Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D1152

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1152 tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ST/9682/2018/INIT

    ĠU L 210, 21.8.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1152/oj

    21.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 210/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1152

    tas-26 ta' Ġunju 2018

    dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

    (2)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (‘il-Ftehim’). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-8 ta' Diċembru 2017.

    (3)

    L-għan tal-Ftehim huwa li jġib il-ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru bejn 27 Stat Membru u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    (4)

    Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (‘il-Ftehim’) huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ġunju 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. ZAHARIEVA


    Top