This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1242
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/1242 of 10 July 2017 amending Implementing Regulation (EU) No 809/2014 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1306/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to the integrated administration and control system, rural development measures and cross-compliance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1242 tal-10 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1242 tal-10 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità
C/2017/4639
ĠU L 178, 11.7.2017, p. 4–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R1173
11.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1242
tal-10 ta' Lulju 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) u (b) u l-Artikolu (78)(b) u (c) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjonijiet ta' għajnuna għall-bhejjem u mat-talbiet għall-pagamenti skont il-miżuri ta' appoġġ relatati mal-annimali. Fil-każ ta' ċiklu tal-produzzjoni qasir b'rata għolja ta' sostituzzjoni tal-annimali, l-għadd ta' annimali li fuqu titressaq talba għall-pagament għall-bhejjem skont il-miżura prevista fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jista' jinbidel b'mod sinifikanti matul is-sena tat-talba. Dan jista' jwassal għal differenza sostanzjali bejn l-għadd ta' annimali ddikjarat fit-talba għall-pagament għall-bhejjem u l-għadd ta' annimali li eventwalment se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar tal-benessri. B'konsegwenza ta' dan, l-għadd ta' annimali ddikjarat fit-talba għall-pagament għall-bhejjem jirriżulta li huwa biss indikattiv. Fir-rigward ta' dawk l-ispeċijiet b'ċiklu ta' produzzjoni qasir, l-Istati Membri għaldaqstant jenħtieġ li jitħallew jistabbilixxu sistema li tippermetti li l-benefiċjarju japplika għall-appoġġ fir-rigward tal-annimali kollha li jikkwalifikaw għall-appoġġ f'data jew matul perjodu determinat mill-Istat Membru. Fin-nuqqas ta' bażi ta' dejta kompjuterizzata, għandu jkun possibbli li jiġi stabbilit l-għadd attwali ta' annimali abbażi taċ-ċertifikati tat-tbiċċir jew ta' dokumenti ta' sostenn oħra sottomessi lill-awtorità kompetenti wara d-data tas-sottomissjoni tat-talba għall-pagament għall-bhejjem. |
(2) |
L-applikazzjoni ta' kriterji tal-għażla mhijiex obbligatorja għall-miżuri kollha jew għat-tipi kollha ta' operazzjonijiet. Għaldaqstant, il-verifiki amministrattivi mwettqa fuq l-applikazzjonijiet għall-appoġġ għandhom jinkludu biss il-verifika ta' dak l-element meta jkun meħtieġ. |
(3) |
Il-verifika ta' kemm huma ġustifikati l-ispejjeż issir fl-istadju tal-verifiki amministrattivi relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ u abbażi ta' sistema ta' evalwazzjoni definita. Madankollu, għandhom japplikaw regoli speċifiċi meta r-riskju tal-ispejjeż mhux ġustifikati jkun baxx jew meta l-kontenut tal-ispejjeż ma jkunx jista' jiġi definit qabel l-implimentazzjoni tal-operazzjoni. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-ammont ta' appoġġ jista' jiġi stabbilit abbażi ta' skali standard ta' spejjeż unitarji, somom f'daqqa jew rati fissi. F'każijiet bħal dawn, il-verifiki amministrattivi ma għandhomx jinkludu l-verifika tal-ammont tal-ispejjeż imġarrba u l-pagamenti li jkunu saru mill-benefiċjarju. |
(5) |
Ir-regoli dwar il-verifiki li japplikaw għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu adattati biex jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza mar-regoli ta' ġestjoni u kontroll stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (5) u biex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-appoġġ mogħti fil-forma ta' strument finanzjarju. |
(6) |
In-nefqa soġġetta għall-verifiki fuq il-post ma għandhiex tkun in-nefqa li għandha titħallas, iżda n-nefqa li tkun intalbet mingħand l-aġenzija tal-pagamenti. Billi n-nefqa li għandha titħallas tista' tiġi ddeterminata biss wara li jkunu tlestew il-verifiki kollha, jekk dik in-nefqa tkun soġġetta għall-verifiki, il-kisba tar-rata tal-kontroll ma tkunx prevedibbli. Barra minn hekk, in-nefqa soġġetta għall-verifiki fuq il-post ma għandhiex tinkludi l-infiq magħmul mill-aġenzija tal-pagamenti biss għall-pagamenti bil-quddiem, billi dik in-nefqa ma tikkorrispondix man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarju. Ukoll, in-nefqa relatata mal-istrumenti finanzjarji jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biex tinkiseb ir-rata minima ta' kontroll sal-punt biss li tkun effettivament ivverifikata mill-awtorità kompetenti. Biex jiġi żgurat li r-rata minima ta' kontroll tiġi ssodisfata kull sena kalendarja, jenħtieġ li l-verifiki jitwettqu sad-data prevista għas-sottomissjoni tad-dejta ta' kontroll u tal-istatistika ta' kontroll stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
(7) |
Biex il-verifiki ma jiġux ripetuti bla bżonn, il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru biss l-elementi li jkunu għadhom ma ġewx soġġetti għal verifiki amministrattivi. |
(8) |
Skont l-Artikoli 48 u 51 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, il-verifiki għandhom jivverifikaw il-konformità ma', inter alia, il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji u obbligi oħra. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 50(4)(a) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, il-kampjun tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu verifikati fuq il-post irid iqis il-ħtieġa li jiġi vverifikat kombinament xieraq ta' tipi u daqsijiet ta' operazzjonijiet. Għaldaqstant, huma meħtieġa d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-miżuri dwar is-suġġett jew l-intensità tal-verifiki stipulati fl-Artikoli 54 sa 59 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014. |
(9) |
Fir-rigward tal-penali amministrattivi, f'kull każ, in-nefqa kkontrollata għandha tkun in-nefqa li tkun intalbet, biex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-operazzjonijiet li jintgħażlu u ta' dawk li ma jintgħażlux għall-verifiki fuq il-post. |
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
(11) |
L-emendi li saru b'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-appoġġ jew għat-talbiet għall-pagament relatati mas-snin tat-talba jew mal-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018. Madankollu, filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet li ħabtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri fis-sena tat-talba 2015 meta kellhom jadattaw is-sistemi tagħhom sad-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tat-talba għall-pagament għall-bhejjem stabbilita fl-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014, kif ukoll għas-sistema ta' riduzzjonijiet, esklużjonijiet u penali prevista fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (6), id-dispożizzjoni li tippermetti l-għadd reali ta' annimali ta' speċijiet b'ċiklu ta' produzzjoni qasir li għandu jkun stabbilit abbażi ta' ċertifikati tat-tbiċċir jew dokumenti ta' sostenn oħra sottomessi lill-awtorità kompetenti wara s-sottomissjoni tat-talba għall-pagament għall-bhejjem, għandha tapplika għat-talbiet għall-pagament relatati mas-snin tat-talba li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej: “4a. Għal speċijiet b'ċiklu ta' produzzjoni qasir appoġġati skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jistgħu, fin-nuqqas ta' bażi tad-dejta kompjuterizzata, jintroduċu proċeduri li bihom id-dejta li tinsab fiċ-ċertifikati tat-tbiċċir jew f'dokumenti ta' sostenn oħra tintuża għall-iskopijiet tat-talba għall-pagament għall-bhejjem. Dik id-dejta għandha toffri l-livell tal-assigurazzjoni u tal-implimentazzjoni meħtieġ għall-ġestjoni xierqa tal-miżura ta' appoġġ involuta fil-livell tal-annimali individwali. Il-proċeduri msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jikkonsistu minn sistema li skontha benefiċjarju japplika għall-appoġġ fir-rigward tal-annimali kollha li, fid-data stabbilita mill-Istat Membru jew matul perjodu stabbilit minnu, ikunu jikkwalifikaw għall-appoġġ abbażi tad-dejta li tinsab fiċ-ċertifikati tat-tbiċċir jew f'dokumenti ta' sostenn oħra. F'dak il-każ, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-miżura ta' appoġġ inkwistjoni, id-data jew il-perjodu msemmija fit-tieni sottoparagrafu jkunu identifikati u magħrufa sew mill-benefiċjarju.” |
(2) |
L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Jitħassru l-Artikoli 54 sa 59. |
(6) |
Fl-Artikolu 60, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. B'deroga mill-Artikolu 48(2)(e), fir-rigward ta' operazzjonijiet implimentati minn grupp ta' azzjoni lokali u li jkopru grupp ta' proġetti b'tema komuni, il-verifika ta' kemm huma raġonevoli l-ispejjeż tista' titwettaq fl-istadju tal-verifiki amministrattivi fuq it-talbiet għall-pagament għal dak il-grupp ta' proġetti.” |
(7) |
L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-piena amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata mutatis mutandis għan-nefqa mhux eliġibbli identifikata waqt il-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 49.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika għal applikazzjonijiet għall-appoġġ jew għal talbiet għall-pagament b'rabta mas-snin tat-talba jew mal-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta' Jannar 2018.
Madankollu, il-punt 1 tal-Artikolu 1 għandu japplika għal talbiet għall-pagament għall-bhejjem b'rabta mas-snin tat-talba li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
(6) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta' pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).