This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0435
Council Decision (CFSP) 2020/435 of 23 March 2020 amending Decision 2011/173/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Bosnia and Herzegovina
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/435 tat-23 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/435 tat-23 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina
ST/6355/2020/INIT
ĠU L 89, 24.3.2020, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/435
tat-23 ta’ Marzu 2020
li temenda d-Deċiżjoni 2011/173/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/173/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bożnija-Ħerzegovina. |
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta’ Marzu 2021. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/173/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2011/173/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 68).