Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
Fil-paġna 31, fl-Anness IV, fl-Anness ġdid VII, il-formola intitolata “Awtorizzazzjoni ta' Assistenza Teknika (Regolament 1236/2005)” għandha tiġi sostitwita bil-formola segwenti:
UNJONI EWROPEA
1
1 Fornitur ta' assistenza teknika rikjedenti (isem sħiħ u indirizz)
AWTORIZZAZZJONI GĦALL-PROVVISTA TA' ASSISTENZA TEKNIKA RELATATA MA' OĠĠETTI LI JISTGĦU JINTUŻAW GĦAT-TORTURA JEW GĦALL-PIENA KAPITALI (REGOLAMENT (KE) NRU 1236/2005)
Awtorizzazzjoni ta' Assistenza Teknika (Regolament 1236/2005)
2 Persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilhom (isem sħiħ u indirizz)
3 Nru tal-Awtorizzazzjoni
Abbażi tal-Artikolu 3 4 7a 7e
4 Data ta' skadenza
5 Il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-kaxxa 2 huma
Mużew
Aġenzija tal-infurzar tal-liġi
Istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni jew taħriġ
Fornitur ta' servizzi ta' tiswija, manutenzjoni jew servizzi tekniċi oħra relatati mal-oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom
Manifattur tal-oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom
Ebda minn dawn t'hawn fuq. Jekk jogħġbok speċifika l-attività tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp fil-kaxxa 2
6 Pajjiż terz jew Stat Membru li l-assistenza teknika se tiġi pprovduta lilu (isem u kodiċi)
7 Din l-awtorizzazzjoni tapplika għal
Provvista unika ta' assistenza teknika
Assistenza teknika pprovduta tul perijodu ta' żmien. Jekk jogħġbok speċifika l-perijodu kkonċernat:
8 Stat Membru li fih il-fornitur ta' assistenza teknika huwa residenti jew stabbilit
Jekk m'hemm ebda Stat Membru, l-Istat Membru li tiegħu l-fornitur ta' assistenza teknika huwa persuna ġuridika, entità jew korp nazzjonali jew inkorporat
1
9 Deskrizzjoni tat-tip ta' oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom
Awtorità emittenti
10 Deskrizzjoni tal-assistenza teknika li hija awtorizzata
11 Jekk il-persuna, l-entità jew il-korp imsemmija fil-kaxxa 2 ikunu persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, l-assistenza teknika se tiġi pprovduta
mill-UE lil dak il-pajjiż terz mill-persunal f'dak il-pajjiż terz minn pajjiż terz ieħor (jekk jogħġbok speċifika)
12 Deskrizzjoni ta' kwalunkwe taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti li l-assistenza teknika hija ddestinata għalihom li se jiġi pprovdut lill-persuna fiżika jew ġuridika, lill-entità jew lill-korp imsemmi fil-kaxxa 2
13 It-taħriġ dwar l-użu tal-oġġetti msemmija fil-kaxxa 9 se jkun ipprovdut minn:
il-fornitur tal-assistenza teknika msemmi fil-kaxxa 1
Parti terza li taġixxi f'isem il-fornituri tal-assistenza teknika jew flimkien miegħu (isem sħiħ u indirizz)
14 Rekwiżiti u kondizzjonijiet speċifiċi
15 Is-sottofirmat jiċċertifika li, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 u soġġett għar-rekwiżiti, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f'din il-formula u l-anness(i) li jirreferi għalihom, l-awtorità kompetenti awtorizzat il-provvista ta' assistenza teknika li tikkonċerna l-oġġetti deskritti fil-kaxxa 9.
16 Numru ta' annessi
Magħmul fi (post, data)
Isem (ittajpjat jew b'ittri kapitali)
Firma: (Timbru tal-awtorità emittenti)
” .