This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0941
Regulation (EU) 2015/941 of the European Parliament and of the Council of 9 June 2015 on certain procedures for applying the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part (codification)
Regolament (UE) 2015/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)
Regolament (UE) 2015/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2015 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)
ĠU L 160, 25.6.2015, p. 76–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/76 |
REGOLAMENT (UE) 2015/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Ġunju 2015
fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra
(kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 (2) ġie emendat kemm-il darba b'mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra (4) (“FSA”), kien iffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004. |
(3) |
Jeħtieġ li jkunu preskritti proċeduri biex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet tal-FSA. |
(4) |
L-FSA jistipula li ċerti prodotti li joriġinaw mill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jistgħu jkunu importati ġewwa l-Unjoni, b'dazju doganali mnaqqas, fil-limiti tal-kwoti tat-tariffi. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu preskritti dispożizzjonijiet għall-kalkolu tar-rati mnaqqsa tad-dazji doganali. |
(5) |
L-FSA jispeċifika l-prodotti eliġibbli għal dawk il-miżuri tat-tariffa, il- volumi rilevanti (u żidiet tagħhom), id-dazji applikabbli, il-perjodi ta' applikazzjoni u kull kriterju ta' eliġibilità. |
(6) |
Fl-interess tas-sempliċità u tal-pubblikazzjoni fiż-żmien tar-Regolamenti li jimplimentaw il-kwoti tat-tariffa tal-Unjoni, għandha ssir dispożizzjoni għall-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill- Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għall-adozzjoni tar-Regolamenti li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għall-prodotti tal-“vitella”. |
(7) |
Għandha ssir dispożizzjoni għall-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat stabbilita mill-Artikolu 285 tar- Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), biex ikunu adottati Regolamenti li jiftħu u jipprovdu għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa li jistgħu jingħataw bħala riżultat ta' negozjati fuq konċessjonijiet oħra tariffarji bis-saħħa tal-Artikolu 29 tal-FSA. |
(8) |
Id-dazji għandhom ikunu sospiżi għal kollox fejn it-trattament preferenzali jirriżulta f'dazji ad valorem ta' 1 % jew anqas jew f'dazji speċifiċi ta' EUR 1 jew anqas. |
(9) |
L-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal-FSA titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(10) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament fejn, f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 38(4) tal-FSA, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti proċeduri għall-adozzjoni ta' regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FSA).
Artikolu 2
Konċessjonijiet fuq il-vitella
Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 27(2) tal-FSA, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti tal-“vitella” għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Konċessjonijiet oħra
Jekk jingħataw konċessjonijiet oħra għall-prodotti tas-sajd fil-kwoti tat-tariffa, bis-saħħa tal-Artikolu 29 tal-FSA, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kwoti tat-tariffa għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Tnaqqis tat-tariffa
1. Soġġett għall-paragrafu 2, għandhom ikunu arrotondonditi sal-ewwel post deċimali r-rati preferenzali tad-dazju.
2. Meta r-riżultat tal-kalkolu tar-rata ta' dazju preferenzali skont il-paragrafu 1 huwa wieħed minn dawn li ġejjin, ir-rata preferenzali għandha tkun ikkonsidrata bħala eżenzjoni sħiħa:
(a) |
1 % jew anqas fil-każ ta' dazji ad valorem; jew |
(b) |
EUR 1 jew anqas kull ammont individwali fil-każ ta' dmirijiet speċifiċi. |
Artikolu 5
Adattamenti tekniċi
L-emendi u l-adattamenti tekniċi għar-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li huma meħtieġa wara t-tibdiliet għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u s-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra ġodda bejn l-Unjoni u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4).
Artikolu 6
Klawżola ta' protezzjoni ġenerali u klawżola ta' nuqqas
1. Fejn Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri kif provdut fl-Artikoli 37 u 38 tal-FSA, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, bħala sostenn għat-talba tiegħu, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġġustifikaha.
2. Fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 37 u 38 tal-FSA huma mwettqa, għandha:
(a) |
tinforma lill-Istati Membri mal-ewwel jekk tkun qiegħda taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew, jekk qiegħda tirrispondi għal talba li għamel Stat Membru, fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-irċevuta ta' dik it-talba, |
(b) |
tikkonsulta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12(3) ta' dan ir-Regolament dwar il-miżuri proposti, |
(c) |
fl-istess ħin tinforma lill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u tinnotifikaha bil-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif provdut fl-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 38(3) tal- FSA, |
(d) |
fl-istess ħin tipprovdi lill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-konsultazzjonijiet msemmija fil-punt (c). |
3. Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri adatti previsti fl-Artikoli 37 u 38 tal-FSA.
Dik id-Deciżjoni għandha tkun innotifikata mill-ewwel lill-Kunsill u lill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Dik id-Deciżjoni għandha tkun applikata immedjatament.
4. Il-konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu meqjusa li huma lesti 30 jum wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 7
Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi
Fejn iseħħu ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi fit-tifsira tal-punt (b) fil-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 38(4) tal-FSA, il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 37 u 38 tal-FSA, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 12(5) ta' dan ir-Regolament.
Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu Deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba.
Artikolu 8
Klawżola ta' protezzjoni għal prodotti agrikoli u tas-sajd
Minkejja l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7, miżuri neċessarji li jikkonċernaw prodotti tal-agrikoltura u s-sajd fuq il-bażi tal-Artikoli 30 jew 37 tal-FSA jew fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet fl-Annessi għall-FSA li jkopru dawk il-prodotti, kif ukoll tal-Protokoll 3 tiegħu, jistgħu jittieħdu skont proċeduri provduti bir-regoli relevanti li jistabbilixxu organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew swieq tas-sajd u prodotti tal-kultura tal-baħar, jew f'dispożizzjonijiet speċifiċi adottati skont l-Artikolu 352 tat-Trattat u applikabbli għal prodotti li jirriżultaw mill-proċessar ta' prodotti tal-agrikoltura u s-sajd, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 30 tal-FSA jew l-Artikolu 37(3), (4) u (5) tal-FSA huma milħuqa.
Artikolu 9
Dumping
Fil-każ ta' prattika li hija responsabbli li tkun mogħtija applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 36(1) tal-FSA, l-introduzzjoni ta' miżuri kontra d-dumping għandhom ikunu miftehma fuqhom f'konformita' mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (8) u l-proċedura provduta fl-Artikolu 36(2) tal-FSA.
Artikolu 10
Kompetizzjoni
1. Fil-każ ta' xi prattika li tkun tista' tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 69 tal-FSA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' kwalunkwe Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hix kompatibbli mal-FSA. Fejn meħtieġ għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament, minbarra fil-każi ta' għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (9), fejn għandhom jittieħdu miżuri f'konformità mal-proċeduri mniżżla f'dak ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jittieħdu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 69(5) tal-FSA.
2. Fil-każ ta' prattika li tista' tikkawża li miżuri jkunu applikati lill-Unjoni mill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq il-bażi tal-Artikolu 69 tal-FSA, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeciedi jekk tali prassi hija kompattibbli mal-prinċipji stabbiliti fl-FSA. Fejn neċessarju, għandha tieħu deciżjonijiet xierqa fuq il-bażi ta' kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101, 102 u 107 tat-Trattat.
Artikolu 11
Frodi jew nuqqas ta' provvista ta' koperazzjoni amministrattiva
1. Għall-għanijiet ta' interpretazzjoni tal-Artikolu 42 tal-FSA, nuqqas li tkun provduta koperazzjoni amministrattiva kif meħtieġa għall-verifika ta' prova ta' oriġini għandha tfisser, inter alia:
(a) |
in-nuqqas ta' koperazzjoni amministrattiva, bħal nuqqas li jkunu provduti ismijiet u indirizzi ta' awtoritajiet tad-dwana jew tal-gvern responsabbli għall-ħruġ u verifiki ta' ċertifikati ta' oriġini, jew kampjuni ta' timbri użati li jawtentikaw iċ-ċertifikati, jew in-nuqqas li tkun aġġornata informazzjoni fejn adegwat; |
(b) |
nuqqas ripetut jew nuqqas ta' azzjoni fil-verifika tal-istat ta' oriġini ta' prodotti u t-twettiq tal-ħtiġiet l-oħra tal-Protokoll 4 tal-FSA u l-identifikazzjoni jew nuqqas ta' kontravenzjoni tar-regoli ta' oriġini; |
(c) |
rifjut ripetut li jesegwixxu, jew dewmien bla meħtieġ li jesegwixxu, fuq talba tal-Kummissjoni, verifika sussegwenti tal-prova ta' oriġini u li jikkommunikaw ir-riżultati tagħha fil-ħin; |
(d) |
rifjut ripetut jew dewmien bla meħtieġ, li tkun miġjuba l-awtorizzazzjoni sabiex ikunu imwettqa l-missjonijiet ta' koperazzjoni amministrattivi u investigattivi fl-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex tkun verifikata l-awtenticita' ta' dokumenti jew l-eżattezza ta' informazzjoni relevanti għall-għotja ta' trattament preferenzjali mogħti taħt l-FSA jew li jkun esegweit, jew irranġat għall-inkjesti xierqa sabiex ikunu iddentifikati kew imbegħda kontravenzjonijiet tar-regoli ta' oriġini; |
(e) |
nuqqas ripetut ta' konformita' mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 5 tal-FSA dwar l-għajnuna amministrattiva komuni f'materji ta' dwana sakemm huwa relevanti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tan-negozju tal-FSA. |
2. Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' informazzjoni provduta minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42 tal-FSA huma mwettqa għandha:
(a) |
tinforma lill-Kunsill, |
(b) |
tidħol immedjatament f'konsultazzjonijiet mal-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex issib soluzzjoni adegwata kif provdut fl-Artikolu 42 tal-FSA. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista':
(a) |
issejjaħ lill-Istati Membri sabiex jieħdu tali miżuri ta' kawtela kif huma neċessarji sabiex jipproteġġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; |
(b) |
tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jistqarr li hemm bażijiet għal dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 42 tal-FSA. |
3. Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji f'konformità mal-Artikolu 42 tal-FSA, kif ukoll skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Proċedura ta' kumitat
1. Għall-fini tal-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assista mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilit mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Għall-fini tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regoalment, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 285 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Għall-fini tal-Artikoli 6, 7, 10 u 11 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 13
Notifika
Notifika lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, rispettivament, kif meħtieġ mill-FSA, għandha tkun ir-responsabbilità tal-Kummissjoni, li taġixxi f'isem l-Unjoni.
Artikolu 14
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 153/2002 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Ġunju 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 (għadha mhijex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2015.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16).
(3) Ara l-Anness I.
(4) ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.
(5) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(6) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(9) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).
(10) Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2003 |
|
Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
il-punt 8 biss tal-Anness |
ANNESS II
Tabella ta' Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 153/2002 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 6 |
Artikolu 4 |
Artikolu 7 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7a(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7a(5), kliem introduttorju |
Artikolu 6(2), kliem introduttorju |
Artikolu 7a(5), l-ewwel inċiż |
Artikolu 6(2)(a) |
Artikolu 7a(5), it-tieni inċiż |
Artikolu 6(2)(b) |
Artikolu 7a(5), it-tielet inċiż |
Artikolu 6(2)(c) |
Artikolu 7a(5), ir-rabà inċiż |
Artikolu 6(2)(d) |
Artikolu 7a(6) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 7a(10) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 7b |
Artikolu 7 |
Artikolu 7c |
Artikolu 8 |
Artikolu 7d |
Artikolu 9 |
Artikolu 7e |
Artikolu 10 |
Artikolu 7f(1), kliem introduttorju |
Artikolu 11(1), kliem introduttorju |
Artikolu 7f(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 11(1)(a) |
Artikolu 7f(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 11(1)(b) |
Artikolu 7f(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 11(1)(c) |
Artikolu 7f(1), ir-raba' inċiż |
Artikolu 11(1)(d) |
Artikolu 7f(1), il-ħames inċiż |
Artikolu 11(1)(e) |
Artikolu 7f(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 7f(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 7f(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni nċiż |
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 7f(2), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorju |
Artikolu 7f(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 7f(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 7f(3) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 7fa |
Artikolu 12 |
Artikolu 7g |
Artikolu 13 |
__ |
Artikolu 14 |
Artikolu 8 |
Artikolu 15 |
__ |
Anness I |
__ |
Anness II |