Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0539

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539 tas-6 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll perjodiku tal-bdoti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/1956

    ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/539/oj

    7.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/539

    tas-6 ta' April 2016

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll perjodiku tal-bdoti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal bdoti involuti fl-operat ta' ċerti inġenji tal-ajru, kif ukoll tal-apparat ta' taħriġ fis-simulazzjoni tat-titjir, persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar u fil-kontrolli ta' dawk il-bdoti.

    (2)

    Jenħtieġ li f'dak ir-Regolament jiġu inklużi rekwiżiti addizzjonali għat-taħriġ, għall-ittestjar u għall-kontroll perjodiku għall-bdoti li jtiru skont proċeduri tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (“PBN”) u li għalhekk jeħtieġu privileġġi PBN approvati fil-programmi tal-klassifikazzjoni bl-istrumenti (“IR”). L-approvazzjoni PBN m'għandhiex toħloq piż amministrattiv addizzjonali għall-awtorità kompetenti.

    (3)

    Il-bdoti, detenturi ta' IR, li abbażi tar-rekwiżiti applikabbli tal-liġi nazzjonali, jew b'mod simili, kisbu l-għarfien teoriku u l-ħiliet prattiċi fl-operazzjonijiet PBN qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali meta jistgħu juru għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-għarfien u l-ħiliet miksuba b'dak il-mod huma ekwivalenti għal dawk miksuba permezz ta' korsijiet u taħriġ meħtieġa skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-ekwivalenza ta' għarfien u ħiliet ta' dan it-tip fuq informazzjoni u kriterji oġġettivi.

    (4)

    Mhux il-bdoti kollha, speċjalment fl-avjazzjoni ġenerali, itiru skont il-proċeduri PBN billi, pereżempju, l-inġenju tal-ajru tagħhom jew l-ajrudrom lokali ma jkollhomx tagħmir iċċertifikat b'mod xieraq għal dak l-għan. Għalhekk, bħalissa jista' jkun li dawk il-bdoti ma jeħtiġux taħriġ u kkontroll addizzjonali relatati mal-PBN. Filwaqt li jikkunsidra r-rata tal-iskjerament talt-tagħrim u tal-proċeduri tal-PBN madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jipprevedi perjodu ta' żmien raġonevoli, li warajh ir-rekwiżiti addizzjonali għat-taħriġ, l-ittestjar u l-verifiki perjodiċi għall-PBN se jsiru applikabbli għal dawk il-bdoti.

    (5)

    Il-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fit-territorju tagħhom għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz, u li jkunu involuti fl-operat mhux kummerċjali ta' ċerti inġenji tal-ajru, għandu jiġi estiż, minħabba n-negozjati tal-Unjoni li għaddejjin ma' ċerti pajjiżi terzi bl-għan li jiffaċilitaw l-iskambju ta' dawn il-liċenzji u ċertifikati mediċi. Għandu jiġi ċċarat li, fejn Stat Membru jieħu deċiżjoni bħal din, jew ħadha diġà, hu għandu jippubblika dik id-deċiżjoni b'mod xieraq u li jippermetti lill-partijiet kollha kkonċernati jieħdu nota ta' dan, filwaqt li jiżgura li r-rekwiżiti ta' trasparenza u ċertezza tad-dritt huma sodisfatti.

    (6)

    Fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu inklużi wkoll rekwiżiti addizzjonali dwar il-privileġġi tal-bdoti tat-testijiet tat-titjira, biex dawk il-bdoti jitħallew joperaw inġenji tal-ajru għal ċerti titjiriet bla ma jikkonformaw mar-rekwiżit li jkollhom klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip rispettivi.

    (7)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistipula li l-kors tat-taħriġ għal liċenzji ta' aktar minn bdot wieħed (“MPL”) għandu jingħata minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata li hija parti mill-operatur ta' trasport bl-ajru. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jistipula li, sakemm detentur ta' MPL ma jkunx lesta l-kors ta' konverżjoni tal-istess operatur, ma jistax jeżerċita l-privileġġi tal-MPL. Hemm każijiet fejn, minħabba tort tal-operatur, xi detenturi ta' MPL ma jistgħux ilestu l-kors ta' konverżjponi ta' dak l-operatur u b'konsegwenza la jistgħu jaħdmu ma' dak l-operatur u lanqas ma' operaturi oħra. Ir-restrizzjoni fuq il-privileġġi tal-eżerċitar ta' MPL xi mkien ieħor tpoġġi lil dawk id-detenturi ta' MPL fi żvantaġġ mingħajr ma hija ġġusstifikata għal raġunijiet ta' sikurezza. Bdoti li jibdlu l-operatur huma meħtieġa li jlestu l-kors ta' konverżjoni tal-operatur il-ġdid minkejja l-fatt li jkunu għamlu l-kors ta' konverżjoni mal-operatur preċedenti. Barra minn hekk, il-kors ta' konverżjoni ta' kwalunkwe operatur jrid iqis bis-sħiħ il-livell ta' esperjenza tal-bdoti li jingħaqdu ma' dak l-operatur. Għalhekk jenħtieġ li dik ir-restrizzjoni titneħħa. Hekk ir-rekwiżiti tal-MPL ikunu allinjati wkoll mal-istandards tal-ICAO.

    (8)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma abbażi tal-Opinjoni (3) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

    “Artikolu 4a

    Privileġġi tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti tan--navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni

    1.   Il-bdoti jistgħu jtiru biss skont il-proċeduri tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) wara li jkunu ngħataw privileġġi PBN bħala approvazzjoni tal-kwalifika ta' titjir bl-istrumenti (“IR”) tagħhom.

    2.   Bdot għandu jingħata privileġġi PBN meta jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a)

    il-bdot ikun lesta b'suċċess kors ta' għarfien teoriku inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);

    (b)

    il-bdot jkun lesta b'suċċess taħriġ tat-titjir inkluż dwar il-PBN, skont FCL.615 tal-Anness I (il-Parti-FCL);

    (c)

    il-bdot jkun lesta b'suċċess test tal-ħiliet skont l-Appendiċi 7 tal-Anness I (il-Parti-FCL), jew inkella test tal-ħiliet jew kontroll tal-profiċjenza skont l-Appendiċi 9 tal-Anness I (il-Parti-FCL).

    3.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2(a) u (b) għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta l-awtorità kompetenti tqis li l-kompetenza miksuba, permezz tat-taħriġ jew bil-familjarità mal-operazzjonijiet tal-PBN, hija ekwivalenti għall-kompetenza miksuba permezz tal-korsijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b), u l-bdot kapaċi juri din il-kompetenza għas-sodisfazzjon tal-eżaminatur fil-kontroll tal-profiċjenza jew fit-test tal-ħiliet imsemmi fil-paragrafu 2(c).

    4.   Fil-ġurnal abbord tal-bdot għandu jinżamm rekord tat-turija tal-kompetenza fil-PBN b'suċċess, wara li jitlesta t-test tal-ħiliet jew il-kontroll tal-profiċjenza msemmija fil-paragrafu 2(c), jew rekord ekwivalenti u ffirmat mill-eżaminatur li jkun wettaq it-test jew il-kontroll.

    5.   Bdoti IR mingħajr privileġġi PBN jistgħu jtiru biss f'rotot u approċċi li ma jeħtiġux il-privileġġi tal-PBN u l-ebda oġġett tal-PBN ma jkun meħtieġ għat-tiġdid tal-IR tagħhom sal-25 ta' Awwissu 2020; wara dik id-data, il-privileġġi PBN għandhom ikunu meħtieġa għal kull IR.”

    (2)

    Fl-Artikolu 10a, għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

    “5.   L-organizzazzjoni tat-taħriġ tal-bdoti għandhom jiżguraw li l-korsijiet tat-taħriġ IR li jorrfu jkunu jinkludu l-privileġġi PBN f'konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti FCL) sa mhux aktar tard mill-25 ta' Awwissu 2020.”

    (3)

    Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej:

    “4.   B'deroga mill-paragrafu 1, sat-8 ta' April 2017 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għall-bdoti li jkollhom liċenzja u ċertifikat mediku assoċjat maħruġa minn pajjiż terz u li jkunu involuti fl-operat ta' inġenji tal-ajru mhux kummerċjali kif speċifikati fl-Artikolu 4(1)(b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. L-Istati Membri għandhom ipoġġu dawk id-deżiċjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.”

    (4)

    L-Annessi I u VII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mit-8 ta' April 2016.

    Madankollu, il-punti 1, 2, u 4 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-25 ta' Awwissu 2018, bl-eċċezzjoni tal-punt 1(g) tal-Anness, li għandu japplika mit-8 ta' April 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 79, 13.3.2008, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).

    (3)  L-Opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Nru 03/2015 tal-31.3.2015 għal Regolament tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għall-approvazzjoni operazzjonali għan-Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN).


    ANNESS

    L-Annessi I u VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    id-definizzjonijiet li ġejjin jiddaħħlu fl-FCL.010:

     

    ““Operazzjoni angulari” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bi strument li fiha l-massimu tollerabbli ta' żball/devjazzjoni mit-trajettorja ppjanata huwa espress bid-diflessjoni tal-labar tal-Indikatur tad-Devjazzjoni tar-Rotta (CDI) jew apparat tal-wiri ekwivalenti fil-kokpit.

     

    “Operazzjoni Lineari” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bi strument li fiha l-massimu tollerabbli ta' żball/devjazzjoni mit-trajettorja ppjanata huwa espress f'unitajiet ta' tul, pereżempju mil nawtiku, għal devjazzjoni perpendikolari laterali.

     

    “LNAV” tfisser Navigazzjoni Laterali.

     

    “LPV” tfisser l-Prestazzjoni tal-Lokalizzatur bi Gwida Vertikali.

     

    “Navigazzjoni Bbażata fuq il-Prestazzjoni (PBN)” tfisser navigazzjoni taż-żona bbażata fuq rekwiżiti ta' prestazzjoni għal inġenji tal-ajru li joperaw fuq rotta ATS, fuq proċedura ta' avviċinament bl-istrumenti jew fi spazju tal-ajru ddeżinjat.

     

    “RNP APCH” tfisser speċifikazzjoni tal-PBN użata għal operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti.

     

    “Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LNAV” tfisser operazzjoni 2D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha l-gwida laterali hija bbażata fuq lokalizzazzjoni GNSS.

     

    “Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LNAV/VNAV” tfisser operazzjoni 3D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha l-gwida laterali hija bbażata fuq lokalizzazzjoni GNSS u li l-gwida vertikali hija pprovduta mill-funzjoni Baro VNAV jew mil-lokalizzazzjoni GNSS inkluż SBAS.

     

    “Operazzjoni RNP APCH għall-minimu tal-LPV” tfisser operazzjoni 3D ta' avviċinament bl-istrumenti li għaliha kemm il-gwida laterali u dik vertikali huma bbażati fuq lokalizzazzjoni GNSS inkluż SBAS.

     

    “RNP AR APCH” tfisser speċifikazzjoni tan-navigazzjoni użata għal operazzjonijiet ta' avviċinament bl-istrumenti li jeħtieġu approvazzjoni speċifika.

     

    “Operazzjoni ta' approċċ bl-istrumenti tridimensjonali (3D)” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti li tuża gwida tan-navigazzjoni laterali u vertikali.

     

    “Operazzjoni ta' approċċ bl-istrumenti bidimensjonali (2D)” tfisser operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti li tuża gwida tan-navigazzjoni laterali biss.

     

    “VNAV” tfisser Navigazzjoni Vertikali.”;

    (b)

    FCL.600.IR jinbidel b'dan li ġej:

    “Ħlief kif previst fl-FCL.825, l-operazzjonijiet taħt IFR fuq ajruplan, ħelikopter, ballun tal-arja jew inġenju tal-ajru bil-powered-lift għandhom jitwettqu biss mid-detenturi ta':

    (a)

    PPL, CPL, MPL u ATPL, u

    (b)

    għajr għal meta jkun qed iwettaq test tal-ħiliet, kontroll tal-profiċjenza jew meta jkun qed jirċievi struzzjoni, IR bi privileġġi xierqa applikabbli għar-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru u tal-kategorija tal-inġenju tal-ajru.”;

    (c)

    punt (a) fl-FCL.605.IR jinbidel b'li ġej:

    “(a)

    Il-privileġġi ta' detentur ta' IR iridu jtajru inġenju tal-ajru skont IFR, inklużi operazzjonijiet PBN, b'altitudni deċiżjonali ta' mhux inqas minn 200 pied (60 m)”;

    (d)

    il-punt (a) ta' FCL.700 jinbidel b'li ġej:

    “(a)

    Id-detenturi ta' liċenzja ta' bdot m'għandhomx jaġixxu fi kwalunkwe kapaċità bħala bdoti ta' inġenju tal-ajru sakemm ma jkollhomx liċenzja valida u xierqa tal-klassi jew tat-tip, għajr fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

    (i)

    għal LAPL, SPL u BPL;

    (ii)

    meta jwettqu testijiet tal-ħiliet jew kontrolli tal-profiċjenza għat-tiġdid tal-klassifikazzjoni tal-klassi jew tat-tip;

    (iii)

    waqt li jkunu qed jitgħallmu jtiru;

    (iv)

    meta jkollhom klassifikazzjoni ta' test tat-titjira maħruġa skont l-FCL.820.”;

    (e)

    jitħassar il-punt (c) ta' FCL.700;

    (f)

    fil-punt (c) ta' FCL.820, punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

    “(3)

    iwettaq titjiriet mingħajr klassifikazzjoni tat-tip jew tal-klassi kif iddefinit fis-Subparti H, ħlief li l-klassifikazzjoni ta' test tat-titjir m'għandhiex tintuża għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru.”;

    (g)

    il-punt 2 tal-Appendiċi 5 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.

    Approvazzjoni għal kors ta' taħriġ MPL għandha tingħata lil ATO li tkun parti minn operatur tat-trasport bl-ajru kummerċjali ċċertifikata f'konformità mal-Parti-ORO jew li jkollha qbil speċifiku ma' operatur ta' dak it-tip.”

    (h)

    L-Appendiċi 7 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt 1 jinbidel b'li ġej:

    “1.

    Applikant għal IR għandu jkun ingħata tagħlim dwar l-istess klassi jew tip ta' inġenju tal-ajru li jintuża fit-test li għandu jkun mgħammar kif jixraq għall-għanijiet tat-taħriġ u tal-ittestjar.”;

    (ii)

    il-punt 11 jinbidel b'li ġej:

    “11.

    Għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin u dawn ġew ikkoreġuti biex jagħmlu tajjeb għal kundizzjonijiet turbulenti u għall-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru użat:

    Għoli

    Ġeneralment

    ± 100 pied

    Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

    + 50 pied/– 0 piedi

    Għoli/MAP/altitudni minima ta’ tbaxxija

    + 50 pied/– 0 piedi

    Traċċar

    Għajnuniet bir-radju

    ± 5°

    Għal devjazzjonijiet angolari

    diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

    Devjazzjonijiet laterali “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

    Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

    Formula

    il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ 1 darba l-valur RNP huma permissibbli.

    Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV)

    mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

    Heading

    il-magni kollha joperaw

    ± 5°

    bi ħsara simulata fil-magna

    ± 10°

    Veloċità

    il-magni kollha joperaw

    ± 5 mili nawtiċi

    bi ħsara simulata fil-magna

    10 mili nawtiċi/5 mili nawtiċi

    KONTENUT TAT-TEST

    Ajruplani

    TAQSIMA 1 — OPERAZZJONIJIET TA' QABEL IT-TITJIRA U T-TLUQ

    Użu tal-lista ta' kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta' kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

    a

    Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru, massa u bilanċ

    b

    Użu ta' dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

    c

    Tħejjija ta' pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

    d

    Identifikazzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

    e

    Spezzjoni ta' qabel it-titjira

    f

    Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

    g

    Taxiing

    h

    Tluq PBN (jekk applikabbli):

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

    i

    Tgħarrif ta' qabel it-tlugħ mill-art, Tlugħ mill-art

    j (1)

    Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

    k (1)

    Proċeduri ta' tluq bl-istrumenti, inkluż t-tluq PBN, u l-issettjar tal-altimetru

    l (1)

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI (1)

    a

    Kontroll tal-ajruplan b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż: livell tat-titjira f'diversi veloċitajiet, trim

    b

    Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta' Rata 1

    c

    Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta' 45° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

    d (*)

    Irkupru minn avviċinament għal waqfien tal-magna f'titjira fi pjan, dawriet ta' tlugħ fl-ajru/tbaxxija u f'konfigurazzjoni ta' nżul — applikabbli biss għall-ajruplani

    e

    Panew limitat: tlugħ fl-ajru jew tbaxxija stabbilizzati, dawriet f'livell b'Rata 1 fuq headings partikolari, irkupru minn attitudnijiet mhux tas-soltu — applikabbli biss għall-ajruplani

    TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA (1)

    a

    Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, eż. NDB, VOR, traċċar bejn waypoints

    b

    Użu ta' sistema tan-navigazzjoni u għajnuniet bir-radju

    c

    Titjira fi pjan, kontroll ta' heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa, teknika ta' trim

    d

    Issettjar tal-altimetru

    e

    Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs (żamma waqt ir-rotta, jekk meħtieġ)

    f

    Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

    g

    Proċeduri ta' protezzjoni mis-silġ, simulati jekk meħtieġ

    h

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, jekk applikabbli

    b

    Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

    c

    Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

    d

    Wasla PBN (jekk applikabbli):

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

    TAQSIMA 4 (1) — OPERAZZJONIJIET 3D (3)

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

    Kontroll tal-angolu tat-trajettorja vertikali

    Għall-RNP APCH:

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

    b

    Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

    c (2)

    Proċedura ta' żamma

    d

    Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

    e

    Puntwalità tal-avviċinament

    f

    Altitudni, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat)

    g (2)

    Azzjoni ta' tidwir

    h (2)

    Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

    i

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 5 (1) — OPERAZZJONIJIET 2D (3)

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

    Għall-RNP APCH:

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

    b

    Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul, inkluża l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

    c (2)

    Proċedura ta' żamma

    d

    Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

    e

    Puntwalità tal-avviċinament

    f

    Atitudni/Dstanza sal-MAPt, veloċità, kontroll tal-heading (avviċinament stabilizzat), Stop Down Fixes (SDF(s)), jekk applikabbli

    g (2)

    Azzjoni ta' tidwir

    h (2)

    Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

    i

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 6 — TITJIRA B'MAGNA WAĦDA MA TAĦDIMX (ajruplani b'aktar minn magna waħda biss) (1)

    a

    Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew fit-tidwir

    b

    Avviċinament, tidwir u avviċinament bla suċċess proċedurali b'magna waħda ma taħdimx

    c

    Avviċinament u nżul b'magna waħda ma taħdimx

    d

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T


    Ħelikopters

    TAQSIMA 1 — TLUQ

    Użu tal-lista ta' kontroll, ħila fit-titjir, proċeduri ta' kontra s-silġ/tat-tneħħija tas-silġ, eċċ., għandhom jiġu applikati fit-taqsimiet kollha

    a

    Użu tal-manwal tat-titjira (jew ekwivalenti) speċjalment kalkolu tal-eżekuzzjoni tal-inġenju tal-ajru; massa u bilanċ

    b

    Użu ta' dokument tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru, dokument tat-temp

    c

    Tħejjija ta' pjan tat-titjira tal-ATC, pjan/log tat-titjira tal-IFR

    d

    Identifikazzjoni ta' sistemi ta' navigazzjoni meħtieġa għat-tluq, għall-wasla u għall-proċeduri tal-avviċinament

    e

    Spezzjoni ta' qabel it-titjira

    f

    Kundizzjonijiet Meteoroloġiċi

    g

    Taxiing/Taxi fl-ajru f'konformità mal-ATC jew struzzjonijiet tal-għalliem

    h

    Tluq PBN (jekk applikabbli):

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tat-tluq.

    i

    Tgħarrif, proċeduri u kontrolli ta' qabel it-tlugħ mill-art

    j

    Tranżizzjoni għal titjira bl-istrumenti

    k

    Proċeduri ta' tluq bl-istrumenti, inklużi proċeduri tal-PBN

    TAQSIMA 2 — IMMANIĠĠJAR ĠENERALI

    a

    Kontroll tal-ħelikopter b'referenza biss għall-istrumenti, inkluż:

    b

    Dawriet waqt tlugħ fl-ajru u tbaxxija b'dawra sostnuta ta' Rata 1

    c

    Irkupri minn attitudnijiet mhux tas-soltu, inklużi dawriet bi bbankjar ta' 30° u dawriet f'daqqa waqt it-tbaxxija

    TAQSIMA 3 — PROĊEDURI IFR WAQT IR-ROTTA

    a

    Traċċar, inkluża l-interċettazzjoni, pereżempju NDB, VOR, RNAV

    b

    Użu ta' għajnuniet bir-radju

    c

    Titjira fi pjan, kontroll ta' heading, altitudni u airspeed, issettjar tal-qawwa

    d

    Issettjar tal-altimetru

    e

    Puntwalità u reviżjoni tal-ETAs

    f

    Monitoraġġ tal-progress tat-titjira, log tat-titjira, użu tal-fjuwil, immaniġġjar tas-sistemi

    g

    Proċeduri ta' protezzjoni mis-silġ, simulati jekk ikun meħtieġ u applikabbli

    h

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 3a — PROĊEDURI TAL-WASLA

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni, jekk applikabbli

    b

    Proċeduri tal-wasla, kontrolli bl-altimetru

    c

    Altitudni u limitazzjonijiet tal-veloċità, jekk applikabbli

    d

    Wasla PBN (jekk applikabbli)

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-wasla.

    TAQSIMA 4 — OPERAZZJONIJIET 3D (4)

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

    Iċċekkja l-angolu tat-Trajettorja Veritkali għal RNP APCH:

    (a)

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    (b)

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

    b

    Tgħarrif tal-avviċinament u l-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul

    c (**)

    Proċedura ta' żamma

    d

    Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

    e

    Puntwalità tal-avviċinament

    f

    Altitudni, veloċità, kontroll tar-rotta (approċċ stabilizzat)

    g (**)

    Azzjoni ta' tidwir

    h (**)

    Proċedura ta' avviċinament bla suċċess/inżul

    i

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 5 — OPERAZZJONIJIET 2D (4)

    a

    Issettjar u kontroll tal-għajnuniet tan-navigazzjoni

    Għall-RNP APCH:

    Iċċekkja li ttellgħet il-proċedura korretta fis-sistema tan-navigazzjoni; kif ukoll

    Kontroverifika bejn is-sistema tal-wiri tan-navigazzjoni u l-grafika tal-avviċinament.

    b

    Tgħarrif tal-avviċinament u tal-inżul, inklużi l-kontrolli ta' tbaxxija/avviċinament/inżul u l-identifikazzjoni tal-faċilitajiet

    c (**)

    Proċedura ta' żamma

    d

    Konformità mal-proċedura tal-avviċinament ippubblikata

    e

    Puntwalità tal-avviċinament

    f

    Altitudni, veloċità, kontroll tar-rotta (approċċ stabilizzat)

    g (**)

    Azzjoni ta' tidwir

    h (**)

    Proċedura ta' approċċ bla suċċess (**)/inżul

    i

    Kollegament mal-ATC — konformità, proċeduri R/T

    TAQSIMA 6 — PROĊEDURI ANORMALI U TA' EMERĠENZA

    Din it-taqsima tista' tiġi kkombinata mat-taqsimiet 1 sa 5. It-test għandu jqis il-kontroll tal-ħelikopter, l-identifikazzjoni tal-magna bil-ħsara, azzjonijiet immedjati (touch drills), azzjonijiet ta' segwitu u kontrolli u preċiżjoni tat-titjira fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

    a

    Ħsara simulata fil-magna wara t-tlugħ jew mal-avviċinament/waqt l-avviċinament (***) (f'altitudni sikura sakemm ma ssirx f'FFS jew f'FNPT II/III, FTD 2,3)

    b

    Ħsara fl-apparat ta' żieda fl-istabbiltà/sistema idrawlika (jekk applikabbli)

    c

    Panew limitat

    d

    Awtorotazzjoni u rkupru għal altitudni stabbilita minn qabel

    e

    Operazzjonijiet 3D manwali mingħajr direttur tat-titjira (****)

    Operazzjonijiet 3D b'direttur tat-titjira (****)

    (i)

    L-Appendiċi 8 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    in-nota f'qiegħ tat-tabella fit-taqsima A tinbidel b'dan li ġej:

    “(*)

    Sakemm matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikant ikun tar mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bil-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH fuq ajruplan ta' klassi jew tip SP f'operazzjonijiet ta' bdot wieħed, jew, għal ajruplani b'aktar minn magna waħda, għajr ajruplani kumplessi HP, l-applikant ikun għadda mit-taqsima 6 tat-test tal-ħiliet għal ajruplani SP ajruplani għajr dawk kumplessi HP li jittajru biss b'referenza għall-istrumenti f'operazzjoni ta' bdot wieħed.”,

    (ii)

    in-nota f'qiegħ tat-tabella fit-taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

    “(*)

    Sakemm matul it-12-il xahar preċedenti, l-applikant ikun tar mill-inqas tliet tluq u avviċinamenti IFR bl-eżerċizzju tal-privileġġi PBN, fosthom avviċinament wieħed RNP APCH (jista' jkun avviċinament Point in Space (PinS)) fuq ħelikopter tat-tip SP f'operazzjoni SP.”,

    (j)

    L-Appendiċi 9 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt 4 tat-Taqsima B jinbidel b'li ġej:

    “4.

    Għandhom japplikaw il-limiti li ġejjin u dawn ġew ikkoreġuti biex jagħmlu tajjeb għal kundizzjonijiet turbulenti u għall-kwalitajiet tal-immaniġġjar u l-eżekuzzjoni tal-ajruplan użat:

    Għoli

    Ġeneralment

    ± 100 pied

    Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

    + 50 pied/– 0 piedi

    Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

    + 50 pied/– 0 piedi

    Traċċar

    fuq għajnuniet bir-radju

    ± 5°

    Għal devjazzjonijiet “angolari”

    Diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

    Devjazzjonijiet “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV)

    Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

    Formula

    il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ 1 darba l-valur RNP huma permissibbli.

    Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV)

    mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

    Heading

    il-magni kollha joperaw

    ± 5°

    bi ħsara simulata fil-magna

    ± 10°

    Veloċità

    il-magni kollha joperaw

    ± 5 knots

    bi ħsara simulata fil-magna

    + 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi”,

    (ii)

    jiddaħħal il-punt (h) li jmiss fil-punt 5 tat-Taqsima B:

    “(h)

    Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.”,

    (iii)

    ir-ringieli 3B.4 u 3B.5 tat-tabella fil-punt 5 tat-Taqsima B jinbidlu b'dan li ġej:

    “3B0.4*

    Operazzjonijiet 3D sa DH/A ta' 200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk meħtieġa fil-proċedura tal-avviċinament (jista' jintuża l-awtopilota għall-intersezzjoni vertikali fis-segment tal-avviċinament finali)

     

    P—–>

    ——>

     

    M

     

    3B.5*

    Operazzjonijiet 2D għal MDH/A

     

    P—–>

    ——>

     

    M”

     

    (iv)

    jiddaħħal il-punt (j) li jmiss fil-punt 6 tat-Taqsima B:

    “(j)

    Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.”,

    (v)

    ir-ringiela 3.9.3 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

    “3.9.3*

    Operazzjonijiet 3D għal DH/A f'200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk mitluba fil-proċedura tal-avviċinament

     

     

     

     

     

     

     

    Nota:

    Skont l-AFM, il-proċeduri tal-RNP APCH jistgħu jeħtieġu l-użu ta' awtopilota jew ta' direttur tat-titjira. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju jintgħażel ILS għal 3.9.3.1 f'każ ta' limitazzjoni AFM).”

    (vi)

    Ir-ringieli 3.9.3.4 u 3.9.4 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B jinbidlu b'dan li ġej:

    “3.9.3.4*

    manwalment, b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat; il-ħsara tal-magna għandha tiġi simulata matul l-avviċinament finali qabel ma jinqabeż 1 000 pied 'il fuq mil-livell tal-ajrudrom sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

    F'ajruplani li ma jkunux iċċertifikati bħala kategorija ta' ajruplani ta' trasport (JAR/FAR 25) jew bħala kategorija ta' ajruplani ta' vvjaġġar minn post għall-ieħor (SFAR 23), l-avviċinament bi ħsara simulata tal-magna u l-avviċinament b'tidwir li jirriżulta għandhom jinbdew flimkien mal-avviċinament mingħajr preċiżjoni kif deskritt fi 3.9.4. It-tidwir għandu jinbeda meta jintlaħaq l-għoli ppubblikat ta' spazju ħieles mingħajr ostaklu (OCH/A), iżda mhux aktar tard minn meta jintlaħaq għoli/altitudni minimu/a ta' nżul (MDH/A) ta' 500 pied 'il fuq mill-elevazzjoni minima tar-runway. Għal ajruplani li jkollhom l-istess prestazzjoni ta' ajruplan ta' trasport fir-rigward ta' massa ta' tlugħ u ta' altitudni ta' densità, l-għalliem jista' jissimula l-ħsara ta' magna skont 3.9.3.4.

     

     

    P—–>

    —–>

     

    M

     

    3.9.4*

    Operazzjonijiet 2D sal-MDH/A

     

     

    P*—>

    —–>

     

    M”

     

    (vii)

    ir-ringiela 4.1 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

    “4.1

    Avviċinament b'tidwir bil-magni kollha jaħdmu* waqt operazzjoni 3D meta tintlaħaq l-altitudni deċiżjonali miftiehma

     

     

    P*—>

    —–>”,

     

     

     

    (viii)

    ir-ringiela 5.1 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B tinbidel b'dan li ġej:

    “5.1

    Inżul Normali* b'referenza viżiva stabbilita f'DH wara operazzjoni ta' avviċinament bl-istrumenti.

     

     

    P”

     

     

     

     

    (ix)

    fir-ringiela 6.2 tat-tabella fil-punt 6 tat-Taqsima B il-kelma “ILS” tinbidel b'dan li ġej: “CAT II/III”,

    (x)

    il-punt 4(a) tat-Taqsima C tinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    Limiti tat-titjira IFR.

    Għoli

    Ġeneralment

    ± 100 pied

    Bidu ta’ tidwira f’altitudni deċiżjonali

    + 50 pied/– 0 piedi

    Għoli/altitudni minimi ta’ tbaxxija

    + 50 pied/– 0 piedi

    Traċċar

    Għajnuniet bir-radju

    ± 5°

    Devjazzjonijiet “angolari” 3D

    Diflessjoni ta’ nofs skala, ażimut u l-passaġġ tal-inżul (eż. LPV, ILS, MLS, GLS).

    Devjazzjoni “lineari” 2D (LNAV) u 3D (LNAV/VNAV):

    Id-devjazzjoni/l-iżball/perpendikolari għandhom normalment ikunu limitati għal ±

    Formula

    il-valur RNP assoċjat mal-proċedura. Devjazzjonijiet żgħar minn dan l-istandard sa massimu ta’ darba (1) l-valur RNP huma permissibbli.

    Devjazzjonijiet vertikali lineari 3D (eż. RNP APCH (LNAV/VNAV) bl-użu baroVNAV):

    mhux aktar minn – 75 pied taħt il-profil vertikali fi kwalunkwe ħin, u mhux aktar minn + 75 pied ‘il fuq mill-profil vertikali f’1 000 pied ‘il fuq mil-livell tal-ajrudrom jew taħtu.

    Heading

    Operazzjonijiet normali

    ± 5°

    Operazzjonijiet anormali/emerġenzi

    ± 10°

    Veloċità

    Ġeneralment

    ± 10 mili nawtiċi

    Bi ħsara simulata fil-magna

    + 10 mili nawtiċi/– 5 mili nawtiċi”,

    (xi)

    ir-ringieli 5.4, 5.4.1 u 5.4.2 tat-tabella fil-punt 12 tat-Taqsima C jinbidlu b'dan li ġej:

    “5.4

    Operazzjonijiet 3D għal DH/A f'200 pied (60 m) jew għal valuri minimi ogħla jekk mitluba fil-proċedura tal-avviċinament

    P*

    —>*

    —>*

     

     

     

    5.4.1

    Manwalment, mingħajr direttur tat-titjira

    Nota: Skont l-AFM, il-proċeduri tal-RNP APCH jistgħu jeħtieġu l-użu ta' awtopilota jew ta' direttur tat-titjira. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ajru manwalment għandha tintgħażel filwaqt li jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet (pereżempju jintgħażel ILS għal 5.4.1 f'każ ta' limitazzjoni AFM).

    P*

    —>*

    —>*

     

    M*

     

    5.4.2

    Manwalment, b'Direttur tat-Titjira

    P*

    —>*

    —>*

     

    M*”

     

    (xii)

    ir-ringieli 5.4.4 u 5.5 tat-tabella fil-punt 12 tat-Taqsima C jinbidlu b'dan li ġej:

    “5.4.4

    Manwalment, b'magna waħda ma taħdimx b'mod simulat; il-ħsara tal-magna għandha tiġi simulata matul l-avviċinament finali qabel ma tgħaddi 1 000 pied 'il fuq mill-ajrudrom sakemm tintmess l-art jew sakemm titlesta l-proċedura ta' avviċinament bla suċċess

    P*

    —>*

    —>*

     

    M*

     

    5.5

    Operazzjonijiet 2D sal-altitudni minima tal-inżul MDA/H

    P*

    —>*

    —>*

     

    M*”

     

    (2)

    Fl-Anness VII, il-punt (a) ta' ORA.ATO.135 jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    L-ATO għandha tuża flotta adegwata ta' inġenji tal-ajru jew FSTDs għat-taħriġ, li jkunu mgħammra kif jixraq għall-korsijiet ta' taħriġ ipprovduti.”.


    (1)  

    (°)

    Għandha titwettaq b'referenza għall-istrumenti biss.

    (*)  Tista' titwettaq f'FFS, FTD 2/3 jew FNPT II.

    (2)  

    (+)

    Tista' titwettaq fit-Taqsima 5 jew fit-Taqsima 6.

    (3)  

    (++)

    Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.

    (4)  

    (+)

    Biex jiġu stabbiliti u jinżammu l-privileġġi PBN approċċ wieħed fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5 għandu jkun RNP APCH. Fejn RNP APCH mhix prattikabbli, din għandha titwettaq f'FSTD mgħammar b'mod xieraq.

    (**)  Għandhom jitwettqu fit-Taqsima 4 jew fit-Taqsima 5.

    (***)  Ħelikopter b'aktar minn magna waħda biss.

    (****)  Jiġi ttestjat punt wieħed biss.”


    Top