This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0994
Council Decision (CFSP) 2017/994 of 12 June 2017 amending Decision (CFSP) 2016/849 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/994 tat-12 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/994 tat-12 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 149, 13.6.2017, p. 75–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/994
tat-12 ta' Ġunju 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, il-Kunsill irriveda l-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li persuna waħda u entità waħda għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(4) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandhom jiġu aġġornati. |
(5) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CAMILLERI
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
ANNESS
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, it-Taqsimiet I u II huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:
“I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom
A. Persuni
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Data tad-deżinjazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
1. |
CHON Chi Bu |
CHON Chi-bu |
|
22.12.2009 |
Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon. Permezz ta' ritratti sar magħruf li għandu rabtiet ma' reattur nukleari fis-Sirja qabel ma ġie bbumbardjat mill-Iżrael fl-2007. |
2. |
CHU Kyu-Chang |
JU Kyu-Chang JU Kyu Chang |
Data tat-twelid: 25.11.1928 Post tat-twelid: Provinċja ta' Nofsinhar ta' Hamyo'ng, RDPK |
22.12.2009 |
Ex-membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC). Ex-Direttur tad-dipartiment tal-munizzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Irraportat li kien ma' KIM Jong Un fuq vapur tal-gwerra fl-2013. Direttur tal-Machine Building Industry Department tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
3. |
HYON Chol-hae |
HYON Chol Hae |
Data tat-twelid:1934 Post tat-twelid: Manchuria, Ċina. |
22.12.2009 |
Marixall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean minn April 2016. Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean (konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. |
4. |
KIM Yong-chun |
Young-chun KIM Yong Chun |
Data tat-twelid: 4.3.1935 Numru tal-passaport: 554410660 |
22.12.2009 |
Marixall tal-Armata Militari tal-Poplu Korean. Ex-Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC). Ex-Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari. Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. |
5. |
O Kuk-Ryol |
O Kuk Ryol |
Data tat-twelid:1931 Post tat-twelid: Provinċja ta' Jilin, Ċina. |
22.12.2009 |
Ex-Viċi President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), issorvelja l-akkwist barra mill-pajjiż ta' teknoloġija avvanzata għal programmi nukleari u ballistiċi. Ġie elett membru tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. |
6. |
PAEK Se-bong |
PAEK Se-Bong |
Data tat-twelid: 1946 |
22.12.2009 |
Ex-President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli għall-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC). Ġie promoss għal Maġġur Ġeneral. |
7. |
PAK Jae-gyong |
Chae-Kyong PAK Jae Gyong |
Data tat-twelid: 1933 Numru tal-passaport: 554410661 |
22.12.2009 |
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Poplu u Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati tal-Poplu (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il). Kien preżenti waqt l-ispezzjoni ta' KIM Jong Un tal-Istrategic Rocket Force Command. |
8. |
RYOM Yong |
|
|
22.12.2009 |
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigat mir-relazzjonijiet internazzjonali. |
9. |
SO Sang-kuk |
SO Sang Kuk |
Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938 |
22.12.2009 |
Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung. |
10. |
Logutenent Ġeneral KIM Yong Chol |
KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Pyongan-Pukto, RDPK |
19.12.2011 |
Membru elett tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Viċi President għar-Relazzjonijiet Inter-Koreani. Ex-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB). Ġie promoss għal direttur tad-Dipartiment tal-Front Magħqud f'Mejju 2016 waqt is-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. |
11. |
PAK To-Chun |
PAK To Chun |
Data tat-twelid: 9.3.1944 Post tat-twelid: Rangrim,Provinċja ta' Jagang, RDPK. |
19.12.2011 |
Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hija deċiżiva għall-programm nukleari u l-programm tar-rocket launchers tar-RDPK. Ritratt meħud ma' kontributuri għat-test tal-bomba tal-idroġenu u t-tlugħ tas-satellita (SLBM). |
12. |
CHOE Kyong-song |
CHOE Kyong song |
|
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
13. |
CHOE Yong-ho |
CHOE Yong Ho |
|
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean/Ġeneral tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-Forza tal-Ajru tal-Armata tal-Poplu Korean u l-forza kontra l-attakki mill-ajru (Anti-aircraft force). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
14. |
HONG Sung-Mu |
HUNG Sun Mu; HONG Sung Mu |
Data tat-Twelid: 1.1.1942 |
20.5.2016 |
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta' żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
15. |
JO Kyongchol |
JO Kyong Chol |
|
20.5.2016 |
Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Akkumpanja lil Kim Jong Un għall-akbar drill tal-isparar tal-artillerija fuq distanza twila li qatt sar. |
16. |
KIM Chun-sam |
KIM Chun Sam |
|
20.5.2016 |
Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tar-Poplu Korean u l-ewwel Viċi Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
17. |
KIM Chun-sop |
KIM Chun Sop |
|
20.5.2016 |
Ex-membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li issa ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC) li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien preżenti għas-sessjoni tar-ritratti għal dawk li kkontribwixxew għas-suċċess tat-test tal-SLBM f'Mejju 2015. |
18. |
KIM Jong-gak |
KIM Jong Gak |
Data tat-twelid: 20.7.1941 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK |
20.5.2016 |
Viċi Marixxall fl-Armata tal-Poplu Korean, rettur tal-Università Militari ta' Kim Il-Sung, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
19. |
KIM Rak Kyom |
KIM Rak-gyom KIM Rak Gyom |
|
20.5.2016 |
Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-UE deżinjat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva jew il-mezzi ta' forniment tagħhom. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jong Un. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Ordna drill tal-isparar ta' rokits ballistiċi. |
20. |
KIM Won-hong |
KIM Won Hong |
Data tat-twelid: 7.1.1945 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. Numru tal-passaport: 745310010 |
20.5.2016 |
Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
21. |
PAK Jong-chon |
PAK Jong Chon |
|
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral (Logutenent Ġeneral) tal-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tal-Firepower Command Department. Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Artillery Command Department. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
22. |
RI Jong-su |
RI Jong Su |
|
20.5.2016 |
Viċi Ammirall. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali Koreana, li hija involuta fl-iżvilupp ta' programmi ta' missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
23. |
SON Chol-ju |
SON Chol Ju |
|
20.5.2016 |
Kurunell Ġeneral Armata tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forza tal-Ajru u tal-forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
24. |
YUN Jong-rin |
YUN Jong Rin |
|
20.5.2016 |
Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li kollha huma korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
25. |
PAK Yong-sik |
PAK Yong Sik |
|
20.5.2016 |
Ġeneral b'Erba' Stilel, membru tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat, Ministru għall-Forzi Armati tal-Poplu. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), li kollha huma korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kien preżenti waqt l-ittestjar ta' missili ballistiċi f'Marzu 2016. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
26. |
HONG Yong Chil |
|
|
20.5.2016 |
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — deżinjat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — deżinjati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Fis-snin reċenti d-DIM ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. Kien preżenti waqt it-test tal-ġett tal-art tat-tip il-ġdid tal-magna ICBM f'April 2016. |
27. |
RI Hak Chol |
RI Hak Chul; RI Hak Cheol |
Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966 Numru tal-Passaporti: 381320634, PS- 563410163 |
20.5.2016 |
President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija n-negozjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u l-materjal relatat esportat mir-RDPK. Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet minħabba l-esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat mir-RDPK. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża. Green Pine ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
28. |
YUN Chang Hyok |
|
Data tat-twelid: 9.8.1965 |
20.5.2016 |
Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-Riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
29. |
RI Myong Su |
|
Data tat-twelid: 1937 Post tat-twelid: Myongchon, Hamyong ta' Fuq, RDPK |
7.4.2017 |
Viċi President tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Poplu. F'din il-kapaċità, Ri Myong Su jokkupa pożizzjoni ewlenija fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
30. |
SO Hong Chan |
|
Data tat-twelid: 30.12.1957 Post tat-twelid: Kangwon, RDPK Numru tal-Passaport: PD836410105 Data ta' skadenza tal-Passaport: 27.11.2021 |
7.4.2017 |
L-Ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati tal-Poplu, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell Ġeneral tal-Forzi Armati tal-Poplu. F'din il-kapaċità, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
31. |
WANG Chang Uk |
|
Data tat-twelid: 29.5.1960 |
7.4.2017 |
Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F'din il-kapaċità, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
32. |
JANG Chol |
|
Data tat-twelid: 31.3.1961 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK Numru tal-Passaport: 5633410042 |
7.4.2017 |
President tal-Akkademja Statali tax-Xjenzi Naturali, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kapaċità, Jang Chol jokkupa pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp ta' attivitajiet nukleari tar-RDPK u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
B. Entitajiet
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni |
Informazzjoni oħra |
1. |
Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd |
|
|
22.12.2009 |
Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata mill-KSNU, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili. |
2. |
Korean Ryengwang Trading Corporation |
|
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK |
22.12.2009 |
Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata mill-KSNU, 24.4.2009). |
3. |
Sobaeku United Corp |
Sobaeksu United Corp. |
|
22.12.2009 |
Kumpannija statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti u ta' tagħmir sensittivi. Hija għandha diversi depożiti ta' grafit naturali, li jipprovdu materja prima lil żewġ faċilitajiet ta' pproċessar li, fost l-oħrajn, jipproduċu blokki tal-grafit li jistgħu jintużaw fil-missili. |
4. |
Yongbyon Nuclear Research Centre |
|
|
22.12.2009 |
Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-General Bureau of Atomic Energy (entità deżinjata mill-KSNU, 16.7.2009). |
5. |
Strategic Rocket Forces |
|
|
20.5.2016 |
Fi ħdan il-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva. |
II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva
A. Persuni
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Data tat-twelid |
Data tad-deżinjazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
1. |
JON Il-chun |
JON Il Chun |
Data tat-twelid: 24.8.1941 |
22.12.2010 |
Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Office 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Rappreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, li kienet korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK qabel ma ġiet riformata bħala l-Kummissjoni tal-Affarijiet tal-Istat (SAC), ġie elett bħala d-direttur ġenerali tal-iState Development Bank f'Marzu 2010. Ġie elett membru supplenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea f'Mejju 2016 fis-Seba' Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, fejn il-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea adotta deċiżjoni biex jitkompla l-programm nukleari tar-RDPK. |
2. |
KIM Tong-un |
KIM Tong Un |
|
22.12.2009 |
Ex-direttur tal-“Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. Fl-2011, allegatament responsabbli għal “Office 38” biex jinġabru fondi għat-tmexxija u l-elit. |
3. |
KIM Il-Su |
KIM Il Su |
Data tat-twelid: 2.9.1965 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. |
3.7.2015 |
Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
4. |
KANG Song-Sam |
KANG Song Sam |
Data tat-twelid: 5.7.1972 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. |
3.7.2015 |
Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, u għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
5. |
CHOE Chun-Sik |
CHOE Chun Sik |
Data tat-twelid: 23.12.1963 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. Numru tal-passaport: 745132109 Validu sat-12.2.2020 |
3.7.2015 |
Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
6. |
SIN Kyu-Nam |
SIN Kyu Nam |
Data tat-twelid: 12.9.1972 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. Numru tal-passaport: PO472132950 |
3.7.2015 |
Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
7. |
PAK Chun-San |
PAK Chun San |
Data tat-twelid: 18.12.1953 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. Numru tal-passaport: PS472220097 |
3.7.2015 |
Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
8. |
SO Tong Myong |
|
Data tat-twelid: 10.9.1956 |
3.7.2015 |
President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); Maniġer Ġenerali tal-Korean National Insurance Corporation, Settembru 2013, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha. |
B. Entitajiet
|
Isem |
Magħruf ukoll bħala |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni |
Informazzjoni oħra |
1. |
Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha |
Korea Foreign Insurance Company |
Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg. Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, London SE30LW |
3.7.2015 |
Korea National Insurance Corporation (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera dħul sostanzjali, inkluż f'munita barranija, li jista' jikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva. Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità deżinjata.” |