Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0952

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/952 tas-26 ta’ Ġunju 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra

ST/14207/2019/INIT

ĠU L 212, 3.7.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/952/oj

Related international agreement

3.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/952

tas-26 ta’ Ġunju 2020

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, (2) (il-'Ftehim') ġie ffirmat fil-10 ta' Ġunju 2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/398/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill (3).

(2)

Il-Ftehim ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha, minbarra r-Repubblika tal-Kroazja, li taderixxi mal-Ftehim f'konformità mal-Att tal-Adeżjoni tal-2012. Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja (4) ġie ffirmat fid-19 ta' Frar 2015 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/372 (5).

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat f'isem l-Unjoni.

(4)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Unjoni li t-territorji li ġew f'idejn l-amministrazzjoni ta' Iżrael f'Ġunju 1967 mhumiex parti mit-territorju tal-Istat ta' Iżrael.

(5)

L-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2013/398/UE jinkludu dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet u dwar ir-rappreżentanza fir-rigward ta' diversi kwistjonijiet stipulati fil-Ftehim. Fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' April 2015 fil-Każ C-28/12 (6), il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet titwaqqaf. Wara li ġew ikkunsidrati t-Trattati, mhumiex meħtieġa dispożizzjonijiet ġodda dwar dawk il-kwistjonijiet u mhumiex aktar meħtieġa d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta' informazzjoni lill-Kummissjoni stipulat fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2013/398/UE. Konsegwentement, jenħtieġ li l-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 4 u l-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2013/398/UE jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (7).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagtħi n-notifika prevista fl-Artikolu 30(2) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt skont il-punt (a) tal-Artikolu 27(6) tal-Ftehim dwar l-inklużjoni ta' leġislazzjoni tal-Unjoni fl-Anness IV għall-Ftehim, soġġett għal kwalunkwe aġġustament tekniku meħtieġ, għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni, wara li tiġi ppreżentata għall-konsultazzjoni lill-Kunsill jew il-korpi preparatorji tiegħu, kif deċiż mill-Kunsill.

Artikolu 4

Il-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 4 u l-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2013/398/UE għandhom jieqfu japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A. METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Kunsens tas-17 ta’ Ġunju 2020 (għadu ma ġiex ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)   ĠU L 208, 2.8.2013, p. 3.

(3)  Id-Deċiżjoni 2013/398/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tal-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra (ĠU L 208, 2.8.2013, p. 1).

(4)   ĠU L 64, 7.3.2015, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/372 tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-gvern tal-Istat ta' Iżrael min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 64, 7.3.2015, p. 1).

(6)  Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' April 2015, il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, Kawża C-28/12, ECLI:EU:C:2015:282.

(7)  Il-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 208, 2.8.2013, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


Top