This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1741
Council Decision (EU) 2016/1741 of 20 September 2016 on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Agreement between the European Union and the Republic of Palau on the short--stay visa waiver
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1741 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1741 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
ĠU L 264, 30.9.2016, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1741/oj
30.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 264/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1741
tal-20 ta' Settembru 2016
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim, f'isem l-Unjoni Ewropea, mar-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (“il-Ftehim”). |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2377 (2), il-Ftehim ġie ffirmat u japplika fuq bażi proviżorja mit-8 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' esperti għall-ġestjoni tal-Ftehim. L-Unjoni għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni, li għandha tkun assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li r-Renju Unit ma jieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tieħux sehem fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (5).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' esperti stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) Kunsens mogħti fit-8 ta' Ġunju 2016 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2377 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Palau dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 11).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.