This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0296
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/296 of 20 February 2019 correcting certain language versions of Implementing Regulation (EU) 2016/2286 laying down detailed rules on the application of fair use policy and on the methodology for assessing the sustainability of the abolition of retail roaming surcharges and on the application to be submitted by a roaming provider for the purposes of that assessment (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/296 tal-20 ta' Frar 2019 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/296 tal-20 ta' Frar 2019 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/1101
ĠU L 50, 21.2.2019, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/296
tal-20 ta' Frar 2019
li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6d(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Greċja, tal-Olanda u tal-Portugall tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 (2) fihom żball fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) fir-rigward tal-kalkolu tal-volum ta' servizzi ta' roaming tad-dejta bl-imnut li l-klijent tar-roaming se jkun jista' jikkonsma waqt li jivvjaġġa perjodikament fl-Unjoni, fil-każ li tiġi applikata politika tal-użu ġust mill-fornitur tar-roaming. |
(2) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Greċja, tal-Olanda u tal-Portugall tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għalhekk jenħtieġ li jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46).