Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1013

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1013 tal-25 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 162, 27.6.2015, p. 33–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1013/oj

27.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/33

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1013

tal-25 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 fil-qasam tal-prekursuri tad-droga. Kemm ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 ġew emendati wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 sabiex jinkludu setgħat ta' adozzjoni ta' atti delegati u ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat. Għaldaqstant, għandhom jiġu adottati regoli ġodda b'konformità mas-setgħat ġodda.

(2)

Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jittratta l-kummerċ domestiku u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 jittratta l-kummerċ internazzjonali, ħafna mid-dispożizzjonijiet huma komuni għaż-żewġ Regolamenti. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, huwa ġġustifikat li jiġi adottat att ta' implimentazzjoni wieħed li jkopri ż-żewġ Regolamenti.

(3)

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-infurzar koerenti tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jinħtieġ li tingħata definizzjoni ta' “post tan-negozju”.

(4)

Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar ir-regoli proċedurali għall-għoti ta' liċenzji, il-proċedura u l-format biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kummerċ, u l-format u l-immaniġġar ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni wrew li huma effettivi u li għalhekk għandhom, essenzjalment u fis-sustanza, ikomplu japplikaw permezz ta' dan ir-Regolament.

(5)

Ir-regoli proċedurali għall-għoti tar-reġistrazzjoni lill-operaturi u lill-utenti, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 111/2005, għandhom jirriflettu dawk għall-għoti tal-liċenzji.

(6)

Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-koerenza tad-dejta, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, fl-informazzjoni mdaħħla fil-bażi ta' dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed li jittrażmetti l-informazzjoni lill-bażi ta' dejta. L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa mingħajr dewmien żejjed. L-informazzjoni dwar liċenzja jew reġistrazzjoni għandha tinkludi l-elementi meħtieġa biex jiġi identifikat l-operatur jew l-utent li għandu liċenzja jew reġistrazzjoni, u biex jiġu identifikati s-sustanza jew is-sustanzi koperti. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun ristrett għall-minimu meħtieġ għall-awtoritajiet pubbliċi fil-qadi ta' dmirijiethom.

(7)

Regoli tranżitorji għandhom jippermettu l-użu ta' formoli stampati maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament b'konformità mar-regoli preċedenti sakemm il-ħażniet ta' tali formoli stampati jkunu ġew eżawriti.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prekursuri tad-Droga.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli proċedurali uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-liċenzjar u tar-reġistrazzjoni tal-operaturi u tal-utenti u l-elenkar tagħhom fil-bażi ta' dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga, l-għoti mill-operaturi ta' informazzjoni meħtieġa biex jiġi mmonitorjat il-kummerċ u l-liċenzja tal-esportazzjonijiet u tal-importazzjonijiet fil-qasam tal-prekursuri tad-droga.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “post tan-negozju” għandha tfisser binja jew binjiet flimkien mal-art li jkunu okkupati minn operatur f'kull post individwali.

Artikolu 3

Proċedura tal-għoti tal-liċenzji

(1)   Operatur jew utent għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jikseb liċenzja kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, f'format elettroniku jew bil-miktub, kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat.

Applikazzjoni għandha titqies li tkun kompluta meta jkun fiha l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 (4).

(2)   Meta tivvaluta applikazzjoni biex tinkiseb liċenzja, l-awtorità kompetenti tista' wkoll tqis ir-riżultati ta' kull valutazzjoni jew awditjar preċedenti mwettqa fuq l-operatur applikanti li jkollu l-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) kif definit fl-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (5), sa fejn dawn huma rilevanti għall-eżami tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzja.

B'deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-operaturi li jkollhom l-istatus ta' AEO biex ma jissottomettux l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1011 meta jkunu jissottomettu applikazzjoni.

(3)   L-awtorità kompetenti għandha l-ewwel tevalwa l-kompletezza ta' applikazzjoni.

Meta applikazzjoni ma titqiesx li hija kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-applikant dwar dan u tistiednu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali rilevanti jew nieqsa.

Meta applikazzjoni titqies li hi kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat konferma lill-applikant li tkun irċeviet applikazzjoni kompluta.

(4)   L-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni li tagħti jew li ma tagħtix liċenzja fi żmien 60 jum ta' xogħol mid-data ta' meta taslilha applikazzjoni kompluta fil-każ ta' liċenzja ġdida, u fi żmien 30 jum ta' xogħol fil-każ ta' tiġdid ta' liċenzja.

(5)   Kull deċiżjoni li ma tingħatax liċenzja għandha tkun motivata u nnotifikata lill-applikant b'mod elettroniku jew bil-miktub.

(6)   Il-liċenzja tista' tkopri l-operazzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 111/2005.

Artikolu 4

Ambitu tal-liċenzja

L-awtorità kompetenti tista' tagħti liċenzja:

(a)

li tkopri s-sustanzi kollha skedati u l-operazzjonijiet kollha għal kull post tan-negozju; jew

(b)

li tkopri s-sustanzi kollha skedati u l-operazzjonijiet kollha għal kull Stat Membru.

Artikolu 5

Format tal-liċenzja

Il-liċenzja msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandha tinħareġ skont il-format stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Tibdil sussegwenti

Meta, wara li tkun ingħatat liċenzja, l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal dik il-liċenzja, għajr l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1011 tinbidel, id-detentur tal-liċenzja għandu jinforma lill-awtorità kompetenti b'mod elettroniku jew bil-miktub fi żmien 10 ijiem ta' xogħol wara li jkun sar it-tibdil.

Meta, wara li jkun sar it-tibdil, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1011 jibqgħu jiġu ssodisfati, u l-informazzjoni li trid titbiddel tkun tinsab fil-liċenzja, l-awtorità kompetenti għandha temenda l-liċenzja kif jixraq.

Artikolu 7

Validità, sospensjoni u rtirar tal-liċenzji

(1)   Meta l-validità ta' liċenzja tkun skadiet, jew meta liċenzja tkun ġiet irtirata, id-detentur tal-liċenzja għandu jirritorna liċenzja li ma tkunx għadha valida lill-awtorità kompetenti fi żmien 10 ijiem ta' xogħol wara d-data ta' skadenza tal-validità jew id-data tal-irtirar.

(2)   Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira liċenzja, id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lid-detentur tal-liċenzja b'mod elettroniku jew bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni jew l-irtirar.

Artikolu 8

Liċenzji speċjali

L-Artikoli 3 sa 7 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal-liċenzji speċjali msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

Artikolu 9

Proċedura ta' reġistrazzjoni

(1)   L-Artikoli 3, 4, 6 u 7 għandhom japplikaw għall-proċedura ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

(2)   Ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandha tingħata fil-format stabbilit fl-Anness II.

(3)   B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' tagħti reġistrazzjoni fuq formola stampata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li tkun konformi mar-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

(4)   Il-Paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għar-reġistrazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

Artikolu 10

Informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kummerċ

(1)   L-operaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 b'mod elettroniku jew bil-miktub, kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat, qabel il-15 ta' Frar ta' kull sena kalendarja għal sustanzi skedati tal-Kategoriji 1 u 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)   L-operaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 b'mod elettroniku jew bil-miktub, kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat, qabel il-15 ta' Frar ta' kull sena kalendarja.

(3)   Operatur għandu jissottometti r-rapporti annwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 anki meta ma jkunux twettqu tranżazzjonijiet f'sena speċifika.

Artikolu 11

Liċenzji tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni

(1)   Il-liċenzji tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandu jkollhom il-format stabbilit fl-Annessi III jew IV ta' dan ir-Regolament, rispettivament.

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-kaxxa li tikkonċerna n-numru tal-liċenzja jista' jkollha format differenti f'każijiet fejn il-liċenzji tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni tingħata b'mezzi elettroniċi.

(2)   Il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun stabbilita f'erba' kopji nnumerati mill-1 sal-4. Il-Kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Il-Kopji Nru 2 u Nru 3 għandhom jakkumpanjaw is-sustanzi skedati u jiġu ppreżentati lill-uffiċċju doganali fejn issir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni doganali, u sussegwentement lill-awtorità kompetenti fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. L-awtorità kompetenti fil-punt tal-ħruġ għandha tirritorna l-Kopja Nru 2 lill-awtorità emittenti. Il-Kopja Nru 3 għandha takkumpanja s-sustanzi skedati għand l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' importazzjoni. Il-Kopja Nru 4 għandha tinżamm mill-esportatur.

(3)   Il-liċenzja tal-importazzjoni għandha ssir f'erba' kopji nnumerati mill-1 sal-4. Il-Kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Il-Kopja Nru 2 għandha tintbagħat mill-awtorità emittenti lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni. Il-Kopja Nru 3 għandha takkumpanja s-sustanza skedata mill-punt tad-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni sal-post tan-negozju tal-importatur, li għandu jibgħat din il-kopja lill-awtorità emittenti. Il-Kopja Nru 4 għandha tinżamm mill-importatur.

(4)   Liċenzja waħda tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni ma għandhiex tkopri aktar minn żewġ sustanzi skedati.

(5)   Il-liċenzja għandha tinħareġ b'waħda jew b'aktar minn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Sakemm ma tingħatax b'mezzi elettroniċi, din għandu jkollha format A4 bi sfond stampat b'disinn guilloche, b'mod li kull mezz ta' falsifikazzjoni mekkanika jew kimika jkun rikonoxxibbli.

(6)   Stat Membru jista' jistampa l-formoli tal-liċenzja huwa stess, jew jara li jiġu stampati minn stampaturi approvati minnu. F'dan il-każ tal-aħħar, kull liċenzja għandha tinkludi referenza għal tali approvazzjoni u jkollha fuqha l-isem u l-indirizz tal-istampatur, jew marka li biha l-istampatur ikun jista' jiġi identifikat.

(7)   B'deroga mill-paragrafi 1-6, Stat Membru jista' joħroġ liċenzja tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni fuq formola stampata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li hija konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

(8)   Il-liċenzji tal-esportazzjoni mogħtija bi proċedura simplifikata għandhom jiġu stabbiliti billi jintużaw il-kopji Nru 1, 2, u 4 tal-formola stabbilita fl-Anness III. Il-Kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Il-Kopja Nru 2 u l-Kopja Nru 4 għandhom jinżammu mill-esportatur. L-esportatur għandu jindika d-dettalji ta' kull operazzjoni ta' esportazzjoni fuq in-naħa ta' wara tal-Kopja Nru 2, b'mod partikolari l-kwantità tas-sustanza skedata ta' kull operazzjoni ta' esportazzjoni u l-kwantità li jkun fadal. Il-Kopja Nru 2 għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali meta ssir id-dikjarazzjoni doganali. L-uffiċċju doganali għandu jikkonferma d-dettalji u jirritorna l-Kopja Nru 2 lill-esportatur.

(9)   L-operatur għandu jdaħħal in-numru tal-liċenzja u l-kliem “proċedura ssemplifikata ta' liċenzja tal-esportazzjoni” fuq id-dikjarazzjoni doganali għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni. Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ ma jkunx fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-informazzjoni għandha tingħata fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna għall-esportazzjoni.

(10)   L-esportatur għandu jirritorna l-Kopja Nru 2 lill-awtorità emittenti mhux aktar tard minn 10 ijiem ta' xogħol wara li jiskadi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija bi proċedura simplifikata.

Artikolu 12

Elenkar tal-operaturi u tal-utenti fil-bażi ta' dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga

(1)   Sabiex fil-bażi tad-dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga jiġu elenkati l-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu liċenzja jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kull Stat Membru għandu jinnomina punt ta' kuntatt wieħed u jikkomunika d-dettalji ta' kuntatt lill-Kummissjoni.

(2)   Il-punt ta' kuntatt responsabbli għandu jibgħat l-informazzjoni rilevanti b'mod elettroniku fi żmien 30 jum ta' xogħol wara li jkun ħareġ il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni. Meta l-utent jew l-operatur ikkonċernat jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar tibdil fl-informazzjoni rilevanti, jew meta liċenzja jew reġistrazzjoni tiġi sospiża jew irtirata, il-punt ta' kuntatt responsabbli għandu jaġġorna l-informazzjoni fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta jaċċetta t-tibdil jew jissospendi jew jirtira l-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni.

(3)   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li:

(a)

it-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni hija sikura;

(b)

il-bażi ta' dejta hija ristretta u li din tista' tiġi aċċessata biss mill-uffiċjali maħtura deżinjati mill-Istati Membri u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni responsabbli għall-bażi ta' dejta Ewropea.

(4)   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-operaturi u l-utenti elenkati fil-bażi ta' dejta tintuża biss għall-iskopijiet tad-dmirijiet uffiċjali tal-uffiċjali maħtura u tal-uffiċjali tal-Kummissjoni.

(5)   L-informazzjoni dwar l-operaturi u l-utenti għandha tinkludi l-isem sħiħ, in-numru jew l-indirizz tal-liċenzja jew tar-reġistrazzjoni, l-istatus ta' validità tal-liċenzja jew tar-reġistrazzjoni, u l-isem u l-kodiċi tan-NM tas-sustanzi skedati li huma koperti mil-liċenzja jew mir-reġistrazzjoni rispettiva.

(6)   Il-Kummissjoni għandha żżomm disponibbli fil-bażi ta' dejta, l-informazzjoni dwar il-liċenzji u r-reġistrazzjonijiet li jkunu skadew jew li jkunu ġew irtirati, għal tal-anqas tliet snin wara d-data tal-iskadenza tal-validità jew tal-irtirar.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 tas-27 ta' Lulju 2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga (ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7).

(4)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (ara paġna 12 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Noti

1.

Il-mod kif inhu mqassam il-mudell mhuwiex vinkolanti.

2.

In-numri tal-ordni u t-test tal-mudell huma vinkolanti. Il-kaxxi mmarkati b'tipa skura għandhom jimtlew b'mod obbligatorju.

3.

Dettalji dwar il-kaxxi:

Kaxxa 1 (Id-detentur tal-liċenzja): Jista' jiġi inkluż ukoll l-isem tal-uffiċjal responsabbli.

Kaxxa 3 (validità/tmiem): Speċifika t-terminu ta' validità jew jekk id-detenturi tal-liċenzja humiex obbligati juru, f'intervalli li ma jeċċedux it-tliet snin, li l-kundizzjonijiet skont liema ngħatat il-liċenzja għadhom qed jiġu ssodisfati.

Kaxxa 4 (sustanzi skedati): Isem is-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness, jew, fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, isimha/ismu u l-isem ta' kull sustanza skedata, kif iddikjarat fl-Anness, inkluża fit-taħlita jew fil-prodott naturali. Indika l-imluħ, fejn xieraq.

Kaxxa 4 (Kodiċi NM): Flimkien mal-kodiċi NM, jista' jiżdied in-numru tas-CAS.

Kaxxa 4 (operazzjoni): Speċifika l-attivitajiet ta' esportazzjoni, ta' importazzjoni u/jew intermedjarji. Fil-każ tal-importazzjoni, speċifika liema kienu l-operazzjonijiet, fejn xieraq: il-ħażna, il-ħidma, l-ipproċessar, l-użu, il-metodi normali ta' mmaniġġar u/jew ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Għall-operazzjonijiet koperti mir-Regolament (KE) Nru 273/2004, speċifika: il-ħażna, il-produzzjoni, il-manifattura, l-ipproċessar, il-kummerċ, id-distribuzzjoni u/jew is-senserija.

Kaxxa 4 (post tan-negozju): Fil-każ tal-attivitajiet intermedjarji msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, m'hemmx għalfejn ikun speċifikat il-post tan-negozju.

4.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu xi kaxxi oħra għal finijiet nazzjonali. Dawn il-kaxxi għandhom ikunu indikati b'numru tal-ordni segwit minn ittra kapitali (eż. 4 A).

5.   Protezzjoni tad-dejta personali

Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa d-dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali hu l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 1258/2013, u bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.

Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf

B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-fini ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċerti sustanzi użati ta' sikwit għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi.

Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblokkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.

Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.

F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)

Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Noti

1.

Il-mod kif inhu mqassam il-mudell mhuwiex vinkolanti.

2.

In-numri tal-ordni u t-test tal-mudell huma vinkolanti. Il-kaxxi mmarkati b'tipa skura għandhom jimtlew b'mod obbligatorju.

3.

Dettalji dwar il-kaxxi:

Kaxxa 1 (Detentur tar-reġistrazzjoni): Jista' jiġi inkluż ukoll l-isem tal-uffiċjal responsabbli.

Kaxxa 3 (validità/tmiem): Speċifika l-bidu u, fejn rilevanti, it-tmiem tal-validità.

ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti

I.

1.

Il-liċenzja għandha timtela b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni; Jekk tinkiteb bl-idejn, għandha timtela bil-linka b'ittri kapitali.

2.

Il-kaxxi 1, 3, 5, 7, 9 sa 19 għandhom jimtlew mill-applikant hekk kif iressaq it-talba; madankollu l-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 7, 8 u 10 sa 13 u 18 tista' tingħata aktar tard, jekk l-informazzjoni ma tkunx magħrufa fil-waqt tat-talba. F'dan il-każ, l-informazzjoni fil-Kaxxa 18 għandha tiġi ssuplimentata sa mhux aktar tard minn meta ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u l-informazzjoni supplimentari tal-kaxxi 7, 8 u 10 sa 13 għandha tingħata lid-dwana jew lil awtorità oħra fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni mhux aktar tard minn qabel it-tluq fiżiku tal-prodotti.

3.

Kaxxi 1, 5, 7 u 9: Daħħal l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ (telefown, faks, e-Mail).

4.

Kaxxa 5: Daħħal in-numru ta' referenza għad-dokument ta' liċenzja tal-importazzjoni tal-importatur tal-pajjiż terz, (pereżempju “ittra ta' nuqqas ta' oġġezzjoni”, permess ta' importazzjoni, dikjarazzjoni oħra mill-pajjiż terz destinatarju), fejn xieraq.

5.

Kaxxa 7: Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ (telefown, faks, e-Mail) ta' kull operatur ieħor involut fl-operazzjoni tal-esportazzjoni bħat-trasportaturi, l-intermedjarji, l-aġenti doganali.

6.

Kaxxa 9: Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ (telefown, faks u e-Mail) tal-persuna jew tal-kumpanija li għandha se jitwasslu l-prodotti fil-pajjiż destinatarju (mhux neċessarjament l-utent finali).

7.

Kaxxa 10: Agħti l-isem tal-Istat Membru, il-port, l-ajruport jew il-punt tal-fruntieri, fejn xieraq.

8.

Kaxxa 11: Agħti l-isem tal-pajjiż, il-port, l-ajruport jew il-punt tal-fruntiera, fejn xieraq.

9.

Kaxxa 12: Speċifika l-mezzi kollha tat-trasport li se jintużaw (eż. trakk, vapur, ajruplan, ferrovija, eċċ.). Fil-każ ta' liċenzja tal-esportazzjoni li tkopri diversi operazzjonijiet ta' esportazzjoni, din il-kaxxa m'għandhiex għalfejn timtela.

10.

Kaxxa 13: Agħti kemm jista' jkun dettalji sħaħ dwar ir-rotta li trid tittieħed.

11.

Kaxxi 14a, 14b: Daħħal l-isem tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-isem kummerċjali tal-prodott mediċinali elenkat fil-Kategorija 4, in-numru ta' unitajiet fil-kunsinna, in-numru ta' pilloli/ampolli f'kull unità, il-kontenut tas-sustanza skedata f'unità waħda (kull pillola/ampolla) jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, daħħal l-isem u l-kodiċi NM bi tmien ċifri, kif ukoll l-isem kummerċjali.

12.

Kaxxi 15a, 15b: Daħħal il-Kodiċi NM bi tmien ċifri tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

13.

Kaxxa 16a, 16b: għall-Kategorija 4, daħħal il-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali.

14.

Kaxxa 19:

Indika b'ittri kapitali l-isem tal-applikant jew, fejn meħtieġ, tar-rappreżentant awtorizzat li jiffirma din l-applikazzjoni.

Il-firma tal-applikant jew tar-rappreżentant awtorizzat, skont il-modalitajiet stipulati mill-Istat Membru kkonċernat, tindika li l-persuna kkonċernata qed tiddikjara li d-dettalji kollha mogħtija fl-applikazzjoni huma kompluti u eżatti. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta' dispożizzjonijiet penali, din id-dikjarazzjoni hija ekwivalenti għat-teħid ta' responsabbiltà, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri, fir-rigward ta' dan li ġej:

l-eżattezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni;

l-awtentiċità ta' kull dokument mehmuż;

l-osservanza tal-obbligi kollha inerenti fl-esportazzjoni tas-sustanzi skedati elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

Kull meta l-liċenzja tinħareġ permezz ta' proċedura kompjuterizzata, dik il-liċenzja tista' ma tinkludix il-firma tal-applikant f'din il-kaxxa, jekk l-applikazzjoni stess tkun tinkludi din il-firma.

II.   (Il-proċedura simplifikata tal-liċenzja tal-esportazzjoni)

1.

Fil-każ ta' proċedura simplifikata tal-liċenzja tal-esportazzjoni, il-kaxxi 7, 8, 10 sa 13 u 18 jistgħu ma jimtlewx.

2.

Fuq in-naħa ta' wara tal-kopja Nru 2, il-kaxxi 24 sa 27 iridu jimtlew għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni.

3.

Kaxxa 23: Indika l-kwantità massima awtorizzata u l-piż nett. Indika l-kwantità massima awtorizzata u l-piż nett Għall-Kategorija 4, daħħal il-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali.

Kolonna 24: Indika l-kwantità disponibbli fil-parti 1 u l-kwantità tal-kwantità parzjali għall-esportazzjoni fil-parti 2. Għall-Kategorija 4, daħħal il-kwantità tal-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali.

Kolonna 25: Indika l-kwantità parzjali għall-esportazzjoni fi kliem.

Kaxxa 26: In-numru ta' referenza u d-data tad-dikjarazzjoni doganali.

Protezzjoni tad-dejta personali

Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa d-dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali hu l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 1258/2013, u bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.

Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf

B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-fini ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċerti sustanzi użati ta' sikwit għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi.

Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblokkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.

Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.

Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.

F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)

Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Noti

1.

Il-liċenzja għandha timtela b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Jekk tinkiteb bl-idejn, għandha timtela bil-linka b'ittri kapitali.

2.

Il-kaxxi 1, 4, 6, 8 u 11 sa 16 għandhom jimtlew mill-applikant hekk kif iressaq it-talba; madankollu, l-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 7, 9, 10 u 15 tista' tingħata aktar tard. F'dan il-każ, din l-informazzjoni għandha tiġi miżjuda sa mhux aktar tard minn meta l-prodotti jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni.

3.

Kaxxi 1, 4: Daħħal l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ (telefown, faks, e-Mail).

4.

Kaxxa 6: Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ (telefown, faks, e-Mail) ta' kull operatur ieħor involut fl-operazzjoni tal-importazzjoni bħat-trasportaturi, l-intermedjarji, l-aġenti doganali.

5.

Kaxxa 8: Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ tad-destinatarju finali. Id-destinatarju finali jista' jkun identiku għall-importatur.

6.

Kaxxa 7: Daħħal l-isem u l-indirizz (telefown, faks, e-Mail) tal-awtorità tal-pajjiż terz.

7.

Kaxxa 9: Agħti l-isem tal-Istat Membru u l-port, l-ajruport jew il-punt tal-fruntiera.

8.

Kaxxa 10: Speċifika l-mezzi kollha tat-trasport li se jintużaw (eż. trakk, vapur, ajruplan, ferrovija, eċċ.).

9.

Kaxxi 11a, 11b: Daħħal l-isem tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-isem kummerċjali tal-prodott mediċinali elenkat fil-Kategorija 4, in-numru ta' unitajiet fil-kunsinna, in-numru ta' pilloli/ampolli f'kull unità, il-kontenut tas-sustanza skedata f'unità waħda (kull pillola/ampolla) jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, daħħal l-isem u l-kodiċi NM bi tmien ċifri, kif ukoll l-isem kummerċjali.

10.

Kaxxi 11a, 11b: Identifika l-pakketti u s-sustanzi b'mod preċiż (eż. żewġ laned ta' 5 litri kull waħda). Fil-każ ta' taħlita, prodott naturali jew preparazzjonijiet, indika l-isem kummerċjali kkonċernat.

11.

Kaxxi 12a, 12b: Daħħal il-Kodiċi NM bi tmien ċifri tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

Kaxxa 13a, 13b: għall-Kategorija 4, daħħal il-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali.

12.

Kaxxa 16:

Indika b'ittri kapitali l-isem tal-applikant jew, fejn xieraq, tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jiffirma din l-applikazzjoni.

Il-firma tal-applikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, skont il-modalitajiet stipulati mill-Istat Membru kkonċernat, tindika li l-persuna kkonċernata qed tiddikjara li l-dettalji kollha mogħtija fl-applikazzjoni huma korretti u ġew iddikjarati kollha. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli ta' dispożizzjonijiet penali, din id-dikjarazzjoni hija ekwivalenti għat-teħid ta' responsabbiltà, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri, fir-rigward ta' dan li ġej:

l-eżattezza tal-informazzjoni;

l-awtentiċità ta' kull dokument mehmuż;

l-osservanza tal-obbligi l-oħra kollha.

Kull meta l-liċenzja tinħareġ permezz ta' proċedura kompjuterizzata, dik il-liċenzja tista' ma tinkludix il-firma tal-applikant f'din il-kaxxa, jekk l-applikazzjoni stess tkun tinkludi din il-firma.

13.   Protezzjoni tad-dejta personali

Top