Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0244

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/244 tal-20 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

ST/12409/2016/INIT

ĠU L 52, 25.2.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/244/oj

Related international agreement

25.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/244

tal-20 ta’ Jannar 2020

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 (2), il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2015, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Il-Ftehim huwa pass importanti lejn involviment politiku u ekonomiku akbar tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali. Billi jsaħħaħ id-djalogu politiku u jtejjeb il-kooperazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, dan ser ikun il-bażi għal relazzjoni bilaterali iktar effettiva mar-Repubblika tal-Każakistan.

(3)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jagħtu, f’isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 281(1) tal-Ftehim, biex ikun espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Ftehim (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Kunsens tat-12 ta’ Diċembru 2017 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 tas-26 ta’ Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 29, 4.2.2016, p. 1).

(3)  Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 29, 4.2.2016, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top