon Romodanvskiy, l-USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

L-hekk imsejjaħ ex “L-Ewwel Viċi Prim Ministru u l-’Prosekutur Ġenerali” preċedenti tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment “aide” tal-kap tal-fergħa ta’ Moska tal-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa (GSU SK).

29.11.2014

127.

Oleg Evgenevich BUGROV

(Олег Евгеньевич БУГРОВ)

Oleh Yevhenovych BUHROV

(Олег Євгенович БУГРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 29.8.1969 jew 1973

Post tat-Twelid: Sverdlovsk, Luhansk, l-Ukrajna

L-eks “Ministru għad-Difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

128.

Lesya Mikhaylovna LAPTEVA

(Леся Михайловна ЛАПТЕВА)

Lesya Mykhaylivna LAPTIEVA

(Леся Михайлівна ЛАПТЄВА))

Sess: mara

Data tat-twelid: 11.3.1976

Post tat-Twelid: Dzhambul/Jambul/Taraz (il-Każakstan)

L-eks “Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

129.

Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Eduardovych MYCHAYLOV)

(Евгений Эдуардович МИХАЙЛОВ)

(Євген Едуардович МИХАЙЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 17.3.1963

Post tat-Twelid: Arkhangelsk, il-Federazzjoni Russa

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Kunsill tal-Ministri” (kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi) tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti.

29.11.2014

130.

Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

(Игорь Владимирович КОСТЕНОК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.3.1961

Post tat-Twelid: Vodyanske, Dobropilia Rayon, Donetsk oblast, l-Ukrajna

Водянское, Добропольский район Донецкой области, Украина

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment jaħdem għall-Akkademja Maniġerjali ta’ Donetsk u s-Servizz Pubbliku taħt l-hekk imsejjaħ ’Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

29.11.2014

131.

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

(Евгений Вячеславович ОРЛОВ

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983

Post tat-Twelid: Snezhnoye, reġjun ta’ Donetsk, l-Ukrajna

г. Снежное, Донецкой области, Украина

Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks president tal-moviment pubbliku “Donbass Ħieles”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

29.11.2014

132.

Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO

(Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

(Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 12.3.1964

Post tat-Twelid: Romny, Sumy oblast, l-Ukrajna

Ромны, Сумская область, Украина

Eks “Viċi Kap” tal-“Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

29.11.2014

134.

Alexey Yurevich MILCHAKOV (magħruf ukoll bħala Fritz, Serbjan)

(Алексей Юрьевич МИЛЬЧАКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.4.1991

Post tat-Twelid: San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa

Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna.

F’din il-kapaċità, huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna

16.2.2015

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN

(Эдуард Александрович БАСУРИН)

Eduard Oleksandrovych BASURIN

(Едуард Олександрович БАСУРІН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.6.1966

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Kelliem u Viċi Kap tal-“Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna

16.2.2015

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN

(Александр Васильевич ШУБИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-Twelid: Luhansk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Ġustizzja”, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” illegali. Eks President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imkeċċi minn president tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” f’Ġunju 2018.

Ikompli jappoġġa u jilleġittimizza l-politiki separatisti

16.2.2015

140.

Sergey Yurevich IGNATOV (magħruf ukoll bħala KUZOVLEV, TAMBOV)

(Сергей Юрьевич ИГНАТОВ (magħruf ukoll bħala КУЗОВЛЕВ ТAMБOB))

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.1.1967

Post tat-Twelid: Michhursk, Tambov oblast, il-Federazzjoni Russa

Мичуринск, Тамбовская область, Российская Федерация

L-hekk imsejjaħ eks Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Eks Kmandant tat-8 Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu.

16.2.2015

141.

Ekaterina Vladimirovna FILIPPOVA

(Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА)

Kateryna Volodymyrivna FILIPPOVA

(Катерина Володимирівна ФІЛІППОВА magħrufa wkoll bħala Ekaterina Vladimirovna GOGIASHVILI

(Екатерина Владимировна ГОГИАШВИЛИ)

Sess: mara

Data tat-twelid: 20.1.1988

Post tat-Twelid: Krasnoarmëisk

L-hekk imsejħa eks “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment Direttur għad-Dipartiment għall-organizzazzjoni tax-xogħol tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

16.2.2015

142.

Aleksandr Yurievich TIMOFEEV

(Александр Юрьевич ТИМОФЕЕВ)

Oleksandr Yuriyovych TYMOFEYEV

(Олександр Юрійович ТИМОФЕЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.5.1971

Post tat-Twelid: Nevinnomyssk, Stavropol Krai, il-Federazzjoni Russa

Невинномысск, Ставропольский край, Российская Федерация

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru tal-Finanzi u t-Taxxi” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imkeċċi bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Finanzi u t-Taxxi” f’Settembru 2018. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti

16.2.2015

143.

Evgeny Vladimirovich MANUYLOV

(Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ)

Yevhen Volodymyrovych MANUYLOV

(Євген Володимирович МАНУЙЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 5.1.1967

Post tat-Twelid: Baranykivka, Bilodvodsk Raion, ir-reġjun ta’ Luhansk, l-Ukrajna

с. Бараниковка Беловодского района Луганской области, Украина

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

144.

Viktor Vyacheslavovich YATSENKO

(Виктор Вячеславович ЯЦЕНКО)

Viktor Viacheslavovych YATSENKO

(Віктор В’ячеславович ЯЦЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.4.1985

Post tat-Twelid: Kherson, l-Ukrajna

Kien l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Komunikazzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” (sa Ottubru 2019).

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

145.

Olga Igorevna BESEDINA

(Ольга Игоревна БЕСЕДИНА)

Olha Ihorivna BESEDINA

(Ольга Ігорівна БЕСЕДІНА))

Sess: mara

Data tat-twelid: 10.12.1976

Post tat-Twelid: Luhansk, l-Ukrajna

L-hekk imsejħa ex “Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Eks kap tad-dipartiment tal-ekonomija barranija fl-Uffiċċju tal-Kap tal-“Amministrazzjoni ta’ Luhansk”.

16.2.2015

146.

Zaur Raufovich ISMAILOV

(Заур Рауфович ИСМАИЛОВ)

Zaur Raufovych ISMAYILOV

(Заур Рауфович ІСМАЇЛОВ

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.7.1978 (jew 23.3.1975)

Post tat-Twelid: Krasny Luch, Voroshilovgrad, reġjun ta’ Luhansk, l-Ukrajna

Kien l-hekk imsejjaħ “Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” (sa Ottubru 2017). Bħalissa jaġixxi bħala hekk imsejjaħ “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

16.2.2015

147.

Anatoly Ivanovich ANTONOV

(Анатолий Иванович АНТОНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid 15.5.1955

Post tat-Twelid: Omsk, il-Federazzjoni Russa

L-Eks Viċi Ministru għad-Difiża, u f’dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta’ truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f’dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Mit-28 ta’ Diċembru 2016 ’l hawn, Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Għandu pożizzjoni ta’ Ambaxxatur fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa.

16.2.2015

148.

Arkady Viktorovich BAKHIN

(Аркадий Викторович БАХИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.5.1956

Post tat-Twelid: Kaunas, il-Litwanja

L-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża ta’ qabel (sas-17 ta’ Novembru 2015) u, f’dik il-kapaċità, kien involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta’ truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f’dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Bħalissa jaħdmu ma’ Rosatom.

16.2.2015

149.

Andrei Valeryevich KARTAPOLOV

(Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 9.11.1963

Post tat-twelid: l-eks Repubblika Demokratika tal-Ġermanja

Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Id-Direttur ta’ qabel tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Viċi Ministru għad-Difiża sa minn Lulju 2018.

16.2.2015

151.

Valery Fedorovich RASHKIN

(Валерий Фëдoрoвич РАШКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 14.3.1955

Post tat-Twelid: Zhilino, reġjun ta’ Kaliningrad, il-Federazzjoni Russa

L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet ta’ Etniċità.

Huwa l-fondatur tal-moviment ċiviku ’Krassnaya Moskva - Red Moscow Patriotic Front Aid’ li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw is-separatisti, u b’hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda — ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

16.2.2015

152.

Ruslan Ismailovich BALBEK

(Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 28.8.1977

Post tat-Twelid: Bekabad, l-Użbekistan SSR (issa l-Użbekistan)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi.

Fl-2014 Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea” u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja “Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea”. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016.

9.11.2016

153.

Konstantin Mikhailovich BAKHAREV

(Константин Михайлович БАХАРЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 20.10.1972

Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kontroll u r-Regolamentazzjoni.

F’Marzu 2014 Bakharev inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”, u f’Awwissu 2014 bħala l-Ewwel Viċi President ta’ dak il-korp. Huwa ammetta l-involviment personali tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa appoġġa pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-22 ta’ Marzu 2016 u s-sit elettroniku c-pravada.ru fit-23 ta’ Awwissu 2016. Huwa ġie ppremjat bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea”.

9.11.2016

154.

Dmitry Anatolievich BELIK

(Дмитрий Анатольевич БЕЛИК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 17.10.1969

Post tat-Twelid: Id-distrett Kular Yansky, id-Distrett ta’ Yakut SSR awtonoma (issa l-Federazzjoni Russa)

Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kontroll u r-Regolamentazzjoni.

Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ “Sindku tal-Poplu” Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit elettroniku personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit elettroniku nation-news.ru.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ “Mertu lejn il-Patrija — it-tieni grad”.

9.11.2016

155.

Andrei Dmitrievich KOZENKO

(Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 3.8.1981

Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji.

F’Marzu 2014 Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fis-sit elettroniku gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta’ annessjoni ġie ppremjat b’midalja “Għad-difiża tar-Repubblika tal-Krimea” mill-“awtoritajiet” lokali.

9.11.2016

156.

Svetlana Borisovna SAVCHENKO

(Светлана Борисовна САВЧЕНКО)

Sess: mara

Data tat-twelid: 24.6.1965

Post tat-Twelid: Belogorsk, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura.

Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014 Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f’għadd ta’ okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u l-20 ta’ Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu “Għal servizzi lill-art tat-twelid”— grad II fl-2014 u bl-ordni “Għal-lealtà għad-dmir” mill-“awtoritajiet” tar-“Repubblika tal-Krimea” fl-2015.

9.11.2016

157.

Pavel Valentinovich SHPEROV

(Павел Валентинович ШПЕРОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 4.7.1971

Post tat-Twelid: Simferopol, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea” li ġiet annessa illegalment.

Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti.

F’Settembru 2014 Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Krimea”.

Huwa pubblikament ammetta, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit elettroniku ldpr-rk.ru fit-3 ta’ Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b’mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola.

9.11.2016

158.

Andrey Vladimirovich CHEREZOV (TSCHERESOW)

(Андрей Владимирович ЧЕРЕЗОВ)

Sess: raġel

Il-Viċi Ministru tal-Enerġija tal-Federazzjoni Russa.

Data tat-twelid: 12.10.1967

Post tat-Twelid: Salair, Kemerovskaya Oblast, il-Federazzjoni Russa

Iġorr parti mir-responsabbiltà għad-deċiżjoni li jiġu ttrasferiti turbini tal-gass li kienu ġew ikkonsenjati minn Siemens Gas Turbine Technologies OOO lil OAO VO Technopromexport, biex jiġu installati fil-Krimea. Din id-deċiżjoni tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta’ appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u tipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

4.8.2017

159.

Evgeniy Petrovich GRABCHAK

(Евгений Петрович ГРАБЧАК)

Sess: raġel

Kap tad-Dipartiment fil-Ministeru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa.

Data tat-twelid: 18.7.1981

Post tat-Twelid: Ust-Labinsk, Reġjun ta’ Krasnodar, il-Federazzjoni Russa

Responsabbli fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa għall-iżvilupp ta’ proġetti elettro-enerġetiċi fil-Krimea. Dawn il-proġetti jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ provvista tal-enerġija indipendenti għall- Krimea u Sevastopol bħala mezz ta’ appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jipperikolaw l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

4.8.2017

161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV

(Дмитрий Владимирович ОВСЯННИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.2.1977

Post tat-Twelid: Omsk, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks “Gvernatur ta’ Sevastopol” (sa Lulju 2019).

Ovsyannikov ġie elett bħala l-“Gvernatur ta’ Sevastopol” fl-elezzjonijiet tal-10 ta’ Settembru 2017 organizzati mill-Federazzjoni Russa fil-belt annessa illegalment ta’ Sevastopol.

Fit-28 ta’ Lulju 2016, il-President Putin ħatru bħala Aġent “Gvernatur ta’ Sevastopol”. F’din il-kapaċità, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-peniżola annessa illegalment tal-Krimea fi ħdan il-Federazzjoni Russa, u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-2017 għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi b’appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u fl-anniversarju tar-“referendum” illegali tal-Krimea. Huwa kkommemora l-veterani tal-hekk imsejħa “unitajiet ta’ awtodifiża” li ffaċilitaw l-iskjerament ta’ forzi Russi fil-peniżola tal-Krimea qabel ma saret l-annessjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, u appella biex Sevastopol issir il-Kapitali tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa.

Minn Ottubru 2019 ’l hawn Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ tal-Federazzjoni Russa.

21.11.2017

162.

Inna Nikolayevna GUZEYEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Nikolayevna GUZEEVA

(Инна Николаевна ГУЗЕЕВА)

Inna Mykolayivna HUZIEIEVA

(Інна Миколаївна ГУЗЄЄВА))

Sess: mara

Data tat-twelid: 20.5.1971

Post tat-Twelid: Il-Krimea, l-Ukrajna

Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018 u l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

163.

Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO /Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO

(Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО)

Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO

(Наталія Іванівна БЕЗРУЧЕНКО)

Sess: mara

Data tat-twelid: 22.8.1979

Post tat-Twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna

Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018 u l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

165.

Miroslav Aleksandrovich POGORELOV

(Мирослав Александрович ПОГОРЕЛОВ)

Myroslav Oleksandrovych POHORIELOV

(Мирослав Олександрович ПОГОРЄЛОВ))

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.6.1968

Eks Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol (sa Mejju 2019). F’din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

166.

Anastasiya Nikolayevna KAPRANOVA

(Анастасия Николаевна КАПРАНОВА)

Anastasiya Mykolayivna KAPRANOVA

(Анастасія Миколаївна КАПРАНОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 1964 (possibbilment: 21 ta’ April)

Eks Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol (sa Mejju 2019). F’din il-kapaċità hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

14.5.2018

167.

Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA

(Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА)

Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA

(Ольга Валеріївна ПОЗДНЯКОВА)

Sess: mara

Data tat-twelid: 30.3.1982

Post tat-Twelid: Shakhty, Oblast ta’ Vologodsk, USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

L-Eks “President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ ’Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’.

10.12.2018

168.

Elena Valerievna KRAVCHENKO/Elena Valeryevna KRAVCHENKO

(Елена Валериевна КРАВЧЕНКО)

Olena Valeriyivna KRAVCHENKO

(Олена Валеріївна КРАВЧЕНКО)

Sess: mara

Data tat-twelid: 22.2.1983

Post tat-Twelid: Sverdlovsk (Ekaterinburg), USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

“President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk appoġġat azzjonijiet u implimentat b’mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna

10.12.2018

169.

Leonid Ivanovich PASECHNIK

(Леонид Иванович ПАСЕЧНИК)

Leonid Ivanovych PASICHNYK

(Леонід Іванович ПАСІЧНИК))

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.3.1970

Post tat-Twelid: Voroshilovgrad, Luhansk, Voroshilovghrad Oblast, SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna)

“Mexxej elett” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

170.

Vladimir Anatolievich BIDYOVKA/Vladimir Anatolievich BIDEVKA

(Владимир Анатольевич БИДЁВКА)

Volodymyr Anatoliyovych BIDIOVKA

(Володимир Анатолійович БІДЬОВКА)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.3.1981

Post tat-Twelid: Makeevka, Oblast ta’ Donetsk, l-Ukrajna

“President” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

171.

Denis Nikolaevich MIROSHNICHENKO

(Денис Николаевич МИРОШНИЧЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.12.1987

Post tat-Twelid: Luhansk, l-Ukrajna

“President” tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa appoġġa u implimenta b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

172.

Aleksey Alekseevich NAYDENKO

(Алексей Алексеевич НАЙДЕНКО)

Oleksii Oleksiyovych NAYDENKO

(Олексій Олексійович НАЙДЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 2.6.1980

Post tat-Twelid: Donetsk, l-Ukrajna

“Viċi President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, u b’hekk appoġġat azzjonijiet u implimentat b’mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

173.

Vladimir Yurievich VYSOTSKIY

(Владимир Юрьевич ВЫСОЦКИЙ)

Volodymyr Yuriyovych VYSOTSKYI

(Володимир Юрійович ВИСОЦЬКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.4.1985

Post tat-Twelid: Ir-“Repubblika Awtonoma tal-Krimea”, l-Ukrajna

L-Eks “Segretarju” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. F’din il-kapaċità, ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk appoġġa azzjonijiet u implimentat b’mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

“Aġent Kap” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

10.12.2018

174.

Maksim Aleksandrovich SVIDCHENKO

(Максим Александрович СВИДЧЕНКО)

Maksym Oleksandrovych SVIDCHENKO

(Максим Олександрович СВІДЧЕНКО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 6.4.1978

“Viċi President” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità, ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk appoġġa azzjonijiet u implimentat b’mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

10.12.2018

175.

Ekaterina Vasilyevna TERESHCHENKO/Ekaterina Vasilievna TERESHCHENKO

(Екатерина Васильевна ТЕРЕЩЕНКО)

Kateryna Vasylivna TERESHCHENKO

(Катерина Василівна ТЕРЕЩЕНКО)

Sess: mara

Data tat-twelid: 31.5.1986

“Segretarju” tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħin “elezzjonijiet” tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna

10.12.2018

176.

Sergey Nikolayevich STANKEVICH

(Сергей Николаевич Станкевич)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.1.1963

Post tat-Twelid: Kaliningrad, il-Federazzjoni Russa

Kap tad-Direttorat għall-Fruntieri tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol”, Kontrammirall. F’din il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-flotta navali tal-gwardja tal-kosta tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 għall-konsolidazzjoni tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

177.

Andrey Borisovich SHEIN

(Андрей Борисович ШЕИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.6.1971

Post tat-Twelid: Ivanovskaya Oblast, il-Federazzjoni Russa

Viċi Kap tad-Direttorat għall-Fruntieri - Kap tal-Unità tal-Gwardja tal-Kosta tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa għar-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol.” F’din il-kapaċità, huwa pparteċipa f’operazzjonijiet kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom waqt l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

178.

Aleksey Mikhailovich SALYAEV/

Aleksey Mikhailovich SALYAYEV

Oleksii Mykhailovych SALIAIEV

(Алексей Михайлович САЛЯЕВ, Олексій Михайлович САЛЯЄВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.8.1978 jew 4.12.1975

Uffiċjal kmandant tad-dgħajsa tal-pattulji tal-fruntieri “Don” (numru tar-reġistrazzjoni 353) tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa b’mod attiv f’azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom fil-25 ta’ Novembru 2018, u mexxa attakk fuq il-lanċa tal-irmonk estwarja, “Yany Kapu”, tal-Flotta Navali Ukrena. Dawk l-azzjonijiet ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov u b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

179.

Andrei Olegovich SHIPITSIN / SHYPITSIN

(Андрей Олегович ШИПИЦИН / Андрій Олегович ШІПІЦИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 25.12.1969

Post tat-Twelid: Astrakhan, il-Federazzjoni Russa

Uffiċjal kmandant tad-dgħajsa tal-pattulji tal-fruntieri “Izumrud” tas-Servizz tal-Gwardja tal-Fruntiera tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Huwa kellu l-kmand tal-bastiment li pparteċipa b’mod attiv f’azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġ tagħhom fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

181.

Ruslan Alexandrovich ROMASHKIN

(Руслан Александрович РОМАШКИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.6.1976

Post tat-Twelid: Ruzaevka, Mordovia (il-Federazzjoni Russa)

Kap tas-Servizz tal-Punt ta’ Kontroll fir-“Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta’ Sevastopol” tas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol, kien responsabbli mill-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

182.

Sergey Alekseevich SHCHERBAKOV

(Сергей Алексеевич ЩЕРБАКОВ; Сергій Олексійович ЩЕРБАКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 2.11.1986

Huwa kellu l-kmand tal-bastiment sottomarin “Suzdaets” tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa li pparteċipa fl-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa kontra bastimenti Ukreni u l-ekwipaġġi tagħhom fil-25 ta’ Novembru 2018, u pparteċipa b’mod attiv fl-imblokk tal-lanċa tal-irmonk “Yany Kapu” u l-qbid tal-gunboat armata “Nikopol”. Dawk l-azzjonijiet ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov u b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

”1.

Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea““Chernomorneftegaz”

(qabel magħrufa bħala PJSC Chernomorneftegaz)

Prospekt Kirov 52, Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna 295000

пр.Кирова 52, г. пр.Кирова52, г.Симферополь, Крым, Украина 295000

Nru tat-telefon:

+7 (3652) 66-70-00

+7 (3652) 66-78-00

office@gas.crimea.ru

Fis-17.3.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-29.11.2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea““Chernomorneftegaz” (Государственное унитарное предприятие Республики Крым “Черноморнефтегаз”). Fundatur: Il-Ministeru għall-Fjuwil u l-Enerġija tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство топлива и энергетики Республики Крым).

12.5.2014

5.

L-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta’ Novorossiya”

“Федеративное государство Новороссия”

“Federativnoye Gosudarstvo Novorossiya”

Riżorsi tal-media:

http://novopressa.ru/

http://novorossia-tv.ru/

http://novorossia.today/

http://novorossiia.ru/

https://www.novorosinform.org/

Fl-24 ta’ Mejju 2014, l-hekk imsejħin “Repubbliki tal-Poplu” ta’ Donetsk u Luhansk iffirmaw ftehim dwar il-ħolqien tal-hekk imsejjaħ “Stat Federali ta’ Novorossiya” li mhux rikonoxxut.

Dan huwa bi ksur tal-liġi kostituzzjonali Ukrena, u, bħala konsegwenza, tad-dritt internazzjonali, u għaldaqstant jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.7.2014

6.

Unjoni Internazzjonali ta’ Assoċjazzjonijiet Pubbliċi “Great Don Army”

Международный Союз Общественных Объединений “Всевеликое Войско Донское”

Informazzjoni uffiċjali:

http://xn--80aaaajfjszd7a3b0e.xn--p1ai/

http://казакнацгвард.рф/

Nru tat-telefon:

+7-8-908-178-65-57

Media soċjali: Gwardja Nazzjonali Kosakka http://vk.com/kazak_nac_guard

Indirizz: 346465 il-Federazzjoni Russa, ir-Reġjun ta’ Rostov, id-Distrett ta’ October, St Zaplavskaya, Str Shosseynaya 1

It-tieni indirizz: Voroshilkovskiy Prospekt 12/85–87/13, Rostov-on-Don, il-Federazzjoni Russa

Dereġistrat fl-2017.

Il-“Great Don Army” stabbilixxiet il-“Gwardja Nazzjonali Kosakka”, responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant ipperikolat l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll heddet l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur Nikolay Kozitsyn, li huwa Kmandant tal-forzi Kosakki u responsabbli għat-tmexxija tas-separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant li qed jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren.

25.7.2014

7.

“Sobol”

“СОБОЛЬ”

Informazzjoni uffiċjali:

http://soboli.net

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

http://www.русскоедвижение.рф/

Nru tat-telefon:

(0652) 60-23-93

Indirizz elettroniku: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: l-Ukrajna, il-Krimea, Simferopol, Triq Kiev, 4 (area bus station “Central”).

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u għaldaqstant tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ ta’ separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fil-Lvant tal-Ukrajna, u għaldaqstant thedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

8.

L-hekk imsejħa “Gwardja ta’ Luhansk”

“Луганская гвардия”

Media soċjali u informazzjoni oħra:

https://vk.com/luguard

http://vk.com/club68692201

https://vk.com/luguardnews

Milizzja għall-awtodifiża ta’ Luhansk, responsabbli għat-taħriġ ta’ separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Assoċjata mas-Sur German PROKOPIV, mexxej attiv li huwa responsabbli li ħa parti fit-teħid tal-bini tal-uffiċċju reġjonali ta’ Luhansk tas-Servizz tas-Sigurtà Ukren u rreġistra filmat b’dikjarazzjoni lill-President Putin u r-Russja mill-bini okkupat.

25.7.2014

16.

Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (qabel magħrufa bħala ċ-Ċentru “Nizhnyaya Oreanda” Санаторий “Нижняя Ореанда”)

Iċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda”, 298658, Yalta, Oreanda, House 12, l-Ukrajna

Санаторий ’Нижняя Ореанда’, 298658, г. Ялта, пгт. Ореанда, дом 12, Украина

marketing@oreanda-resort.ru

+7 (3654) 31-25-48

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fil-21 ta’ Marzu 2014 l-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni “Dwar il-kwistjonijiet tal-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni ta’ sanatorji u ċentri” Nru 1767-6/14 li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu liċ-ċentru “Nizhnyaya Oreanda” f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrata mill-ġdid fid-9 ta’ Ottubru 2014 bħala Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Sanatorium Nizhnyaya Oreanda” tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (ФЕДЕРАЛЬНОЕ ГОСУДАРСТВЕННОЕ БЮДЖЕТНОЕ УЧРЕЖДЕНИЕ “САНАТОРИЙ ’НИЖНЯЯ ОРЕАНДА’ УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (УПРАВЛЕНИЯ ДЕЛАМИ ПРЕЗИДЕНТА РОССИЙСКОЙ ФЕДЕРАЦИИ).

25.7.2014

17.

Intrapriża tar-Repubblika tal-Krimea “Azov distillery plant“

Крымское республиканское предприятие “Азовский ликёро-водочннй завод”

Azovsky likerovodochny zavod

Triq Zheleznodorozhnaya 40, 296178 Azovskoye, distrett ta’ Jankoysky, l-Ukrajna

ул. Железнодорожная, 40, 296178 пгт. Азовское, Джанкойский район, Украина

kodiċi: 01271681

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kuntrarjament għal-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta’ Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lil “Azovsky likerovodochny zavod” f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

Għaddejjin proċedimenti ta’ falliment.

25.7.2014

19.

Istituzzjoni tal-baġit tal-Istat Federali għax-xjenza u r-riċerka “Istituzzjoni nazzjonali ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid l-Akkademja tax-Xjenzi Russa ‘Magarach’”

Федеральное государственное бюджетное учреждение науки “Всероссийский национальный научно-исследовательский институт виноградарства и виноделия ’Магарач’ РАН”

(Qabel magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’”

Qabel magħrufa bħala: “Intrapriża statali ‘Magarach’ tal-istitut nazzjonali tal-inbid”

Государственное предприятие Агрофирма “Магарач” Национального института винограда и вина “Магарач”

Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”)

298600, Triq Kirov, 31, Yalta, Krimea, l-Ukrajna

298600, ул. Кирова, 31, г. Ялта, Крым, Украина

magarach@rambler.ru

Is-sjieda tal-entità ġiet trasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta’ Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali “Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma ‘Magarach’ nacionalnogo instituta vinograda i vina ‘Magarach’” f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea. Irreġistrat mill-ġdid fil-15 ta’ Jannar 2015 bħala Istituzzjoni Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” (Государственное бюджетное учреждение Республики Крым ’Национальный научно-исследовательский институт винограда и вина “Магарач”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Biedja tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство сельского хозяйства Республики Крым).

Fis-7 ta’ Frar 2017 l-Intrapriża Unitarja Statali tal-Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach” tar-“Repubblika tal-Krimea” ġie ttrasformat f’faċilità xjentifika Baġitarja Federali “Istituzzjoni nazzjonali ta’ riċerka xjentifika Russa għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid ‘Magarach’, Akkademja Russa tax-Xjenzi.

25.7.2014

25.

Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk (Mir Luganschine) Мир Луганщине

https://mir-lug.info/

Indirizz: Triq Karl Marx 7, Luhansk, l-Ukrajna,

улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина

info@mir-lug.info

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijiet” illegali hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna.

29.11.2014

32.

Battaljun Zarya

Батальон “Заря”

https://vk.com/public73385255

Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Allegatament parti mill-hekk imsejjaħ “Tieni Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

16.2.2015

35.

Battaljun Kalmius

Батальон “Кальмиус”

 

Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imsejjaħ ukoll il-Brigata tal-Gwardja tal-Artillerija Separata (unità 08802), parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

16.2.2015”


Top